52005PC0051(02)

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-ħruġ u l-użu ta’ EUR 18-il miljun mill-biljun euro marbut b’kondizzjoni taħt id-9sa FEŻ (EDF) biex ikopru l-finanzjament tal-Programm Indikattiv Nazzjonali ta’ Timor Leste matul il-perijodu 2006-2007 {SEG(2005) 242} /* KUMM/2005/0051 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 17.2.2005

KUMM(2005) 51 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Analiżi tar-rendiment ta’ l-EDF u Proposta għall-Ħruġ tal-Bilanċi Kondizzjonali li jifdal mid-disa’ Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp Proposta ta’

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni allokazzjoni ta’ 250 miljun EUR mill-biljun euro kondizzjonali taħt id-9 FEI biex jintużaw għat-tieni ħlas għall-Faċilità għall-Ilma ta’ l-AKP u l-UE

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-ħruġ u l-użu ta’ EUR 18-il miljun mill-biljun euro marbut b’kondizzjoni taħt id-9sa FEŻ (EDF) biex ikopru l-finanzjament tal-Programm Indikattiv Nazzjonali ta’ Timor Leste matul il-perijodu 2006-2007

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-ħruġ u l-użu ta' l-482 miljun euro li jifdal mill-biljun euro kondizzjonali taħt id-disa’ Fond Europew ta’ l-Iżvilupp għal kooperazzjoni ma’ pajjiżi ta' l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tadotta l-Komunità fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP u l-KE għal dak li għandu x'jaqsam ma’ deċiżjoni dwar l-użu tar-riserva tal-pakkett ta’ l-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien kif ukoll tar-riżorsi mill-Faċilità ta’ Investiment tad-disa’ Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ l-Inizjattiva ta’ l-Enerġija ta’ l-UE, għall-kontribuzzjonijiet lill-Faċilità Internazzjonali ta’ Finanzjament ta’ l-Immaniġġar tar-Riskji tal-Komoditajiet, għall-adattament għar-regoli l-ġodda sanitarji u fitosanitarji ta’ l-ikel ta’ l-UE għal konsum min-nies u l-annimali, għall-għoti tas-saħħa lill-Unjoni Afrikana u kontribuzzjoni lill-Edukazzjoni għall-Inizjattiva ta’ Promozzjoni Aċċellerata għal Kulħadd.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tadotta l-Komunità fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP u l-KE għal dak li għandu x’jaqsam ma’ deċiżjoni dwar l-użu tal-pakkett ta’ żvilupp fuq medda twila ta’ żmien kif ukoll tar-riżorsi mill-Faċilità ta’ Investiment tad-disa’ Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp għat-tieni allokazzjoni tal-Faċilità għall-Ilma ta’ l-AKP u l-KE

(preżentati mill-Kummissjoni){SEG(2005) 242}

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Analiżi tar-rendiment ta’ l-EDF u Proposta għall-Ħruġ tal-Bilanċi Kondizzjonali li jifdal mid-disa’ Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp Proposta ta’

DAħLA

Għall-perijodu inizjali ta’ ħames snin taħt il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (ACP-EC), li beda fl-1 ta’ Marzu 2000 u jkopri l-perijodu mir-ratifika sa tmiem l-2007, l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità lill-Istati Afrikani, tal-Karibew u l-Paċifiku (AKP) hija magħmula minn €13.5 biljuni mid-9sa Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp (EDF). Minn dan it-total, €1 biljun jinħarġu fuq il-bażi ta’ analiżi tar-rendiment li tistma kemm twettqu impenji u nħarġu flus[1].

Din il-Komunikazzjoni tikkonferma li r-riformi mibdija mill-Kummissjoni fis-sena 2000 wasslu għal titjib fir-riżultati matul is-snin riċenti mkejla f'termini ta' gradi ta’ realizzazzjoni ta’ impenji u nfiq[2] u li din ix-xejra pożittiva issoktat tissaħħaħ mill-proċess analitiku intermedju li sar fl-2004. Tikkonkludi li d-9sa EDF, inklużi l-bilanċi ttrasferiti mill-EDF preċedenti, jintrabtu kollha sa tmiem l-2007 mingħajr anqas ma jħallu lill-Komunità tkun totalment konformi ma’ l-impenji internazzjonali tagħha u tagħmel ir-reazzjoni tagħha għal inizjattivi internazzjonali ġodda. Għaldaqstant, il-Komunikazzjoni tirrakkomanda l-adozzjoni tat-tliet abbozzi ta’ deċiżjonijiet mehmuża (i) dwar il-ħruġ tat-tieni ħlas ta’ €250 miljun tal-Faċilità għall-Ilma, (ii) dwar il-ħruġ ta’ €18-il miljun ieħor bħala fond tal-programm nazzjonali indikattiv ta’ Timor Leste hekk kif isir membru sħiħ ta’ l-AKP fl-2005 u (iii) dwar il-ħruġ ta’ €482 miljun f’bilanċi kondizzjonali, u taż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet komplimentari dwar it-trasferiment tal-fondi maħruġa għall-istrument ta’ kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali biex ikun hemm għal konsolidament ta’ l-intra-AKP tat-tieni ħlas tal-Faċilità għall-Ilma u l-użu ta’ parti mill-€482 miljun bilanċi kondizzjonali mill-intra-AKP.

1. RIŻULTATI FINANZJARJI TA’ L-EDF

Ir-riżultati ta’ l-EDF fl-2003 kienu aħjar minn qatt qabel. Il-livell għoli ta’ l-impenji jistgħu jitfissru parzjalment mill-fatt li s-sena 2003 kienet l-ewwel sena ta’ l-implimentazzjoni tad-9sa EDF. Madankollu, il-livell ta’ nfiq kien ukoll ogħla milli qatt kien qabel b’mod sinifikanti. Din l-evoluzzjoni pożittiva fil-ħruġ tal-flus ma ġratx imħabba operazzjonijiet ta' darba li ma kinux rikurrenti, imma kienet diġà nnutata fis-snin ta' qabel u qiegħda tkun ikkonfermata bil-figuri provviżorji għall-2004 (ara l-Anness 1 għal aktar dettalji). Dawn ir-riżultati inkoraġġanti nkisbu minkejja l-fatt li, f’numru ta’ pajjiżi ta’ l-AKP, il-kooperazzjoni kienet imfixkla minn inċertezza politika jew kriżijiet u/jew l-effetti ta’ wara s-seħħ ta’ diżastri naturali.

[pic]

Meta jitqiesu l-impenji ta’ ħlas addizzjonali mistennija bi probabbilta’ kbira qabel l-aħħar tas-sena 2004 u d-disimpenji minn programmi kurrenti, li qarrbu medja ta’ +/- €330 miljun matul dawn l-aħħar ħames snin, il-livell gross ta’ impenji annwali meħtieġa biex jassorbu l-bilanċi mhux allokati tad-9sa EDF konsolidat huwa bejn wieħed u ieħor ta’ €3 445 miljun matul is-snin 2005-2007. Dan jipparaguna mal-livell gross medju ta’ impenn ta’ €3 656 miljun matul dawn l-aħħar sentejn (2003-04).

2. ANALIŻI INTERMEDJA TA’ L-2004

Matul l-2004 l-analiżi intermedji (MTR) saru fil-pajjiżi kollha ta’ l-AKP li għalihom kien iffirmat Dokument Strateġiku tal-Pajjiż (CSP), li huwa l-bażi ta’ l-eżerċizzju ta' pprogrammar ta’ l-EDF[3] Il-Ftehim ta’ Cotonou jipprovdi b’mod espliċitu li dawn l-analiżi intermedji jistgħu jwasslu għal bidla fl-istrateġija (bidla fis-setturi ċentrali tas-CSP), u/jew għal reviżjoni fl-allokazzjoni ta’ flus għall-pajjiżi (’il fuq jew ’l isfel jew bejn ir-riżorsi programmabbli u r-riżorsi indikattivi għal ħtiġiet li ma jkunux previsti). Intużaw żewġ kriterji ewlenin ikkumplimentati minn ‘konsiderazzjonijiet speċjali' biex ittieħdet deċiżjoni dwar il-possibbiltà ta’ aġġustament fl-allokazzjonijiet ta’ flus għall-pajjiżi:

- Valutazzjoni tar-rendiment finanzjarju tal-pajjiż fl-implimentazzjoni ta’ l-għajnuna tal-Komunità; l-indikaturi użati kienu r-rati medji ta’ l-impenji ta’ ħlas, l-ikkuntrattar u l-nfiq matul is-snin preċedenti u n-numru teoretiku ta’ snin meħtieġa biex ikunu assorbiti l-bilanċi li jkun fadal;

- Valutazzjoni tar-rendiment tal-pajjiż fis-setturi ċentrali (u appoġġ makroekonomiku fejn xieraq);

- Konsiderazzjonijiet speċjali: valutazzjoni tal-progress tal-pajjiż f’riformi istituzzjonali u tnaqqis tal-faqar kif ukoll ta’ ċirkustanzi speċifiċi li jolqtu l-ħtiġiet, il-vulnerabbiltà u r-rendiment tal-pajjiż minn mindu beda l-proċess ta' pprogrammar tas-CSP; dawn inkludew sitwazzjonijiet ta’ wara t-taqbid, fatturi relatati mal-kapaċità ta’ l-implimentazzjoni fuq il-livell nazzjonali (per eżempju l-istatus tal-proċess ta' devoluzzjoni, problemi temporanji ta' provvista ta' impjegati fl-uffiċċju tad-Delegazzjoni u/jew l-Uffiċċju Nazzjonali

L-eżerċizzju ta’ l-MTR (l-Analisi Intermedju) sar bil-għan li jinkiseb ekwilibriju finanzjarju globali[4] Il-proposti finanzjarji sottomessi lill-Kumitat ta’ l-EDF fil-ħarifa ta’ l-2004 u li dwarhom id-Deċiżjonijiet Finali tal-Kummissjoni huma mistennija f'Diċembru jistgħu jinġabru fil-qosor b'mod indikattiv kif ġej:

- Għal 17-il pajjiż ma hu propost l-ebda tibdil fil-pakketti.

