52005PC0197

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-amministrazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar mir-Repubblika tal-Każakstan /* KUMM/2005/0197 finali - ACC 2005/0096 */


[pic] | COMMISSION OF THE EUROPEAN COMMUNITIES |

Brussels, 19.5.2005

COM(2005) 197 final

2005/0096 (ACC)

.

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar l-amministrazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar mir-Repubblika tal-Każakstan

(presented by the Commission)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim tas-Sħubija u l-Kooperazzjoni tal-Komunità (PCA) mar-Repubblika tal-Każakstan jipprovdi li l-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar għandhom ikunu suġġetti għal Ftehim bejn il-Partijiet.

Ġie nnegozjat Ftehim ġdid li jwaqqaf limiti kwantitattivi għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar fil-Komunità, liema limiti se jibdew jgħoddu mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim sal-31 ta’ Diċembru 2006, jew sakemm il-Każakstan jidħol fl-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinji, skond liema data tiġi l-ewwel.

Din il-proposta għal Regolament tal-Kunsill taħseb għall-implimentazzjoni neċessarja tal-leġiżlazzjoni.

2005/0096 (ACC)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar l-amministrazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar mir-Repubblika tal-Każakstan

Il-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Ftehim tas-Sħubija u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Każakstan, fuq in-naħa l-oħra1, li minn hawn ’il quddiem jissejjaħ bħala “il-PCA”, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1999.

(2) L-Artikolu 17(1) tal-Ftehim tas-Sħubija u l-Kooperazzjoni jipprovdi li l-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar għandu jkun irregolat bit-Titolu III ta’ dak il-Ftehim, ħlief għall-Artikolu 11 tiegħu, u bid-dispożizzjonijiet ta’ ftehim dwar arranġamenti kwantitattivi.

(3) Tali Ftehim dwar il-kummerċ għal ċerti prodotti ta’ l-azzar2,li minn hawn ‘il quddiem jissejjaħ “il-Ftehim”, intlaħaq bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakstan fil -[data]

(4) Huwa neċessarju li jkunu provduti l-mezzi għall-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim fi ħdan il-Komunità, b’konsiderazzjoni ta’ l-esperjenza miksuba matul l-ftehim preċedenti dwar proċeduri simili.

(5) Huwa xieraq li l-prodotti in kwistjoni jkunu kklassifikati abbażi tan-Nomemenklatura Magħquda (NM) stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni3

(6) Huwa neċessarju li jkun assigurat li l-oriġni tal-prodotti inkwistjoni tkun verifikata u li jinħolqu metodi xierqa ta’ kooperazzjoni amministrattiva għal dan il-għan.

(7) L-applikazzjoni effettiva tal-Ftehim titlob l-introduzzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni tal-Komunità għad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fi ħdan il-Komunità tal-prodotti inkwistjoni flimkien ma’ sistema għall-amministrazzjoni ta’ l-għoti ta’ dan it-tip ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni tal-Komunità.

(8) Prodotti mpoġġija f’żona ħielsa jew li jkun importati taħt l-arranġamenti li jirregolaw d-dazji tal-ħażna, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar intern (sistema ta’ sospensjoni) m’għandhomx jgħoddu fil-konfront tal-limiti stabbiliti għall-prodotti inkwistjoni.

(9) Sabiex ikun assigurat li dawn il-limiti kwantitattivi ma jinqabżux, huwa neċessarju li tkun stabbilita proċedura ta’ amministrazzjoni li biha l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ma joħorġux awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni qabel jiksbu konferma preċedenti mingħand il-Kummissjoni li ammonti xierqa jibqgħu disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi inkwistjoni.

(10) Il-ftehim jaħseb għal sistema ta’ kooperazzjoni bejn ir-Repubblika tal-Każakstan u l-Komunità bil-għan li jkun evitat ksur tal-liġi permezz tat-trasbord, tibdil ta’ rotot jew mezzi oħra. Għandha titwaqqaf proċedura ta’ konsultazzjoni li taħtha jista’ jintlaħaq ftehim mal-pajjiż ikkonċernat dwar aġġustament ekwivalenti għal-limitu kwantitattiv rilevanti meta jkun jidher li b'ħażen il-ftehim ġie evitat. Ir-Repubblika tal-Każakstan qablet ukoll li tieħu l-miżuri neċessarji biex tassigura li l-aġġustamenti jkunu jistgħu jiġu applikati malajr. Fin-nuqqas ta’ ftehim fi ħdan il-limitu ta’ żmien imsemmi, il-Komunità għandha, meta tkun provduta evidenza ċara ta’ ksur, tapplika l-aġġustament ekwivalenti.

(11) Importazzjonijiet ta’ prodotti koperti b’dan ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2005 ġew suġġetti għal-liċenzja skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2265/2004 tal-20 ta’ Diċembru 2004 dwar kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakstan4Il-Ftehim jipprovdi biex dawn l-importazzjonijiet jgħoddu fil-konfront tal-limiti stabbiliti għall-2005 f’dan ir-Regolament.

(12) Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa meħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament jieħu post ir-Regolament (KE) 2265/2004,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament japplika għal importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ l-azzar elenkati fl-Anness I, li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kazakistan.

2. Il-prodotti ta’ l-azzar għandhom ikunu klassifikati fi gruppi ta’ prodotti kif hemm imniżżel fl-Anness I.

3. L-oriġini tal-prodotti imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun stabbilit skond ir-regoli li jkun hemm fis-seħħ fil-Komunità.

4. Il-proċeduri għall-verifikazzjoni ta’ l-oriġni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 huma mniżżla fil-kapitoli II u III.

Artikolu 2

1. L-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti ta’ l-azzar elenkati fl-Anness I li joriġinaw fir-Repubblika tal-Każakstan għandha tkun suġġetta għal-limiti kwantitattivi annwali mniżżla f’Anness V. Il-ħruġ fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodotti mniżżla f’Anness I li joriġinaw fir-Repubblika tal-Każakstan għandha tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4.

L-importazzjonijiet awtorizzati għandhom jgħoddu fil-konfront tal-limiti kwantitattivi mniżżla għas-sena li fiha l-prodotti jkunu trasportati bil-vapur fil-pajjiż ta’ l-esportazzjoni.

