Proposta emendata ta' direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/88/KE dwar ċerti aspetti ta’ l-arranġament tal-ħin tax-xogħol /* KUMM/2005/0246 finali - COD 2004/0209 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 31.5.2005 KUMM(2005) 246 finali 2004/0209 (COD) Proposta emendata ta’ DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2003/88/KE dwar ċerti aspetti ta’ l-arranġament tal-ħin tax-xogħol (preżentata mill-Kummissjoni) {SEC(2004) 1154} MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. INTRODUZZJONI It-22 ta’ Settembru 2004, il-Kummissjoni adottat proposta ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/88/KE dwar ċerti aspetti ta’ l-arranġament tal-ħin tax-xogħol[1]. Din il-proposta ġiet mgħarrfa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fit-22 ta’ Settembru 2004. Nhar il-11 ta’ Mejju 2005, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni[2]. Il-Kumitat tar-Reġjuni ta l-opinjoni tiegħu nhar l-14 ta’ April 2005[3]. Il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari nhar il-11 ta’ Mejju 2005[4]. 2. EMENDI Emendi proposti mill-Parlament Ewropew Il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-emendi kollha msemmija hawn isfel, li tqis li jikkontribwixxu sabiex itejbu l-proposta tagħha, filwaqt li jħarsu l-għanijiet u l-vijabilità politika tagħha, b’kunsiderazzjoni għal-pożizzjonijiet li diġà tfissru mill-Istati Membri lill-Kunsill : - emenda Nru 1 (ikkwota l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Liżbona): ikkonsulta r-reċitazzjoni Nru 4; - emenda Nru 2 (kitba mill-ġdid tar-reċitazzjoni 4): ikkonsulta r-reċitazzjoni Nru 4; - emenda Nru 3 (referenza għaż-żieda tar-rata ta’ impjieg tan-nisa): ikkonsulta r-reċitazzjoni Nru 5; - emenda Nru 4 (żieda ta’ referenza għall-kompatibilità xogħol/familja): ikkonsulta r-reċitazzjoni Nru 7; - emenda Nru 8 (kwotazzjoni ta’ l-Artikolu 31(2) tal-Karta): ikkonsulta r-reċitazzjoni Nru 14; - emenda Nru 11 (ġabra ta’ sigħat f’każ ta’ bosta kuntratti ta’ xogħol): ikkonsulta r-reċitazzjoni 2; - emenda Nru 12 (żieda ta’ dispożizzjoni dwar il-kompatibilità bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari ): ikkonsulta l-Artikolu 2c; - emenda Nru 13 (tneħħija ta’ l-Artikolu 6, punt b), subparagrafu 2): ikkonsulta l-Artikolu 16; - emendi Nru 16 u 18 (mistrieħ ta’ kumpens): ikkonsulta l-Artikoli 17(2), u 18(3); - emenda Nru 17 (tiswija ta’ żball): ikkonsulta l-Artikolu 17(5), l-ewwel inċiż; - emenda Nru 19 (perjodu ta’ referenza): ikkonsulta l-Artikolu 19; - emenda Nru 24 (dispożizzjoni dwar il-validità tal-ftehim opt-out iffirmati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva): ikkonsulta l-Artikolu 22(1d). Madankollu, il-Kummissjoni ma tistgħax taċċetta f’dan l-istadju l-emendi l-oħra proposti mill-Parlament. Ftit minnhom ma jidhrulhiex li jippreżentaw valur miżjud jew li jistgħu jiġu aċċetati minn perspettiva purament ġuridika. Oħrajn, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, jistgħu jfixklu l-ekwilibriju ta' l-ewwel test u li jagħmluha aktar diffiċli li jkun hemm ftehim jew maġġoranza bizzejjed fi ħdan il-Kunsill. B’hekk, il-Kummissjoni hi konxja dwar ir-rwol mogħti liha fil-qafas tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni, jiġifieri, rwol ta’ intermedjarju bejn iż-żewġ fergħat ta’ setgħa leġiżlattiva Komunitarja. Fost l-emendi li mhumiex aċċetati mill-Kummissjoni, wieħed għandu jinnota, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-emenda Nru 20 (dwar l- opt-out