52005PC0159(01)

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru /* KUMM/2005/0159 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel xxx

KUMM(2005) yyy finali

2005/aaaa (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

(preżentati mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Relazzjonijiet internazzjonali ta’ l-avjazzjoni bejn Stati Membri u pajjiżi terzi kienu tradizzjonalment iggvernati minn ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta’ l-ajru bejn Stati Membri u pajjiżi terzi, l-Annessi tagħhom u arranġamenti oħra bilaterali jew multilaterali relatati. .

Wara d-Deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-każijiet C-466/98, C-467/98, C-468/98, C-471/98, C-472/98, C-475/98 u C-476/98, il-Komunità għandha kompetenza esklussiva fil-konfront ta’ aspetti varji ta’ avjazzjoni esterna. Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat ukoll id-dritt tal-kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità biex jibbenifikaw mid-dritt li jistabbilixxu ruħhom fil-Komunità, inkluż id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju fis-suq.

Klawżoli tradizzjonali ta’ ħatra fi ftehim bilaterali tas-servizzi ta’ l-ajru ta’ l-Istati Membri jiksru l-liġi Komunitarja. Jagħtu l-lok lill-pajjiż terz li jirrifjuta, jirtira jew jissosspendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta’ kumpanija ta’ l-ajru li kienet maħtura minn Stat Membru iżda li mhijiex proprjetà sostanzjali tiegħu u mhijiex ikkontrollata effettivament minnu jew miċ-ċittadini tiegħu. Dan instab li jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra l-kumpaniji ta’ l-ajru stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru pero’ huma proprjetà ta’, u kkontrollati minn, ċittadini ta’ Stat Membru ieħor. Dan imur kontra l-Artikolu 43 tat-Trattat li jiggarantixxi liċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri li eżerċitaw id-dritt tagħhom li jistabbilixxu ruħhom fejn iridu, l-istess trattament fl-Istat Membru li jilqagħhom bħal dak mogħti liċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru.

Wara d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni f’Ġunju ta’ l-2003 biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju[1].

Fi qbil mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mar-Repubblika tal-Kroazja li jieħu post ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta' l-ajru eżistenti bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Kroazja. L-Artikolu 2 tal-Ftehim jieħu post il-klawżoli tradizzjonali ta’ ħatra bi klawżola ta’ deżinjazzjoni Komunitarja, li tippermetti lill-kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità li jibbenefikaw mid-dritt ta’ stabbiliment. L-Artikoli 4 u 5 tal-Ftehim jindirizzaw żewġ tipi ta’ klawżoli li jikkonċernaw kwistjonijiet tal-kompetenza tal-Komunità. L-Artikolu 4 għandu x’jaqsam mat-tassazzjoni tal-fjuwil għall-avjazzjoni, materja li kienet armonizzata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirristruttura l-qafas tal-Komunità għat-tassazzjoni ta’ prodotti ta’ l-enerġija u elettriku, partikolarment il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 14 tagħha. L-Artikolu 5 (Tariffi) jirrisolvi konflitti bejn ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta’ l-ajru eżistenti u r-Regolament tal-Kunsill Nru 2409/92 dwar tariffi u rati għas-servizzi ta’ l-ajru li ma jħallux kumpaniji ta’ l-ajru ta’ pajjiżi terzi milli jkollhom pożizzjoni dominanti fuq is-servizzi ta’ l-ajru għall-ġarr magħmul kollu kemm hu fil-Komunità.

Il-Kunsill huwa mitlub li japprova d-deċiżjonijiet fuq l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja u fuq il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru u biex jaħtar il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim għan-nom tal-Komunità.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2],

Billi:

(1) Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta’Ġunju ta’ l-2003 biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

(2) Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità ftehim mar-Repubblika tal-Kroazja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru fi qbil mal-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċeriu dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

(3) Il-ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat, fid-dawl tal-konklużjoni possibli tiegħu aktar tard, u jiġi applikat proviżorjament.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

1. Suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni bil-setgħa li jiffirmaw f’isem il-Komunità l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru.

