52005PC0096

Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (ċ) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar negozju mhux ġust lill-konsumatur skond il-prattiċi kummerċjali fis-suq intern u li temenda d-direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-regolament (KE) nru. 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“direttiva dwar prattiċi kummerċjali mhux ġusti”) li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat tal-KE /* KUMM/2005/0096 finali - 2003/0134 */


Brussell, 15.03.2005

KOM(2005) 96 finali

2003/0134 COD

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (ċ) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR NEGOZJU MHUX ĠUST LILL-KONSUMATUR SKOND IL-PRATTIĊI KUMMERĊJALI FIS-SUQ INTERN U LI TEMENDA D-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 84/450/KEE, ID-DIRETTIVI 97/7/KE, 98/27/KE U 2002/65/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL U R-REGOLAMENT (KE) NRU. 2006/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (“DIRETTIVA DWAR PRATTIĊI KUMMERĊJALI MHUX ĠUSTI”)

LI TEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONIskond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat tal-KE

2003/0134 COD

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (ċ) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emenda/i tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar negozju mhux ġust lill-Konsumatur skond il-prattiċi kummerċjali fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru. 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Mhux Ġusti”)

1. INTRODUZZJONI

L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (ċ) tat-Trattat tal-KE jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tistipula l-opinjoni tagħha hawn taħt dwar l-emendi proposti mill-Parlament.

2. sfond

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument KOM(2003) 356 finali – 2003/0134 COD): | 20 ta’ Ġunju 2003. |

Id-data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 29 ta’ Jannar 2004. |

Id-data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 20 ta’ April 2004. |

Id-data ta’ l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni Id-data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, it-tieni qari | 15 ta’ Novembru 2004 maġġoranza kwalifikata). 24 ta’ Frar 2005 |

3. L-GħAN TAL-PROPOSTA

Din il-proposta tindirizza l-ostakli għat-tħaddim tas-suq intern għal oġġetti u servizzi bl-imnut li huma kawżati mill-frammentazzjoni tar-regolazzjoni nazzjonali u l-ispejjeż u l-inċertezzi għan-negozji li jirriżultaw minn din, u minn standards varjabbli għall-ħarsien tal-konsumatur li jnaqqsu l-kunfidenza tal-konsumatur.

Hija tagħmel dan billi tistabbilixxi qafas komuni għall-UE kollha, għar-regolazzjoni ta’ prattiċi kummerċjali tan-negozju mhux ġusti għall-konsumatur (l-aktar ir-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni) li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi. Il-qofol ta’ dan il-qafas huwa projbizzjoni ġenerali ta’ prattiċi kummerċjali mhux ġusti, ibbażata fuq kriterji komuni li jiddeterminaw meta prattika kummerċjali ma tkunx ġusta. Għal aktar ċertezza legali, din hija supplimentata ukoll bl-elaborazzjoni ta’ żewġ tipi prinċipali ta’ inġustizzja, prattiċi qarrieqa u aggressivi, u blacklist ta’ prattiċi li dejjem se jkunu inġusti u huma għalhekk ipprojbiti mill-ewwel.

4. L-OPINJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR L-EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW

4.1. Emendi aċċettati mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tista’ taċċetta b’mod sħiħ id-dsatax-il emenda kollha adottati mill-Parlament Ewropew. Huma r-riżultat ta’ ftehim ta’ kompromess milħuq bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fit-tieni qari. L-emendi huma konformi ma’ l-għanijiet tal-Kummissjoni għall-proposta u jżommu l-bilanċ ta’ l-interessi milħuqa fil-pożizzjoni komuni.

5. konklużjoni

Skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq.