52005PC0053

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ prijorità biex tiżdied il-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-arkivji fl-Ewropa /* KUMM/2005/0053 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 31.1.2006

KUMM(2005) 591 finali/2

2005/0229 (CNS)

CORRIGENDUM : Annule et remplace la fiche financière du document COM(2005)591 final du 23.11.2005. (Traduction de la fiche). Concerne toutes les versions linguistiques excepté FR.

Abbozz

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri dwar emendi li jimmodifikaw il-Protokoll, li jistipula d-drittijiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Dan l-abbozz għandu l-għan li jemenda l-Protokoll eżistenti anness mal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja.

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-grupp ta’ ħidma tekniku li laqqa’ flimkien ir-rappreżentanti ta’ l-amministrazzjoni tal-Mawritanja u tal-Kummissjoni Ewropea, li l-laqgħat tekniċi tiegħu seħħew mit-30 ta’ Ġunju sat-2 ta' Lulju u mill-14 sal-15 ta' Lulju f'Nouakchott, kif ukoll mis-7 sa l-10 ta' Settembru 2004 fi Brussell, u fid-dawl ta' l-opinjonijiet xjentifiċi disponibbli, iż-żewġ partijiet fil-Kummissjoni konġunta ta’ l-10 ta’ Settembru 2004 fi Brussell waslu għall-konklużjoni li kien meħtieġ li jittieħdu ċertu għadd ta’ miżuri fir-rigward tal-ġestjoni ta’ l-attività tas-sajd fiż-żona ekonomika esklussiva (ŻEE) tal-Mawritanja.

Il-Ftehim dwar l-emendi li jimmodikifaw dan il-Protokoll kien ifformalizzat minn skambju ta’ ittri.

Il-miżuri msemmija hawn fuq għandhom l-għan li minn naħa jnaqqsu r-rata tas-sajd għaċ-ċefalopodi bit-tnaqqis ta’ l-attività tas-sajd u minn naħa oħra li jżidu l-għadd ta’ liċenzji fil-kategorija tal-bastimenti tas-sajd tal-ħut pelaġiku u tat-tonn. Sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-flotot li jtajru bandiera ta’ l-Istati Membri ġodda u tiġi ggarantita l-kontinwità ta’ l-aċċess ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji li tradizzjonalment joperaw fi ħdan il-ftehim imsemmi hawn fuq, l-għoti ta’ liċenzji għall-kategoriji tal-bastimenti tas-sajd tal-ħut pelaġiku se sseħħ fuq il-bażi ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-Istati Membri kollha billi jitqiesu l-attivitajiet ta' sajd tradizzjonalment magħmula fi ħdan dan il-ftehim. Meta meħtieġ, il-Kummissjoni se tipproponi t-tqassim tal-liċenzji għall-kategorija tal-bastimenti tas-sajd tal-ħut pelaġiku fost l-Istati Membri.

L-iffriżar ta’ ħames liċenzji għaċ-ċefalopodi li diġà kien is-suġġett ta’ konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri minn Marzu 2004 issa huwa kkumpensat fil-qafas ta’ dan it-tqassim il-ġdid bl-għotja ta’ dawn il-liċenzji ġodda għas-sajd tal-ħut pelaġiku u jippermetti wkoll li tkun garantita ġestjoni finanzjarja tajba u soda li tippermetti titjib tad-drittijiet ta’ sajd skond ir-riżorsi u l-applikazzjonijiet tas-settur. Il-bilanċ il-ġdid li ntlaħaq permezz ta' dan it-tqassim mill-ġdid ġie stabbilit fuq il-bażi tar-riżultati tan-negozjati ta’ l-2001 għall-Protokoll attwali u jirrapreżenta riżultat sodisfaċenti ħafna għall-KE f’termini ta’ analiżi tan-nefqa/l-benefiċċji.

Il-Kummissjoni tipproponi fuq din il-bażi li l-Kunsill jadotta dan il-ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittr dwar l-emendi li jimmodifikaw il-Protokoll.

Abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri dwar l-emendi li jimmodifikaw il-Protokoll huwa s-suġġett ta' proċedura separata.

