Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru /* KUMM/2005/0264 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 21.06.2005 KUMM(2005) 264 finali 2005/0112 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru (preżentati mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Ir-relazzjonijiet ta' l-avjazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kienu tradizzjonalment immexxija minn ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, l-Annessi tagħhom u arranġementi oħra relatati, kemm bilaterali kif ukoll multilaterali. Wara d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-kawżi C-466/98, C-466/98, C-467/98, KC468/98, C-471/98, C-472/98, C-475/98 u C-476/98, il-Komunità għandha l-kompetenza esklussiva f'dak li għandu x'jaqsam ma' aspetti varji ta' l-avjazzjoni esterna. Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat ukoll id-dritt tal-kumpaniji ta' l-ajru tal-Komunità li jgawdu mid-dritt li jistabbilixxu ruħhom fil-Komunità, inkluż id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għas-suq. Il-klawżoli tad-deżinjazzjoni tradizzjonali fi ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta' l-ajru ta' l-Istati Membri jiksru l-liġi Komunitarja. Jagħtu l-lok lill-pajjiż terz li jirrifjuta, jirtira jew jissospendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta' kumpanija ta' l-ajru li kienet ġiet iddeżinjata minn Stat Membru iżda li mhijiex proprjetà sostanzjali u kkontrollata effettivament minn dak l-Istat Membru jew miċ-ċittadini tiegħu. Instab li dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra l-kumpaniji ta' l-ajru li, filwaqt li jkunu stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru, jkunu proprjetà ta' ċittadini ta' Stat Membru ieħor u kkontrollati minnhom. Dan imur kontra l-Artikolu 43 tat-Trattat li jiggarantixxi liċ-ċittadini ta' l-Istati Membri li eżerċitaw id-dritt tagħhom li jistabbilixxu ruħhom b'mod ħieles, l-istess trattament fl-Istat Membru li jilqagħhom bħal dak mogħti liċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru. Wara d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni f'Ġunju ta' l-2003 biex tiftaħ in-negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċertu dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.[1] F'konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ in-negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċertu dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim ma’ l-Awstralja li jieħu post ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta' l-ajru eżistenti bejn l-Istati Membri u l-Awstralja. L-Artikolu 2 tal-Ftehim jieħu post il-klawżoli ta' deżinjazzjoni tradizzjonali bi klawżola ta' deżinjazzjoni Komunitarja, li tippermetti lill-kumpaniji ta' l-ajru tal-Komunità li jibbenefikaw mid-dritt ta' stabbiliment. L-Artikolu 4 (Tariffi) isolvi kunflitti bejn ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta' l-ajru eżistenti u r-Regolament tal-Kunsill Nru 2409/92 dwar tariffi u rati għas-servizzi ta' l-ajru li jipprojbixxu kumpaniji ta' l-ajru ta' pajjiżi terzi milli jkollhom pożizzjoni dominanti fuq is-servizzi ta' l-ajru għall-ġarr li jseħħ kollu kemm hu fil-Komunità. Il-Kunsill huwa mitlub japprova d-deċiżjonijiet dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja u dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru u jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-ftehim f'isem il-Komunità. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 80 (2), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[2], Billi: (1) Fil-5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju; (2) Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim mal-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru f'konformità mal-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju; (3) Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-ftehim negozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Uniku 1. Suġġett għal konklużjoni tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-President tal-Kunsill b'dan qed jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw f'isem il-Komunità l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru. 2. Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim ser ikun applikat b'mod provviżorju mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar li jiġi wara d-data li fiha l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 7(2) tal-Ftehim. 3. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Magħmula fi Brussell, [...] Għall-Kunsill Il-President 2005/0112 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[3], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[4], Billi: (1) Fil-5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju; (2) Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim mal-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru f'konformità mal-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju; (3) Il-ftehim ġie ffirmat f'isem il-Komunità fi [...] suġġett għall-possibiltà tal-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard, konformi mad-deċiżjoni .../.../KE tal-Kunsill fi [...][5]; (4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 1. Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru huwa approvat f'isem il-Komunità. 2. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 7(1) tal-Ftehim. Magħmula fi Brussell, [...] Għall-Kunsill Il-President ANNESS FTEHIM bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru IL-KOMUNITÀ EWROPEA minn naħa waħda, u IL-GVERN TA’ L-AWSTRALJA min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem 'il-Partijiet Kontraenti') INNUTAW li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet li ċerti diżpożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali li bosta Stati Membri daħlu għalihom ma’ pajjiżi terzi huma inkompatibbli mal-liġi Komunitarja, INNUTAW li għadd ta’ ftehimiet bilaterali dwar servizzi ta’ l-ajru ġew konklużi bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Awstralja fihom dispożizzjonijiet simili u li hemm obbligu fuq l-Istati Memrbi li jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex ineħħu l-inkompatibbiltajiet bejn ftehimiet bħal dawn u t-Trattat tal-KE, INNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha kompetenza esklussiva fir-rispett ta' bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali ta' servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi, INNUTAW li, taħt il-liġi tal-Komunità Ewropea, kumpaniji ta' l-ajru tal-Komunità stabbiliti fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għal rotot ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi, WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibiltà għaċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu sehem f'kumpaniji ta' l-ajru liċenzjati f'konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea, GĦARFU li l-konsistenza bejn il-liġi tal-Komunità Ewropea u d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Awstralja tipprovdi bażi legali soda għas-servizzi bl-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja u tħares il-kontinwità ta’ servizzi ta’ l-ajru bħal dawn, INNUTAW li d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali ta' servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Awstralja, li ma jmorrux kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea, ma għandhomx bżonn jiġu emendati jew mibdula, INNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea f'dan il-Ftehim, li jiżdied il-volum totali tat-traffiku ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja, li jiġi affettwat il-bilanċ bejn kumpaniji ta' l-ajru tal-Komunità u kumpaniji ta' l-ajru ta’ l-Awstralja, jew li tingħeleb l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet bilaterali eżistenti għal servizzi ta' l-ajru dwar drittijiet tat-traffiku, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Dispożizzjonijiet Ġenerali 1. Għall-għanjiet ta' dan il-Ftehim, 'Stati Membri' tfisser Stati Membri tal-Komunità Ewropea. ‘Parti Kontraenti’ tfisser parti kontraenti għal dan il-Ftehim; ‘parti’ tfisser il-parti kontraenti għall-ftehim bilaterali rilevanti dwar is-servizzi ta’ l-ajru; "kumpanija ta’ l-ajru” tfisser ukoll linja ta’ l-ajru; 'it-territorju tal-Komunità Ewropea’ tfisser it-territorji ta’ l-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. 2. Referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness 1 liċ-ċittadini ta' l-Istati Membri li huma partijiet fil-ftehim jinftiehmu bħala li qed jirreferu għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea. 3. Referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness 1 għall-kumpaniji ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru ta' l-Istati Membri li huma partijiet fil-ftehim jinftiehmu bħala li qed jirreferu għall-kumpaniji ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru deżinjati mill-Istati Membri. Artikolu 2 Deżinjazzjoni, Awtorizzazzjoni u Revoka 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu jegħlbu fuq id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam mad-deżinjazzjoni tal-kumpaniji ta' l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija mill-Awstralja, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tal-kumpanija ta' l-ajru, rispettivament. 2. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu jegħlbu fuq id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam mad-deżinjazzjoni tal-kumpaniji ta' l-ajru mill-Awstralja, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tal-kumpanija ta' l-ajru, rispettivament. 3. Mal-wasla ta' deżinjazzjoni bħal din, jew ta' applikazzjonijiet mill-kumpanija(i) ta' l-ajru ddeżinjata(i), fil-forma u l-mod preskrit għall-awtorizzazzjonijiet għat-tħaddim u permessi tekniċi, kull parti għandha, soġġetta għall-paragrafi 4 u 5 tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa b’dewmien proċedurali mill-inqas, ipprovdut li: a. fil-każ ta' kumpanija ta' l-ajru ddeżinjata minn Stat Membru: (i) il-kumpanija ta' l-ajru tkun stabbilita fit-territorju ta' l-Istat Membru ddeżinjat taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u li għandu Liċenzja Operattiva valida f'konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea; kif ukoll (i) jiġi eżerċitat u miżmum kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta' l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv ta' l-Ajru tiegħu u l-awtorità aeronawtika rilevanti tkun identifikata biċ-ċar fid-deżinjazzjoni; kif ukoll (ii) il-post prinċipali tan-negozju tal-kumpanija ta’ l-ajru jkun fl-Istat Membru mingħand min tkun irċeviet il-Liċenzja Operattiva valida; kif ukoll (iii) il-kumpanija ta' l-ajru hija proprjetà, direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, u kkontrollata effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta' dawn stati l-oħra. b. fil-każ ta' kumpanija ta' l-ajru ddeżinjata mill-Awstralja: (i.) L-Awstralja jkollha, u żżomm, kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru; kif ukoll (ii.) il-post prinċipali tan-negozju tagħha jkun fl-Awstralja. 4. Kull waħda mill-partijiet tista' tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjoni ta' l-operat jew il-permessi tekniċi ta' kumpanija ta' l-ajru ddeżinjata mill-Parti l-oħra fejn: (a) fil-każ ta' kumpanija ta' l-ajru ddeżinjata minn Stat Membru: (i.) il-kumpanija ta' l-ajru ma tkunx stabbilita fit-territorju ta' l-Istat Membru li ddeżinjaha taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew m’għandhiex Liċenzja Operattiva valida minn Stat Membru f'konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea; jew (ii.) ma jiġix eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta' l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv ta' l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika relevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fid-deżinjazzjoni; jew (iii.) il-post prinċipali tan-negozju tal-kumpanija ta’ l-ajru ma jkunx fit-territorju ta’ l-Istat Membru mingħand min irċeviet il-Liċenzja Operattiva tagħha; jew (iv.) il-kumpanija ta' l-ajru ma tkunx proprjetà, direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, u mhijiex ikkontrollata effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta' dawn l-istati l-oħra. jew (v.) il-kumpanija ta' l-ajru tkun diġà awtorizzata biex topera taħt ftehim bilaterali bejn l-Awstralja u Stat Membru ieħor u l-Awstralja tkun tista' turi li, billi teżerċita drittijiet tat-traffiku taħt dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, tkun qed tevita restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor. jew (vi.) il-kumpanija ta’ l-ajru jkollha Ċertifikat Operattiv ta' l-Ajru maħruġ minn Stat Membru u ma jkun hemm l-ebda ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Awstralja u l-Istat Membru, u l-Awstralja tista' turi li d-drittijiet tat-traffiku meħtieġa biex twettaq l-operazzjoni proposta mhumiex disponibbli b'mod reċiproku lill-kumpanija/i ta' l-ajru ddeżinjata/i ta' l-Awstralja; (b) fil-każ ta' kumpanija ta' l-ajru ddeżinjata mill-Awstralja: (i.) L-Awstralja ma tkunx qed iżżomm kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru; jew (ii.) il-post prinċipali tan-negozju tagħha ma jkunx fl-Awstralja. 