[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 8.7.2005 KUMM(2005) 258 finali Proposta ta’ DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Komunità fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 73 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u l-Istat ta’ l-Iżrael, fuq l-oħra (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Il-ftehim ta’ assoċjazzjoni jifforma l-bażi legali tar-relazzjonijiet bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżrael. 2. Il-ftehim ta’ assoċjazzjoni jipprevedi, fl-Artikolu 73, it-twaqqif tal-korpi meħtieġa għall-implimentazzjoni tiegħu. Għandu jkun hemm żvilupp ta’ l-istituzzjonijiet responsabbli mit-twettiq tal-ftehim Ewro-Mediterranju, biex ikunu jistgħu jaffrontaw il-komplessità teknika dejjem tikber tal-kwistjonijiet li huma responsabbli minnhom. Huma għandhom ukoll ikunu konformi ma’ dak li hu previst f’kuntratti ta’ ftehim internazzjonali differenti milħuqa mill-UE. Aktar minn hekk, it-tħaddim tal-Politika Ewropea għall-Pajjiżi Ġirien u l-Pjanijiet ta’ Azzjoni tagħha f’firxa wiesgħa ta’ oqsma settorjali jeħtieġ it-twaqqif tas-sotto-kumitati proposti. Barra minn hekk, ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iżrael se jevolvu b’mod li jiksbu l-forma ta’ sħubija fuq livell globali, u dan jeżieġi strateġija koerenti, li għandha tkun garanzija ta’ koordinazzjoni mill-qrib u permanenti tal-partijiet differenti kkonċernati. 3. Struttura istituzzjonali ffurmata minn numru ta’ sotto-kumitati kienet stabbilita għall-implimentazzjoni ta’ pajjiżi msieħba oħrajn Ewro-Mediterranji bħall-Marokk, it-Tuniżija u l-Ġordan. Il-proposta preżenti se ssegwi, fil-biċċa l-kbira, l-istess skema u struttura. 4. L-Iżrael iddikjara ruħu lest li jsaħħaħ il-kooperazzjoni fl-oqsma differenti inklużi fid-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni. 5. F’din il-perspettiva, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi lill-Kunsill it-twaqqif ta’ numru ta’ sotto-kumitati li għandhom l-għan li jgħinu lill-Kunsill u l-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fit-twettiq tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea għall-Pajjiżi Ġirien. Dawn is-sotto-kumitati għandhom jeżaminaw il-kwistjonijiet ta’ natura teknika li ma jkunux jistgħu jiġu diskussi b’mod sħiħ fil-qafas tal-Kumitati ta’ Assoċjazzjoni. 6. L-għaxar sotto-kumitati li qed nipproponu se jissejħu: (i) id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni, (ii) il-kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, (iii) l-affarijiet soċjali u li għandhom x’jaqsmu mat-tluq minn post għall-ieħor (iv) il-kooperazzjoni doganali u t-tassazzjoni, (v) l-agrikoltura u l-industrija tas-sajd, (vi) is-suq intern, (vii) il-kummerċ, l-industrija u s-servizzi, (viii) il-ġustizzja u l-affarijiet legali, (ix) it-trasport, l-enerġija, l-ambjent, (x) ir-riċerka, l-innovazzjoni, is-soċjetà ta’ l-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-kultura. 7. Fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni tas-sotto-kumitati, dawn se jkunu ppreseduti mill-Kummissjoni, b’applikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2002. Skond dik l-istess deċiżjoni, il-Presidenza tas-sotto-kumitati “Djalogu Politiku u Kooperazzjoni” u “Ġustizzja u affarijiet legali” se tkun eżerċitata, f’dak li jikkonċerna l-UE, skond l-istess regoli maħsuba għall-Presidenza tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. F’każ ta’ eżami ta’ kwistjonijiet li m’humiex rilevanti għall-kompetenza komunitarja, is-sotto-kumitat se jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Presidenza tal-Kunsill li jesprimi wkoll il-pożizzjoni ta’ l-Istati Membri. Fil-każ ta’ dan ta’ l-aħħar, il-Kummissjoni se tkun involuta bis-sħiħ fix-xogħlijiet ta’ tħejjija u fid-definizzjoni ta’ l-għanijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati. 8. L-għan, is-suġġetti diskussi minn kull wieħed mis-sotto-kumitati u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni huma spjegati fir-regolamenti interni mehmuża fl-anness. Proposta ta’ DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Komunità fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 73 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u l-Istat ta’ l-Iżrael, fuq l-oħra IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li ra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni sotto-paragrafu ta’ l-Artikolu 300(2), Wara li ra l-proposta tal-Kummissjoni[1], Wara li kkunsidra dan li ġej: (1) Il-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Istat ta’ l-Iżrael, fuq in-naħa l-oħra, kien iffirmat fl-20 ta’ Novembru 1995 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2000, (2) L-Artikolu 73 ta’ dan il-Ftehim jipprovdi għat-twaqqif tal-gruppi tax-xogħol jew korpi (minn hawn ’il quddiem msejħa sotto-kumitati) meħtieġa biex ikun implimentat il-ftehim. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu uniku Il-pożizzjoni li għandha tadotta l-Komunità fi ħdan il-kunsill ta’ assoċjazzjoni mwaqqaf mill-Ftehim Ewro-Meditteranju konkluż bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Istat ta’ l-Iżrael, fuq l-oħra, fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-artikolu 73 ta’ dan il-ftehim, hi bbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mehmuż mad-deċiżjoni preżenti. Is-sotto-kumitati huma ppreseduti minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. L-Istati Membri huma infurmati u għandhom id-dritt li jieħdu sehem fil-laqgħat ta’ dawn is-sotto-kumitati. Rappreżentant tal-Presidenza tal-Kunsill għandu jesprimi l-pożizzjoni ta’ l-UE dwar kwistjonijiet rilevanti għat-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’dan il-każ, il-Kummissjoni hi involuta bis-sħiħ fix-xogħlijiet ta’ tħejjija u fid-definizzjoni ta’ l-għanijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President Abbozz ta’ DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-IŻRAEL Ħolqien ta’ sotto-kumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Iżrael, Wara li ra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tiegħu, fuq naħa, u l-Istat ta’ Iżrael, fuq l-oħra; Billi: (1) Ir-relazzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea ma’ pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Mediterran qed isiru dejjem aktar kumplessi minħabba l-implimentazzjoni tal-ftehim Ewro-Mediterranju u bit-tkomplija tas-Sħubija Ewro-Mediterranja. Aktar minn hekk, it-tħaddim tal-Politika Ewropea għall-Pajjiżi Ġirien u l-Pjanijiet ta’ Azzjoni tagħha f’firxa wiesgħa ta’ oqsma settorjali jeħtieġ it-twaqqif tas-sotto-kumitati proposti. (2) L-Artikolu 73 ta’ dan il-Ftehim jipprovdi t-twaqqif ta’ gruppi tax-xogħol jew organi meħtieġa (minn hawn ’il quddiem msejħa s-sotto-kumitati) biex ikun implimentat il-ftehim. IDDEĊIEDA: Artikolu uniku Fi ħdan il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Iżrael qed jiġu kkostitwiti s-sotto-kumitati msemmija fl-Anness 1 u jiġu adottati r-Regolamenti Interni ta’ dawn is-sotto-kumitati li jidhru fl-Anness 2. Is-sotto-kumitati jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u jridu jirrapurtaw lilu wara kull waħda mil-laqgħat tagħhom. Is-sotto-kumitati msemmija hawn fuq m’għandhomx saħħa li jieħdu deċiżjonijiet. Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni jieħu kull miżura meħtieġa biex jiżgura t-tħaddim tajjeb ta’ dawn il-kumitati u javża lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni b’dawn il-miżuri. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li joħloq sotto-kumitati jew gruppi oħrajn, jew li jabolixxi xi sotto-kumitati jew gruppi eżistenti. Id-deċiżjoni preżenti tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha. Magħmula fi, Mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ANNESS I FTEHIM TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-IŻRAEL SOTTO-KUMITATI MARBUTA MAL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI (1) Id-djalogu Politiku u l-kooperazzjoni (2) Il-kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji (3) L-affarijiet soċjali u l-affarijiet ta’ l-immigrazzjoni (4) Il-kooperazzjoni doganali u t-Tassazzjoni (5) L-agrikoltura u l-industrija tas-sajd (6) Is-suq intern (7) L-industrija, il-kummerċ u s-servizzi (8) Il-ġustizzja u l-affarijiet legali (9) It-trasport, l-enerġija u l-ambjent (10) Ir-riċerka, l-innovazzjoni, is-soċjetà ta’ l-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-kultura. ANNEX II Ir-regoli tal-proċedura Is-Sotto-Kumitat Nru. 1 ta’ l-UE-l-Iżrael Id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni 1. Kompożizzjoni u Presidenza Is-sotto-kumitat hu kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael u hu ppresedut darba kull wieħed miż-żewġ naħat. Kull naħa se taħtar il-President tagħha. 2. Rwol Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u jrid jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda saħħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. 3. Suġġetti Is-sotto-kumitat irid jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien, inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan jiddiskuti dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Dan jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi miżuri possibbli biex dawn jissolvew. 3.a- Valuri komuni: Id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali Il-ġlieda kontra l-anti-Semitiżmu Il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, inkluża l-Iżlamofobija. 3.b- Temi reġjonali u internazzjonali Il-kooperazzjoni taħt is-CSFP/l-ESDP, il-ġestjoni tal-kriżijiet Is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani Kontra t-tixrid tal-WMD u l-mezzi ta’ kif dawn forniment, inklużi l-missili ballistiċi. - It-traffikar illegali ta’ tagħmir militari Il-ġlieda kontra t-terroriżmu L-organizzazzjonijiet internazzjonali Il-kooperazzjoni reġjonali (inkluża l-koordinazzjoni ta’ kwistjonijiet reġjonali li jinqalgħu f’sotto-kumitati oħra). Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar qasam, numru ta’ oqsma jew l-oqsma kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq. 4. Segretarjat Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat. Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji se jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati inklużi d-dati u l-aġendi. 5. Laqgħat Is-sotto-kumitat għandu jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju kompetenti li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi sa limitu massimu ta’ 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jinġabru tul diversi jiem. F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr, jekk jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub. Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet. Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju kompetenti, bi ftehim mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmulha d-delegazzjoni ta’ kull parti. Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub. 6. Aġenda tal-laqgħat It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda provviżorja tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta’ referenza għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet sa mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Is-sotto-kumitat jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa. 7. Minuti Wara kull laqgħa, iż-żewġ segretarji jridu jieħdu l-minuti u jiftiehmu dwarhom. Is-segretarji tas-sotto-kumitat jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat. 8. Pubbliċità Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat ma jridux ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali. Ir-regoli tal-proċedura Is-Sotto-Kumitat Nru. 2ta’ l-UE-l-Iżrael Il-kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji 1. Kompożizzjoni u Presidenza Is-sotto-kumitat hu kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael u hu ppresedut darba kull wieħed miż-żewġ naħat. Kull naħa se taħtar il-President tagħha. 2. Rwol Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u jrid jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. 3. Suġġett Is-sotto-kumitat irid jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan jiddiskuti dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Dan jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi miżuri possibbli biex dawn jissolvew. 3.a- Politika makroekonomika 3.b Politika ekonomika strutturali 3.c- Servizzi finanzjarji (aspetti makro-ekonomiċi) u swieq kapitali 3.d- Moviment tal-kapital u ħlasijiet 3.e. Regolamenti Finanzjarji (eż. ġestjoni u trasparenza tal-finanzi pubbliċi) 3.f- Pensjonijiet u sigurtà soċjali (aspetti ekonomiċi) 3.g- Statistika Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar qasam, numru ta’ oqsma jew l-oqsma kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq. 4. Segretarjat Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat. Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi. 5. Laqgħat Is-sotto-kumitat irid jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju kompetenti li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jrid iwieġeb fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jinġabru tul diversi jiem. F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr, jekk jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub. Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet. Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju kompetenti, bi ftehim mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti. Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub. 6. Aġenda tal-laqgħat It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda provviżorja tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta’ referenza għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet sa mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Is-sotto-kumitat jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa. 7. Minuti Wara kull laqgħa, iż-żewġ segretarji jridu jieħdu l-minuti u jiftiehmu dwarhom. Is-segretarji tas-sotto-kumitat jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat. 8. Pubbliċità Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat m’għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali. Ir-regoli tal-proċeduri Is-Sotto-Kumitat Nru. 3 ta’ l-UE-l-Iżrael L-affarijiet soċjali u t-tluq minn post għall-ieħor 1. Kompożizzjoni u Presidenza Is-sotto-kumitat hu kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ Iżrael u hu ppresedut darba kull wieħed miż-żewġ naħat. Kull naħa se taħtar il-President tagħha. 2. Rwol Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u jrid jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda saħħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. 