2005/0229 (CNS)

Abbozz

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri dwar emendi li jimmodifikaw il-Protokoll, li jistipula d-drittijiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma' l-Artikolu 300(2) u (3) l-ewwel subparagrafu tiegħu,

wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

Billi:

1. Il-Protokoll li jistipola d-drittijiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Awissu 2001 u dan sal-31 ta’ Lulju 2006[3].

2. Meta jitqiesu l-opinjonijiet xjentifiċi dwar il-qagħda tar-riżorsi fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tal-Mawritanja u speċjalment ir-riżultati tar-raba’ u tal-ħames grupp ta’ ħidma ta’ l-Istitut ta’ Riċerki Oċeanografiċi u tas-Sajd tal-Mawritanja [ Institut Mauritanien de Recherches Océanographiques et des Pêches (IMROP) ] u tal-grupp ta’ ħidma xjentifiku konġunt, u meta jitqiesu l-konklużjonijiet li għalihom waslet il-Kummissjoni konġunta ta’ l-10 ta’ Settembru 2004 u tal-15 u tas-16 ta’ Diċembru 2004, iż-żewġ partijiet iddeċidew li jemendaw id-drittijiet attwali ta’ sajd.

3. Ir-riżultati ta’ dawn l-emendi ddaħħlu fl-iskambju ta’ ittri u jittrattaw tnaqqis temporanju ta’ l-attività ta’ sajd għall-kategorija tas-sajd għaċ-ċefalopodi (kategorija 5), l-iffissar tat-tieni perjodu ta’ waqfien bijoloġiku ta’ xahar għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ, iż-żieda tan-numru ta’ bastimenti għall-kategorija tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u bil-konzijiet tal-wiċċ (kategorija 8) u għall-kategorija tas-sajd minn bastimenti tas-sajd bil-friża għall-ħut pelaġiku (kategorija 9);

4. Huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova dawn l-emendi;

5. Jeħtieġ li jkun ikkonfermat it-tqassim fost l-Istati Membri tad-drittijiet ta’ sajd il-ġodda kif emendati.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri dwar emendi li jimmodifikaw il-Protokoll li jistipola d-drittijiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006 hu approvat mill-Kunsill f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim fl-għamla ta Skambju ta' Ittri huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

B'riżultat ta' l-emendi msemmija fl-iskambju ta’ ittri, id-drittijiet il-ġodda ta’ sajd għall-kategorija tas-sajd “bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u bil-konzijiet tal-wiċċ” (fajl tekniku nru 8 tal-Protokoll) u għall-kategorija tas-sajd "bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku bil-friża" (fajl tekniku nru 9) huma mqassma fost l-Istati Membri kif ġej:

Kategoriji tas-sajd | Stat Membru | Tunnellaġġ/Numru ta’ bastimenti li jistgħu jintużaw |

Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief Bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ (bastimenti) | Spanja Il-Portugall Franza | 20 + 3= 23 3 + 0= 3 8 + 1= 9 |

Għall-ħut pelaġiku (bastimenti) | 15+10= 25 |

It-tnaqqis temporanju ta’ ħames (5) liċenzji għas-sajd għall-kategoriji tas-sajd taċ-ċefalopodi jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2005. Il-mobilitazzjoni fil-ġejjieni ta’ dawn il-ħames (5) liċenzji se tiġi deċiża bi qbil komuni fi ħdan ta’ kummissjoni konġunta bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Mawritani skond il-qagħda tar-riżorsa.

Jekk il-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-Istati Membri ma jkoprux għal kollox id-drittijiet ta’ sajd iffissati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tqis l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

FTEHIM FL-GĦAMLA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI

dwar l-emendi li jimmodifikaw il-Protokoll li jiffissa d-drittijiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006.