2. Sabiex ikun assigurat li l-kwantitajiet li għalihom jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni fl-ebda mument ma jaqbżu l-limiti kwantitattivi għal kull grupp ta’ prodotti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni biss malli jkollhom konferma mill-Kummissjoni li jkun għad baqa’ kwantitajiet disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi għall-grupp ta’ prodotti rilevanti ta’ prodotti ta’ l-azzar fir-rigward tal-pajjiż fornitur, li għalihom importatur jew importaturi jkun ressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet imsemmija. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma mniżżla fl-Anness IV.

3. Importazzjonijiet ta’ prodotti mill-1 ta’ Jannar 2005, li għalihom kienet meħtieġa liċenzja skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2265/2004 għandhom jgħoddu fil-konfront tal-limiti rilevanti għall-2005 imniżżla f’Anness V.

4. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament u mid-data ta’ l-applikazzjoni tiegħu, il-ġarr bil-vapuri tal-prodotti għandu jkun meqjus li seħħ fid-data li fiha jkunu tgħabbew fuq il-mezz ta’ transport ta’ l-esportazzjoni.

Artikolu 3

1. Il-limiti kwantitattivi msemmija f’Anness V m’għandhomx japplikaw għal prodotti mpoġġija f’żona ħielsa jew f’ħażna ħielsa jew impurtati taħt l-arranġamenti li jirregolaw d-dazji tal-ħażna, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċċessar intern (sistema ta’ sospensjoni).

2. Fejn il-prodotti msemmija f’paragrafu 1 ikunu sussegwentement rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera, jew fi stat mhux alterat jew wara xi xogħol jew proċess, għandu japplika l-Artikolu 2 (2) u l-prodotti għandhom jgħoddu fil-konfront tal-limitu kwantitattiv rilevanti stabbilit fl-Anness V.

Artikolu 4

1. Bil-għan li jkun applikat l-Artikolu 2 (2), qabel joħorġu awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ammonti ta’ talbiet għal awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni, sostnuti b’liċenzji ta’ l-esportazzjoni oriġinali, li huma jkunu rċevew. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-konferma tagħha li l-ammont(i) ta’ kwantitajiet mitluba huma disponibbli għall-importazzjoni fl-ordni kronoloġika li fiha jaslu n-notifiki ta’ l-Istati Membri.

2. It-talbiet inklużi fin-notifiki lill-Kummissjoni għandhom ikunu validi jekk jistabbilixxu b’mod ċar f’kull każ il-pajjiż ta’ l-esportazzjoni, il-grupp tal-prodott ikkonċernat, l-ammonti li se jkunu importati, in-numru tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, is-sena tal-kwota u l-Istat Membru li fih hu maħsub li l-prodotti jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni libera.

3. Sakemm ikun possibbli, il-Kummissjoni għandha tikkonferma lill-awtoritajiet l-ammont sħiħ indikat fit-talbiet notifikati għal kull grupp tal-prodotti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha minnufih tikkuntattja l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakstan f’każi fejn it-talbiet notifikati jaqbżu l-limiti sabiex tfittex kjarifika u soluzzjoni rapida.

4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni wara li jkunu infurmati b’xi kwantità li ma tkunx użata waqt it-tul ta’ żmien ta’ validità ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni. Dawn il-kwantitajiet mhux użati għandhom awtomatikament ikunu trasferiti fil-kwantitajiet li jifdal tat-total tal-limitu kwantitattiv tal-Komunità għal kull grupp ta’ prodott.

5. In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 hawnfuq għandhom ikunu kkomunikati b’mod elettroniku fi ħdan in-network integrat imwaqqaf għal dan il-għan, għajr jekk minħabba xi raġunijiet tekniċi jkun neċessarju li jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni b’mod temporanju.

6. L-awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu skond il-Kapitolu II.

7. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe kanċellazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni jew ta’ dokumenti ekwivalenti li jkunu nħarġu diġà f’każi fejn il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni korrispondenti jkunu ġew irtirati jew imħassra mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakstan. Madankollu, jekk il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru jkunu ġew infurmati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakstan bl-irtirar jew kanċellazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni wara li l-prodotti relatati jkun ġew importati lejn il-Komunità, il-kwantitajiet in kwistjoni għandhom jgħoddu fil-konfront tal-limitu kwantitattiv għas-sena li fiha jkun sar il-ġarr tal-prodotti.

Artikolu 5

Bil-għan li jkunu applikati l-Artikoli 3 32) u 3(4) tal-Ftehim, il-Kummissjoni qiegħda tiġi awtorizzata biex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa.

Artikolu 6

1. Fejn, wara l-investigazzjonijiet imwettqa skond il-proċeduri mniżżla f’Kapitolu III, il-Kummissjoni tinnota li l-informazzjoni fil-pussess tagħha tikkostitwixxi prova li l-prodotti elenkati fl-Anness I li joriġinaw fir-Repubblika tal-Każakstan ġew trasportati bil-vapur, b’rotot differenti jew inkella importati lejn il-Komunità permezz ta’ ksur tal-limiti kwantitattivi msemmija f’Artikolu 2 u li hemm ħtieġa li jsir aġġustament, hija għandha titlob li jinfetħu l-konsultazzjonijiet sabiex jintlaħaq ftehim dwar aġġustament ekwivalenti għal-limiti kwantitattivi li jikkorrespondu.

2. Waqt li wieħed ikun qed jistenna r-riżultat tal-konsultazzjonijiet imsemmija f’paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ titlob lir-Repubblika tal-Każakstan kkonċernata li tieħu l-passi prekawzjonali meħtieġa biex tassigura li l-aġġustamenti għal-limiti kwantitattivi miftehma wara dawn il-konsultazzjonijiet ikunu jistgħu jitwettqu għas-sena li fiha tkun saret it-talba għall-konsultazzjonijiet jew għas-sena ta’ wara, jekk il-limiti kwantitattivi għas-sena preżenti jkunu spiċċaw, fejn ikun hemm evidenza ċara ta’ ksur.

3. Jekk il-Komunità u r-Repubblika tal-Każakstan jonqsu milli jaslu għal soluzzjoni sodisfaċenti u jekk il-Kummissjoni tinnota li hemm evidenza ċara ta’ ksur, hija għandha tnaqqas mil-limiti kwantitattivi volum ekwivalenti ta’ prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Każakstan.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament ma għandu bl-ebda mod jitqies bħala deroga mid-disposizzjonijiet tal-Ftehim li, fil-każi kollha ta’ konflitt, għandu jipprevala.