individwali), li l-Kummissjoni indikat b’mod ċar li, anke jekk ma tistax taċċetaha kif inhi, kienet lesta tqis il-mezzi ta’ kompromess possibbli dwar din il-kwistjoni li tifred il-leġiżlaturi konġunti. Barra minn hekk, rigward l-emenda Nru 10 (dwar il-ħin meta wieħed ikun xogħol għal dak li jista’ jinqala’), il-Kummissjoni indikat ukoll li għandha l-istess tħassib tal-Parlament Ewropew dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li b’mod regolari jidħlu xogħol għal dak li jista’ jinqala’ u li sejra żżid dispożizzjoni bl-għan li dawn il-perjodi mhux attivi ta’ ħin ta’ meta wieħed jidħol xogħol għal dak li jista’ jinqala’ ma jistgħux jitqiesu għal dak li għandu x’jaqsam mal-perjodu ta’ mistrieħ tal-ġurnata jew tal-ġimgħa. 2004/0209 (COD) Proposta emendata ta’ DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2003/88/KE li tikkonċerna ċerti aspetti ta’ l-arranġament tal-ħin tax-xogħol IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b#mod partikolari l-Artikolu 137(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[5] Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6] Wara kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[7] li jagħtu deċiżjoni b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat[8] Billi: (1) L-Artikolu 137 tat-Trattat jistipula li l-Komunità tappoġġa u tkompli l-azzjoni ta’ l-Istati Membri bl-għan li ttejjeb l-ambjent tax-xogħol sabiex tipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Id-direttivi adottati fuq il-bażi ta’ l-imsemmi Artikolu għandhom jevitaw li jkun imponut sfurzar amministrattiv, finanzjarju jew ġuridiku b’tali mod li jfixklu l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. (2) Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti ta’ l-arranġament tal-ħin tax-xogħol[9] tiffissa preskrizzjonijiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa fil-qasam ta’ l-arranġament tal-ħin tax-xogħol, applikabbli għall-perjodi ta’ mistrieħ ta’ matul il-ġurnata, għall-ħinijiet ta’ waqfa mix-xogħol, għall-mistrieħ matul il-ġimgħa, għat-tul massimu fil-ġimgħa ta’ xogħol, għall-lif annwali kif ukoll f’ċerti aspetti tax-xogħol ta’ billejl, tax-xogħol bix- shift u tar-ritmu tax-xogħol. Dawn il-preskrizzjonijiet minimi huma applikabbli għal kull ħaddiem bħal ma ġie ddefinit fl-Artikolu 3, inċiż a) tad-Direttiva 89/391/KEE[10] (3) Żewġ dispożizzjonijiet 2003/88/KE huma mehmuża bi klawżola ta’ eżami mill-ġdid qabel it-23 ta’ Novembru 2003. Dawn jikkonċernaw l-Artikolu 19 u l-Artikolu 22(1). (4) Aktar minn għaxar snin wara l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE [11], l-ewwel Direttiva fil-qasam ta’ l-arranġament tal-ħin tax-xogħol, hu meħtieġ li wieħed iqies immodernizzata l-leġislazzjoni komunitarja, bil-għan li tirrispondi aħjar ir-realitajiet u t-talbiet il-ġodda, kemm ta’ min iħaddem kif ukoll tal-ħaddiema u li jipprovdu l-mezzi sabiex jintlaħqu l-għanijiet rigward it-tkabbir u l-impjieg stabbilit mill-Kunsill Ewropew, tat-22 u 23 ta' Marzu 2005, fil-qafas ta' l-istrateġija ta' Liżbona. (5) Il-konċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari hi wkoll element essenzjali sabiex jinkisbu l-għanijiet li l-Unjoni stabbilit għaliha nfisha fl-Istrateġija ta’ Liżbona, b’mod partikolari biex tiżdied ir-rata ta’ l-impjieg tan-nisa. Hi tali mod li toħloq mhux biss ambjent ta’ xogħol aktar sodisfaċenti, iżda wkoll tippermetti adattament għall-bżonnijiet tal-ħaddiema, b’mod partikolari ta’ dawk li għandhom responsabbiltajiet familjari. Bosta