A. Ittra mill-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja

Għażiż Sinjur,

Filwaqt li nirreferi għall-Protokoll, inizjalat fil-31 ta’ Lulju 2001, li jiffissa d-drittijiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006, u għar-riżultat tal-Kummissjoni mħallta ta’ l-10 ta’ Settembru 2004 u tal-15 u tas-16 ta’ Diċembru 2004, għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja jinsab lest li japplika, skond l-opinjonijiet xjentifiċi, tnaqqis temporanju ta’ l-attività ta’ sajd għall-kategorija tas-sajd għaċ-ċefalopodi kif stipolata fil-fajl tekniku tas-sajd nru 5 ta’ dan il-Protokoll, billi temporanjament inaqqas b'5 liċenzji d-drittijiet ta’ sajd fir-rigward tad-drittijiet offruti mill-Protokoll. Il-mobilitazzjoni tal-ġejjieni ta’ dawn il-5 liċenzji se tkun deċiża bi qbil komuni skond il-qagħda tar-riżorsa. Il-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja se jiddeċiedi wkoll dwar it-tieni perjodu ta’ waqfien bijoloġiku ta’ xahar għas-sajd tal-ħut tal-qiegħ fuq bażi mhux diskriminatorja. Il-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja jimpenja ruħu wkoll għall-applikazzjoni ta’ l-emendi magħmula lill-Protokoll għad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ sajd iffissati mill-fajl tekniku tas-sajd nru 8 għall-kategorija tas-sajd għat-tonn bil-qasbiet u għall-iskejjen li jistadu bil-konz tal-wiċċ billi jżid l-għadd ta' bastimenti ta’ din il-kategorija minn 31 għal 35 u fil-fajl tekniku tas-sajd nru 9 għall-kategorija tas-sajd tal-bastimenti għat-tkarkir għall-ħut pelaġiku bil-friża billi jżid l-għadd ta’ bastimenti ta’ din il-kategorija minn 15 għal 25, b’mod provviżorju b’effett mill-1 ta’ Jannar 2005, fl-istennija tad-dħul tiegħu fis-seħħ, sakemm il-Komunità Ewropea tkun disposta tagħmel l-istess.

Nibqa' nafhulek jekk tikkonfermali l-ftehim tal-Komunità Ewropea dwar din l-applikazzjoni provviżorja.

Dejjem tiegħek.

Għall-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja

B. Ittra tal-Komunità Ewropea

Għażiż Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum li tgħid kif ġej:

“Għażiż Sinjur,

Filwaqt li nirreferi għall-Protokoll, inizjalat fil-31 ta’ Lulju 2001, li jiffissa d-drittijiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju pprovduti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd marittimu bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awissu 2001 sal-31 ta’ Lulju 2006, u għar-riżultat tal-Kummissjoni mħallta ta’ l-10 ta’ Settembru 2004 u tal-15 u tas-16 ta’ Diċembru 2004, għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja jinsab lest li japplika, skond l-opinjonijiet xjentifiċi, tnaqqis temporanju ta’ l-attività ta’ sajd għall-kategorija tas-sajd għaċ-ċefalopodi kif stipolata fil-fajl tekniku tas-sajd nru 5 ta’ dan il-Protokoll, billi temporanjament inaqqas b'5 liċenzji d-drittijiet ta’ sajd fir-rigward tad-drittijiet offruti mill-Protokoll. Il-mobilitazzjoni tal-ġejjieni ta’ dawn il-5 liċenzji se tkun deċiża bi qbil komuni skond il-qagħda tar-riżorsa. Il-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja se jiddeċiedi wkoll dwar it-tieni perjodu ta’ waqfien bijoloġiku ta’ xahar għas-sajd tal-ħut tal-qiegħ fuq bażi mhux diskriminatorja. Il-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja jimpenja ruħu wkoll għall-applikazzjoni ta’ l-emendi magħmula lill-Protokoll għad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ sajd iffissati mill-fajl tekniku tas-sajd nru 8 għall-kategorija tas-sajd għat-tonn bil-qasbiet u għall-iskejjen li jistadu bil-konz tal-wiċċ billi jżid l-għadd ta' bastimenti ta’ din il-kategorija minn 31 għal 35 u fil-fajl tekniku tas-sajd nru 9 għall-kategorija tas-sajd tal-bastimenti għat-tkarkir għall-ħut pelaġiku bil-friża billi jżid l-għadd ta’ bastimenti ta’ din il-kategorija minn 15 għal 25, b’mod provviżorju b’effett mill-1 ta’ Jannar 2005, fl-istennija tad-dħul tiegħu fis-seħħ, sakemm il-Komunità Ewropea tkun disposta tagħmel l-istess.