Kapitolu II

Modalitajiet applikabbli għall-amministrazzjoni tal-limiti kwantitattivi

Taqsima1

KLASSIFIKAZZJONI

Artikolu 8

Il-klassifikazzjoni tal-prodotti ta’ l-azzar koperti b’dan ir-Regolament hija bbażata fuq in-nomenklatura magħquda (NM) stabbilita permezz tar-Regolament (KEE) Nru. 2658/87.

Artikolu 9

Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, it-taqsima tat-tariffi u tan-nomenklatura statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, li kienet imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 se teżamina b’mod urġenti, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament imsemmi qabel, il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti b’dan ir-Regolament fi ħdan in-nomenklatura magħquda sabiex tikklassifikhom fil-gruppi xierqa tal-prodott.

Artikolu 10

Il-Kummissjoni għandha tinforma lir-Repubblika tal-Każakstan bi kwalunkwe bidla fin-nomenklatura magħquda (NM) u l-kodiċi TARIC li jaffettwaw l-prodotti koperti b’dan ir-Regolament mill-inqas xahar qabel id-data minn meta jidħlu fis-seħħ fil-Komunità.

Artikolu 11

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakstan bi kwalunkwe deċiżjoni adottata skond il-proċeduri fis-seħħ fil-Komunità relatati mal-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti b’dan ir-Regolament, mhux aktar tard minn xahar mill-adozzjoni tagħhom. Din it-tip ta’ komunikazzjoni għandha tinkludi:

(a) deskrizzjoni tal-prodotti kkonċernati;

(b) il-grupp rilevanti tal-prodott, u l-kodiċi tan-nomenklatura magħquda (il-kodiċi NM) u l-kodiċi TARIC;

(c) ir-raġunijiet li wasslu għal din id-deċiżjoni.

Artikolu 12

1 Fejn deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni adottata skond il-proċeduri fis-seħħ tal-Komunità tirriżulta f’tibdil tal-prassi tal-klassifikazzjoni jew f’tibdil fil-grupp tal-prodott ta’ xi prodott kopert b’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jipprovdu avviż ta’ 30 ġurnata, mid-data tan-notifika tal-Kummissjoni, qabel id-deċiżjoni tiddaħħal fis-seħħ.

2. Prodotti mibgħuta qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tad-deċiżjoni għandhom jibqgħu suġġetti għall-prassi ta’ klassifikazzjoni preċedenti, bil-kondizzjoni li l-oġġetti in kwistjoni jiddaħħlu fl-importazzjoni fi żmien 60 jum minn dik id-data.

Artikolu 13

Fejn deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni adottata skond il-proċeduri fis-seħħ tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 12 tinvolvi grupp ta’ prodott li jkun suġġett għal limitu kwantitattiv, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tibda mingħajr telf ta’ żmien konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 9, sabiex tilħaq ftehim dwar xi aġġustamenti neċessarji għal-limiti kwantitattivi korrispondenti provduti fl-Anness V.

Artikolu 14

1 Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra dwar dan is-suġġett, fejn il-klassifikazzjoni indikata fid-dokumentazzjoni neċessarja għall-importazzjoni ta’ prodotti koperti b’dan ir-Regolament tkun differenti mill-klassifikazzjoni ddeterminata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih ikunu se jiġu importati, l-oġġetti in kwistjoni għandhom ikunu b’mod proviżorju suġġetti għall-arranġamenti ta’ importazzjoni li, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, huma applikabbli għalihom fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni ddeterminata mill-awtoritajiet imsemmija qabel.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-każi msemmija f’paragrafu 1, waqt li b’mod partikolari jindikaw:

a) il-kwantitajiet ta’ prodotti involuti;

(b) il-grupp ta’ prodott muri fuq id-dokumentazzjoni ta’ l-importazzjoni u dak miżmum mill-awtoritajiet kompetenti;

c) in-numru tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni u l-kategorija indikata

3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri m’għandhomx joħorġu awtorizzazzjoni ġdida ta’ importazzjoni għal prodotti ta’ l-azzar suġġetti għal limitu kwantitattiv tal-Komunità mniżżel fl-Anness V wara r-riklassifikazzjoni qabel ma jkunu kisbu konferma mill-Kummissjoni li l-ammonti li se jkunu importati huma disponibbli skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 4.

4. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiżi ta’ l-esportazzjoni kkonċernati bil-każi msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 15

Fil-każi msemmija fl-Artikolu 14, kif ukoll f’dawk il-każi ta’ natura simili li jirriżultaw mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakstan, il-Kummissjoni, jekk meħtieġ, għandha tidħol f’konsultazzjonijiet mar-Repubblika tal-Każakstan, sabiex tilħaq ftehim dwar il-klassifikazzjoni applikabbli definittivament għall-prodotti involuti fid-diverġenza.

Artikolu 16

Il-Kummissjoni, fi qbil ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat jew Stati Membri li jimpurtaw u tar-Repubblika tal-Każakstan, tista’, fil-każi msemmija fl-Artikolu 15, tiddetermina l-klassifikazzjoni applikabbli definittivament għall-prodotti involuti fid-diverġenza.

Artikolu 17

Meta każ ta’ diverġenza msemmi f’Artikolu 14 ma jkunx jista’ jiġi solvut skond l-Artikolu 15, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru. 2658/87, miżura li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda.

Taqsima 2

SISTEMA TA’ VERIFIKA DOPPJA GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-LIMITI KWANTITATTIVI

Artikolu 18

1. L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakstan għandhom joħorġu liċenzja ta’ l-esportazzjoni fir-rigward tal-kunsinni kollha tal-prodotti ta’ l-azzar suġġetti għal-limiti kwantitattivi mniżżla fl-Anness V sal-livell tal-limiti msemmija.

2 Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni oriġinali għandha tkun ippreżentata mill-importatur għall-iskopijiet tal-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 21.

Artikolu 19

1. Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għal-limiti kwantitattivi għandha tkun konformi mal-kampjun stabbilit fl-Anness II u għandha tiċċertifika, inter alia , li l-kwantità ta’ l-oġġetti in kwistjoni tkun ġiet magħduda fil-konfront tal-limitu kwantitattiv stabbilit għall-grupp ta’ prodott ikkonċernat.

2. Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tkopri wieħed biss mill-gruppi ta’ prodott elenkati fl-Anness I.

Artikolu 20

L-esportazzjonijiet għandhom ikunu magħduda fil-konfront tal-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha l-prodotti koperti mil-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jkunu ġew trasportati bil-vapur skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 (4).