- Għal 13-il pajjiż huwa propost trasferiment bejn il-pakkett ta’ fondi programmabbli u l-pakkett għal ħtiġiet mhux mistennija , mingħajr ma jkun hemm tibdil fl-ammont ta’ riżorsi totali; fil-biċċa l-kbira tal-każi dan kien trasferiment mill-pakkett li ma tantx kien utilizzat għal ħtiġiet mhux mistennija għall-pakkett għal fondi programmabbli li, meta jkunu ikkonsolidati, jiżdiedu b’€226 miljun (li 62% minnhom imorru għall-pajjiżi l-anqas żviluppati).

- Għal 17-il pajjiż, hija proposta żjieda netta f’allokazzjonijiet (f’ħafna każi, din tinkludi trasferiment bejn il-pakketti); iż-żjieda netta tammonta għal €766 miljun (żjieda ta’ €989 miljun fil-pakketti għal fondi programmabbli li parti minnhom hija kkumpensata minn tnaqqis ta’ €223 miljun fil-pakketti għal ħtiġiet mhux mistennija), li minnha 97% jmorru għall-pajjiżi l-anqas żviluppati).

- Għal 15-il pajjiż, huwa propost tnaqqis nett fl-allokazzjoni totali (li għal tnejn minnhom iffiser tnaqqis fil-pakkett A); it-tnaqqis nett jammonta għal €432 miljun (b’żjieda netta ta’ fondi programmabbli ta’ €33 miljun biss) li 84% minnhom jikkonċernaw il-pajjiżi l-anqas żviluppati.

B’dawn il-flus ikkonsolidati, dan ifisser żjieda netta ta’ 17.6% f’fondi programmabbli, jew €1 248 miljun, li l-biċċa l-kbira minnhom (91%) sejrin għall-pajjiżi l-anqas żviluppati b’kapaċità għolja ta’ assorbiment u rendiment politiku u ekonomiku sodisfaċenti. Dawn it-trasferimenti minn allokazzjonijiet ta’ fondi għal ħtiġiet mhux mistennija, li kienu stmati aktar milli suppost u li ma ġewx utilizzati, u minn pajjiżi li r-rendiment tagħhom kien fqir se jikkonċentraw aktar fuq il-faqar u jkattru l-kapaċità globali ta’ l-assorbiment tad-9sa EDF, filwaqt li jirfdu t-tendenza pożittiva ta’ l-impenn ta’ ħlas u ta’ l-infiq.

3. TBASSIR GĦAS-SNIN 2004-2007

L-aktar tbassir riċenti ta’ impenji u ħlasijiet taħt l-EDF sar fl-istess żmien ta' l-analiżi tar-rendiment u kien ikkomunikat lill-Kunsill f'Ottubru ta' l-2004[5] Huwa msejjes fuq il-konsolidament tal-linja diretta ta’ implimentazzjoni ta’ kull programm indikattiv nazzjonali jew reġjonali u l-intervent mill-intra-AKP, li f’Settembru u Ottubru kien eżaminat bir-reqqa fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti mis-servizzi tad-Delegazzjonijiet u l-Kwartieri. Konformi mat-tbassir adottat mill-Kunsill f’Novembru ta’ l-2003, it-tbassir t’issa jikkonferma li d-9sa EDF, inklużi l-bilanċi ta’ l-EDFs preċedenti kollha u l-ewwel pagament ta' €250 miljun tal-Faċilità għall-Ilma, iffinanzjat mill-biljun kondizzjonali, ser jitħallas sa tmiem l-2007, il-perijodu kopert mid-9sa EDF (għad-dettalji, ara t-tabella fl-Anness 2). L-analiżi finali ta’ l-2006 tippermetti l-korrezzjoni tat-tbassir eżistenti u allokazzjoni mill-ġdid tal-fondi filwqat li jiżdied il-prospett li, sa tmiem l-2007, il-bilanċi kollha li jifdal jitħallsu.

L-unika għażla għall-Komunità biex tonora l-obbligi internazzjonali tagħha lejn l-AKP u xi obbligi mhux onorati li jirriżultaw b’mod dirett mill-Ftehim ta’ Cotonou hija għaldaqstant il-ħlas tal-bilanċi tal-biljun kondizzjonali.

4. PROPOSTI GĦALL-UŻU TAL-BILANĊI KONDIZZJONALI

Wara l-konklużjonijiet tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar l-iżvilupp ġejjieni tal-Faċilità għall-Ilma ta' l-UE u dwar l-analiżi preliminarja tar-rendiment ta’ l-EDF, fit-22 ta' Marzu 2004 il-Kunsill qabel li jikkunsidra l-iffissar ta’ ammont ta’ €500 miljun meħuda mill-biljun ewro kondizzjonali favur inizjattiva Ewropea għall-ilma għall-pajjiżi ta’ l-AKP[6] Il-Kunsill qabel ukoll li nofs dan l-ammont jista’ jinħareġ immedjatament u li sa Marzu 2005 tittieħed deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni ħlas ta' €250 miljun u l-użu tal-€500 miljun li jkun fadal fid-dawl tar-riżultat ta’ l-analiżi intermedja tad-dokumenti ta’ strateġija nazzjonali li kienet saret fl-2004 u analiżi aktar dettaljata tar-rendiment ta’ l-EDF. Il-Kunsill Konġunt tal-Ministri AKP-KE li ltaqa’ f’Gaborone fis-6 ta’ Mejju 2004, approva dan it-trattament b’mod uffiċjali[7]

L-analiżi intermedji ta’ l-2004 wasslu għal allokazzjoni mill-ġdid ta’ riżorsi fost il-pajjiżi ta’ l-AKP msejsa fuq ir-rendiment, mingħajr il-ħtieġa ta' fondi addizzjonali. L-analiżi finali se tiffoka iżjed fuq il-kapaċità ta' assorbiment tal-pajjiżi benefiċjarji u mhix mistennija l-ħtieġa ta’ fondi addizzjonali għal programmi indikattivi nazzjonali minbarra l-fondi maħruġa mill-pakketti għal ħtiġiet mhux mistennija jew minn pakketti programmabbli ta’ pajjiżi li r-rendiment tagħhom kien fqir. Bl-istess mod, il-Faċilità ta’ Investiment tinsab kemmxejn lura u mhix se teħtieġ fondi addizzjonali.

Għaldaqstant, qiegħed ikun propost li sehem akbar mis-sehem proporzjonali tal-bilanċi kondizzjonali jintuża biex jipprovdi reazzjoni għal ftit mill-impenji internazzjonali ta’ l-AKP-KE li ma kinux ġew onorati.

4.1. Il-Faċilità għall-Ilma

Il-modalitajiet ta’ l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Ilma tħejjew bir-reqqa f’konsultazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati membri. B’riżultat ta’ dan, proposta finanzjarja ta’ €247 miljun kienet ippreżentata lill-Kumitat ta’ l-EDF u ntlaqgħet tajjeb fil-laqgħa tal-Kumitat ta’ Novembru 2004. Saret sejħa għal proposti taħt klawsola sospensiva wara diskussjoni pożittiva ħafna fil-laqgħa tal-Kumitat ta’ l-EDF ta’ Ottubru[8] L-interess muri mill-partijiet kollha interessati f’fora internazzjonali diversi jkabbar il-probabbiltà ta' reazzjoni preliminari pożittiva ħafna għal din is-sejħa, li tkun ikkonfermata kmieni fis-sena 2005 wara li jkunu daħlu l-proposti preliminari. Huwa mistenni li se jkunu sottomessi proposti ta’ proġetti finanzjabbli għal ammont li jaqbeż sewwa l-ammont tas-sejħa; dan jiġġustifika b'mod sħiħ il-ħruġ immedjat tat-tieni ħlas tal-Faċilità għall-Ilma. Dan il-ħlas qabel iż-żmien jippermetti lanċjar kmieni, dejjem fl-2005, tat-tieni sejħa għal proposti; din tissejjes fuq l-esperjenza u t-tagħlim li jkunu ttieħdu mill-ewwel sejħa.

Għaldaqstant qegħdin jinthemżu żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet għall-adozzjoni mill-Kunsill, wieħed jipproponi l-ħruġ ta’ €250 miljun aktar mir-riżorsi kondizzjonali tad-9sa EDF, u l-ieħor it-trasferiment tal-fondi maħruġa għall-istrument ta’ integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali biex jippermetti l-iffinanzjar tat-tieni ħlas ta’ l-Faċilità għall-Ilma mill-pakkett ta’ bejn il-pajjiżi ta’ l-AKP.

Bilanċi kondizzjonali li jifdal

Għall-€500 miljun li jifdal mill-biljun kondizzjonali, il-Kummissjoni għamlet għażla stretta ħafna u prijoritizzata ta’ proposti fuq il-bażi ta’ l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim ta’ Cotonou u ta’ l-impenji ta’ l-AKP-KE li għadhom mhumiex onorati fuq livell internazzjonali u qieset il-prinċipji ta’ prijorità għall-urġenza u għall-faqar, il-konċentrazzjoni ta’ l-għajnuna u l-kapaċità ta’ assorbiment. Proposta mill-grupp AKP għall-ħolqien ta’ Faċilità AKP-KE kontra d-Diżastri biex tgħin il-pajjiżi ta’ l-AKP fil-prevenzjoni tad-diżastri/fit-tħejjija kontra d-diżastri u fil-ġestjoni ta’ wara l-kriżi ma ġietx inkluża peress li l-istrumenti eżistenti diġà jippermettu lill-Kummissjoni tindirizza dawn il-problemi. Madankollu, is-Segretarjat AKP u l-Kummissjoni ħadu passi biex jeżaminaw kif jistgħu jitjiebu l-mekkaniżmi eżistenti ta’ reazzjoni u biex jeżaminaw xi miżuri oħra komplimentari biex isaħħu l-koperazzjoni AKP-KE u s-solidarjetà intra-AKP f’każ ta’ diżastri naturali.

Obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim ta’ Cotonou

1. CDE-CTA

Taħt id-9sa EDF, €90 miljun u €70 miljun kienu riservati mill-pakkett ta’ għajnuna għall-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien biex jiffinanzjaw il-baġit taċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta’ l-Intrapriża (CDE) u ċ-Ċentru għall-Iżvilupp Agrikolu (CTA) rispettivament. Kien deċiż li dawn l-ammonti huma biżżejjed biex ikopru l-ħtiġiet baġitarji ta’ dawn iż-żewġ istituzzjonijiet konġunti AKP-KE għall-perijodu ta’ ħames snin ta’ l-ewwel protokoll finanzjarju (2000-2005). Billi l-kapaċità ta’ assorbiment taż-żewġ istituzzjonijiet hija sodisfaċenti u ma kienx hemm bilanċi minn Fondi Ewropej ta’ l-Iżvilupp (EDF) preċedenti, iż-żewġ istituzzjonijiet se jispiċċawlhom il-fondi sa l-aħħar ta’ l-2005. Taħt il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni eżistenti tas-CDE u s-CTA l-istimi tal-ħtiġiet baġitarji annwali huma €18 il- miljun u €14-il miljun rispettivament. Għaldaqstant qiegħda ssir il-proposta biex ikunu ffissati €64 miljun mill-pakkett ta’ l-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien maħruġa mir-riżorsi kondizzjonali li jifdal biex ikopru l-funzjonament tagħhom matul l-2006-2007, f’konformità ma’ l-Annessi I u III tal-Ftehim ta’ Cotonou.

2. Timor Leste

Fl-2003, il-Kunsill konġunt AKP-UE approva s-sħubija ta’ Timor Leste fil-Ftehim ta’ Cotonou[9] Filwaqt li l-ħtiġiet inizjali ta’ l-iżvilupp ta’ Timor Leste kienu ffinanzjati mill-baġit tal-KE, ma hemmx disposizzjoni għal aktar fondi wara l-2005, meta Timor Leste huwa mistenni jirratifika l-Ftehim ta' Cotonou, għaliex dan ma jkunx kompatibbli mar-regolamenti eżistenti ta’ l-ALA (il-pajjiżi ta’ l-Asja u l-Amerka Latina), li ma jippermettux fondi ta’ l-ALA imorru għand pajjiżi membri tal-Grupp ta’ l-AKP. Għaldaqstant, fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 62(2) u 9sa4(1) tal-Ftehim ta’ Cotonou, il-Kummissjoni pproponiet żjieda ta’ €18-il miljun mad-9sa EDF, u dan jikkorrispondi għall-ammont pro rata li kien ikun iffissat għal Timor Leste, li kieku kienu applikati l-kriterji normali ta’ l-allokazzjoni ta’ għajnuna għad-9sa EDF.

Ma kienx hemm qbil unanimu fost l-Istati membri dwar din il-proposta u l-Kunsill “esprima x-xewqa li jikkonsidra l-użu tal-‘Biljun Kondizzjonali’ pożittivament” biex ikunu indirizzati l-ħtiġiet ta’ Timor Leste meta jitqies li, fuq il-bażi ta’ l-elementi msemmija hawn fuq, preżentement ma jeżistux fondi disponibbli li mhumiex assenjati taħt id-9sa EDF[10]Għaldaqstant, qiegħda ssir proposta biex ikunu assenjati €18-il miljun mill-pakkett ta’ żvilupp fuq medda twila ta’ żmien maħruġa mill-bilanċi kondizzjonali biex ikopru l-programm indikattiv nazzjonali ta’ Timor Leste matul il-perijodu 2006-07.

Impenji Internazzjonali

1. Faċilità għall-Enerġija

Preżentement, ’il fuq minn 80% tal-popolazzjoni fl-Afrika tas-sub-Saħara għandhom aċċess limitat għal forom moderni ta’ enerġija. L-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta’ komunitajiet foqra huwa limitat jew saħansitra wieqaf minħabba l-użu mhux sostenibbli ta’ injam u forom oħra ta’ bijomassa għal raġunijiet ta’ enerġija li qiegħed isir fil-preżent. Għaliex l-UE tirrikonoxxi l-importanza tat-titjib ta’ l-aċċess ta’ l-enerġija għall-foqra, tnediet l-Inizjattiva ta’ l-Enerġija ta’ l-UE għall-qirda tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli (EUEI) fis- Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (WSSD) f’Joħannesburgu fl-2002. L-għan ta’ l-EUEI huwa li jikkontribwixxi għall-ksib tal-Miri ta’ l-Iżvilupp tal-Millenju (MDG) billi jforni lill-foqra b’servizzi ta’ enerġijaxierqa, sostenibbli, u li jirrispettaw lill-ambjent.

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni reċentement adottat proposta biex titwaqqaf Faċilità għall-Enerġija li tiswa €250 miljun fir-reġjun ta’ l-AKP[11] Il-modalitajiet għat-twaqqif ta’ din il-Faċilità għall-Enerġija se jsegwu l-mudell tal-Faċilità għall-Ilma li se titħejja wkoll bl-involviment attiv ta’ Stati membri u partijiet oħra interessati. Fil-konklużjonijiet tagħha, il-Komunikazzjoni tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew tissuġġerixxi li għal din l-inizjattiva ġdida l-fondi jiġu mill-bilanċi li jifdal tal-biljun kondizzjonali.

Minħabba li huma għolja l-aspettattivi ġġenerati mit-tnedija ta’ l-Inizjattiva ta’ l-Enerġija ta’ l-UE, il-kontribuzzjoni kruċjali ta’ l-enerġija għall-ksib ta’ l-MDG, u l-importanza kritika għall-foqra ta’ aċċess għal servizzi ta’ enerġija ekonomikament effiċjenti u li jirrispettaw lill-ambjent, qiegħed ikun issuġġerit, għaldaqstant, li l-Impjant ta’ l-Enerġija AKP-UE propost ikun iffinanzjat b’ammont indikattiv sa €250 miljun mill-bilanċi kondizzjonali u li, għal dan il-għan, dan l-ammont sħiħ ikun ittrasferit għal ġol-pakkett ta’ l-intra-AKP.

2. L-immaniġġar tar-riskji tal-prodotti

B’referenza għall-waqgħat riċenti fil-prezz ta’ prodotti agrikoli nnegozjati internazzjonalment u d-dipendenza ta’ għadd kbir ħafna ta’ nies foqra fuq il-produzzjoni kompetittiva ta’ dawn il-prodotti għall-impjieġ u l-introjtu tagħhom, il-komunità internazzjonali appellat biex din il-problema tingħata attenzjoni speċjali, ukoll fil-kuntest ta' negozjati kummerċjali multilaterali u l-innegozjar ta' ftehim ta' sħubijiet ekonomiċi bejn l-UE u r-reġjuni ta' l-AKP.Bi tweġiba għal din l-isfida, f’April ta’ l-2004 il-Kunsill adotta Pjan ta’ Azzjoni ta' l-UE mħejji mill-Kummissjoni, li jinkludi proposta biex ikun iffaċilitat l-aċċess tal-produttur għall-assigurazzjoni tar-riskju tal-prodotti u l-finanzjament tal-kummerċ[12]

L-għan ta’ din l-inizjattiva huwa li tikkumplimenta l-għajnuna teknika tal-Bank Dinji u l-programm imbassar ta’ bini ta’ kapaċità li l-Kummissjoni qiegħda tippjana f’dan il-qasam[13]b’faċilità ta’ finanzjament internazzjonali biex tgħin lill-pajjiżi ta’ l-AKP jiksbu aċċess għal strumenti fis-suq għall-immaniġġar tar-riskji tal-prodotti permezz ta’ ko-finanzjament temporanju tal-primjums tagħhom. Dan jikkontribwixxi biex tonqos il-vulnerabbiltà tal-pajjiżi benefiċjarji ta’ l-AKP għal kriżi fil-provvista tal-prodotti (fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet kif ukoll diżastri naturali) u għal żvilupp ta' strumenti ta' assigurazzjoni tar-riskji tal-prodotti għal kwantitajiet ikbar. Kumitat konġunt ta’ l-UE-AKP responsabbli għall-prodotti agrikoli se jissorvelja l-pjan u l-modalitajiet ta’ l-implimentazzjoni tal-programm.

Qiegħda ssir proposta biex ikun assenjat ammont indikattiv sa €25 miljun mill-bilanċ li jifdal tal-biljun kondizzjonali bħala kontribuzzjoni għall-faċilità internazzjonali ta’ finanzjament ta’ mmaniġġar tar-riskji ta’ prodotti kif ipprovdut b’mod espliċitu fl-Artikolu 68.5 tal-Ftehim ta’ Cotonou, u biex, għal dan il-għan, l-ammont ikun ittrasferit għall-pakkett ta’ l-intra-AKP.

3. Miżuri Sanitarji u fitosanitarji

Fuq il-livell ta’ l-UE, f'Jannar 2006 se jidħol fis-seħħ regolament ġdid dwar “Kontrolli Uffiċjali fuq l-Ikel għall-Konsum min-Nies u l-Annimali"[14]Dan ir-regolament ġdid jesiġi li pajjiżi terzi jipprovdu tagħrif dettaljat dwar l-istruttura ġenerali u l-immaniġġar tas-sistemi tagħhom ta’ kontrolli sanitarji u fitosanitarji fuq l-ikel għall-konsum min-nies u l-annimali u jagħtu garanziji suffiċjenti li l-prodotti ddestinati għas-suq ta’ l-UE huma konformi ma’ l-istandards ta’ sigurtà ta’ l-UE.Biex iżommu l-aċċess tagħhom għas-swieq ta’ l-UE u jlaħħqu ma’ l-esiġenzi ta’ dawn ir-regolamenti ġodda, il-pajjiżi ta’ l-AKP se jkollhom bżonn jagħmlu investimenti kbar.