Nibqa' nafhulek jekk tikkonfermali l-ftehim tal-Komunità Ewropea dwar din l-applikazzjoni provviżorja.”

Għandni l-unur nikkonfermalek il-qbil tal-Komunità Ewropea dwar din l-applikazzjoni provviżorja.

Dejjem tiegħek.

F'isem il-Komunità Ewropea

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA SIMPLIFIKATA

Qasam politiku/Oqsma politiċi: 11 Sajd Attività/Attivitajiet: 1103 Ftehimiet internazzjonali fil-qasam tas-sajd |

ISEM L-AZZJONI: FTEHIM F'FORMA TA' SKAMBJU TA' ITTRI DWAR L-EMENDI LI JIMMODIFIKAW IL-PROTOKOLL LI JIFFISSA D-DRITTIJIET TA' SAJD U L-KONTRIBUT FINANZJARJU PREVISTI FIL-FTEHIM DWAR IS-SAJD KE/MAWRITANJA GħALL-PERJODU 01.02.2001-31.07.2006. |

1. LINJA/I TAL-BAĠIT + INTESTATURA/I

110301 : “Ftehimiet internazzjonali fil-qasam tas-sajd”

2. ĊIFRI TOTALI

2.1 Allokazzjoni totali għall-azzjoni (Parti B): €86,000,000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji għall-ftehim KE/Mawritanja fis-seħħ. Din l-emenda tal-protokoll ma għandha ebda impatt addizzjonali fuq il-baġit.

2.2 Perjodu ta' l-applikazzjoni: l-1 ta' Awissu 2001 sal-31 ta' Lulju 2006

2.3 Stima multiannwali globali tan-nefqa:

a) Skeda ta' approprjazzjonijiet għall-impenji/approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (intervent finanzjarju) (ara wkoll il-punt 6.1.1)

Miljuni ta' EUR ( sa tliet postijiet deċimali )

Sena 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | Total |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji | 86 | 86 | 86 | 86 | 86 | 430 |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet | 86 | 86 | 86 | 86 | 86 | 430 |

b) Assistenza teknika u amministrattiva (ATA) u nefqa ta' appoġġ (ara il-punt 6.1.2)

AI | - | - | - | - | - | - |

AĦ | - | - | - | - | - | - |

Total parzjali a+b |

AI | 86 | 86 | 86 | 86 | 86 | 430 |

AĦ | 86 | 86 | 86 | 86 | 86 | 430 |

2.4 Kompatibilità mal-programmazzjoni finanzjarja u l-perspettiva finanzjarja

( Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti.

( Il-proposta ser tinvolvi l-programmazzjoni mill-ġdid ta' l-intestatura relevanti fil-perspettiva finanzjarja,

( Il-proposta tista' teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim interistituzzjonali.

( Tip ta' nefqa: Dan jinvolvi id-definizzjoni tal-klassifikazzjoni ekonomika ta' l-infiq billi ssir distinzjoni bejn in-nefqa kurrenti u dik kapitali. Din il-klassifikazzjoni tippermetti konnessjoni aħjar bejn il-kompatibilità tal-baġit u dik ġenerali.

( Infiq kurrenti: marbut ma' l-ispejjeż għas-sena finanzjarja.

( Infiq kapitali: marbut ma' l-intestaturi tal-bilanċ. Liema tip ta’ attività huwa ddestinat li jiffinanzja dan l-infiq ?