Artikolu 21

1. Sakemm il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 4, tkun ikkonfermat li l-ammont mitlub hu disponibbli mal-limitu kwantitattiv in kwistjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni fi żmien massimu ta’ għaxart ijiem tax-xogħol mill-preżentazzjoni mill-importatur tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni oriġinali korrispondenti. Din il-preżentazzjoni trid tkun effetwata mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara dik li fiha l-oġġetti koperti mil-liċenzja jkunu ġew trasportati bil-vapur. L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru irrespettivament mill-Istat Membru indikat fuq il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, sakemm il-Kummissjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4, tkun ikkonfermat li l-ammont mitlub hu disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni

2. L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba’ xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom. Fuq talba motivata b’mod korrett mill-importatur, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jestendu l-perijodu ta’ validità għal perijodu addizzjonali li ma jaqbiżx l-erba’ xhur.

3. L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu mfassla fuq il-formola stabbilita f’Anness III u għandhom ikunu validi fit-territorju doganali tal-Komunità.

4. Id-dikjarazzjoni jew talba magħmula mill-importatur sabiex jikseb l-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni għandu jkun fiha:

(a) l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ l-esportatur;

(b) l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ l-importatur;

(c) id-deskrizzjoni eżatta ta’ l-oġġetti u tal-kodiċi TARIC;

(d) il-pajjiż ta’ l-oriġni ta’ l-oġġetti;

(e) il-pajjiż tal-kunsinna;

(f) il-grupp xieraq tal-prodott u l-kwantità għall-prodotti in kwistjoni;

(g) il-piż nett bl-intestatura tan-NM;

(h) il-valur cif tal-prodotti fil-fruntiera tal-Komunità bl-intestatura tan-NM;

(i) fejn meħtieġ, dati tal-pagament u tal-kunsinna u kopja tal-polza tat-tagħbija u tal-kuntratt tax-xiri;

(j) id-data u n-numru tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni;

(k) kwalunkwe kodiċi intern użat għal għanijiet amministrattivi;

(l) id-data u l-firma ta’ l-importatur.

5. L-importaturi m’għandhomx ikunu obbligati li jimportaw l-kwantità totali koperta mill-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni f’kunsinna waħda.

6. L-awtorizzazzjonji ta’ l-importazzjoni tista’ tinħareġ permezz ta’ mezzi elettroniċi sakemm l-uffiċċji doganali kkonċernati jkollhom aċċess għad-dokument permezz ta’ network tal-kompjuter.

Artikolu 22

Il-validità ta’ l-awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri għandha tkun suġġetta għall-validità tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u tal-kwantitajiet indikati fil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakstan li fuq il-bażi tagħhom jkunu maħruġa l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni.

Artikolu 23

L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom ikunu maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri skond l-Artikolu 2 (2) u mingħajr diskriminazzjoni għal xi importatur fil-Komunità jkun x’ikun il-post ta’ l-istabbilimenti tiegħu fil-Komunità, mingħajr preġudizzju għall-konformità ma’ kondizzjonijiet oħrajn meħtieġa taħt ir-regoli attwali.

Artikolu 24

1. Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kwantitajiet totali koperti bil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa mir-Repubblika tal-Każakstan għal grupp partikolari ta’ prodott fi kwalunkwe sena ta’ ftehim jaqbżu l-limitu kwantitattiv stabbilit għal dak il-grupp ta’ prodott, l-awtoritajiet kompetenti tal-liċenzji fl-Istati Membri għandhom ikunu infurmati minnufih biex jissospendu l-ħruġ ulterjuri ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tibda l-konsultazzjonijiet minnufih.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom jirrifjutaw li joħorġu l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għal prodotti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Każakstan li m’humiex koperti minn liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

Taqsima 3

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 25

1. Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġni msemmi fl-Anness II jistgħu jinkludu kopji addizzjonali u jkunu indikati bħala tali. Dawn kollha għandhom isiru bl-Ingliż.

2. Jekk id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 ikunu kompilati bl-idejn, il-kitba trid tkun bil-linka u b'ittri kbar.

3. Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni jew dokumenti ekwivalenti u ċ-ċertifikati ta’ l-oriġini għandhom ikollhom qies ta’ 210 × 297 mm. Il-karta għandha tkun karta bajda tal-kitba, bid-daqs, li ma jkollhiex polpa mekkanika u li tkun tiżen inqas minn 25 g/m2. Kull parti jrid ikollha sfond b’disinn guilloche stampat li jirrendi kwalunkwe falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi viżibbli għall-għajn.

4. Għandhom jiġu aċċettati bħala validi l-oriġinali biss mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għal skopijiet ta’ importazzjoni b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

5. Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew dokument ekwivalenti u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini għandu jkollhom numru tas-serje standardizzat, kemm jekk stampat jew le, li bih dan ikun jista’ jiġi identifikat minnufih.

6. Dan in-numru għandu jkun magħmul mill-elementi li ġejjin:

- żewġ ittri li jkunu juru l-pajjiż esportatur kif ġej: KZ = ir-Repubblika tal-Każakstan

- żewġ ittri li jkunu juru l-Istat Membru maħsub li fih se jsir l-iżdoganar tal-merkanzija kif ġej:

BE = Il-Belġju

CZ = Ir-Repubblika Ċeka

DK = Id-Danimarka

DE = Il-Ġermanja

EE = L-Estonja

EL = Il-Greċja

ES = Spanja

FR = Franza

IE = L-Irlanda

IT = L-Italja

CY = Ċipru

LV = Il-Latvja

LT = Il-Litwanja

LU = Il-Lussemburgu

HU = L-Ungerija

MT = Malta

NL = L-Olanda

AT = L-Awstrija

PL = Il-Polonja

PT = Il-Portugall

SI = Is-Slovenja

SK = Is-Slovakkja

FI = Il-Finlandja

SE = L-Iżvezja

GB = Ir-Renju Unit,

- numru ta’ figura waħda li jkun juri s-sena in kwistjoni li tikkorrispondi ma’ l-aħħar figura fis-sena, eż. “5” għas-sena 2005,

- numru b’żewġ figuri li jidentifikaw l-uffiċċju tal-ħruġ fil-pajjiż ta’ l-esportazzjoni;

- numru b’ħames figuri minn 00001 sa 99999 li jkun allokat lill-Istat Membru li fih ikun maħsub li se jsir l-iżdoganar tal-merkanzija.

Artikolu 26

Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jistgħu jinħarġu wara li jkun sar il-ġarr tal-prodotti li għalihom dawn ikunu jikkorrispondu. F’dawn il-każijiet, dawn għandhom juru l-kelmiet “maħruġ/a retrospettivament”.