L-Artikolu 12 tal-Ftehim ta’ Cotonou dwar il-koerenza tal-politika tal-Komunità jipprovdi li, f’każijiet bħal dawn u fuq talba ta’ l-AKP, għandhom isiru konsultazzjonijiet biex ikun ikkunsidrat it-tħassib li għandhom dawn il-pajjiżi dwar l-impatt ta’ dawn il-miżuri. Studju preliminari ta’ l-impatt tar-regolament il-ġdid, magħmul taħt is-sorveljanza ta’ grupp interservizzju li jaħdem fuq kwistjonijiet relatati mal-Ftehim dwar Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (SPS) għal pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, ikkonkluda li l-AKP jista’ jkollu bżonn sa €300 miljun biex ikunu kapaċi jlaħħqu b'mod bażiku mal-ħtiġiet il-ġodda ta' l-UE. Bl-għajnuna tas-Segretarju Ġenerali ta’ l-AKP, tnieda studju aktar dettaljat dwar l-impatt, imma b’pakkett inizjali ta’ bejn it-30 u l-40 miljun ewro jkunu jistgħu jegħlbu l-aktar problemi vitali, sakemm isir l-eżerċizzju ta' pprogrammar li jkun imiss.

Qiegħda, għaldaqstant, issir proposta biex jitwarrab ammont indikattiv ta’ €30 miljun mill-bilanċ li jifdal tal-biljun kondizzjonali bħala kontribuzzjoni għall-fażi tal-bidu ta' programm li jibni l-kapaċità tal-pajjiżi ta' l-AKP u jgħinhom jadattaw għar-regoli l-ġodda ta’ l-SPS ta’ l-UE u biex, għal dan il-għan, ikun ittrasferit l-ammont kollu għall-pakkett ta’ l-intra-AKP.

4. Unjoni Afrikana

Minħabba l-importanza dejjem tikber ta’ l-Unjoni Afrikana (AU) għaż-żamma tal-paċi u t-tħaris mill-konflitti, kif ukoll għall-promozzjoni ta’ l-integrazzjoni reġjonali u l-governanza tajba u l-laqgħa pożittiva li kellha mill-Kunsill dwar il-Komunikazzjoni dwar it-titjib fil-kwalità tad-djalogu bejn l-UE u l-Afrika[15]jidher xieraq li għandha ssir caqlieqa lejn appoġġ aktar strateġiku għall-istituzzjonijiet ta’ l-AU u għandu jkun riservat ammont addizzjonali ta’ flus għal programm ta’ appoġġ pan-Afrikan fl-ambitu tal-“Viżjoni u l-Missjoni ta’ l-Unjoni Afrikana u l-Pjan Strateġiku għal matul l-2004 u l-2007” adottat mis- summit tal-Kapijiet ta’ l-Istati Afrikani u l-Gvern f’Addis Abeba f’Lulju 2004. Dan il-programm għandu jkollu fost il-miri tiegħu l-iskop li jkabbar l-effikaċja u l-kapaċità operattiva ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-AU, jgħolli l-valur tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà civili f’dawn l-istituzzjonijiet u jsaħħaħ l-involviment tagħhom fil-problemi pan-Afrikani.

Bħala kontribuzzjoni għal programm ta’ appoġġ pan-Afrikan, qiegħda ssir proposta biex ikun assenjat ammont indikattiv sa €50 miljun mill-bilanċ li jifdal mill-biljun kondizzjonali , u biex, għal dan il-għan, ikun ittrasferit l-ammont għall-pakkett ta’ l-intra-AKP.

5. Inizjattiva b’ħeffa “Edukazzjoni għal kulħadd” (FTI)

L-Inizjattiva b’ħeffa “Edukazzjoni għal kulħadd” (FTI) hija assoċjazzjoni globali, li tnediet f’nofs l-2002 biex tgħin lill-pajjiżi b’introjtu baxx jilħqu l-Mira ta‘ l-Iżvilupp tal-Millenju fil-qasam edukattiv billi jipprovdu lit-tfal kollha edukazzjoni primarja sħiħa sa l-2015. Din l-assoċjazzjoni hija waħda mill-ewwel strumenti li jħaddmu l-kunsens ta’ Monterrey dwar assoċjazzjonijiet effettivi bejn id-donaturi u l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jirrendu l-għajnuna uffiċjali għal żvilupp aktar effiċjenti. Primarjament, l-FTI isserraħ fuq mekkaniżmi eżistenti ta’ fondi fil-pajjiżi sħab. Madankollu, l-Assoċjazzjoni ta’ l-FTI ħalqet ukoll żewġ faċilitajiet ġodda: Fond Katalitiku ta' l-FTI li, fuq bażi temporanja, jgħin pajjiżi li ma jistgħux jimmobilizzaw riżorsi domestiċi biżżejjed biex jistabbilixxu passat tajjeb ta’ rendiment ,ħalli mbagħad ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal iżjed għajnuna fuq medda twila ta’ żmien, u faċilità biex jitħejjew programmi tal-FTI immirati biex jgħinu pajjiżi li ma għandhomx kapaċità interna biżżejjed biex iħejju pjan settorali edukattiv.

Billi nstab li kien impossibbli li l-FTI jingħata appoġġ b’mod sistematiku permezz ta’ l-eżerċizzju nazzjonali ta’ analisi intermedja, qiegħda ssir proposta biex kontribuzzjoni ta’ ammont indikattiv ta’ €63million tmur għall-Inizjattiva b’ħeffa mill-bilanċi li jifdal mill-biljun kondizzjonali u biex, għal dan il-għan, ikun ittrasferit l-ammont għall-pakkett ta’ l-intra-AKP.

Għeluq

Qegħdin jinhemżu tliet abbozzi ta’ deċiżjonijiet oħra għall-adozzjoni mill-Kunsill, li jipproponu l-ħruġ tal-bilanċi kondizzjonali li jifdal tar-riżorsi tad-9sa EDF għal ammont totali ta’ €500 miljun. Waħda mid-deċiżjonijiet tipproponi l-ħruġ ta’ €18-il miljun biex ikunu allokati fil-pakkett finanzjarju għal żvilupp fuq medda twila ta’ żmien, biex ikunu sodisfatti l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim ta’ Cotonou għal Timor Leste. Iż-żewġ deċiżjonijiet l-oħra jipproponu fuq naħa waħda l-ħruġ tal-bilanċ ta' €482 miljun għal għajnuna komplimentari lis-CDE u s-CTA sa l-aħħar ta’ l-2007, għat-tnedija tal-Faċilità għall-Enerġija ta' l-UE, biex issir kontribuzzjoni għall-Fond ta’ l-Immaniġġar tar-Riskji tal-Prodotti, biex tissawwar l-ewwel fażi ta’ programm komprensiv sanitarju u fitosanitarju ta’ għajnuna għall-bini ta’ kapaċità fil-pajjiżi ta’ l-AKP ħalli jkunu jistgħu jikkonformaw mar-regolamenti l-ġodda ta’ l-UE dwar il-kontrolli fuq l-ikel għall-konsum min-nies u l-annimali, u biex l-Unjoni Afrikana tkun tista’ tibda programm ta’ għajnuna pan-Afrikana li minnu japprofittaw l-Unjoni Afrikana nnifisha u l-Inizjattiva b’ħeffa “Edukazzjoni għal kulħadd”, u min-naħa l-oħra t-trasferiment tal-fondi maħruġa sa ammont ta’ €416-il miljun lill-istrument ta’ kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali biex dawk l-attivitajiet ikunu ffinanzjati mill-pakkett ta’ l-intra-AKP ħlief l-għajnuna għas-CDE u s-CTA li toħroġ mill-pakkett ta’ l-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien.

ANNEX 1

EDF financial performance

The performance of the EDF in 2003 has been the best ever. The high level of the commitments (€4 127 million) can be partially explained by the fact that 2003 was the first year of the implementation of the 9th EDF. However, it is important to note that the level of disbursements was also much higher than ever before. This positive evolution was not only due to non-recurrent, one-shot operations, but was already noticed in previous years and is being confirmed by the provisional figures for 2004. These encouraging results have been achieved despite the fact that, in a number of AKP countries, cooperation was hampered by political uncertainty or crises and/or the after-effects of natural disasters.

[pic]

1.1 Commitments

In 2003, the Commission committed an amount of €3 761 million. In addition, the EIB, which manages in an entirely autonomous way the funds of the 9th EDF for the new Investment Facility, committed €366 million. This brings total commitments in 2003 to €4 127 million. In the past, only one year recorded a figure of the same order of magnitude, namely 2000 with total commitments of €4 007 million (of which roughly € 1 000 million for debt reduction).

The level of the EDF commitments has traditionally shown a cyclical pattern, with high levels of commitments in the first years, followed by a levelling off. The historic level of commitments in 2003, even after deduction of the special contributions to the HIPC debt reduction initiative and the Global Health Fund for the fight against AIDS, Tuberculosis and Malaria, could therefore partially be explained by the fact that it was the beginning of a new commitment cycle, following the entry into force of the Cotonou agreement.

Based on the figures available at mid-October 2004 and the pipeline of projects and programmes subject to appraisal, the level of regular commitments will initially fall back in 2004, only to pick up again in 2005 and then decrease gradually from 2006[16] onwards.

This dip in the 2004 figure may be explained to a certain extent as a repercussion of the huge effort made in 2003, shifting attention from programming to implementation issues, but it may also be a reflection of the major staff redeployment resulting from the final stage of the devolution exercise[17].

The programming pipeline, assessed in a series of regional seminars in early 2004, re-examined during the mid-term review process and permanently updated until the end of October 2004 by EuropeAid, in consultation with the Delegations, confirms that the level of commitments will pick up again sharply in 2005.

Based on the most recent figures, the EIB had also to review downwards its 2004 forecasts for the implementation of the Investment Facility (down to €335million from an initial estimate of €500million), but maintains its initial forecasts for 2005, based on the existing portfolio of contacts.