emendi introdotti fid-Direttiva 2003/88/KE, notevolment f’dak li jikkonċerna l-Artikolu 22, għandhom l-għan li jippermettu kompatibilità aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari. (6) F’dan il-kuntest, hija r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri li jinkoraġġixxu lill-imsieħba soċjali li jikkonkludu, fil-livell xieraqt, ftehim li jistabbilixxu regoli li għandhom l-għan ta’ kompatibilità aħjar bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja familjari. (7) Il-bżonn qed jinħass li jissaħħaħ jinstab bilanċ ġdid bejn il-ħarsien tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema u l-bżonn li tingħata aktar flessibbiltà fl-arranġament tal-ħin tax-xogħol, b’mod paritkolari f’dak li jikkonċerna l-ħin meta wieħed ikun fuq xogħol għal dak li jista’ jinqala’ u, b’mod aktar speċifiku, il-perjodi li mhumiex attivi matul il-ħin ta’ meta wieħed ikun fuq xogħol għal dak li jista’ jinqala’ u anke biex minn naħa jinsab bilanċ ġdid bejn il-konċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari, u min-naħa l-oħra organizzazzjoni aktar flessibbli tal-ħin tax-xogħol. (8) Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-perjodu ta’ referenza għandhom ukoll ikunu riveduti, bl-għan li jissemplifikaw is-sistema eżistenti u biex ikunu adattati aħjar għall-bżonnijiet ta’ l-intrapriżi u tal-ħaddiema. (9) L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 22(1), turi li d-deċiżjoni finali purament individwali li mhix obbligu bl-Artikolu 6 tad-direttiva tista’ toħloq problemi f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema kif ukoll l-għażla ħielsa tal-ħaddiem. (10) Skond it-termini ta’ l-Artikolu 138(2), tat-Trattat, il-Kummissjoni kkonsultat lill-imsieħba soċjali fil-livell komunitarju dwar l-orjentazzjoni possibbli ta’ azzjoni komunitarja f’dan il-qasam. (11) Wara din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni kkalkulat li azzjoni komunitarja tkun mixtieqa u kkonsultat mill-ġdid l-imsieħba soċjali fil-livell komunitarju dwar il-kontenut tal-proposta maħsuba, b’konformità ma’ l-Artikolu 138(3), tat-Trattat. (12) Skond it-termini ta’ din it-tieni fażi ta’ konsultazzjoni, l-imsieħba soċjali ma għarrfux lill-Kummissjoni bir-rieda tagħhom li jibdew proċess li jkun jista’ jwassal għall-konklużjoni ta’ ftehim, hekk kif stipulat mill-Artikolu 138(4), tat-Trattat. (13) Minħabba l-għanijiet ta’ l-azzjoni prevista, li tikkonsisti li timmodernizza l-leġiżlazzjoni komunitarja dwar l-arranġament tal-ħin tax-xogħol, ma jistgħux jitwettqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jitwettqu miżuri aħjar fil-livell komunitarju, il-Komunità tista’ tieħu miżuri, li jikkonformaw mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà minqux fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità hekk kif inhu miktub fl-imsemmi Artikolu din id-direttiva ma tmurx lil hinn mil-limitu ta' dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. (14) Din id-direttiva tirrispetta d-drittijiet fondamentali u tosserva l-prinċipji li huma magħrufin b’mod partikolari mill-Karta tad-drittijiet fondamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din id-direttiva għandha l-għan li tiżgura r-rispett kollu għad-dritt ta’ kondizzjonijiet ta' xogħol ġusti u onesti msemmi fl-Artikolu 31 tal-Karta tad-drittijiet fondamentali ta’ l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li jiddikjara li “kull ħaddiem għandu dritt għal limitu ta’ ħin tax-xogħol massimu u ta’ perjodu ta’ mistrieħ kuljum u kull ġimgħa, kif ukoll ta’ perjodu annwali ta’ lif imħallas”. (15) Skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà u l-prinċipju tal-proporzjonalità, msemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat, l-għanijiet ta' l-azzjonijiet stipulati hawn fuq ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, fil-livell fejn jikkonċerna li jkun emendat att ta’ liġi komunitarja li tkun fis-seħħ. ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 2003/88/KE hi emendata kif ġej : 1. Fl-Artikolu 2, il-punti 1b, 1bb u 1c huma mdaħħlal: 1b. “ħin meta wieħed ikun xogħol għal dak li jista’ jinqala’”: perjodu li matulu l-ħaddiem għandu l-obbligu li jkun disponibbli fuq il-post tax-xogħol sabiex jintervjeni, għat-talba ta’ min iħaddmu, sabiex iwettaq l-attività jew il-funzjonijiet tiegħu. 1bb. “post tax-xogħol”: il-post jew postijiet fejn is-soltu l-ħaddiema jwettqu l-attivitajiet u x-xogħol tagħhom u li hu ddeterminat skond dak li hu stipulat fir-relazzjoni jew kuntratt tax-xogħol applikabbli għal-ħaddiem". 1c. "il-perjodu mhux attiv ta’ ħin ta’ xogħol għal dak li jista’ jinqala’": perjodu fejn il-ħaddiem ikun preżenti għal li jista’ jinqala’ skond l-Artikolu 1b, iżda ma jkunx imsejjaħ minn min iħaddmu biex iwettaq l-attività jew il-funzjonijiet tiegħu." 2. L-Artikolu 2b li ġej hu mdaħħal "Artikolu 2b Ħin meta wieħed ikun xogħol għal dak li jista’ jinqala’ Il-perjodu mhux attiv tal-ħin meta wieħed ikun xogħol għal dak li jista’ jinqala’ mhux ikkunsidrat bħala ħin ta’ xogħol, sakemm il-liġi nazzjonali jew, b’konformità mal-leġi\lazzjoni u/jew prattiki nazzjonali, konvenżjoni kollettiva jew ftehim bejn l-imsieħba soċjali ma jkunux jiddisponu mod ieħor. Jekk hemm bżonn, il-perjodu mhux attiv ta' ħin meta wieħed ikun xogħol għal dak li jista' jinqala' jista' jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ medja ta’ numru ta' siegħat jew proporzjoni tal-ħin meta wieħed ikun xogħol għal dak li jista’ jinqala’, b’kunsiderazzjoni ta’ l-esperjenza fis-settur ikkonċernat, permezz ta’ konvenzjoni kollettiva jew ftehim bejn l-imsieħba soċjali jew wara konsultazzjoni ta’ l-imsieħba soċjali. Il-perjodu mhux attiv tal-ħin meta wieħed ikun xogħol għal dak li jista’ jinqala’ ma jistgħax jitqies għal kalkolu tal-perjodi ta’ mistrieħ stipulat fl-Artikoli 3 (mistrieħ ta' kuljum) u 5 (mistrieħ fil-ġimgħa)". Il-perjodu li matulu l-ħaddiem iwettaq effettivament l-attivitajiet jew il-funzjonijiet tiegħu matul il-ħin meta jkun xogħol għal dak li jista’ jinqala’ hu dejjem ikkunsidrat bħala ħin ta’ xogħol." 3. L-Artikolu 2c li ġej hu mdaħħal: “Artikolu 2c Kompatibilità bejn ħajja professjonali u dik familjari L-Istati Membri jinkor raġixxu l-imsieħba soċjali fuq livell xieraq, mingħajr ħsara ta’ l-awtonomija tagħhom, li jikkonkludu ftehim bl-għan ta’ kompatibilità aħjar bejn il-ħajja professjonali u dik familjari. L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiggarantixx u: - li min iħaddem jgħarraf fil-ħin meħtieġ lill-impjegati b’kull modifika tar-ritmu jew ta’ l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol; u - li l- ħaddiema jistgħu jitolbu xi modifiki tal-ħin u tar-ritmu tax-xogħol tagħhom u li min iħaddem għandu l-obbligu jeżamina dawn it-talbiet billi jqis il-bżonnijiet ta’ flessibbiltà ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema.” 4. Fl-Artikolu 16, il-punt b) sostitwit bit-test li ġej hu mneħħi "b) għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6 (tul massimu fil-ġimgħa ta' xogħol), perijodu