3. KARATTERISTIĊI TAL-BAĠIT

Tip ta' nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni ta' l-EFTA | Kontribuzzjoni minn pajjiżi kandidati | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

Infiq obbligatorju | Appropjazzjonijiet differenzjati | LE | LE | LE | Nru 04 |

4. BAŻI LEGALI

- L-Artikolu 37 tat-Trattat, f'rabta ma' l-Art 300(2) u t-tielet paragrafu, l-ewwel subparagrafu;

- Ftehim fil-qasam tas-sajd KE/Mawritanja (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2528/2001 tas-17.12.2001)

5. DESKRIZZJONI U ĠUSTIFIKAZZJONI

5.1 Ħtieġa għal intervent Komunitarju [4]

5.1.1 Għanijiet imfittxija

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-grupp ta' ħidma, li l-laqgħat tekniċi tiegħu seħħew mit-30 ta' Ġunju sat-2 ta' Lulju u mill-14 sal-15 ta' Lulju f'Nouakchott, kif ukoll mis-7 sa l-10 ta' Settembru 2004 fi Brussell, u fid-dawl ta' l-opinjonijiet xjentifiċi disponibbli, iż-żewġ partijiet fil-Kummissjoni Konġunta ta' l-10 ta' Settembru 2004 fi Brussell waslu għall-konklużjoni li kien meħtieġ li xi drittijiet ġodda ta' sajd jiġu ffissati. Xi emendi għandhom x’jaqsmu partikolarment ma':

- Tnaqqis temporanju ta' l-isforz ta' sajd għall-kategorija ta’ sajd għaċ-ċefalopodi (fajl tekniku Nru 5 tal-Protokoll), billi jitnaqqsu temporarjament 5 liċenzji mid-drittijiet ta' sajd f'proporzjon mad-drittijiet offruti mill-Protokoll. Il-mobilitazzjoni tal-ġejjieni ta’ dawn il-5 liċenzji se tkun deċiża bi qbil komuni skond il-qagħda tar-riżorsa.

- L-iffissar tat-tieni perjodu ta’ waqfien mill-attivitajiet ta’ xahar għas-sajd tal-ħut tal-qiegħ mill-awtoritajiet tal-Mawritanja.

- Għall-kategorija tas-sajd għat-tonn bil-qasbiet u għall-iskejjen li jistadu bil-konz tal-wiċċ (fajl tekniku Nru 8), l-għadd ta' bastimenti ta' din il-kategorija jgħaddi minn 31 għal 35.

- Għall-kategorija tas-sajd tal-bastimenti għat-tkarkir għall-ħut pelaġiku bil-friża (fajl tekniku Nru 9), l-għadd ta' bastimenti ta' din il-kategorija jgħaddi minn 15 għal 25.

Iż-żewġ partijiet għaddew għalhekk għal skambju ta' ittri biex jemendaw f'dan is-sens il-Protokoll attwali.

Id-drittijiet ta' sajd il-ġodda jinqasmu fost l-Istati Membri fi proporzjon ma' l-allokazzjoni definita fil-protokoll tal-bidu.

5.1.2 Dispożizzjonijiet meħuda f'rabta ma' l-evalwazzjoni ex-ante

Billi l-emendi tal-protokoll li m’għandhom ebda impatt fuq livell finanzjarju u lanqas fuq l-għanijiet imfittxija, evalwazzjoni ex-ante tal-modifiki magħmula mhix meħtieġa.

Fil-qafas tan-negozjati mill-ġdid tal-Protokoll fl-2005 u fl-2006, għandhom jitwettqu evalwazzjoni ex-ante u analiżi ta' l-impatt.

5.1.2 Dispożizzjonijiet meħuda wara l-evalwazzjoni ex-post

Għandha titwettaq evalwazzjoni ex-post dwar il-perjodu tal-Protokoll kollu kemm hu qabel il-bidu tan-negozjati msemmija fil-punt 5.1.2.

5.2 Azzjonijiet maħsuba u arranġamenti ta' intervent baġitarju

Il-proposta għandha l-għan li:

- tnaqqas temporanjament l-isforz ta' sajd għall-kategorija ta’ sajd għaċ-ċefalopodi (fajl tekniku Nru 5 tal-Protokoll), billi jitnaqqsu temporarjament 5 l-liċenzji mid-drittijiet ta' sajd f'proporzjon mad-drittijiet offruti mill-Protokoll. Il-mobilitazzjoni fil-ġejjieni ta’ dawn il-5 liċenzji se tkun deċiża bi qbil komuni skond il-qagħda tar-riżorsa u fuq il-bażi ta' l-opinionijiet xjentifiċi li jitressqu fil-qafas tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt maħluq mill-Protokoll. Il-parti Mawritana u dik Komunitarja għandhom jiddeċiedu, bi qbil komuni, dwar l-arranġamenti prattiċi għat-twettiq ta' dan it-tnaqqis temporanju.

