Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet sub-paragrafu, punt (c) tat-Trattat KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta’ proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali ta’ l-iċċekkjar fil-fruntieri komuni għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen mis-servizzi ta’ l-Istati Membri responsabbli li joħorġu ċertifikati ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE /* KUMM/2005/0250 finali - COD 2003/0198 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 2.6.2005 KUMM(2005) 250 finali 2003/0198 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet sub-paragrafu, punt (c) tat-Trattat KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta’ proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali ta’ l-iċċekkjar fil-fruntieri komuni għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen mis-servizzi ta’ l-Istati Membri responsabbli li joħorġu ċertifikati ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE 2003/0198 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONIskond l-Artikolu 251 (2), it-tielet sub-paragrafu, punt (c) tat-Trattat KE,dwar l-emendi tal-Parlament Ewropewtal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta’ proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali ta’ l-iċċekkjar fil-fruntieri komuni għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen mis-servizzi ta’ l-Istati Membri responsabbli li joħorġu ċertifikati ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi 1. STORJA TAD-DOSSIER Il-Kunsill, fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-5 u s-6 ta’ Ġunju 2003, stieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex tagħti lill-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni tal-vetturi aċċess għad- data tas-SIS (Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen) dwar il-vetturi misruqa jew mitlufa u d-dokumenti rilevanti tagħhom. Il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Abbozz ta’ Regolament fil-21 ta’ Awwissu 2003. Il-proposta tistipula li l-Istati Membri jingħataw sitt xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ l-abbozz tar-Regolament sabiex iwaqqfu l-faċilitajiet tekniċi meħtieġa sabiex jipprovdu aċċess dirett. Dan jimplika li l-funzjonalità tista’ tkun implimentata taħt is-sistema SIS attwali. Sabiex tippermetti l-possibilità ta’ l-awtoritajet tar-reġistrazzjoni tal-vetturi li jagħmlu aċċess għall-fajls tas-SIS dwar il-vetturi misruqa, il-Konvenzjoni ta’ Schengen trid tkun emendata minħabba li, għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data , il-konvenzjoni tidentifika b’mod speċifiku dawk l-awtoritajiet li għandhom id-dritt li jagħmlu aċċess għas-SIS. Għalhekk ir-regolament jipproponi li jiżdied artikolu ġdid 102A, mal-Konvenzjoni. Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 71 (1) (d) tat-Trattat tal-KE. Il-Parlament wassal l-opinjoni fl-ewwel qari ta’ l-1 ta’ April 2004, u ppropona 10 emendi. B’mod partikolari l-Parlament talab rapport annwali fuq l-implimentazzjoni ta' dan ir-regolament. Fl-aħħar nett, sabiex jisħaq li aċċess miżjud għandu jkun possibbli biss bir-regoli msaħħa ta’ protezzjoni tad- data introduċa t-talba ta’ kondizzjoni li tkun irreġistrata kull trażmissjoni. Il-Kummissjoni ppreżentat oralment il-pożizzjoni tagħha fl-emendar ta' l-ewwel qari u abbażi ta' din il-Kunsill inkluda seba' minn għaxar emendi tal-PE fil-Pożizzjoni Komuni. - Data tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni: 21.08.2003 - Data tat-trażmissjoni tal-Proposta lill-Parlament u lill-Kunsill: 21.08.2003 - Data ta' l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew : 25.2.2004: - L-ewwel Qari tal-Parlament Ewropew: 1.04.2004 - Data tat-trażmissjoni tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE li għandu x’jaqsam mal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill(COM(2005)3 finali): 10.1.2005 - Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill: 22.12.2004 (permezz ta’ unanimità) - Data ta’ meta waslet il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill mill-Parlament Ewropew: 13.1.2005 - It-tieni qari tal-Parlament Ewropew: 28.04.2005 2. GĦAN TAL-PROPOSTA L-għan ġenerali tal-proposta huwa li jemenda l-Konvenzjoni Schengen sabiex jitjieb l-operat bejn l-Istati Membri u bħala riżultat ta’ dan, jitjiebit-tħaddim tas-suq intern. L-għanijiet speċifiċi huma hekk kif ġejjin: L-ewwel nett din il-proposta tikkontribwixxi