EDF Commitments

in million € |

2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 |

TOTAL managed by COM | 4 007 | 1 921 | 2 115 | 3 761 | 2 850 | 3 500 |

of which |

A. Special operations |

- STABEX | 373 |

- HIPC | 1 029 | 60 | 460 |

- Global Health Fund GFATM | 170 |

- Peace Facility | 250 |

- Water facility | 3 | 247 |

Subtotal | 1 402 | 60 | 630 | 253 | 247 |

GRAND TOTAL COM + EIB | 4 007 | 1 921 | 2 115 | 4 127 | 3 185 | 4 055 |

(1) 9th EDF instruments managed by the EIB (Investment facility and interest subsidies).

As can be seen from the table on the financial situation under point 1.4, the Intra-AKP reserves have seen the highest increase relative to the initial allocation, due to pressing international commitments and the rapid disbursement mechanisms often attached to these initiatives. The table below shows that the high commitment level of intra-AKP funds can be partially explained by their use for the funding of special initiatives in 2003 and 2004 (HIPC debt reduction, Peace Facility, Global Health Fund), but the present pipeline of programmes under instruction confirms that most of the balances will be committed by the end of 2005.

By the end of 2005, the first instalment of the Water initiative, decided by the Council in April 2004, is also expected to be fully committed. Opting for extensive consultation with the member states and interested non-State actors, the commitments were slightly delayed, but an international call for proposals has now been launched. This will allow solid information on the amounts and location of eligible projects to be obtained by February 2005[18].

Intra-AKP allocations and commitments

in million €

Allocation (*) | Committed 2004 (**) | Share | Forecasts 2005 | Cumul. share |

1. | Social sectors | 342,333 | 230,000 | 67,19% | 105,000 | 97,86% |

- health sector | 229,000 | 50,000 |

- education sector | 1,000 | 55,000 |

- primary education | 20,000 |

- higher education and research | 1,000 | 35,000 |

2. | Methodological support and capacity building | 163,900 | 50,000 | 30,51% | 95,150 | 88,56% |

- trade and regional integration | 50,000 | 12,350 |

- research capacity - sustainable development | 0,000 | 50,700 |

- renewable energy | 0,000 | 7,100 |

- migration | 0,000 | 25,000 |

3. | Natural resources | 366,840 | 12,340 | 3,36% | 327,835 | 92,73% |

- pesticides, epizooties, SPS | 5,000 | 7,500 |

- water facility | 3,000 | 247,000 |

- multilateral environmental agreements | 3,000 | 30,000 |

- fisheries | 0,000 | 31,500 |

- feasibility studies and research | 1,340 | 11,835 |

4. | Private sector support + ICT | 138,050 | 61,095 | 44,26% | 76,955 | 100,00% |

- private sector support - competitiveness | 60,650 | 3,955 |

- agricultural commodities - cotton | 0,000 | 45,000 |

- ICT | 0,445 | 28,000 |

5. | Peace building | 285,000 | 275,000 | 96,49% | 10,000 | 100,00% |

6. | Miscellaneous | 100,413 | 48,084 | 47,89% | 47,329 | 95,02% |

- AKP secretariat | 21,800 | 9,000 |

- technical cooperation facility | 19,000 | 10,000 |

- strategic partnership UN | 0,000 | 10,000 |

- culture | 0,000 | 7,000 |

- other AKP support, training, information activities | 7,284 | 11,329 |

7. | Debt reduction (HIPC) | 460,000 | 460,000 | 100,00% | 0,000 | 100,00% |

TOTAL | 1 856,536 | 1 136,519 | 61,22% | 662,269 | 96,89% |

(*) Includes €170million approved by the Council and to be endorsed by the AKP before the end of 2004 - COM(2004)208. |

(**) Of which €759,2 million was committed in 2003 |

1.2 Disbursements

The Commission disbursed €2 427 million in 2003. This amount includes some special operations such as the transfer of €191 million to a special account for Sudan under the Stabex instrument, a further contribution to HIPC of €209 million and the contribution of €170 million to the Global Fund against Aids, Tuberculosis and Malaria, the latter two being funded from the intra-AKP reserves[19]. The EIB disbursed €4 million under the Investment Facility, which brought total disbursements for both institutions to €2 431 million.

While the level of disbursements in 2003 is a record for the EDF (14 % higher than the level of expenditure reached in 2001, which had been the highest in the history of the EDF), the forecasts for 2004 and 2005 are even higher, again based on a prudent assessment of the ongoing projects and programmes and new projects in the pipeline[20].

Even when factoring in the impact of some €270 million of payments carried over from 2003 due to treasury constraints, the underlying regular payments are on the increase. By mid-October, payments by the Commission reached €1 812 million (including €117 million paid but not yet validated in the accounting system), 73% of the annual objective and significantly higher than at the same period in 2003 and 2002. In combination with improved contracting, this confirms the structural nature of the improved disbursement performance.

As result of the lower-than-expected commitments under the Investment Facility, the payment forecasts for EIB-managed funds also had to be revised downwards, from €168 million in the May 2004 forecasts to €90million.

EDF Payments

in million € |

2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 |

TOTAL managed by COM | 1 640 | 2 124 | 1 902 | 2 427 | 2 475 | 2 760 |

of which |

A. Special operations |

- STABEX | 82 | 353 | 2 | 191 |

- HIPC | 356 | 350 | 180 | 209 | 100 | 200 |

- Global Health Fund GFATM | 170 |

- Peace Facility | 22 | 61 |

- Water Facility | 57 |

Subtotal | 439 | 703 | 182 | 570 | 122 | 318 |

GRAND TOTAL COM + EIB | 1 640 | 2 124 | 1 902 | 2 431 | 2 565 | 2 995 |

(1) 9th EDF instruments managed by the EIB (Investment facility and interest subsidies).

1.3 The RAL (“Reste à Liquider”)

The global stock of outstanding (unpaid) commitments has grown considerably from €8 385 million at the start of 2003 to €9 410 million (+12%) at the end of that year. This is due to the very high level of commitments in 2003 following the entry into force of the Cotonou Agreement and the beginning of the new commitment cycle (9th EDF). However, thanks to the high level of disbursements, the coefficient that expresses the number of years necessary to absorb the RAL was reduced from 4.41 (end 2002) to 3.88 (end 2003). This positive trend started in 2000 when, at its worst, the period needed to absorb the RAL was over five years.

The lower gross commitment rate in 2004, combined with a normal level of decommitments on older programmes and a further increase in disbursements, will lead to a stabilization or even a slight decrease of the RAL in absolute terms by the end of 2004, and a further decrease in the number of years required to absorb it.

Although the higher commitment rate in 2005 may lead to a slight absolute increase of the RAL in 2005, the RAL will be stabilizing at the 2004 level by the end of 2007, with a significant decrease in 2007, compensating for the temporary increase in 2005. Considering the increased disbursement rate, the RAL absorption rate will fall below 3.5 years.

1.4 Financial situation at the end of 2004

The state of implementation of EDF-resources for AKP countries is shown in the table below.

Since the entry into force of the Cotonou Agreement, a total amount of €2 607million was transferred from the old EDFs to the 9th EDF[21]. Most of these resources were transferred to national indicative programmes, but in relative terms the intra-AKP co-operation registered the highest increase.

With the partial release of some of the conditional billion for the launch of the EU Water Facility, the total amount of funding available under the consolidated 9th EDF to date is €15 367 million[22].

Available EDF resources for the AKP

(**) This figure anticipates the reallocation proposal COM(2004)208 approved by Council, for which AKP endorsement is expected in December. |

(***) The difference between the transfer from the previous EDFs and the changes to the 9th EDF is interest on non-transferred STABEX funds. |

The total amount available for commitments for the last quarter of 2004 and the three following years is, excluding the balances of the conditional billion, €10 512 million net, of which €8 773 million is for grants managed by the Commission, with the balance being managed by the EIB. Taking into consideration the commitments pending and the additional commitments expected with a high probability in the last quarter of 2004, by the end of the year only €9 345 million or, on average, €3 115 million per year will remain uncommitted over the remaining period for committing the 9th EDF. Considering the decommitments on ongoing programmes, which averaged +/- €320-340 million over the last five years[23], the gross level of yearly commitments required to absorb the unallocated balances of the consolidated 9th EDF is approximately €3 445 million, of which indicatively €2 945 million concerning Commission-managed funds and €550 million for EIB-managed funds.

In relative terms, most commitments have been made so far in the intra-AKP reserves, reflecting the flexibility of the EDF to respond to new international initiatives. In 2005, the biggest effort is expected for the national indicative programmes as a result of the mid-term-reviews of country strategy papers and from the regional indicative programmes, where 2004 was primarily used in various regions to prepare detailed feasibility studies.

The long-term development reserves are primarily earmarked to cover the financial gap in implementation costs in 2006-2007 resulting from devolution[24]; as the prime objective of devolution has been to improve performance in the delivery of Community assistance, the Commission received a mandate from the Council to negotiate a revision of the Cotonou Agreement in order to allow the funding of these additional devolution expenses out of the EDF[25].

ANNEX 2

Forecast of commitments and payments under the 9th EDF

Years 2006-2009

Million €

|2003* |2004e |2005e |2006f |2007f |2008f |2009f |2003-‘07 | |Commitments on available funds

of which

- on previous EDFs

- decommitments

- 9th EDF, net** |

4.127

574

365

3.188 |

3.185

340

2.865 |

4.055

340

3.735 |

3 500

320

3.180 |

2 750

320

2.430 |

- |

- |

17.617

574

1.685

15.358 | |Payments |2.431 |2.565 |2.995 |3 400 |3 100 |2 900 |2 650 | | |(*): the 2003 commitment figure includes €574 million from previous EDFs, committed before 01 April 2004 (at which moment all balances, €2 608 million to date, have been transferred to the 9th EDF)

(**): the difference of 8.7 M€ from the table on available EDF resources under point 1.4 represents not yet allocated accrued interest on non-transferred STABEX funds

(e) : estimate, based on a detailed screening of the EDF project pipeline

(f) : forecast

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Protokoll Finanzjarju mehmuż bħala l-Anness 1 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni AKP-KE, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, fil-paragrafu 2 tiegħu jistabbilixxi d-9 Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp FEI (EDF) għall-pajjiżi ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku b’ammont totali li jasal sa 13.5 biljun EUR. Kif speċifikat fid-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-Protokoll Finanzjarju – id-Dikjarazzjoni XVIII taħt l-Att Finali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni AKP-KE – mill-ammont totali ta’ 13.5 biljun EUR, meta daħal fis-seħħ il-Protokoll Finanzjarju (1 ta’ April 2003) kienu disponibbli biss 12.5 biljun EUR. Il-biljun euro li jifdal għandu jinħareġ fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ħidma ta’ l-FEI li tistma kemm twettqu impenji u nħarġu flus. Din r-reviżjoni tal-ħidma għandha tibda fl-2004, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, skond id-Dikjarazzjoni XVIII mehmuża mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni AKP-KE kif ukoll l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern bejn Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-Finanzjament u l-Amministrazzjoni ta’ l-Għajnuna Komunitarju taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-KE.