Artikolu 27

Fil-każ li liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew ċertifikat ta’ l-oriġini jinsteraq, jintlef jew jinqered, l-esportatur jista’ japplika għand l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu d-dokument biex joħorġu kopja abbażi tad-dokumenti ta’ l-esportazzjoni fil-pussess tiegħu. Il-liċenzja jew iċ-ċertifikat iddupplikat maħruġ b’dan il-mod għandu jkollu l-marka ‘dupplikat’

It-tieni kopja għandu jkollha d-data tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew taċ-ċertifikat ta’ l-oriġini oriġinali.

Taqsima 4

AWTORIZZAZZJONI TA’ L-IMPORTAZZJONI TAL-KOMUNITÀ – FORMOLA KOMUNI

Artikolu 28

1. Il-formoli li għandhom jiġu użati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21 għandhom ikunu konformi mal-kampjun ta- l-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni stabbilit fl-Anness III .

2. Il-formoli ta' l-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni u estratti tagħhom għandhom ikunu mfassla f’dupplikati, kopja waħda, immarkata 'Kopja tal-Pussessur’ u li jkollha n-numru 1 li għandha tinħareġ lill-applikant, u l-oħra, immarkata ‘Kopja għall-awtorità tal-ħruġ’ li jkollha n-numru 2, biex tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Għal għanijiet amministrattivi l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu kopji addizzjonali mal-formola 2.

3. Il-formoli għandhom ikunu stampati fuq karta bajda mingħajr polpa mekkanika, maħsuba għall-kitba u tiżen bejn 55 u 65 g/m2. Id-daqs tagħhom għandu jkun ta’ 210 × 297 mm; it-tip ta’ spazju bejn il-linji għandu jkun 4,24 mm (wieħed minn sitta ta’ pulzier); il-mod ta’ kif għandhom ikunu mqassma l-formoli għandu jkun segwit b’mod dettaljat. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hi l-liċenzja nfisha, għandhom barra minnhekk ikollhom sfond b’disinn guilloche stampat bl-aħmar sabiex jikxef kwalunkwe falsifikazzjoni b'mezzi mekkaniċi jew kimiċi.

4. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu wkoll ikunu stampati minn stampaturi maħtura mill-Istat Membru li fih jkunu stabbiliti. F’dan l-aħħar każ, ir-referenza għall-ħatra mill-Istat Membru għandha tidher fuq kull formola. Kull formola għandu jkollha l-identifikazzjoni ta’ l-isem u l-indirizz ta’ l-istampatur jew marka li tippermetti li l-istampatur jkun identifikat.

5. Fil-ħin tal-ħruġ tagħhom l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni jew estratti tagħhom għandhom jingħataw numru tal-ħruġ li għandu jkun iddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru. L-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni għandha tkun notifikata lill-Kummissjoni b’mod elettroniku fi ħdan in-network integrat stabbilit taħt l-Artikolu 4.

6. Il-liċenzji u l-estratti tagħhom għandhom ikunu kkompilati fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, ta’ l-Istat Membru tal-ħruġ.

7. Fil-kaxxa 10 l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw il-grupp tal-prodott ta’ l-azzar adattat.

8. Il-marki ta’ l-aġenziji tal-ħruġ u ta’ l-awtoritajiet tad-debitu għandhom ikunu applikati permezz ta’ timbru. Madankollu, stampa b’tipi mqabbża flimkien ma’ ittri jew figuri magħmula permezz ta’ perforazzjoni, jew stampar fuq il-liċenzja jistgħu jkunu sostituti bit-timbru ta’ l-awtorità tal-ħruġ. L-awtoritajiet tal-ħruġ għandhom jużaw metodu li ma jistax jiġi alterat biex jirrekordjaw il-kwantità allokata b’tali mod li jagħmilha impossibbli li jkunu mdaħħla figuri jew referenzi.

9. Fuq wara tal-kopja Nru 1 u tal-kopja Nru 2 għandu jkun hemm kaxxa li fiha jkunu jistgħu jiddaħħlu l-kwantitajiet, jew mill-awtoritajiet tad-dwana meta jitlestew il-formalitajiet ta’ l-importazzjoni, jew mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti meta jinħareġ estratt. Jekk l-ispazju merfugħ għad-debiti fuq il-liċenzji jew estratt tiegħu ma jkunx biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jehmżu waħda jew aktar paġni żejda li jkollhom kaxxi li jaqblu ma' dawk fuq wara tal-kopja Nru 1 u kopja Nru 2 tal-liċenzja jew l-estratt. L-awtoritajiet tad-debitu għandhom ipoġġu t-timbru tagħhom b’tali mod li nofsu jkun fuq il-liċenzja jew l-estratt tagħha u n-nofs l-ieħor jkun fuq il-paġna żejda. Jekk ikun hemm iktar minn paġna waħda żejda, għandu jitpoġġa timbru ieħor bl-istess mod fuq kull paġna u l-paġna preċedenti.

10. L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni u l-estratti maħruġa, flimkien mad-dħul jew l-endorsjar magħmul, mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru partikolari għandu jkollhom l-istess effett legali f’kull wieħed mill-Istati Membri l-oħrajn bħala dokumenti maħruġa, u dħul u endorsjar magħmula, mill-awtoritajiet ta’ tali Stati Membri.

11. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, fejn dan ikun indispensabbli, jitolbu li l-kontenuti tal-liċenzji jew l-estratti jiġu tradotti fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru.

Kapitolu III

Kooperazzjoni amministrattiva

Artikolu 29

Il-Kummissjoni għandha tforni lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri l-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-awtoritajiet fir-Repubblika tal-Każakstan kompetenti biex joħorġu ċ-ċertifikat ta’ l-oriġni u l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni flimkien ma’ kampjuni tat-timbri użati minn dawn l-awtoritajiet.

Artikolu 30

1. Il-verifikazzjoni sussegwenti taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini jew tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għandha ssir tinzerta kif tinzerta, jew kull meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jkollhom dubju raġonevoli dwar l-awtentiċità taċ-ċertifikat jew tal-liċenzja jew dwar l-eżattezza tat-tagħrif dwar l-oriġini vera tal-prodotti in kwistjoni.