5. Fl-eżerċizzju tad-dritt tagħha taħt il-paragrafu 4, u mingħajr preġudizzju tad-drittijiet tagħha taħt il-paragrafu 4(a)(v) u (vi) ta’ dan l-Artikolu, l-Awstralja ma tiddiskriminax bejn kumpaniji ta’ l-ajru ta’ Stati Membri fuq il-bażi tan-nazzjonalità. Artikolu 3 Drittijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll regolatorju 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jikkomplimentaw l-artikoli elenkati fl-Anness 2(c). 2. Fejn Stat Membru (l-ewwel Stat Membru) ddeżinja kumpanija ta’ l-ajru li l-kontroll regolatorju tagħha hu eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet ta’ l-Awstralja taħt id-dispożizzjonijiet tas-sikurezza tal-ftehim bejn l-ewwel Stat Membru li ddeżinja l-kumpanija ta’ l-ajru u l-Awstralja japplikaw indaqs fir-rigward ta' l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma ta’ standards ta' sikurezza mit-tieni Stat Membru u fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni għall-operat ta’ dik il-kumpanija ta’ l-ajru. Artikolu 4 Tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jikkomplementaw l-artikoli elenkati fl-Anness 2(d). 2. It-tariffi li jiġu imposti mill-kumpanija(kumpaniji) ta' l-ajru deżinjata mill-Awstralja permezz ta' ftehim elenkat fl-Anness 1 li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness 2(d) għal ġarr li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea ikunu suġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea. Artikolu 5 Annessi għal dan il-Ftehim L-Annessi għal dan il-Ftehim jifformaw parti integrali minnu. Artikolu 6 Reviżjoni jew emendi Il-Partijiet jistgħu, f'kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b'kunsens reċiproku. Artikolu 7 Dħul fis-seħħ 1. Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu ntemmew. 2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet qablu biex japplikaw b'mod provviżorju dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bitt-temm tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. 3. Ftehimiet u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u l-Awstralja li, fid-data ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, ma kinux daħlu fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness 1(b). Dan il-Ftehim japplika għal kull ftehim u arranġament ta' dan it-tip mad-dħul fis-seħħ jew applikazzjoni provviżorja tiegħu. Artikolu 8 Terminazzjoni 1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness 1 jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim li għandhom x'jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness 1 konċernat jiġu tterminati fl-istess ħin. 2. Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness 1 jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess ħin. B'XHIEDA TA' DAN, il-firmatarji hawn taħt, bl-awtorizzazzjoni meħtieġa, iffirmaw dan il-Ftehim. Magħmul fi [....] b'żewġ kopji, fi [...] jum ta' [..., ...] fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Ungeriża, u Taljana u Żvediża. F'każ ta' diverġenza, it-test Ingliż jegħleb fuq it-testi bil-lingwi l-oħra. GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA, GĦALL-GVERN TA’ L-AWSTRALJA: Anness 1 Lista tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta' dan il-Ftehim (a) Ftehimiet tas-servizzi ta' l-ajru bejn il-Commonwealth ta’ l-Awstralja u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament - Ftehim bejn il-Gvern Federali Awstrijak u l-Gvern tal-Commonwealth ta’ l-Awstralja marbut mas-Servizzi ta’ l-Ajru magħmul fi Vjenna fit-22 ta’ Marzu 1967, kif emendat; minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Awstralja-Awstrija”; Emendat mill-Memorandum ta’ Ftehim iffirmat fi Vjenna fil-25 ta’ Marzu 1999. - Ftehim dwar is-Servizzi bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern ta’ l-Awstralja inizjalat f’Canberra fis-16 ta' Ottubru 1998; minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Awstralja-Danimarka”. Issupplimentat bil-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-pajjiżi Skandinavi fir-rigward tas-, iffirmat f’Canberra fis-16 ta’ Ottubru 1998. Issupplimentat bil-Minuti Miftiehma ddatati s-16 ta’ Ottubru 1998. - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern tal-Commonwealth ta’ l-Awstralja marbuta mas-Servizzi ta’ l-Ajru inizjalat fil-15 ta’ Ġunju 1999; minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Awstralja-Finlandja”. Issupplimentat mill-Memorandum ta’ Ftehim iffirmat f’Helsinki fil-15 ta’ Ġunju 1999. - Ftehim bejn il-Gvern tal-Commonwealth ta’ l-Awstralja u l-Gvern tar-Repubblika Franċiża u marbut mas-servizzi ta’ l-ajru magħmul f’Canberra fit-13 ta’ April 1965; minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Awstralja-Franza”; Immodifikat