3. Suġġett Is-sotto-kumitat irid jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien, inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u jrid jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan jiddiskuti dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Dan jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi miżuri possibbli biex dawn jissolvew. 3.a- Problemi soċjali f’soċjetajiet post-industrijali 3.b- Ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, inklużi kwistjonijiet ta’ diżabilità 3.c- Saħħa pubblika 3.d- Opportunitajiet indaqs 3.e- Moviment tal-ħaddiema 3.f- Politika dwar it-tluq minn post għall-ieħor 3.g- Politika tax-xogħol 3.h Ħarsien soċjali Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar qasam, numru ta’ oqsma jew l-oqsma kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq. 4. Segretarjat Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat. Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji se jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi. 5. Laqgħat Is-sotto-kumitat jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju kompetenti li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi sa limitu massimu ta’ 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jinġabru tul diversi jiem. F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr, jekk jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub. Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet. Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju kompetenti, bi ftehim mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti. Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub. 6. Aġenda tal-laqgħat It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda provviżorja tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta’ referenza għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet sa mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Is-sotto-kumitat jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa. 7. Minuti Wara kull laqgħa, iż-żewġ segretarji jridu jieħdu l-minuti u jiftiehmu dwarhom. Is-segretarji tas-sotto-kumitat jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat. 8. Pubbliċità Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat mhumiex pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali. Ir-regoli tal-proċedura Is-Sotto-Kumitat Nru. 4 ta’ l-UE-l-Iżrael Il-kooperazzjoni doganali u t-Tassazzjoni 1. Kompożizzjoni u Presidenza Is-sotto-kumitat hu kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ Iżrael u hu ppresedut darba kull wieħed miż-żewġ naħat. Kull naħa se taħtar il-President tagħha. 2. Rwol Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u jrid jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda saħħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. 3. Suġġett Is-sotto-kumitat irid jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan jiddiskuti dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Dan jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi miżuri possibbli biex dawn jissolvew. 3.a- Proċeduri doganali ġenerali, nomenklatura doganali, valutazzjoni doganali 3.b Termini marbuta mar-regoli ta’ l-oriġini 3.c- Sistemi tat-tariffi 3.d- Kooperazzjoni doganali 3.e- Tassazzjoni Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar qasam, numru ta’ oqsma jew l-oqsma kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq. 4. Segretarjat Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat. Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji se jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi. 5. Laqgħat Is-sotto-kumitat jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju kompetenti li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi sa limitu massimu ta’ 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jinġabru tul diversi jiem. F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr, jekk jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub. Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet. Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju kompetenti, bi ftehim mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti. Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub. 6. Aġenda tal-laqgħat It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda provviżorja tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta’ referenza għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet sa mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Is-sotto-kumitat jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa. 7. Minuti Wara kull laqgħa, iż-żewġ segretarji jridu jieħdu l-minuti u jiftiehmu dwarhom. Is-segretarji tas-sotto-kumitat jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat. 8. Pubbliċità Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat mhumiex pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali. Ir-regoli tal-proċedura Is-Sotto-Kumitat Nru. 5 ta’ l-UE-l-Iżrael L-agrikoltura u l-Industrija tas-sajd 1. Kompożizzjoni u Presidenza Is-sotto-kumitat hu kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ Iżrael u hu ppresedut darba kull wieħed miż-żewġ naħat. Kull naħa se taħtar il-President tagħha. 