F’dawn il-każijiet, l-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità għandhom jibagħtu lura ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jew il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew inkella kopja ta’ dawn lill-awtoritajiet xierqa tar-Repubblika tal-Każakstan fejn jagħtuhom, fejn ikun xieraq, ir-raġunijiet għaliex għandha ssir inkjesta. Jekk il-fattura tkun intbagħtet, din għandha tkun mehmuża maċ-ċertifikat jew mal-liċenzja jew mal-kopji tagħhom. L-awtoritajiet għandhom jgħaddu wkoll kull tagħrif li jkun ingħata li jkun jissuġġerixxi b’xi mod li d-dettalji mogħtija fiċ-ċertifikat jew fil-liċenzja ma jkunux korretti.

2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għall-verifiki sussegwenti tad-dikjarazzjonijiet ta' l-oriġni.

3. Ir-riżultati tal-verifikazzjonijiet sussegwenti li jkunu saru skond il-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità sa mhux aktar tard minn tliet xhur. It-tagħrif ikkomunikat għandhu jindika jekk iċ-ċertifikat, liċenzja jew dikjarazzjoni in kwistjoni, japplikax għall-oġġetti attwalment esportati u jekk l-oġġetti humiex eleġibbli għall-esportazzjoni fil-Komunità taħt dan l-Kapitolu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jistgħu jitolbu kopji tad-dokumentazzjoni neċessarja biex jiddeterminaw il-fatti b’mod sħiħ, inkluż, b’mod partikolari, l-oriġni ta’ l-oġġetti.

4. Jekk dawn il-verifiki juru abbuż jew irregolaritajiet kbar fl-użu tad-dikjarazzjoni ta’ l-oriġni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma l-Kummissjoni b’dan il-fatt. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

5. Ir-rikors b'inzertatura għall-proċedura ta’ verifikazzjoni speċifikata f’dan l-Artikolu m’għandux joħloq ostaklu għar-rilaxx tal-prodotti in kwistjoni għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa.

Artikolu 31

1. Fejn il-proċedura ta’ verifika msemmija fl-Artikolu 30 jew fejn informazzjoni fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità tindika li d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu qed jiġu miksura, l-awtoritajiet imsemmija għandhom jitolbu lir-Repubblika tal-Każakstan biex twettaq l-inkjesti xierqa u taħdem biex isiru tali inkjesti li jikkonċernaw l-operazzjonijiet li jiksru jew jidhru li jiksru d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. Ir-riżultati ta’ dawn l-inkjesti għandhom ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità flimkien ma’ informazzjoni pertinenti oħra li tgħin biex tiġi ddeterminata l-oriġini vera ta’ l-oġġetti.

2. Skond l-azzjoni meħuda taħt it-termini ta' dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jistgħu jibdlu kwalunkwe informazzjoni li tkun meqjusa utli biex jiġi evitat l-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu ma’ l-awtoritajiet kompetenti governattivi tar-Repubblika tal-Każakstan, li titiqies bħala utili biex jiġi evitat il-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

3. Fejn ikunu stabbilit li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu kienu miksura, l-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri neċessarji li jwaqqfu milli jerġa’ jseħħ tali ksur.

Artikolu 32

Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-azzjoni li huma jieħdu u bir-riżultati miksuba.

Kapitolu IV

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 33

Id-Deċiżjoni (KE) 2265/2004 hija hawnhekk revokata.

Artikolu 34

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, […]

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

SA Prodotti rrumblati ċatti |

SA1. Koljaturi | SA2. Pjanċa tqila | SA3. Prodotti oħrajn irrumblati ċatti |

7208 10 00 00 | 7208 40 00 10 | 7208 40 00 90 | 7210 70 80 10 | 7219 22 90 00 |

7208 25 00 00 | 7208 51 20 10 | 7208 53 90 00 | 7210 90 30 10 | 7219 23 00 00 |

7208 26 00 00 | 7208 51 20 91 | 7208 54 00 00 | 7210 90 40 10 | 7219 24 00 00 |

7208 27 00 00 | 7208 51 20 93 | 7210 90 80 91 | 7219 31 00 00 |

7208 36 00 00 | 7208 51 20 97 | 7208 90 00 10 | 7211 14 00 90 |

7208 37 00 10 |

7208 37 00 90 | 7208 51 20 98 | 7209 15 00 00 | 7211 19 00 90 | 7219 32 10 00 |

7208 38 00 10 |

7208 38 00 90 | 7208 51 91 10 | 7209 16 10 00 | 7211 23 20 10 | 7219 32 90 00 |

7208 39 00 10 |

7208 39 00 90 | 7208 51 91 90 | 7209 16 90 00 | 7211 23 30 10 |

7211 14 00 10 | 7208 51 98 10 | 7209 17 10 00 | 7211 23 30 91 | 7219 33 10 00 |

7211 19 00 10 | 7208 51 98 91 | 7209 17 90 00 | 7211 23 80 10 | 7219 33 90 00 |

7219 11 00 00 | 7208 51 98 99 | 7209 18 10 00 | 7211 23 80 91 |

7219 12 10 00 | 7208 52 91 10 | 7209 18 91 00 | 7211 29 00 10 | 7219 34 10 00 |

7219 12 90 00 | 7208 52 91 90 | 7209 18 99 00 | 7211 90 00 11 | 7219 34 90 00 |

7219 13 10 00 | 7208 52 10 00 | 7209 25 00 00 | 7212 10 10 00 |

7219 13 90 00 | 7208 52 99 00 | 7209 26 10 00 | 7212 10 90 11 | 7219 35 10 00 |

7219 14 10 00 | 7208 53 10 00 | 7209 26 90 00 | 7212 20 00 11 | 7219 35 90 00 |

7219 14 90 00 | 7211 13 00 00 | 7209 27 10 00 | 7212 30 00 11 |

7225 20 00 10 | 7209 27 90 00 | 7212 40 20 10 | 7225 40 12 90 |

7225 30 10 00 | 7209 28 10 00 | 7212 40 20 91 | 7225 40 90 00 |

7225 30 90 00 | 7209 28 90 00 | 7212 40 80 11 |

7209 90 00 10 | 7212 50 20 11 |

7210 11 00 10 | 7212 50 30 11 |

7210 12 20 10 | 7212 50 40 11 |

7210 12 80 10 | 7212 50 61 11 |

7210 20 00 10 | 7212 50 69 11 |

7210 30 00 10 | 7212 50 90 13 |

7210 41 00 10 |

7210 49 00 10 | 7212 60 00 11 |

7210 50 00 10 | 7212 60 00 91 |

7210 61 00 10 | 7219 21 10 00 |

7210 69 00 10 | 7219 21 90 00 |

7210 70 10 10 | 7219 22 10 00 |

ANNESS II

EXPORT LICENCE

(1) Show net weight (kg) and also quantity in the unit prescribed where other than net weight. (2) In the currency of the sale contract. | 1 Exporter (name, full address, country) | ORIGINAL | 2 No |