Fit-22 ta’ Marzu, il-Kunsill qabel dwar it-twaqqif ta’ ‘Faċilità għall-Ilma’ għall-pajjiżi ta’ l-AKP, li jikkunsidra ammont ta’ 500 miljun EUR mill-biljun euro kondizzjonali msemmija fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern għal din il-Faċilità għall-Ilma u li joħroġ l-ewwel allokazzjoni ta’ 250 miljun EUR. Din id-deċiżjoni ttieħdet fuq il-bażi li l-livell ta’ impenji u nfiq fl-aħħar tas-sena 2003, flimkien mat-tbassir għall-perjodu 2004 sa 2007 ppreżentat mill-Kummissjoni, indikaw li r-riżorsi tad-disa’ FEI għall-pajjiżi ta’ l-AKP jistgħu jintrabtu kollha, u li l-ewwel porzjon tal-biljun kondizzjonali għandu jinħareġ fuq il-bażi tal-ħidma sa llum.

Fid-dawl tar-riżultat tar-reviżjonijiet intermedji ta’ l-istrateġiji tal-pajjiż u tar-reviżjonijiet tal-ħidma ta’ l-FEI imwettqa mill-Kunsill,, il-Kunsill sa Marzu 2005 irid jiddeċiedi dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni ħlas ta’ 250 miljun EUR għall-Faċilità għall-Ilma u dwar l-użu ta' 500 miljun EUR li jifdal mill-biljun euro kondizzjonali msemmi fl-Artikolu 2(2) dwar il-Ftehim Intern għal għanijiet li dwarhom għad irid jintlaħaq ftehim.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni allokazzjoni ta’ 250 miljun EUR mill-biljun euro kondizzjonali taħt id-9 FEI biex jintużaw għat-tieni ħlas għall-Faċilità għall-Ilma ta’ l-AKP u l-UE

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u partikolarment l-Artikolu 310, flimkien mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-KE ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar miżuri li għandhom jittieħdu u proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-KE[26],

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta’ l-għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni AKP-KE, iffirmat fit-18 ta’ Settembru 2000, u b’mod partikulari l-Artikolu 2(2) (il-Ftehim Intern)[27],

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

1. Skond l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern, kif ukoll id-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-Protokoll Finanzjarju, mehmuża bħala d-Dikjarazzjoni XVIII mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni AKP-KE, mill-ammont totali ta’ 13.5 biljun EUR tad-disa’ FEI għall-pajjiżi ta’ l-AKP, inħarġu biss 12.5 biljun EUR meta daħal fis-seħħ il-Protokoll Finanzjarju f’April 2003.

2. Skond l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern, ammont ta’ biljun euro jista’ jinħareġ biss wara li ssir reviżjoni tal-ħidma mill-Kunsill fl-2004, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. Il-Paragrafu 7 tal-Protokoll Finanzjarju u d-Dikjarazzjoni XVIII jispeċifikaw li din ir-reviżjoni tal-ħidma għandha tkun valutazzjoni ta’ kemm twettqu obbligi u nħarġu flus.

3. Fit-22 ta’ Marzu, il-Kunsill qabel dwar il-ħolqien ta’ Faċilità għall-Ilma għall-pajjiżi ta’ l-AKP, u li jikkunsidra ammont ta’ 500 miljun EUR mill-biljun euro kondizzjonali msemmi fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern, għal din il-Faċilità għall-Ilma, u li joħroġ l-ewwel allokazzjoni ta’ 250 miljun EUR. Din id-deċiżjoni ttieħdet fuq il-bażi li l-livell ta’ impenji u nfiq fl-aħħar ta’ l-2003, flimkien mat-tbassir għall-perjodu 2004 sa 2007 ppreżentat mill-Kummissjoni, indikaw li r-riżorsi tad-9 FEI għall-pajjiżi ta’ l-AKP jistgħu jintrabtu kollha.

4. Din l-ewwel allokazzjoni ta’ 250 miljun EUR inħarġet u tqassmet kif ġej skond l-Artikolu 2(1) u 2(2) tal-Ftehim Intern: 185 miljun EUR fil-pakkett għal appoġġ għal żvilupp fuq medda twila ta’ żmien; 24 miljun EUR fil-pakkett għal kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali u 41 miljun EUR fil-Faċilità ta’ Investiment.

5. Bl-istess deċiżjoni, il-Kunsill qatagħha li, fid-dawl tar-riżultati tar-reviżjonijiet intermedji ta’ l-istrateġiji tal-pajjiż u r-reviżjonijiet tal-ħidma tal-Kunsill stess dwar l-FEI sa l-aħħar ta’ l-2004, il-Kunsill għandu jiddeċiedi sa Marzu 2005 dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni allokazzjoni ta’ 250 miljun EUR u dwar l-użu tal-500 miljun EUR li jifdal mill-biljun euro kondizzjonali msemmi fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern għal għanijiet li dwarhom għad irid jintlaħaq ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Fid-dawl tar-riżultati tar-reviżjonijiet intermedji ta’ l-istrateġiji tal-pajjiż u r-reviżjoni tal-ħidma tal-Kunsill stess dwar l-FEI, il-Kunsill jaqbel dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni allokazzjoni ta’ 250 miljun EUR għall-Faċilità għall-Ilma għall-pajjiżi ta’ l-AKP.

Artikolu 2

It-tieni allokazzjoni ta’ 250 miljun EUR għandha tinħareġ u titqassam kif ġej:

6. 185 miljun EUR fil-pakkett ta’ għajnuna għall-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien, imsemmi fl-Artikolu 2(1)(a) tal-Ftehim Intern kif ukoll fil-paragrafu 3(a) tal-Protokoll Finanzjarju;

7. 24 miljun EUR fil-pakkett għal kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali, imsemmi fl-Artikolu 2(1)(b) tal-Ftehim Intern kif ukoll fil-paragrafu 3(b) tal-Protokoll Finanzjarju;

8. 41 miljun EUR fil-Faċilità ta’ Investiment, imsemmija fl-Artikolu 2(1)(c) tal-Ftehim Intern kif ukoll paragrafu 3(c) tal-Protokoll Finanzjarju.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ikkomunikata lill-Ministri tal-Kunsill ta’ l-AKP.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Protokoll Finanzjarju mehmuż bħala l-Anness 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (ACP-EC), iffirmat f’Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, fil-paragrafu 2 tiegħu jistabbilixxi 9sa FEŻ (EDF) għall-ammont totali ta’ sa EUR 13.5 biljun għall-pajjiżi ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku. Kif speċifikat fid-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-Protokoll Finanzjarju – id-Dikjarazzjoni XVIII skond l-Att Finali tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE – mill-ammont totali ta’ EUR 13.5 biljun, kienu disponibbli biss EUR 12.5 biljun meta daħal fis-seħħ il-Protokoll Finanzjarju (1 ta’ April 2003). Il-biljun euro li jifdal għandu jinħareġ fuq il-bażi ta' analiżi tar-rendiment tal-FEŻ billi ssir stima ta’ kemm twettqu impenji ta’ ħlas u nħarġu flus. Din l-analiżi tar-rendiment għandha tibda fl-2004, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, skond id-Dikjarazzjoni XVIII mehmuża mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE kif ukoll l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern bejn Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-Finanzjament u l-Amministrazzjoni ta’ l-Għajnuna Komunitarja skond il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE.

Fit-22 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill qabel dwar it-twaqqif ta’ ‘Faċilità għall-Ilma ta’ l-UE’ għall-pajjiżi ta’ l-AKP, li jkun ikkunsidrat ammont ta’ EUR 500 miljun mill-biljun euro marbut b’kondizzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern għal din il-Faċilità għall-Ilma, u li għandha tinħareġ l-ewwel allokazzjoni ta’ EUR 250 miljun. Din id-deċiżjoni li ttieħdet fuq il-bażi li l-livell ta’ impenji u nfiq fl-aħħar tas-sena 2003 flimkien mat-tbassir għall-perijodu 2004 u 2007 ppreżentat mill-Kummissjoni, indikaw li r-riżorsi tad-9sa FEŻ għall-pajjiżi ta’ l-AKP jistgħu jitħallsu kollha, u li l-ewwel rata tal-biljun marbut b’kondizzjoni għandha tinħareġ fuq il-bażi tar-rendiment sallum.

Fid-dawl tar-riżultat ta’ għadd ta’ analiżi intermedji ta’ l-istrateġiji tal-pajjiżi u l-analiżi tar-rendiment mwettaq mill-Kunsill dwar l-FEŻ, sa Marzu 2005 l-Kunsill irid jiddeċiedi dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni ħlas ta‘ EUR 250 miljun għall-Faċilità ta’ l-Ilma u dwar l-użu tal-EUR 500 miljun li jifdal mill-biljun euro marbut b’kondizzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern għal għanijiet li dwarhom għad irid jintlaħaq ftehim.