2. Sakemm jidħol fis-seħħ, il-ftehim ser ikun applikat b’mod provviżorju mill-ewwel ġurnata tax-xahar wara d-data li fiha l-partijiet innotifikaw lil xulxin bit-tmiem tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jagħmel in-notifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 8.2 tal-ftehim.

3. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

2005/aaaa (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 300(3) ,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[4],

Billi:

(1) Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta’Ġunju ta’ l-2003 biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

(2) Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità ftehim mar-Repubblika tal-Kroazja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru fi qbil mal-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

(3) Dan il-ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fi [...] suġġett għall-possibiltà tal-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, konformi mad-deċiżjoni .../.../KE tal-Kunsill fi [...][5]

(4) Dan il-ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa approvat f’isem il-Komunità.

2. It-test tal-ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna li għandha s-setgħa li tagħmel in-notifikazzjoni provduta fl-Artikolu 8.1 tal-Ftehim.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

FTEHIM bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Kroazja fuq ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

minn naħa waħda, u

R-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA

(minn hawn ‘il quddiem ‘il-Kroazja’)

min-naħa l-oħra

(minn hawn ‘il quddiem ‘il-Partijiet’)

INNUTAW li ftehimiet bilaterali ta’ servizzi ta’ l-ajru ġew konklużi bejn diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Bulgarija li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja,

INNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali ta’ servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

INNUTAW li taħt il-liġi Komunitarja Ewropea kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità stabbiliti fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għal rotot ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu sehem f’kumpaniji ta’ l-ajru lliċenzjati fi qbil mal-liġi Komunitarja Ewropea,

GĦARFU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta’ l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Kroazja, li huma kontra l-liġi Komunitarja Ewropea, iridu jinġiebu f’konformità sħiħa ma’ dawn sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Kroazja u biex tiġi ppreservata t-tkomplija ta’ dawn is-servizzi ta’ l-ajru,

INNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali tat-traffiku ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Kroazja, jew li jiġi affettwat il-bilanċ bejn kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità u kumpaniji ta’ l-ajru tal-Kroazja, jew li jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet bilaterali eżistenti tas-servizzi ta’ l-ajru dwar drittijiet tat-traffiku,

INNUTAW li, minħabba li l-biċċa l-kbira tal-ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kroazja ma jagħmlux restrizzjonijiet fuq il-kapaċità, il-volum tat-traffiku fuq iż-żewġ naħat għandu l-potenzjal li jiżdied 'il fuq mill-livell preżenti,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1Dispożizzjonijiet Ġenerali

1. Għall-għanjiet ta’ dan il-Ftehim, ‘Stati Membri’ ser tfisser Stati Membri tal-Komunità Ewropea.

2. Referenzi mniżżla f’kull ftehim fl-Anness 1 għaċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru li hu parti tal-ftehim ser jiġu mifhuma bħala li qed jirreferu għaċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

3. Referenzi mniżżla f’kull ftehim fl-Anness 1 lill-kumpaniji ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru ta’ l-Istat Membru li hu parti tal-ftehim ser jiġu mifhuma bħala li qed jirreferu għall-kumpaniji ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru magħżula minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 2 Ħatra minn Stat Membru

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ser jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli mniżżla fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħatra ta’ kumpanija ta’ l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat l-awtorizzazzjonijiet tiegħu u l-permessi mogħtija mill-Kroazja, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tal-kumpanija ta’ l-ajru, rispettivament. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli mniżżla fl-Anness 2 (a) u (b) rispettivament, b’relazzjoni mal-ħatra ta’ kumpanija ta’ l-ajru mill-Bulgarija, l-awtorizazzjonijiet u l-permessi tagħha mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tal-kumpanija ta' l-ajru, rispettivament.

2. Meta tirċievi l-ħatra mingħand Stat Membru, il-Kroazja ser tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali, basta li:

i. il-kumpanija ta’ l-ajru hija stabbilita fit-territorju ta’ l-Istat Membru li ħatarha taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u li għandha Liċenzja Operattiva valida fi qbil mal-liġi Komunitarja Ewropea;

ii. huwa eżerċitat u miżmum kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv ta’ l-Ajru tagħha u l-awtorità aeronawtika relevanti hija identifikata b’mod ċar fil-ħatra; u

iii. il-kumpanija ta’ l-ajru hija proprjetà u ser tkompli tkun proprjetà, direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju, ta’ Stati Membri u/jew ta’ ċittadini ta’ Stati Membri, u/jew ta’ stati oħra mniżżla fl-Anness 3 u/jew iċ-ċittadini ta’ tali stati oħra, u ser tkun il-ħin kollu effettivament ikkontrollata minn dawn l-istati u/jew dawn iċ-ċittadini.