3 Year | 4 Product group |

EXPORT LICENCE (for certain steel products) |

5 Consignee (name, full address, country) |

6 Country of origin | 7 Country of destination |

8 Place and date of shipment – means of transport | 9 Supplementary details |

10 Description of goods – manufacturer | 11 TARIC code | 12 Quantity(1) | 13 Fob value(2) |

14 CERTIFICATION BY THE COMPETENT AUTHORITY I, the undersigned, certify that the goods described above have been charged against the quantitative limit established for the year shown in box No 3 in respect of the Product group shown in box No 4 by the provisions regulating trade in certain steel products with the European Community. |

15 Competent authority (name, full address, country) | At …………………………………. on ……………………………………… (Signature) (Stamp) |

EXPORT LICENCE

(1) Show net weight (kg) and also quantity in the unit prescribed where other than net weight. (2) In the currency of the sale contract. | 1 Exporter (name, full address, country) | COPY | 2 No |

3 Year | 4 Product group |

EXPORT LICENCE (for certain steel products) |

5 Consignee (name, full address, country) |

6 Country of origin | 7 Country of destination |

8 Place and date of shipment – means of transport | 9 Supplementary details |

10 Description of goods – manufacturer | 11 TARIC code | 12 Quantity(1) | 13 Fob value(2) |

14 CERTIFICATION BY THE COMPETENT AUTHORITY I, the undersigned, certify that the goods described above have been charged against the quantitative limit established for the year shown in box No 3 in respect of the Product group shown in box No 4 by the provisions regulating trade in certain steel products with the European Community. |

15 Competent authority (name, full address, country) | At …………………………………. on ……………………………………… (Signature) (Stamp) |

CERTIFICATE OF ORIGIN

(1) Show net weight (kg) and also quantity in the unit prescribed where other than net weight. (2) In the currency of the sale contract. | 1 Exporter (name, full address, country) | ORIGINAL | 2 No |

3 Year | 4 Product group |

CERTIFICATE OF ORIGIN (for certain steel products) |

5 Consignee (name, full address, country) |

6 Country of origin | 7 Country of destination |

8 Place and date of shipment – means of transport | 9 Supplementary details |

10 Description of goods – manufacturer | 11 CN code | 12 Quantity(1) | 13 Fob value(2) |

14 CERTIFICATION BY THE COMPETENT AUTHORITY I, the undersigned, certify that the goods described above originated in the country shown in box No 6, in accordance with the provisions in force in the European Community. |

15 Competent authority (name, full address, country) | At …………………………………. on ……………………………………… (Signature) (Stamp) |

CERTIFICATE OF ORIGIN

(1) Show net weight (kg) and also quantity in the unit prescribed where other than net weight. (2) In the currency of the sale contract. | 1 Exporter (name, full address, country) | COPY | 2 No |

3 Year | 4 Product group |

CERTIFICATE OF ORIGIN (for certain steel products) |

5 Consignee (name, full address, country) |

6 Country of origin | 7 Country of destination |

8 Place and date of shipment – means of transport | 9 Supplementary details |

10 Description of goods – manufacturer | 11 CN code | 12 Quantity(1) | 13 Fob value(2) |

14 CERTIFICATION BY THE COMPETENT AUTHORITY I, the undersigned, certify that the goods described above originated in the country shown in box No 6, in accordance with the provisions in force in the European Community. |

15 Competent authority (name, full address, country) | At …………………………………. on ……………………………………… (Signature) (Stamp) |

ANNESS III

Awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni tal-Komunità Ewropea

1 | 1. Destinatarju (isem, indirizz sħiħ, pajjiż, numru tal-VAT) | 2. Numru tal-ħruġ |

Kopja tal-pussessur | 3. Sena |

4. Awtorità responsabbli mill-ħruġ (isem, indirizz u Nru tat-telefon) |

5. Dikjarant/rappreżentant skond kif applikabbli (isem u indirizz sħiħ) | 6. Pajjiż ta’ l-oriġni (u l-kodiċi tal-ġeonomenklatura) |

7. Pajjiż tal-kunsinna (u l-kodiċi tal-ġeonomenklatura) |

1 | 8. L-aħħar ġurnata tal-validità |

9. Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti | 10. Kodiċi TARIC |

11. Kwantità espressa f’unità ta’ kwota |

12. Sigurtà/garanzija (skond kif applikabbli) |

13. Dettalji oħra |

14. Approvazzjoni uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti Data : …………………………………. (Firma) (Timbru) |

15. ATTRIBUZZJONIJIET Indika l-kwantità disponibbli fil-parti 1 tal-kolonna 17 u l-kwantità attribwita fil-parti 2 tagħha |

16. Kwantità netta (massa netta jew unità oħra ta’ qies b’dikjarazzjoni ta’ l-unità) | 19. Dokument tad-dwana (formola u numru) jew Nru ta’ l-estratt u d-data ta’ l-attribuzzjoni | 20. Isem, Stat Membru, timbru u firma ta’ l-awtorità ta’ l-attribuzzjoni |

17. F’figuri | 18. Fi kliem għall-kwantità attribwita |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

Il-paġni żejda għandhom jkunu mehmuża m’hawnhekk. |

Awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni tal-Komunità Ewropea

2 | 1. Destinatarju (isem, indirizz sħiħ, pajjiż, numru tal-VAT) | 2. Numru tal-ħruġ |

Kopja ta’ l-awtorità tal-ħruġ | 3. Sena |

4. Awtorità responsabbli mill-ħruġ (isem, indirizz u Nru tat-telefon) |

5. Dikjarant/rappreżentant skond kif applikabbli (isem u indirizz sħiħ) | 6. Pajjiż ta’ l-oriġni (u l-kodiċi tal-ġeonomenklatura) |

7. Pajjiż tal-kunsinna (u l-kodiċi tal-ġeonomenklatura) |

2 | 8. L-aħħar ġurnata tal-validità |

9. Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti | 10. Kodiċi TARIC |

11. Kwantità espressa f’unità ta’ kwota |

12. Sigurtà/garanzija (skond kif applikabbli) |

13. Dettalji oħra |

14. Approvazzjoni uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti Data : …………………………………. (Firma) (Timbru) |

15. ATTRIBUZZJONIJIET Indika l-kwantità disponibbli fil-parti 1 tal-kolonna 17 u l-kwantità attribwita fil-parti 2 tagħha |