ta' referenza ma jaqbiżx l-erba' xhur. Għaldaqstant, l-Istati Membri jistgħu, permezz ta’ pass leġislattiv jew regolamentari, għal raġunijiet oġġettivi jew tekniċi jew għal raġunijiet konnessi ma’ l-orġanizzazzjoni tax-xogħol, itawlu dan il-perijodu ta’ referenza għal tnax-il xhar, taħt riżerva li jirrispettaw il-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema, u taħt riżerva li jikkonsultaw lill-imseħbin soċjali interessati u li jagħmlu sforzi biex jinkoraġġixxu kull forom pertinenti ta’ djalogu soċjali, li jinkludu l-kooperazzjoni jekk il-partijiet jixtiquha. Meta t-tul tal-kuntratt tax-xogħol hu inqas minn sena, il-perijodu ta’ referenza ma jistax ikun superjuri għat-tul tal-kuntratt tax-xogħol. Il-perijodi ta’ leave annwali bi ħlas, li jaqbel b’konformità ma’ l-Artikolu 7, u l-perijodi ta’ sick leave ma jkunux ikkunsidrati u jkunu newtrali meta titkejjel il-medja;" 5. L-Artikolu 17 hu emendat kif ġej: a) Fil-paragrafu 1, il-kliem "fl-Artikoli 3 sa 6, 8 u 16" huma ssostitwiti bil-kliem "fl-Artikoli 3 sa 6, 8 u 16, punti a) u c)". b) Fil-paragrafu 2, il-kliem "b’kondizzjoni li perjodi ekwivalenti ta’ mistrieħ ta’ kumpens jingħataw lill-ħaddiema konċernati" huma ssostitwiti bil-kliem "b’kondizzjoni li perjodi ekwivalenti ta’ mistrieħ ta’ kumpens jingħataw lill-ħaddiema konċernati fi żmien raġjonevoli li ma jistax ikun aktar minn 72 siegħa skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew il-konvenzjoni kollettiva jew ftehim konkluż bejn l-imsieħba soċjali”. a) Fil-paragrafu 3, fis-sentenza ta’ introduzzjoni, l-kliem "fl-Artikoli 3, 4, 5, 8 u 16" huma ssostitwiti bil-kliem "fl-Artikoli 3, 4, 5, 8 u 16, punti a) u c)". d) Il-paragrafu 5 hu emendat kif ġej: i) L-ewwel paragrafu hu ssostitwit bit-test li ġej: "B’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jista’ jkun derogat fl-Artikolu 6, fil-każ ta’ tobba li jkunu għadhom qed jiġu mħarrġa, fil-kondizzjonijiet stipulati mit-tieni sas-sitt subparagrafu ta’ dan il-paragrafu." ii) L-aħħar subparagrafu hu mneħħi. 6. b) Fl-Artikolu 18, it-tielet subparagrafu, il-kliem "b’kondizzjoni li perjodi ekwivalenti ta’ mistrieħ ta’ kumpens jingħataw lill-ħaddiema kkonċernati" huma ssostitwiti bil-kliem "b’kondizzjoni li perjodi ekwivalenti ta’ mistrieħ ta’ kumpens jingħataw lill-ħaddiema kkonċernati fi żmien raġjonevoli li ma jistax ikun aktar minn 72 siegħa li għandu jiġi ddeterminat skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew il-konvenzjoni kollettiva jew ftheim konkluż bejn l-imiseħba soċjali”. 7. L-Artikolu 19 hu mibdul mit-test li ġej: "L-Istati Membri għandhom il-fakultà, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema, li jippermettu li, għal raġunijiet oġġettivi jew tekniċi jew għal raġunijiet konnessi ma’ l-organizzazzjoni tax-xogħol, il-konvenzjonijiet kollettivi jew l-akkordji konklużi bejn l-imseħbin soċjali jiffissaw perijodi ta’ referenza, li tikkonċerna t-tul massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa, li ma jaqbżux fl-ebda każ it-tnax-il xhar." "L-Istati Membri għandhom il-jedd, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji ġenerali tal-ħarsien tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema, li jippermettu li, għal raġunijiet oġġettivi jew tekniċi jew għal raġunijiet marbuta ma’ l-organizzazzjoni tax-xogħol, il-perjodi ta’ referenza hu stabbilit għal perjodu li ma jaqbiżx 12-il xahar" a) permezz ta’ konvenzjoni kollettiva jew ftehim milħuq bejn l-imsieħba soċjali, bħal ma hu stipulat