3. Il-Kroazja tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ kumpanija ta’ l-ajru minn Stat Membru fejn:

i. il-kumpanija ta’ l-ajru mhijiex stabbilita fit-territorju ta’ l-Istat Membru li ħatarha taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew m’għandhiex Liċenzja Operattiva valida fi qbil mal-liġi Komunitarja Ewropea; jew

ii. m'huwiex eżerċitat jew m'huwiex miżmum kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattivi ta’ l-Ajru tagħha, jew l-awtorità aeronawtika relevanti mhijiex identifikata b’mod ċar fil-ħatra; jew

iii. il-kumpanija ta’ l-ajru mhijiex proprjetà ta’, u mhijiex effettivament ikkontrollata minn, direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju, Stati Membri u/jew iċ-ċittadini ta’ Stati Membri, u/jew minn stati oħra mniżżla f’lista fl-Anness 3 u/jew iċ-ċittadini ta’ tali stati oħra.

Waqt li tħaddem id-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, il-Kroazja m’għandiex tiddiskrimina bejn kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità fuq il-bażi ta’ nazzjonalità;

4. L-għoti tad-drittijiet tat-traffiku jkompli jsir permezz ta’ l-arranġamenti bilaterali.

Artikolu 3 Drittijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontroll regolatorju

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ser jikkomplimentaw l-artikoli inniżżla f’lista fl-Anness 2(c).

2. Fejn Stat Membru ħatar kumpanija ta’ l-ajru li l-kontroll regolatorju tagħha huwa mħaddem u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tal-Kroazja taħt id-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ħatar il-kumpanija ta’ l-ajru u l-Kroazja ser japplikaw b’mod ugwali fir-rigward ta’ l-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma ta’ l-istandards ta’ sigurtà mill-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dik il-kumpanija ta’ l-ajru.

Artikolu 4Tassaz zjoni tal-fjuwil għall-avjazzjoni

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ser jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli mniżżla f’lista fl-Anness 2(d)

2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f’kull ftehim imniżżel fl-Anness 2(d) mhu ser iżomm Stat Membru milli jimponi fuq bażi mhux diskriminatorja taxxi, imposti, dazji, miżati jew tariffi fuq il-fjuwil fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f’inġenji ta’ l-ajru ta’ kumpanija ta’ l-ajru maħtura mill-Kroazja li topera bejn punt fit-territorju ta’ Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

Artikolu 5 Tariffi għall-ġarr fil-Komunità Ewropea

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ser jikkomplimentaw l-artikoli mniżżla fl-Anness 2(e)

2. It-tariffi li ser jiġu ddebitati mill-kumpanija(i) ta’ l-ajru maħtura mill-Kroazja permezz ta’ ftehim imniżżel fl-Anness 1 li fih dispożizzjoni mniżżla fl-Anness 2(e) għal ġarr li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea, ser jiġu suġġetti għal-liġi Komunitarja Ewropea

Artikolu 6

L-Annessi ma’ dan il-Ftehim ser jifformaw parti integrali minnu.

Artikolu 7 Reviżjoni jew emendi

Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.

Artikolu 8 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja

1. Dan il-Ftehim ser jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu tlestew.

2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu biex japplikaw b’mod provviżorju dan il-Ftehim mill-ewwel ġurnata tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet avżaw lil xulxin bit-tmiem tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

3. Ftehimiet u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u l-Kroazja li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, ma kienux għadhom daħlu fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati provviżorjament huma mniżżla fl-Anness 1(b). Dan il-Ftehim ser japplika għal kull tali Ftehim u arranġament mad-dħul fis-seħħ jew ma’ l-applikazzjoni provviżorja tiegħu.