Fl-2003, il-Kunsill konġunt AKP-UE approva s-sħubija ta’ Timor Leste fil-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE. Filwaqt li l-ħtiġiet inizjali ta’ l-iżvilupp ta’ Timor Leste kienu koperti mill-baġit tal-KE, ma humiex previsti aktar fondi lilhinn mill-2005 meta Timor Leste mistenni jirratifika l-Ftehim ta' Cotonou, għaliex dan ma jkunx kompatibbli mar-regolamenti eżistenti ta’ l-ALA (il-pajjiżi ta’ l-Asja u l-Amerika Latina), li ma jippermettux fondi ta’ l-ALA jmorru għand pajjiżi membri tal-Grupp ta’ l-AKP.

Għaldaqstant, fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 62(2) u 94(1) tal-Ftehim ta’ Cotonou, il-Kummissjoni pproponiet żjieda ta’ EUR 18-il miljun mad-9sa FEŻ, li tikkorrispondi għall-ammont pro rata li kien ikun iffissat għal Timor Leste, kieku ġew applikati l-kriterji normali ta’ l-allokazzjoni ta’ għajnuna għad-9sa FEŻ.

Matul id-diskussjonijiet tal-Grupp ta’ l-AKP fil-Kunsill tal-Ministri, ma kienx hemm qbil unanimu ma’ din il-proposta bejn l-Istati Membri, u l-Kunsill “esprima x-xewqa li jikkunsidra b’mod pożittiv l-użu tal-biljun marbut b’kondizzjoni biex ikunu indirizzati l-ħtiġiet ta’ Timor Leste, peress li fil-preżent ma jeżistux fondi li mhumiex assenjati disponibbli skond id-9sa FEŻ"[28].

Għaldaqstant, qiegħda ssir proposta biex jinħarġu EUR 18-il miljun mill-biljun euro marbut b’kondizzjoni taħt id-9sa FEŻ u biex il-pakkett ta' l-iżvilupp fuq medda twila ta' żmien ikun assenjat biex ikopri l-finanzjament tal-Programm Indikattiv Nazzjonali ta’ Timor Leste għall-perijodu 2006-2007.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-ħruġ u l-użu ta’ EUR 18-il miljun mill-biljun euro marbut b’kondizzjoni taħt id-9sa FEŻ (EDF) biex ikopru l-finanzjament tal-Programm Indikattiv Nazzjonali ta’ Timor Leste matul il-perijodu 2006-2007

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u partikolarment l-Artikolu 310, flimkien mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 1 tal-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar miżuri li għandhom jittieħdu u proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta’ l-għajnuna Komunitarja skond il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, iffirmat fit-18 ta’ Settembru 2000, u b’mod partikulari l-Artikolu 2(2) u 1(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern, kif ukoll id-Dikjarazzjoni ta' l-UE dwar il-Protokoll Finanzjarju, mehmuża bħala d-Dikjarazzjoni XVIII mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, mill-ammont totali ta’ EUR 13.5 biljun tad-disa’ FEŻ għall-pajjiżi ta’ l-AKP, inħarġu biss EUR 12.5 biljun meta daħal fis-seħħ il-Protokoll Finanzjarju fl-1 ta’ April 2003.

(2) Skond l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern ammont ta’ biljun euro jista’ jinħareġ biss wara li ssir analiżi tar-rendiment mill-Kunsill fl-2004, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. Il-Paragrafu 7 tal-Protokoll Finanzjarju u d-Dikjarazzjoni XVIII jispeċifikaw li din l-analiżi tar-rendiment għandha tkun valutazzjoni ta’ kemm seħħew impenji ta’ ħlas u nħarġu flus.

(3) Fit-22 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill qabel dwar it-twaqqif ta’ Faċilità għall-Ilma għall-pajjiżi ta’ l-AKP, biex ikun ikkunsidrat ammont ta’ EUR 500 miljun mill-biljun euro marbut b’kondizzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern għal din il-faċilità għall-ilma, u li għandu joħroġ l-ewwel allokazzjoni ta’ EUR 250 miljun. Din id-deċiżjoni ttieħdet fuq il-bażi tal-livell ta’ impenji u nfiq fl-aħħar tas-sena 2003 flimkien mat-tbassir għall-perijodu 2004 u 2007 ippreżentat mill-Kummissjoni, li wera li r-riżorsi tad-9sa FEŻ għall-pajjiżi ta’ l-AKP jistgħu jitħallsu kollha.

(4) Bl-istess deċiżjoni l-Kunsill qatagħha li, fid-dawl tar-riżultat ta’ għadd ta’ analiżi intermedji ta’ l-istrateġiji tal-pajjiżi u l-analiżi ta‘ rendiment tiegħu stess ta’ l-FEŻ sa l-aħħar ta’ l-2004, il-Kunsill għandu jiddeċiedi sa Marzu 2005 dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni allokazzjoni ta‘ EUR 250 miljun għall-Faċilità għall-Ilma u dwar l-użu tal-EUR 500 miljun li jifdal mill-biljun euro marbut b’kondizzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern għal għanijiet li dwarhom għad irid jintlaħaq ftehim.

(5) Bid-Deċiżjoni Nru 1/2003 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tas-16 ta’ Mejju 2003, Timor Leste sar firmatarju għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE. Din id-Deċiżjoni stipulat li Timor-Leste ma jkollux aċċess immedjat għar-riżorsi tal-Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp (FEŻ) imma jibbenifika biss, b’arranġament speċjali temporanju, minn fondi assenjati għal kooperazzjoni reġjonali. Id-Deċiżjoni ma qesitx il-fatt li, wara r-ratifika tal-Ftehim ta’ Cotonou, Timor Leste mhux se jibqa’ jikkwalifika għal għajnuna ta’ żvilupp li sallum kienet tkun ipprovduta taħt ir-Regolament tal-Kunsill 443/9sa2 (ir-Regolament ta’ l-ALA). Filwaqt li l-ħtiġiet ta’ l-iżvilupp se jkunu koperti mill-fondi ta' l-ALA sa l-2005, mhux se jkun possibbli li jinħarġu aktar flus taħt il-fondi ta' l-ALA hekk kif Timor-Leste jirratifika l-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE matul l-2005.

(6) Fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 62(2) u 9sa4(1) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, il-Kummissjoni pproponiet[29]żjieda ta’ EUR 18-il miljun mad-9sa FEŻ, li tikkorrispondi għall-ammont pro rata li kien ikun assenjat għal Timor Leste, li kieku kienu applikati l-kriterji normali ta’ l-allokazzjoni ta’ għajnuna għad-9sa FEŻ.

(7) Matul id-diskussjonijiet fil-Kunsill tal-Ministri, jidher li ma kienx hemm qbil unanimu bejn l-Istati Membri ma’ din il-proposta, u l-Kunsill “esprima x-xewqa li jikkunsidra b’mod pożittiv l-użu tal-biljun marbut b’kondizzjoni biex ikunu indirizzati l-ħtiġiet ta’ Timor Leste, peress li fil-preżent ma jeżistux fondi li mhumiex assenjati disponibbli taħt id-9sa FEŻ"[30]

(8) Għaldaqstant qiegħda ssir proposta biex jinħarġu €18-il miljun mill-biljun euro marbut b’kondizzjoni taħt id-9sa FEŻ u biex il-pakkett ta' l-iżvilupp fuq medda twila ta' żmien ikun assenjat biex ikopri l-finanzjament tal-Programm Indikattiv Nazzjonali ta’ Timor Leste għall-perijodu 2006-2007.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

Fid-dawl tar-riżultat ta’ għadd ta’ analiżi intermedji ta’ l-istrateġiji tal-pajjiżi u l-analiżi ta' rendiment li l-Kunsill għamel ta’ l-FEŻ, il-Kunsill jaqbel li jinħarġu EUR 18-il miljun mill-biljun euro marbut b’kondizzjoni skond id-9sa FEŻ biex ikopru l-finanzjament tal-Programm Indikattiv Nazzjonali ta‘ Timor Leste għall-perijodu 2006-2007.

L-Artikolu 2

L-allokazzjoni ta’ EUR 18-il miljun għandha tinħareġ u tkun assenjata għall-pakkett ta’ għajnuna għal żvilupp fuq medda twila ta’ żmien, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(a) tal-Ftehim Intern kif ukoll fil-paragrafu 3(a) tal-Protokoll Finanzjarju.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ikkomunikata lill-Ministri tal-Kunsill ta’ l-AKP.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li tkun adottata.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Protokoll Finanzjarju mehmuż bħala l-Anness 1 tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-UE, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, fil-paragrafu 2 jiddikjara li l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità mid-disa’ FEI għall-pajjiżi ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku għandha tkun magħmula minn ammont totali li jlaħħaq it-13.5 biljun euro. Kif speċifikat fid-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-Protokoll Finanzjarju – Dikjarazzjoni XVIII taħt l-Att Finali tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-UE – mill-ammont totali ta’ 13.5 biljun euro, kienu disponibbli biss 12.5 biljun euro meta daħal fis-seħħ il-Protokoll Finanzjarju f’April 2003. Il-biljun euro li jifdal għandu jinħareġ fuq il-bażi ta' analiżi tal-ħidma tal-FEI billi tistma kemm seħħew impenji u nħarġu flus. Din l-analiżi tal-ħidma għandha tibda fl-2004, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, skond id-Dikjarazzjoni XVIII mehmuża mal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-UE kif ukoll l-Artikolu (2) tal-Ftehim Intern bejn Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-Finanzjament u l-Amministrazzjoni ta’ l-Għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-UE.

Fit-22 ta’ Marzu, il-Kunsill qabel dwar il-ħolqien ta’ ‘Faċilità ta’ l-UE għall-Ilma’ għall-pajjiżi ta’ l-AKP, biex ikun ikkonsidrat ammont ta’ 500 miljun euro mill-biljun euro kondizzjonali msemmi fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern għal din il-faċilità ta’ l-ilma , u li tinħareġ l-ewwel allokazzjoni ta’ 250 miljun euro. Din id-deċiżjoni li ttieħdet fuq il-bażi li l-livell ta’ impenji u nfiq fl-aħħar ta’ l-2003, flimkien mat-tbassir għall-perijodu 2004 u 2007 ippreżentat mill-Kummissjoni, indikaw li r-riżorsi tad-disa’ FEI għall-pajjiżi ta’ l-AKP jistgħu jintrabtu kollha, u li l-ewwel porzjon tal-biljun euro kondizzjonali jista’ jinħareġ fuq il-bażi tal-ħidma sa llum.