bl-Iskambju ta’ Ittri ffirmati f’Pariġi fit-22 ta’ Diċembru 1970 u s-7 ta' Jannar 1971. - Ftehim bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Commonwealth ta’ l-Awstralja marbut mat-Trasport bl-Ajru magħmul f' Bonn fit-22 ta' Mejju 1957, kif emendat; minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Awstralja-Ġermanja”; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Greċja u l-Gvern tal-Commonwealth ta’ l-Awstralja marbut mas-Servizzi ta’ l-Ajru magħmul f’Ateni fl-10 ta’ Ġunju 1971, kif emendat; minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Awstralja-Greċja”. - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern ta’ l-Awstralja marbut mas-Servizzi ta’ l-Ajru inizjalat f’Ateni fil-11 ta’ Novembru 1997 u mehmuż mal-Memorandum ta’ Ftehim iffirmat f'Ateni fil-11 ta’ Novembru 1997; minn hawn ‘il quddiem “l-Abbozz Rivedut tal-Ftehim Awstralja-Greċja”. - Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Irlanda u l-Awstralja konkluż permezz ta’ skambju ta’ ittri ddatati s-26 ta’ Novembru 1957 u t-30 ta’ Diċembru 1957; minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Awstralja-Irlanda”; - Ftehim bejn il-Gvern tal-Commonwealth ta’ l-Awstralja u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Italja marbut mas-Servizzi bl-Ajru magħmul f’Ruma fl-10 ta’ Novembru 1960, kif emendat, minn hawn ‘il quddiem “ il-Ftehim Awstralja-Italja”. - Ftehim bejn il-Gvern ta’ l-Awstralja u l-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu dwar Servizzi bl-Ajru kif anness mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul fil-Lussemburgu fit-3 ta' Settembru 1997; minn hawn ‘il quddiem "l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Lussemburgu”. - Ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern ta’ l-Awstralja marbut mas-servizzi ta' l-Ajru, magħmul f’Canberra fil-11 ta’ Settembru 1996; minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Awstralja-Malta”; Emendat permezz ta’ skambju ta’ ittri fl-1 ta’ Diċembru 2003. - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju ta’ l-Olanda u l-Gvern tal-Commonwealth ta’ l-Awstralja għall-istabbiliment ta’ servizzi bl-ajru, magħmul f’Canberra fil-25 ta’ Settembru 1951; minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Awstralja-Olanda”. - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern ta’ l-Awstralja marbut mas-servizzi ta' l-Ajru, magħmul f’Varsavja fit-28 ta’ April 2004; minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Awstralja-Polonja”. - Ftehim dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju ta’ l-Iżvezja u l-Gvern ta’ l-Awstralja inizjalat f’Canberra fis-16 ta' Ottubru 1998; minn hawn ‘il quddiem "l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Żvezja”. Issupplimentat bil-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-pajjiżi Skandinavi fir-rigward tas-, iffirmat f’Canberra fis-16 ta’ Ottubru 1998. Issupplimentat bil-Minuti Miftiehma ddatati s-16 ta’ Ottubru 1998. - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tal-Commonwealth ta’ l-Awstralja għas-servizzi ta’ l-Ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, magħmul f’Londra fis-7 ta’ Frar 1958; minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Awstralja-Renju Unit”. - Ftehim Rivedut bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tal-Commonwealth ta’ l-Awstralja dwar is-servizzi ta’ l-Ajru kif previst fil-Memorandum ta’ Ftehim iffirmat f’ Londra fl-14 ta’ Novembru 1996; minn hawn ‘il quddiem “l-Abbozz Rivedut tal-Ftehim Awstralja-Renju Unit”. Emendat mill-Minuti Miftiehma ffirmati f’Canberra fil-11 ta’ Frar 1999; Emendat mir-Reġistru Miftiehem iffirmat f’Londra fit-28 ta’ Ottubru 1999; (b) Ftehimiet tas-servizzi ta' l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn il-Commonwealth ta’ l-Awstralja u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament [ANNESS 1b tħalla intenzjonalment vojt.] Anness 2 Lista ta' artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta' dan il-Ftehim (a) Deżinjazzjoni minn Stat Membru: - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Awstralja - Awstrija;; - L-Artikolu 3 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Danimarka; - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Awstralja - Ġermanja; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Awstralja - Greċja; - L-Artikolu 4 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja - Greċja; - L-Artikolu 3 