fl-Artikolu 18: b) permezz ta’ leġiżlazzjoni jew regolament, bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw: - li min iħaddem jgħarr af u jikkonsulta l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom fil-ħin meħtieġ dwar l-introduzzjoni ta’ perjodu ta’ referenza bħal dan; - li min iħaddem jieħu l-miżuri meħtieġa biex jevita jew isolvi kull riskju rigward is-saħħa u s-sigurtà li jistgħu jirriżultaw mill-introduzzjoni ta’ perjodu ta’ refer enza bħal dan.” 8. Fl-Artikolu 20, paragrafu 2 hu mneħħi: 9. L-Artikolu 22 hu emendat kif ġej: i) L-ewwel paragrafu hu mibdul bit-test li ġej: "1. Tul perjodu li ma jaqbiżx it-tliet snin wara d-data stipulata fl-Artikolu 3 tad-Direttiva [2005/--/KE] , l-Istati Membri għandhom il-jedd li ma japplikawx l-Artikolu 6 filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema. L-implimentazzjoni ta’ dan il-jedd għandu għaldaqstant ikun espressivament stipulat mill-konvenzjoni kollettiva jew ftehim milħuq bejn l-imsieħba soċjali fil-livell xieraq jew permezz tal- liġi nazzjonali. ” It-tħaddim ta’ din il-fakultà huwa wkoll possibbli, bl-akkordju bejn min iħaddem u l-ħaddiem, meta ebda ftehim kollettiv mhu b’seħħ u meta ma’ teżistix, fl-intrapriża jew l-istabbiliment konċernat, rappreżentanza ta’ l-impjegati li kapaċi tagħmel dan, b’konformità mal-leġislazzjoni u/jew il-prattiki nazzjonali, biex tikkonkludi ftehim kollettiv jew akkordju bejn l-imseħbin soċjali f’dan il-qasam . b) Il-paragrafu 1b li ġej hu mdaħħal: 1 b. F’kull każ, l-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu mill-jedd stipulat fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li: a) l-ebda persuna li tħaddem ma tista’ titlob ħaddiem biex jaħdem aktar minn tmienja u erbgħin siegħa matul il-perjodu ta’ sebat ijiem, ikkalkulati bħala l-medja tal-perjodu ta’ referenza indikat fl-Artikolu 16, punt b), sakemm ma jkunx kiseb il-kunsens bil-miktub tal-ħaddiem sabiex jagħmel xogħol simili. Il-validità ta’ ftehim simili ma tistax tkun aktar minn sena, li tista’ tkun imġedda. Ftehim mogħti waqt l-iffirmar tal-kuntratt individwali ta’ xogħol jew matul kull perjodu ta’ prova ma jeżistix; b) l-ebda ħaddiem ma jista’ jbati ebda preġudizzju minħabba l-fatt li hu mhux lest li jagħti l-qbil tiegħu biex jagħmel xogħol simili; c) l-ebda ħaddiem ma jista’ jaħdem aktar minn ħamsa u sittin ħamsin siegħa fi kwalunkwe ġimgħa, sakemm il-konvenzjoni kollettiva jew ftehim konkluż bejn l-imsieħba soċjali jistipula mod ieħor; d) min iħaddem għandu jżomm ir-reġistri aġġornati tal-ħaddiema kollha li jagħmlu xogħol simili u u tan-numru ta’ sigħat effettivament maħduma xieraq biex jistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma rrispettati ; e) ir-reġistri għandhom ikunu għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu jistgħu jżommu jew jillimitaw, għal raġunijiet ta’ sigurtà u/jew ta’ saħħa tal-ħaddiema, il-possibbiltà li jaqbżu t-tul ta’ ħin massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa; f) min iħaddem, fuq talba ta' l-awtoritajiet kompetenti, jagħtihom l-informazzjoni dwar il-kunsens mogħti mill-ħaddiema biex jagħmlu xogħol li jaqbeż t-tmienja u erbgħin siegħa matul perjodu ta' sebat ijiem, ikkalkulat bħala l-medja tal-perjodu ta' referenza indikat f’Artikolu 16, punt b), kif ukoll fuq is-sigħat effettivament maħduma minn dawn il-ħaddiema kif ukoll ir-reġistri xierqa biex jistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma rrispettati. c) Il-paragrafu 1c li ġej hu mdaħħal: “1c. L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-jedd stipulat f’dan l-Artikolu qab el id-data stipulata fl-Artikolu 3 tad-Direttiva [2005/.../KE], jistgħu, minħabba raġunijiet rigward il-modalitajiet tas-suq tax-xogħol tagħhom, jitolbu li dan il-jedd jgħodd lil hinn mill-perjodu stipulat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni sejra tiddeċiedi dwar it-tweġiba ta’ din it-talba, filwaqt li tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.” d) Il-paragrafu 1d li ġej hu mdaħħal: “1d: L-Istati Membri jistgħu jħabbru li kull kunsens mogħti minn ħaddiem qabel id-data stipulata fl-Artikolu 3 tad-Direttiva [2005/--/KE], u li għadu validu sa din id-data, jibqa’ validu għal perjodu ta’ mhux iżjed minn sena mid-data msemmija.” 10. L-Artikolu 24b li ġej hu mdaħħal: "Artikolu 24b Rapport ta’ tat-tħaddim evalwazzjoni Mhux aktar tard minn ħames tliet snin wara d-data stipulata fl-Artikolu 3 tad-direttiva [2005/--/KE], il-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, b’mod partikulari ta’ l-Artikoli 19 u 22 kif ukoll fuq kull talba skond l-Artikolu 22(1c) , paragrafi 1 u 2, mehmuża, jekk ikun hemm bżonn, b’proposti xierqa li jkollhom l-għan notevolment, jekk hi tikkalkula li hu neċessarju, li tkun imneħħija gradwalment din id-disposizzjoni. . Artikolu 2 L-Istati Membri jiddeterminaw is-sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali implimentati b’din id-direttiva u jieħdu kull miżura meħtieġa biex jiżguraw it-tħaddim tagħhom. Għalhekk is-sanzjonijiet stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi. L-Istati Membri jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 3, u kull emenda ulterjuri fl-inqas ħin possibbli. Huma jaraw b’mod partikulari li l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-proċeduri xierqa għall-finijiet ta’ twettiq ta’ l-obbligi previsti permezz ta’ din id-direttiva. Artikolu 3 L-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-direttiva mhux aktar tard mill [-] jew jiżguraw mhux aktar tard minn din id-data li l-imsieħba soċjali stabbilew id-dispożizzjonijiet meħtieġa permezz ta’ ftehim, l-Istati Membri għandhom jieħdu d-dispożizzjoni meħtieġa kollha biex jippermettulhom li jkunu f’kull mument f’pożizzjoni li jiggarantixxu r-riżultati imposti b’din id-direttiva. Huma jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll skeda ta’korrispondenza bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn ta’ l-aħħar ikollhom referenza għal din id-direttiva jew ikunu mehmuża b’referenza simili meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. Il-modalitajiet ta’ din ir-referenza huma deċiżi mill-Istati Membri. Artikolu 4 Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ il-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 5 Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] COM(2004) 607 final. [2] JO C du , p.. [3] JO C du , p.. [4] JO C du , p.. [5] ĠU K ta’, p. . [6] ĠU K ta’, p. . [7] ĠU K ta’, p. . [8] ĠU K ta’, p. . [9] Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti ta’ l-arranġament tal-ħin tax-xogħol, ĠU L 299, tat-18.11.2003, p.9. [10] Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE, tat-12 ta’ Ġunju 1989, dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri bl-għan li jippromvowu t-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol. ĠU L 183 tad-29.6.1989, p. 1. [11] Direttiva 93/104/KE tal-Kunsill ta’ l-23 ta’ Novembru 1993 li tikkonċerna ċerti aspetti ta’ l-arranġament tal-ħin tax-xogħol, ĠU L 307, tat-13.12.1993, p.18.