- L-iffissar tat-tieni perjodu ta’ waqfien mill-attivitajiet ta’ xahar għas-sajd tal-ħut tal-qiegħ mill-awtoritajiet tal-Mawritanja.

- Għall-kategorija tas-sajd għat-tonn bil-qasbiet u għall-iskejjen li jistadu bil-konz tal-wiċċ (fajl tekniku Nru 8), l-għadd ta' bastimenti ta' din il-kategorija jgħaddi minn 31 għal 35.

- Għall-kategorija tas-sajd tal-bastimenti għat-tkarkir għall-ħut pelaġiku bil-friża (fajl tekniku Nru 9), l-għadd ta' bastimenti ta' din il-kategorija jgħaddi minn 15 għal 25.

B'hekk, l-emendi magħmula lill-Protokoll jippermettu li:

- titjieb l-adegwatezza ta' l-isforz ta' sajd u s-sitwazzjoni ta' l-istokkijiet għall-kategorija tal-bastimenti għas-sajd taċ-ċefalopodi

- jiżdied in-numru ta' liċenzji minħabba ż-żieda tad-domanda u tal-bdil ta' żoni operati minn bastimenti bil-qasab u x-xlief fir-reġjun

- tkun assigurata uniformità fit-trattament u fis-sorveljanza tal-flotta pelaġika Ewropea kollha kemm hi li topera fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (NL, D, LT, LV) u taqdi l-kriterji ta' eliġġibilità ffissati mill-Protokoll.

5.3 Arranġamenti għat-twettiq

It-twettiq tal-Protokoll ikkonċernat jaqa' taħt ir-responsabilità esklussiva tal-Kummissjoni, li se tieħu ħsiebu permezz ta' l-istaff statutorju tagħha kif ukoll tas-sede tagħha fi Brussell kif ukoll tad-Delegazzjoni fil-Mawritanja.

Id-Direttorat għas-Sajd Industrijali fi ħdan il-Ministeru għas-Sajd u l-Ekonomija Marittima huwa responsabbli għall-għoti tal-liċenzji għas-sajd.

Matul is-sena 2004, fuq talba tal-Kummissjoni, kien hemm tliet Kummissjonijiet Konġunti KE/RIM (l-14-15 ta' Frar, is-06-11 ta' Settembru u l-15-16 ta' Diċembru 2004). Bl-istess mod u fl-istess kuntest, żewġ laqgħat ta' grupp ta' ħidma tekniku KE/RIM, seħħew mit-30 ta' Ġunju sat-2 ta' Lulju u mill-14 sal-15 ta' Lulju f'Nouakchott.

Matul il-Kummissjoni Konġunta ta' Frar, ġie deċiż il-ħolqien ta' grupp ta' ħidma tekniku konġunt sabiex jeżamina l-elementi li ġejjin:

- il-qagħda ta' l-istokkijiet kollha kemm huma kkonċernati mill-Ftehim dwar is-sajd

- Ir-regoli fil-qasam tas-sajd tal-ħut żgħir u l-kummerċjalizzazzjoni tal-qarnit żgħir.

- Il-qsim f'żoni u l-interazzjonijiet bejn l-istabbilimenti tas-sajd

- Iż-żmien ta' waqfien mis-sajd

- L-istandards tekniċi dwar l-inġenji għas-sajd.

Il-laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta tal-15 u 16 ta' Diċembru 2004 wasslet għall-iffirmar ta' dikjarazzjoni li tippermetti l-wasla għal Ftehim dwar il-punti kollha msemmija hawn fuq u fformalizzata permezz ta' skambju ta' ittri li jemenda l-Protokoll.

[1] ĠU C , , p. .

[2] ĠU C , , p. .

[3] ĠU L 341, tat-22.12.2001

[4] Għal iktar informazzjoni, ara n-nota ta' spjegazzjoni separata.