2. Rwol Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u jrid jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda saħħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. 3. Suġġett Is-sotto-kumitat irid jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien, inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan jiddiskuti dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Dan jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi miżuri possibbli biex dawn jissolvew. 3.a.- Agrikoltura u prodotti agrikoli pproċessati (inkluż il-kummerċ) 3.b.- Temi sanitarji u fito-sanitarji 3.c.- Żvilupp rurali u kooperazzjoni reġjonali 3.d.- Prodotti tas-sajd, inkluż il-kummerċ Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar qasam, numru ta’ oqsma jew l-oqsma kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq. 4. Segretarjat Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat. Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji se jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi. 5. Laqgħat Is-sotto-kumitat jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju kompetenti li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi sa limitu massimu ta’ 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jinġabru tul diversi jiem. F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr, jekk jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub. Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet. Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju kompetenti, bi ftehim mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti. Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub. 6. Aġenda tal-laqgħat It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda provviżorja tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta’ referenza għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet sa mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Is-sotto-kumitat jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa. 7. Minuti Wara kull laqgħa, iż-żewġ segretarji jridu jieħdu l-minuti u jiftiehmu dwarhom. Is-segretarji tas-sotto-kumitat jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat. 8. Pubbliċità Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat mhumiex pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali. Ir-regoli tal-proċedura Is-Sotto-Kumitat Nru. 6 ta’ l-UE-l-Iżrael Is-suq intern 1. Kompożizzjoni u Presidenza Is-sotto-kumitat hu kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael u hu ppresedut darba kull wieħed miż-żewġ naħat. Kull naħa se taħtar il-President tagħha. 2. Rwol Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u jrid jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda saħħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. 3. Suġġett Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien, inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan jiddiskuti dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Dan jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi miżuri possibbli biex dawn jissolvew. 3.a- Kooperazzjoni leġiżlattiva u amministrattiva dwar regolamenti tekniċi, standards u valutazzjoni tal-konformità 3.b- Politika dwar il-kompetizzjoni 3.c Akkwisti pubbliċi 3.d- Drittijiet tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali 3.e- Servizzi (politika u temi regolatorji) 3.f- Dritt li tistabbilixxi ruħek, liġi tal-kumpanija Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar qasam, numru ta’ oqsma jew l-oqsma kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq. 4. Segretarjat Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat. Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi. 5. Laqgħat Is-sotto-kumitat jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju kompetenti li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi sa limitu massimu ta’ 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jinġabru tul diversi jiem. F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr, jekk jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub. Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet. Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju kompetenti, bi ftehim mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti. Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub. 6. Aġenda tal-laqgħat It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda provviżorja tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta’ referenza għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet sa mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Is-sotto-kumitat jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa. 7. Minuti Wara kull laqgħa, iż-żewġ segretarji jridu jieħdu l-minuti u jiftiehmu dwarhom. Is-segretarji tas-sotto-kumitat jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat. 8. Pubbliċità Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat m’għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali. Ir-regoli tal-proċedura Is-Sotto-Kumitat Nru. 7 ta’ l-UE-l-Iżrael L-Industrija, il-Kummerċ u s-Servizzi 1. Kompożizzjoni u Presidenza Is-sotto-kumitat hu kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ Iżrael u hu ppresedut darba kull wieħed miż-żewġ naħat. Kull naħa se taħtar il-President tagħha. 2. Rwol Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u jrid jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda saħħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. 3. Suġġett Is-sotto-kumitat irid jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien, inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan jiddiskuti dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Dan jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi miżuri possibbli biex dawn jissolvew. 3.a- Politika dwar l-intrapriża u kooperazzjoni industirjali 3.b- Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni ENP 3.c Kwistjonijiet bilaterali tal-kummerċ 3.d- Servizzi u investiment (aspetti kummerċjali inkluż il-ftuħ ta’ negozjati bilaterali) 3.e- Tħejjijiet ta’ ftehim kummerċjali dwar regolamenti tekniċi, standards u valutazzjoni tal-konformità 3.f- Kooperazzjoni fuq kwistjonijiet ta’ l-e-commerce 3.g- Turiżmu 3.h- Kooperazzjoni internazzjonali dwar l-iżvilupp (kwistjonijiet ta’ aċċess bejn l-Iżrael u l-KE) Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar qasam, numru ta’ oqsma jew l-oqsma kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq. 4. Segretarjat Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael iridu jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat. Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi. 5. Laqgħat Is-sotto-kumitat jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju kompetenti li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi sa limitu massimu ta’ 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jinġabru tul diversi jiem. F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr, jekk jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub. Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet. Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju kompetenti, bi ftehim mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti. Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub. 6. Aġenda tal-laqgħat It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda provviżorja tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta’ referenza għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet sa mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Is-sotto-kumitat jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa. 7. Minuti Wara kull laqgħa, iż-żewġ segretarji jridu jieħdu l-minuti u jiftiehmu dwarhom. Is-segretarji tas-sotto-kumitat jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat. 8. Pubbliċità Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat m’għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali. Ir-regoli tal-proċedura Is-Sotto-Kumitat Nru. 8 ta’ l-UE-l-Iżrael Il-ġustizzja u l-affarijiet legali 1. Kompożizzjoni u Presidenza Is-sotto-kumitat hu kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ Iżrael u hu ppresedut darba kull wieħed miż-żewġ naħat. Kull naħa se taħtar il-President tagħha. 2. Rwol Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u jrid jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda saħħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. 3. Suġġett Is-sotto-kumitat irid jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien, inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan jiddiskuti dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Dan jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi miżuri possibbli biex dawn jissolvew. 3.a- Kwistjonijiet marbuta mat-tluq minn post għall-ieħor 3.b- Kenn politiku 3.c- Azzjonijiet speċifiċi biex ikun hemm ġlied kontra t-terroriżmu fil-qasam tal-Ġustizzja u ta’ l-Affarijiet Interni 3.d- Ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tal-persuni, 3.e. Droga 3.f. Ħasil ta’ flus, kriminalità finanzjarja u ekonomika 3.g- Kooperazzjoni ġuridika u bejn il-pulizija Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar qasam, numru ta’ oqsma jew l-oqsma kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq. 4. Segretarjat Rappreżentant tal-Komunità Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat. Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi. 5. Laqgħat Is-sotto-kumitat jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju kompetenti li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi sa limitu massimu ta’ 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat ta’sotto-kumitati jistgħu jinġabru tul diversi jiem. F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr, jekk jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub. Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet. Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju kompetenti, bi ftehim mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti. Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub. 6. Aġenda tal-laqgħat It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda provviżorja tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta’ referenza għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet sa mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Is-sotto-kumitat jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa. 7. Minuti Wara kull laqgħa, iż-żewġ segretarji jridu jieħdu l-minuti u jiftiehmu dwarhom. Is-segretarji tas-sotto-kumitat jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat. 8. Pubbliċità Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat m’għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali. Ir-regoli tal-proċedura Is-Sotto-Kumitat Nru. 9 ta’ l-UE-l-Iżrael It-Trasport, l-Enerġija, u l-Ambjent 1. Kompożizzjoni u Presidenza Is-sotto-kumitat hu kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ l-Iżrael u hu ppresedut darba kull wieħed miż-żewġ naħat. Kull naħa se taħtar il-President tagħha. 2. Rwol Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u jrid jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda saħħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. 3. Suġġett Is-sotto-kumitat irid jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien, inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan jiddiskuti dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Dan jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi miżuri possibbli biex dawn jissolvew. 3.a- Trasport 3.b- Enerġija 3.c- Ambjent Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar qasam, numru ta’ oqsma jew l-oqsma kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq. 4. Segretarjat Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat. Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati inklużi d-dati u l-aġendi. 5. Laqgħat Is-sotto-kumitat jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju kompetenti li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi sa limitu massimu ta’ 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sotto-kumitati jistgħu jinġabru tul diversi jiem. F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr, jekk jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub. Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet. Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju kompetenti, bi ftehim mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti. Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub. 6. Aġenda tal-laqgħat It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda provviżorja tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta’ referenza għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet sa mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Is-sotto-kumitat jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa. 7. Minuti Wara kull laqgħa, iż-żewġ segretarji jridu jieħdu l-minuti u jiftiehmu dwarhom. Is-segretarji tas-sotto-kumitat jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat. 8. Pubbliċità Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat m’għandhomx ikunu pubbliċi u r-rapporti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali. Ir-regoli tal-proċedura Is-Sotto-Kumitat Nru. 10 ta’ l-UE-l-Iżrael Ir-Riċerka, l-Innovazzjoni, is-Soċjet à ta’ informazzjoni, l-Edukazzjoni u l-Kultura 1. Kompożizzjoni u Presidenza Is-sotto-kumitat hu kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha kif ukoll tal-Gvern ta’ Iżrael u hu ppresedut darba kull wieħed miż-żewġ naħat. Kull naħa se taħtar il-President tagħha. 2. Rwol Is-sotto-kumitat se jkun forum għad-diskussjoni, għall-konsultazzjoni u għall-valutazzjoni u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, u jrid jirrapporta lilu wara kull waħda mil-laqgħat tiegħu. Is-sotto-kumitat m’għandu l-ebda saħħa li jieħu deċiżjonijiet iżda jista’ jressaq proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. 3. Suġġett Is-sotto-kumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni relatat tal-Politika għall-Pajjiżi Ġirien, inkluż fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jivvaluta l-progress li sar fl-għanijiet u fl-azzjonijiet li kienu identifikati u miftiehma fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fil-każ li jkun meħtieġ, dan jiddiskuti dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-funzjoni pubblika. Dan jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi miżuri possibbli biex dawn jissolvew. 