għat-twettiq tal-politika komuni tat-trasport billi tipprovdi lill-Istati Membri b'mezz addizzjonali ta’ operat sabiex jgħin lil kull wieħed minnhom bir-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-vetturi u għalhekk jiffaċilita sabiex iċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi li nħarġu minn Stat Membru ieħor, jingħarfu b’mod reċiproku. It-tieni nett din il-proposta tfisser sinjal ta' żvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen fis-sens tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/436/KE. Hija kontribut sod għal sensiela ta’ inizjattivi oħra li jiżviluppaw l- acquis ta’ Schengen li jimmiraw li jkattru t-tħaddim tas-SIS. It-tielet nett il-proposta se tikkontribwixxi għall-kisba ta’ l-għanijiet ifformulati mill-Kunsill Ewropew ta’ Tampere u affermati mill-ġdid mill-Programm ta’ The Hague mħaddan mill-Kunsill Ewropew ta’ Novembru 2004 bl-iskop li jsaħħaħ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Notevolment, il-proposta tikkontribwixxi sabiex tiġġieled kontra s-serq tal-vetturi b’mod effiċjenti. Dan se jsir billi l-awtoritajiet nazzjonali tar-reġistrazzjoni tal-vetturi jitħallew jikkonsultaw ir-reġistri tad- data tas-SIS dwar il-vetturi misruqa u d-dokumenti ral-vetturi misruqa qabel ma jirreġistraw vettura li diġà hija rreġistrata fi Stat ieħor ta’ Schengen taħt ċerti kondizzjonijiet . Din l-informazzjoni se tagħmilha aktar diffiċli għall-ħallelin li jbiegħu vetturi misruqa fi Stati oħra ta’ Schengen. Fl-istess waqt se żżid il-probabiltajiet li l-vittmi ta’ serq jirreklamaw il-propjetà mitlufa tagħhom. 3. L-OPINJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR L-EMENDI PROPOSTI MILL-PARLAMENT EWROPEW Matul it-tieni qari l-Parlament adotta tliet emendi u l-Kummissjoni taċċettahom bis-sħiħ. Emenda 1 PREMESSA 3(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/919/KE tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar li tiġi indirizzata l-kriminalità fuq il-vetturi b'implikazzjonijiet li jifirxu bejn il-fruntieri tinkludi l-użu tas-SIS bħala parti integrali mill-istrateġija ta’ infurzar tal-liġi kontra l-kriminalità fuq il-vetturi . L-emenda I taġġorna t-test sabiex tqis il-fatt li l-inizjattiva Olandiża li għaliha rriferiet il-pożizzjoni Komuni tal-Kunsill fil-premessa 3 kienet sadanittant adottata. Emenda 2 PREMESSA 13 A (ġdida) (13a) Fir-rigward ta' l-Iżvizzera, dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta' l- acquis ta' Schengen fi ħdan it-tifsira tal-ftehim iffirmat mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen, li jaqa’ taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' ċertu dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. Emenda 2 hija introdotta biex tikkunsidra l-adeżjoni ġejjiena ta’ l-Iżvizzera għall- acquis ta’ Schengen li din il-miżura tikkonstitwixxi żvilupp fuqha. Emenda 3 ARTIKOLU 1 l-Artikolu 102 a, il-paragrafu 3 a (ġdid) (Konvenzjoni ta’ Schengen 1990) 3a. Kull sena, wara li jfittex l-opinjoni ta’ l-awtorità konġunta ta’ superviżjoni mwaqqfa skond l-Artikolu 115 fuq ir-regoli ta' protezzjoni tad- data , il-Kunsill irid jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew fuq l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dan ir-rapport irid jinkludi informazzjoni u statistika relatati ma’ l-użu u r-riżultati ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu u jrid jiddikjara kif kienu applikati r-regoli tal-protezzjoni tad- data . L-Emenda 3 titlob il-kondizzjoni ta’ rapport annwali mill-Kunsill lill-PE dwar l-implimentazzjoni ta’ l-aċċess propost lill-awtoritajiet ta’ reġistrazzjoni tal-vettura sabiex jiġġieldu l-kriminalità fuq il-vetturi. L-emenda 3 hija issa aċċettabbli għall-Kummissjoni minħabba li tbiddlet l-għażla tal-kliem ta’ l-AM 10 (l-ewwel qari) ta’ qabel f’żewġ aspetti: l-ewwel nett, huwa propost li l-Kunsill u mhux il-Kummissjoni jibgħat ir-rapport lill-PE. Fil-fatt, il-Kummissjoni ma għandha ebda responsabilità għall-ġestjoni tas-SIS attwali. It-tieni nett, iddaħlet għażla ta’ kliem b’mod ġenerali sabiex tiċċara li t-tħejjija ta’ din l-istatistika mhijiex se timplika li l-Istati Membri se jkollhom jintroduċu bidliet tekniċi f'livell nazzjonali. Fil-fatt, ir-rapport se jinkludi b’mod ġenerali "informazzjoni u statistika relatati ma’ l-użu u r-riżultati ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu". 4. KONKLUżJONI Skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stipulat hawn fuq.