16. Kwantità netta (massa netta jew unità oħra ta’ qies b’dikjarazzjoni ta’ l-unità) | 19. Dokument tad-dwana (formola u numru) jew Nru ta’ l-estratt u d-data ta’ l-attribuzzjoni | 20. Isem, Stat Membru, timbru u firma ta’ l-awtorità ta’ l-attribuzzjoni |

17. F’figuri | 18. Fi kliem għall-kwantità attribwita |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

Il-paġni żejda għandhom ikunu mehmuża m’hawnhekk. |

ANNESS IV

LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ

LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI

ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

LISTE DES AUTORITES NATIONALES COMPETENTES

ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITA NAZIONALI

VALSTU KOMPETENTO IESTAŽU SARAKSTS

ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS

AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA

LISTA TA' L-AWTORITAJIET KOMPETENTI NAZZJONALI

LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES

LISTA WLAŒCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH

LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV

SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV

LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER

BELGIQUE/BELGIË Service public Fédéral Economie, P.M.E., Classes Moyennes & Energie Administration du potentiel économique Direction Industries (Textile – Diamant et autres secteurs) Rue du Progrès 50 B-1210 Bruxelles Fax: +32-2-2775309 | EESTI Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium Harju 11 EE-15072 Tallinn Fax: + 372-6313 660 |

Federale Overheidsdienst Economie, K.M.O., Middenstand & Energie Bestuur Economisch Potentieel Directie Nijverheid (Textiel – Diamant en andere sectoren) Vooruitgangsstraat 50 B-1210 Brussel Fax: +32-2-2775309 | ΕΛΛΑΣ Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών Διεύθυνση Διεθνών Οικονομικών Ροών Κορνάρου 1 GR-105 63 Αθήνα Fax : + 301-328 60 94 |

ČESKÁ REPUBLIKA Ministerstvo průmyslu a obchodu Licenční správa Na Františku 32 CZ-110 15 Praha 1 Fax: + 420-22421 21 33 | ESPAÑA Ministerio de Industria, Turismo y Comercio Secretaría General de Comercio Exterior Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales Paseo de la Castellana 162 E- 28046 Madrid Fax: + 34-91-349 38 31 |

DANMARK Erhvervs- og Boligstyrelsen Økonomi- og Erhvervsministeriet Vejlsøvej 29 DK-8600 Silkeborg Fax: + 45-35-46 64 01 | FRANCE Ministère de l'Economie des Finances et de l'Industrie Direction Générale des Entreprises Sous-direction des Biens de Consommation Bureau Textile-Importations Le Bervil, 12 rue Villiot F-75572 Paris Cedex 12 Fax: + 33-1- 53 44 91 81 |

DEUTSCHLAND Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle, (BAFA) Frankfurter Strasse 29-35 D-65760 Eschborn 1 Fax: + 49-61-96 9 42 26 | IRELAND Department of Enterprise, Trade and Employment Import/ Export Licensing, Block C Earlsfort Centre Hatch Street IE-Dublin 2 Fax: + 353-1-631 25 62 |

ITALIA Ministero delle Attivita Produttive Direzione generale per la politica commerciale e per la gestione del regime degli scambi Viale America 341 I-00144 Roma Fax: +39-6-59 93 22 35 / 59 93 26 36 | ÖSTERREICH Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit Aussenwirtschaftsadministration Abteilung C2/2 Stubenring 1 A-1011 Wien Fax: + 43-1-7 11 00/ 83 86 |

KYPROS Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού Υπηρεσία Εμπορίου Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής Οδός Ανδρέα Αραούζου Αρ.6 CY-1421 Λευκωσία Φαξ: + 357-22-37 51 20 | POLSKA Ministerstwo Gospodarki, Pracy i Polityki Społecznej Plac Trzech Krzyży 3/5 PL- 00-507 Warszawa Fax: + 48-22-693 40 21 / 693 40 22 |

LATVIJA Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija Brīvības iela 55 LV – 1519 Rīga Fax: + 371-728 08 82 | PORTUGAL Ministério das Finanças Direcção Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo Rua Terreiro do Trigo, Edifício da Alfândega de Lisboa PT- 1140-060 Lisboa Fax: + 351-218 814 261 |

LIETUVA Lietuvos Respublikos ūkio ministerija Prekybos departamentas Gedimino pr. 38/2 LT- 01104 Vilnius Fax: + 370-5-26 23 974 | SLOVENIJA Ministrstvo za gospodarstvo Področje ekonomskih odnosov s tujino Kotnikova 5 SI-1000 Ljubljana Fax: + 386-1-478 36 11 |

LUXEMBOURG Ministère des affaires étrangères Office des licences BP 113 L-2011 Luxembourg Fax: + 352-46 61 38 | SLOVENSKÁ REPUBLIKA Ministerstvo hospodárstva SR Odbor licencií Mierová 19 SK-827 15 Bratislava 212 Fax: + 421-2-43 42 39 19 |

MAGYARORSZÁG Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal Margit krt. 85. HU-1024 Budapest Fax: + 36-1-336 73 02 | SUOMI Tullihallitus PL 512 FIN-00101 Helsinki Telekopio: + 358-20-492 28 52 |

MALTA Diviżjoni għall -Kummerċ Servizzi Kummerċjali Lascaris MT-Valletta CMR02 Fax: + 356-25-69 02 99 | SVERIGE Kommerskollegium Box 6803 S-11386 Stockholm Fax: + 46-8-30 67 59 |

NEDERLAND Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer Postbus 30003, Engelse Kamp 2 NL-9700 RD Groningen Fax : + 31-50-523 23 41 | UNITED KINGDOM Department of Trade and Industry Import Licensing Branch Queensway House - West Precinct Billingham UK-TS23 2NF Fax: + 44-1642-36 42 69 |

ANNESS V

LIMITI KWANTITATTIVI

(tunnellati metriċi)

Prodotti | 2005 | 2006 |

SA. Prodotti ċatti |

SA1. Koljaturi | 85000 | 87125 |

SA2. Pjanċa tqila | 0 | 0 |

SA3. Prodotti oħrajn ċatti | 115000 | 117875 |

1 ĠU L 196, 28.7.1999, p. 3.

2 Ara paġna X ta’ l-istess Ġurnal Uffiċjali.

3 ĠU L 256, 7.9.1987 p. 1 Regolament kif emendat l-aħħar bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE)Nru. 1989/2004 (ĠU L 344 20.11.2004, p. 5).

4 ĠU L 395, 31.12.2004, p. 1.