Artikolu 9 Tmiem

1. Fil-każ li ftehim imniżżel fl-Anness 1 jintemm, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-ftehim mniżżel fl-Anness 1 ikkonċernat ser jintemmu fl-istess ħin.

2. Fil-każ li l-ftehimiet kollha mniżżla fl-Anness 1 jintemmu, dan il-Ftehim ser jintemm fl-istess ħin.

B'XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji t’hawn taħt, bl-awtorizzazzjoni meħtieġa, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi [ ] b’żewġ kopji, f’din [...] il-ġurnata [...,...] fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u l-lingwi Kroati. F’każ ta’ diverġenzi t-test Ingliż ser jipprevali fuq it-testi bil-lingwi l-oħra.

GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA: GĦAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA:

Anness 1

Lista tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

(a) Ftehimiet tas-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Kroazja u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament

- Ftehim tat-Trasport ta’ l-ajru bejn il-Gvern Federali ta’ l-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja relatat mas-Servizzi ta’ l-Ajru iffirmat fi Vjenna fit-23 ta’ Ġunju 1994, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Kroazja-Awstrija” f’Anness 2;

- Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġu u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja relatat mat-Trasport ta’ l-Ajru iffirmat f’Żagreb fit-12 ta’ Mejju 1996, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Kroazja-Belġju” f’Anness 2

- Immodifikat l-aħħar bi Bdil ta’ Ittri bid-data tat-28 ta’ April u t-2 ta’ Mejju 2003, rispettivament.

- Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċeka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, iffirmat fi Praga fit-22 ta’ Jannar 1999, minn hawn ‘il-quddiem “Ftehim Kroazjaa –Repubblika Ċeka’ f’Anness 2;

- Ftehim bejn il- Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja relatat mat-Trasport ta’ l-Ajru Ċivili iffirmat f’Oslo fis-6 ta’ Marzu 1996, minn hawn ‘il-quddiem “Ftehim Kroazja-Danimarka ” f'Anness 2;

- Ftehim tas-Servizzi ta’ l-ajru bejn il- Gvern tar-Repubblika ta’ l-Estonja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja iffirmat f’Żagreb fil-31 ta’ Marzu 2004, minn hawn ‘il-quddiem ‘Ftehim Kroazja-Estonja’ f’Anness 2.

- Ftehim tat-Trasport ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja iffirmat f’Żagreb fis-27 ta’ Jannar 1997, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Kroazja – Franza” f’Anness 2

Biex jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Dubrovnik fid-29 ta’ Awissu 1996.

- Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Kroazja , inizjalat u mehmuż ma’ l-Anness 2 tal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Bonn fit-23 ta’ Lulju 1997, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Kroazja-Ġermanja” f’Anness 2;

Miżjud l-aħħar b’Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Dubrovnik fl-4 ta’Ġunju 1998.

- Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Griega u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja iffirmat f’Ateni fis-27 ta’ Frar 2001, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Kroazja – Ġreċja” f’Anness 2;

- Ftehim tat-Trasport ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Ungerija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja iffirmat fi Vjenna fis-7 ta’ Ġunju 1995, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Kroazja – Ungerija” f’Anness 2 .

- Ftehim tast-Trasport ta’ l-Ajru bejn il-Gvern ta’ l-Irlanda u r-Repubblika tal-Kroazja inizjalat f'Dublin fil-11 ta’ Diċembru 1995, minn hawn ‘il quddiem “Ftehim Kroazja – Irlanda” f’Anness 2 .

- Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Gvern tar-Repubblika tal- Kroazja iffirmat f’Ruma fis-8 ta’ Lulju 1998, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Kroazja – Italja” f’Anness 2 .

- Ftehim tas-Servizzi ta' l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, iffirmat f’Riga fit-18 ta’ Ottubru 1999, minn hawn ‘il-quddiem “Ftehim Kroazja – Latvja’ f’Anness 2;

- Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja iffirmat f’Dubrovnik fl-24 ta’ Lulju 1996, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Kroazja – Lussemburgu” f’Anness 2.

- Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat fil-Belt Valletta fit-13 ta’ Ottubru 1995, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Kroazja-Malta” f’Anness 2.

- Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn ir-Renju ta’ l-Olanda u r-Repubblika tal-Kroazja iffirmat f’Żagreb fit-30 ta’ April 1996, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Kroazja – Olanda” f’Anness 2.

- Ftehim tat-Trasport ta' l-Ajru Ċivili bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja iffirmat f’Varsavja fid-19 ta’ Ġunju 1996, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Kroazja – Polonja” f’Anness 2.

Biex jinqara flimkien mal-Minuti Miftiehma magħmula f’Varsavja fit-28 ta’ April 1995.

- Ftehim tat-Trasport ta’ l-Ajru bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Repubblika Portugiża inizjalat u mehmuż bħala Appendiċi 2 mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Żagrebfis-27 ta’ Ġunju 2002, minn hawn ‘il quddiem ‘íl-Ftehim Kroazja –Portugall’ f'Anness 2.

- Ftehim tat-Trasport ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Slovakka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja iffirmat f’Żagreb fit-12 ta’ Frar 1996, minn hawn ‘il quddiem ‘il-Ftehim Kroazja-Slovakja’ f’Anness 2.

- Ftehim bejn ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tal-Kroazja fuq Servizzi ta’ l-Ajru Skedati iffirmat f’Brdo pri Kranju fit-8 ta’ Lulju 1994, minn hawn ‘il-quddiem ‘il-Ftehim Kroazja-Slovenja’ f'Anness 2;

- Immodifikat l-aħħar bl-Anness Miftiehem bid-data tal-5 ta’ Lulju 1999.

- Ftehim tat-Trasport ta’ l-Ajru bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika tal-Kroazja , iffirmat f’Madrid fil-21 ta’ Lulju 1997, minn hawn ‘il quddiem “ïl-Ftehim Kroazja-Spanja” f’Anness 2.

- Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju ta’ l-Iżvezja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja , iffirmat f’Oslo fis-6 ta’ Marzu 1996, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Kroazja-Żvezja’ f’Anness 2.

- Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, iffirmat f’Żagreb fit-21 ta’ Frar 1996, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Kroazja-Renju Unit” f’Anness 2.

(b) Ftehimiet tas-servizzi ta’ l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn il-Kroazja u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma’ daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament

Anness 2

Lista ta’ artikoli fil-ftehimiet imniżżla fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim

(a) Ħatra minn Stat Membru:

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Awstrija;

- Artikolu 3 u 4 tal-Ftehim Kroazja-Belġju;

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Repubblika Ċeka;

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Danimarka;

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Estonja;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Franza;

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Greċja;

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Ungerija;

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Irlanda;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Italja;

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Latvja;

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Litwanja;

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Lussemburgu;

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Malta;

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Olanda;

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Polonja;

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Portugall;

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Slovakja;

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Slovenja;

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Spanja;

- Artikolu 3 tal-Ftehim Kroazja-Żvezja;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Renju Unit;

(b) Rifjut, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta’ l-Awtorizzazzjonijiet jew Permessi:

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Awstrija;

- Artikolu 5 tal-Ftehim Kroazja-Belġju;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Repubblika Ċeka;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Danimarka;

- Artikolu 4, tal-Ftehim Kroazja-Estonja;

- Artikolu 5, tal-Ftehim Kroazja-Franza;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Greċja;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Ungerija;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Irlanda;

- Artikolu 5 tal-Ftehim Kroazja-Italja;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Latvja;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Litwanja;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Lussemburgu;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Malta;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Olanda;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Polonja;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Portugall;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Slovakja;

- Artikolu 7 tal-Ftehim Kroazja-Slovenja;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Spanja;

- Artikolu 4 tal-Ftehim Kroazja-Żvezja;

- Artikolu 5 tal-Ftehim Kroazja-Renju Unit.