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Lussemburgu; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Awstralja - Irlanda; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Awstralja - Italja; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Awstralja - Malta; - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Awstralja - Olanda; - L-Artikolu 2 tal-Ftehim Awstralja - Polonja; - L-Artikolu 3 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Żvezja; - L-Artikolu 3 ta' l-Abbozz Rivedut tal-Ftehim Awstralja-Renju Unit; (b) Rifjut, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta' Awtorizzazzjonijiet jew Permessi: - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Awstralja - Awstrija;; - L-Artikolu 4 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Danimarka; - L-Artikolu 5 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja - Finlandja; - L-Artikolu 8 tal-Ftehim Awstralja-Franza; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Awstralja - Ġermanja; - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Awstralja - Greċja; - L-Artikolu 5 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja - Greċja; - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Awstralja - Irlanda; - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Awstralja - Italja; - L-Artikolu 4 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Lussemburgu; - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Awstralja - Malta; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Awstralja - Olanda; - L-Artikolu 2 tal-Ftehim Awstralja - Polonja; - L-Artikolu 4 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Żvezja; - L-Artikolu 3 ta' l-Abbozz Rivedut tal-Ftehim Awstralja-Renju Unit; (c) Kontroll Regolatorju: - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Awstralja - Awstrija;; - L-Artikolu 17 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Danimarka; - L-Artikolu 8 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja - Finlandja; - Id-Dokument C mehmuż mal-Memorandum ta’ Ftehim bejn l-awtoritajiet aeronawtiċi tal-Gvern ta’ l-Awstralja u l-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, iffirmat f’Canberra fit-12 ta’ Ġunju 1998 – kif applikat provviżorjament fil-qafas tal-Ftehim Awstralja – Ġermanja; - L-Artikolu 8 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja - Greċja; - L-Artikolu 7 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Lussemburgu; - L-Artikolu 8 tal-Ftehim Awstralja - Malta; - Id-Dokument C mehmuż mal-Memorandum ta’ Ftehim bejn l-awtoritajiet aeronawtiċi tal-Gvern ta’ l-Awstralja u l-Gvern tar-Renju ta’ l-Olanda, iffirmat f’The Hague fl-4 ta’ Settembru 1997 – kif applikat provviżorjament fil-qafas tal-Ftehim Awstralja – Olanda; - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Awstralja - Polonja; - L-Artikolu 17 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Żvezja; - L-Artikolu 11 ta' l-Abbozz Rivedut tal-Ftehim Awstralja-Renju Unit; (d) Tariffi għall-ġarr fil-Komunità Ewropea: - L-Artikolu 11 tal-Ftehim Awstralja - Awstrija;; - L-Artikolu 13 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Danimarka; - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Awstralja-Franza; - L-Artikolu 9 tal-Ftehim Awstralja - Ġermanja; - L-Artikolu 9 tal-Ftehim Awstralja - Greċja; - L-Artikolu 14 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja - Greċja; - L-Artikolu 9 tal-Ftehim Awstralja - Irlanda; - L-Artikolu 9 tal-Ftehim Awstralja - Italja; - L-Artikolu 11 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Lussemburgu; - L-Artikolu 14 tal-Ftehim Awstralja - Malta; - It-Taqsima IV ta’ l-Anness tal-Ftehim Awstralja-Olanda; - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Awstralja - Polonja; - L-Artikolu 13 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Żvezja; - L-Artikolu 7 ta' l-Abbozz Rivedut tal-Ftehim Awstralja-Renju Unit; ANNESS 3 Lista ta' stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan il-Ftehim (a) Ir-Repubblika ta' l-Iżlanda (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); (b) Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); (c) Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); (d) Il-Konfederazzjoni Żvizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport ta' l-Ajru). [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 11323/03 tal-5 ta' Ġunju 2003 (dokument riservat) [2] ĠU C [...], [...], p. [...]. [3] ĠU C [...], [...], p. [...]. [4] ĠU C [...], [...], p. [...]. [5] ĠU C [...], [...], p. [...].