3.a- Xjenza u Innovazzjoni teknoloġika 3.b- Kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, tat-taħriġ u ta’ l-iskambji taż-żgħażagħ 3.c- Kooperazzjoni kulturali 3.d- Soċjetà ta’ l-informazzjoni 3.e Politika ta' l-awdjoviżwal 3.f- Kooperazzjoni bejn is-soċjetà ċivili Din il-lista mhix eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Is-sotto-kumitat jista’ jeżamina kwistjonijiet dwar qasam, numru ta’ oqsma jew l-oqsma kollha, fost dawk imsemmija hawn fuq. 4. Segretarjat Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ l-Iżrael iridu jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sotto-kumitat. Il-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw lis-sotto-kumitat jintbagħtu lis-segretarji. Is-segretarji jkunu responsabbli għat-tħejjijiet tal-laqgħat tas-sotto-kumitati, inklużi d-dati u l-aġendi. 5. Laqgħat Is-sotto-kumitat jiltaqa’ kull darba li jkun meħtieġ miċ-ċirkostanzi u fil-prinċipju mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba mressqa mill-President ta’ waħda mill-partijiet u mibgħuta lis-segretarju kompetenti li jgħaddiha lill-parti l-oħra. Wara li tasal talba għal laqgħa tas-sotto-kumitat, is-segretarju tal-parti l-oħra jirrispondi sa limitu massimu ta’ 15-il jum tax-xogħol. Fejn hu possibbli, u bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat ta’sotto-kumitati jistgħu jinġabru tul diversi jiem. F’każ ta’ urġenza partikolari, is-sotto-kumitat jista’ jitlaqqa’ aktar malajr, jekk jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet. Kull talba biex tissejjaħ laqgħa għandha ssir bil-miktub. Kull laqgħa tas-sotto-kumitat għandha tinżamm fid-data u l-post miftiehma bejn iż-żewġ partijiet. Il-laqgħat jissejħu mis-segretarju kompetenti, bi ftehim mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President hu informat dwar minn min se tkun magħmula d-delegazzjoni ta’ kull parti. Jekk jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, is-sotto-kumitat jista’ jistieden xi esperti għal-laqgħat tiegħu biex jagħtuh it-tagħrif speċifiku mitlub. 6. Aġenda tal-laqgħat It-talbiet kollha biex ikunu inklużi xi punti fl-aġenda tal-laqgħat tas-sotto-kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji. Aġenda provviżorja tkun deċiża mill-President għal kull laqgħa. Is-segretarju kompetenti jibgħatha lis-segretarju l-ieħor sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda provviżorja tinkludi dawk il-punti li l-inklużjoni tagħhom fl-aġenda kienet mitluba lis-segretarji sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumenti ta’ referenza għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet sa mill-inqas sebat ijiem qabel. Dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ urġenza, jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. Is-sotto-kumitat jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa. 7. Minuti Wara kull laqgħa, iż-żewġ segretarji jridu jieħdu l-minuti u jiftiehmu dwarhom. Is-segretarji tas-sotto-kumitat jibagħtu kopja tal-minuti lis-segretarji u l-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mis-sotto-kumitat. 8. Pubbliċità Ħlief f’każ ta’ deċiżjoni kuntrarja, il-laqgħat tas-sotto-kumitat m’għandhomx ikunu pubbliċi u r-rapporti rilevanti għandhom ikunu konfidenzjali. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA | DATA: | 1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT: | APPROPRJAZZJONIJIET | 2. | TITOLU: Il-pożizzjoni tal-Komunità fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 73 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Istat ta’ Iżrael, fuq in-naħa l-oħra. | 3. | BAŻI LEGALI: Art. 73 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE/Iżrael | 4. | GĦANIJIET: Twaqqif ta’ għaxar sotto-kumitati | 5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI: | PERJODU TA’ 12-IL SENA (miljuni ta’ EUR) | IS-SENA FINANZJARJA PREŻENTI 2005 (miljuni ta’ EUR) | IS-SENA FINANZJARJA LI JMISS 2006 (miljuni ta’ EUR)) | 5.0 | NEFQA - IDDEBITATI FUQ IL-BAĠIT TA’ L-UE (RIMBORŻI/INTERVENTI) - AWTORITAJIET NAZZJONALI - OĦRAJN | n/a | n/a | n/a | 5.1 | DĦUL - RIŻORSI TAL-KE STESS (ĠBIR TAT-TAXXI/DAZJI) - NAZZJONALI | n/a | n/a | n/a | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 5.0.1 | IN-NEFQA STMATA | - | - | - | - | 5.1.1 | ID-DĦUL STMAT | - | - | - | - | 5.2 | METODU TA’ KALKULAZZJONI: | 6.0 | JISTA’ L-PROĠETT IKUN IFFINANZJAT MINN APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT PREŻENTI? | IVA | 6.1 | JISTA’ L-PROĠETT IKUN IFFINANZJAT BI TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL- BAĠIT PREŻENTI? | IVA | 6.2 | SE JKUN HEMM BŻONN TA’ BAĠIT SUPPLIMENTARI? | LE | 6.3 | SE JKUN HEMM BŻONN LI L-APPROPRJAZZJONIJIET IKUNU INKLUŻI F’BAĠITS FUTURI? | LE | OSSERVAZZJONIJIET: Il-laqgħat tal-grupp tax-xogħol u tas-sotto-kumitati se jsiru fi Brussell jew f’Ġerusalemm. Meta jsiru fl-Iżrael, il-baġit tal-missjoni tal-parteċipanti se jkopri l-ispejjeż tagħhom. | [1] ĠU C , , p. .