(c) Kontroll regolatorju:

- Artikolu 6 tal-Ftehim Kroazja-Repubblika Ċeka;

- Artikolu 15 tal-Ftehim Kroazja-Estonja;

- Artikolu 12 bis tal-Ftehim Kroazja-Ġermanja;

- Artikolu 7 tal-Ftehim Kroazja-Greċja;

- Artikolu 16 tal-Ftehim Kroazja-Latvja;

- Artikolu 15 tal-Ftehim Kroazja-Litwanja;

- Artikolu 15 tal-Ftehim Kroazja-Portugall;

(d) Tassazzjoni tal-Fjuwil għall-Avjazzjoni:

- Artikolu 7 tal-Ftehim Kroazja-Awstrija;

- Artikolu 10 tal-Ftehim Kroazja-Belġju;

- Artikolu 9 tal-Ftehim Kroazja-ir-Repubblika Ċeka;

- Artikolu 6 tal-Ftehim Kroazja-Danimarka;

- Artikolu 7 tal-Ftehim Kroazja-Estonja;

- Artikolu 11 tal-Ftehim Kroazja-Franza;

- Artikolu 6 tal-Ftehim Kroazja-Ġermanja;

- Artikolu 8 tal-Ftehim Kroazja-Ġreċja;

- Artikolu 7 tal-Ftehim Kroazja-Ungerija;

- Artikolu 13 tal-Ftehim Kroazja-Irlanda;

- Artikolu 6 tal-Ftehim Kroazja-Italja;

- Artikolu 7 tal-Ftehim Kroazja-Latvja;

- Artikolu 7 tal-Ftehim Kroazja-Litwanja;

- Artikolu 8 tal-Ftehim Kroazja-Lussemburgu;

- Artikolu 5 tal-Ftehim Kroazja-Malta;

- Artikolu 9 tal-Ftehim Kroazja-Olanda;

- Artikolu 7 tal-Ftehim Kroazja-Polonja;

- Artikolu 6 tal-Ftehim Kroazja-Portugall;

- Artikolu 8 tal-Ftehim Kroazja-Slovakja;

- Artikolu 6 tal-Ftehim Kroazja-Slovenja;

- Artikolu 5 tal-Ftehim Kroazja-Spanja;

- Artikolu 6 tal-Ftehim Kroazja-Żvezja;

- Artikolu 8 tal-Ftehim Kroazja-Renju Unit.

(e) Tariffi għall-Ġarr fil-Komunità Ewropea:

- Artikolu 10 tal-Ftehim Kroazja-Awstrija;

- Artikolu 13 tal-Ftehim Kroazja-Belġju;

- Artikolu 13 tal-Ftehim Kroazja-Repubblika Ċeka;

- Artikolu 11 tal-Ftehim Kroazja-Danimarka;

- Artikolu 13 tal-Ftehim Kroazja-Estonja;

- Artikolu 17 tal-Ftehim Kroazja-Franza;

- Artikolu 10 tal-Ftehim Kroazja-Ġermanja;

- Artikolu 14 tal-Ftehim Kroazja-Greċja;

- Artikolu 13 tal-Ftehim Kroazja-Ungerija;

- Artikolu 7 tal-Ftehim Kroazja-Irlanda;

- Artikolu 8 tal-Ftehim Kroazja-Italja;

- Artikolu 13 tal-Ftehim Kroazja-Latvja;

- Artikolu 13 tal-Ftehim Kroazja-Litwanja;

- Artikolu 11 tal-Ftehim Kroazja-Lussemburgu;

- Artikolu 10 tal-Ftehim Kroazja-Malta;

- Artikolu 5 tal-Ftehim Kroazja-Olanda;

- Artikolu 11 tal-Ftehim Kroazja-Polonja;

- Artikolu 19 tal-Ftehim Kroazja-Portugall;

- Artikolu 12 tal-Ftehim Kroazja-Slovakja;

- Artikolu 9 tal-Ftehim Kroazja-Slovenja;

- Artikolu 7 tal-Ftehim Kroazja-Spanja;

- Artikolu 11 tal-Ftehim Kroazja-Żvezja;

- Artikolu 7 tal-Ftehim Kroazja-Renju Unit.

Anness 3

Lista ta’ stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

(a) Ir-Repubblika ta’ l-Islanda (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b) Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

(c) Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d) Il-Konfederazzjoni Svizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport ta’ l-Ajru).

[1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 11323/03 tal-5 ta’ Ġunju 2003 (dokument riservat)

[2] ĠU C [...], [...], p. [...].

[3] ĠU C [...], [...], p. [...].

[4] ĠU C [...], [...], p. [...].

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].