Fid-dawl tar-riżultat ta’ l-analiżi intermedja ta’ l-istrateġiji tal-pajjiż u l-analiżi tal-ħidma li wettaq il-Kunsill dwar l-FEI, sa Marzu 2005 l-Kunsill irid jiddeċiedi dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni ħlas ta’ 250 miljun euro għall-faċilità ta’ l-ilma u dwar l-użu tal-500 miljun euro li jifdal mill-biljun euro kondizzjonali msemmi fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern għal għanijiet li dwarhom għad irid jintlaħaq ftehim.

Għall-482 miljun euro meħuda mill-biljun euro kondizzjonali, l-għażla ta’ proposti saret fuq il-bażi ta’ l-obbligi li rriżultaw mill-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-UE u fuq il-bażi ta’ l-impenji konġunti AKP-UE li sa issa għadhom ma humiex onorati fix-xena internazzjonali, filwaqt li tqiesu l-prinċipji ta’ urġenza u l-punt ċentrali tal-faqar, il-konċentrazzjoni ta’ l-għajnuna u l-kapaċità ta’ assorbiment.

Għaldaqstant qiegħda ssir proposta biex jinħarġu 482 miljun euro u jkunu allokati fuq il-bażi ta’ l-obbligi li rriżultaw mill-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-UE u għal kontribuzzjonijiet lil inizjattivi u impenji internazzjonali.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-ħruġ u l-użu ta' l-482 miljun euro li jifdal mill-biljun euro kondizzjonali taħt id-disa’ Fond Europew ta’ l-Iżvilupp għal kooperazzjoni ma’ pajjiżi ta' l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EUROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Europea u partikolarment l-Artikolu 310, flimkien mat-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-UE ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 1 tal-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar miżuri li għandhom jittieħdu u proċeduri li għandhom jissegwew għat-twettiq tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta’ l-għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-UE, iffirmat fit-18 ta’ Settembru 2000, u b’mod partikulari l-Artikolu 2(2) (il-Ftehim Intern),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern, kif ukoll id-Dikjarazzjoni ta' l-UE dwar il-Protokoll Finanzjarju, mehmuża bħala d-Dikjarazzjoni XVIII mal-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni AKP-UE, mill-ammont totali ta’ 13.5 biljun euro tad-disa’ FEI għall-pajjiżi ta’ l-AKP, inħarġu biss 12.5 biljun euro meta daħal fis-seħħ il-Protokoll Finanzjarju f’April 2003.

(2) Skond l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern ammont ta’ biljun euro jista’ jinħareġ biss wara li ssir analiżi tal-ħidma mill-Kunsill fl-2004, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. Il-Paragrafu 7 tal-Protokoll Finanzjarju u d-Dikjarazzjoni XVIII jispeċifikaw li din l-analiżi tal-ħidma għandha tkun valutazzjoni ta’ kemm twettqu obbligi u nħarġu flus.

(3) Fit-22 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill qabel dwar il-ħolqien ta’ Faċilità għall-Ilma għall-pajjiżi ta’ l-AKP, biex ikun ikkunsidrat ammont ta’ 500 miljun euro mill-biljun euro kondizzjonali msemmi fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern għal din il-faċilità ta’ l-ilma, u li għandha tinħareġ l-ewwel allokazzjoni ta’ 250 miljun euro. Din id-deċiżjoni li ttieħdet fuq il-bażi li l-livell ta’ impenji u nfiq fl-aħħar ta’ l-2003, flimkien mat-tbassir għall-perijodu 2004 u 2007 ippreżentat mill-Kummissjoni, indikaw li r-riżorsi tad-disa’ FEI għall-pajjiżi ta’ l-AKP jistgħu jintrabtu kollha.

(4) Bl-istess deċiżjoni l-Kunsill qatagħha li, fid-dawl tar-riżultat tar--reviżjonijiet intermedji ta’ l-istrateġiji tal-pajjiż u l-analiżi tal-ħidma tiegħu stess dwar l-FEI sa l-aħħar ta’ l-2004, il-Kunsill irid jiddeċiedi sa Marzu 2005 dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni allokazzjoni ta’ EUR 250 miljun għall-Faċilità għall-Ilma u dwar l-użu tal-500 miljun euro li jifdal mill-biljun euro kondizzjonali msemmi fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern għal għanijiet li dwarhom għad irid jintlaħaq ftehim.

(5) Id-disa’ FEI, inklużi l-bilanċi trasferiti mill-Fondi Europej ta’ l-Iżvilupp ta’ qabel, ikunu marbuta kollha sa tmiem l-2007 mingħajr ma jħallu lill-Komunità tkun totalment konformi ma’ l-obbligi internazzjonali tagħha u twieġeb għal inizjattivi internazzjonali ġodda.

(6) Saret għażla ta’ proposti għall-ammont totali ta’ 482 miljun euro fuq il-bażi ta’ l-obbligi li rriżultaw mill-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-UE u fuq il-bażi ta’ l-impenji konġunti AKP-UE li sa issa għadhom ma humiex onorati fix-xena internazzjonali, filwaqt li tqiesu l-prinċipji ta’ urġenza u l-punt ċentrali tal-faqar, il-konċentrazzjoni ta’ l-għajnuna u l-kapaċità ta’ assorbiment.

(7) Taħt il-modalitajiet ta’ twettiq eżistenti taċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta’ l-Intrapriża (CDE) u ċ-Ċentru għall-Iżvilupp Agrikolu (CTA) l-istimi tal-ħtiġiet baġitarji annwali huma €18-il miljun u €14-il miljun rispettivament. Għaldaqstant qiegħda ssir il-proposta biex ikunu ffissati 64 miljun euro mill-pakkett ta’ l-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien maħruġa mill-biljun kondizzjonali li jifdal biex ikun kopert il-funzjonament tas-CDE u s-CTA matul is-snin 2006-2007, f’konformità ma’ l-Annessi I u III tal-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni AKP-UE.

(8) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Europew KOM (2004) 711 tat-28 ta’ Ottubru 2004 dwar l-iżvilupp ġejjieni ta' l-Inizjattiva ta’ l-Enerġija ta' l-UE u dwar il-modalitajiet għal-ħolqien ta’ Faċilità għall-Enerġija għall-pajjiżi ta’ l-AKP ipproponiet li timmobilizza 250 miljun euro għal din l-inizjattiva. Fil-konklużjonijiet tagħha, il-Komunikazzjoni tissuġġerixxi li din l-inizjattiva ġdida tkun iffinanzjata mill-bilanċi li jifdal mill-biljun kondizzjonali. Meta jitqies kemm huma għolja l-aspettattivi ġġenerati mit-tnedija ta’ l-Inizjattiva ta’ l-Enerġija ta’ l-UE, il-kontribuzzjoni kruċjali ta’ l-enerġija għall-ksib ta’ l-MDG, u l-importanza kritika għall-foqra ta’ aċċess għal servizzi ta’ enerġija ekonomikament effiċjenti u li jirrispettaw lill-ambjent, qiegħed ikun issuġġerit, għaldaqstant, li l-Faċilità għall-Enerġija AKP-UE proposta tkun iffinanzjata b’ammont indikattiv ta’ 250 miljun euro mill-bilanċi kondizzjonali u li, għal dan il-għan, dan l-ammont sħiħ ikun ittrasferit għal ġol-pakkett ta’ l-intra-AKP.

(9) F’April ta’ l-2004, il-Kunsill adotta Pjan ta’ Azzjoni ta' l-UE dwar il-prodotti agrikoli mħejji mill-Kummissjoni, li jinkludi proposta biex ikun iffaċilitat l-aċċess tal-produttur għall-assigurazzjoni tar-riskju tal-prodotti u l-iffinanzjar tal-kummerċ[31]. L-għan tal-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni huwa li tikkumplementa l-għajnuna teknika tal-Bank Dinji f’dan il-qasam għall-ħolqien ta’ faċilità għal iffinanzjar internazzjonali biex tgħin lill-pajjiżi ta’ l-AKP jiksbu aċċess għal għodod ibbażati fis-suq għall-immaniġġjar tar-riskji tal-kommoditajiet permezz ta’ ko-finanzjament temporanju tal-primjums tagħhom. Dan jikkontribwixxi għal tnaqqis fil-vulnerabbiltà tal-pajjiżi benefiċjarji ta’ l-AKP għal ħasdiet kommoditarji u għall-iżvilupp ta' għodod ta' riskji tal-kommoditajiet għal kwantitajiet ikbar. Huwa propost li jkun iffissat ammont indikattiv sa 25 miljun euro mill-bilanċ li jifdal mill-biljun kondizzjonali bħala kontribuzzjoni għall-faċilità għall-finanzjament internazzjonali ta’ mmaniġġar tar-riskji ta’ kommoditajiet kif ipprovdut fl-Artikolu 68.5 tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-UE u biex, għal dan il-għan, l-ammont ikun trasferit għall-pakkett ta’ l-intra-AKP.

(10) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Europew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar kontrolli uffiċjali biex jiżguraw li ssir verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-ikel għall-konsum min-nies u l-annimali, u r-regoli tas-saħħa u l-kura ta' l-annimali[32], li jidħlu fis-seħħ fl-2006, jeżiġi li pajjiżi terzi jipprovdu tagħrif dettaljat dwar l-istruttura ġenerali u l-immaniġġar tas-sistemi tagħhom ta’ kontroll sanitarju u fitosanitarju fuq l-ikel għall-konsum min-nies u l-annimali u jagħtu garanziji suffiċjenti li l-prodotti ddestinati għas-suq ta’ l-UE huma konformi ma’ l-istandards ta’ sigurtà ta’ l-UE. Biex iżommu l-aċċess tagħhom għas-swieq ta’ l-UE u jlaħħqu ma’ l-eżiġenzi ta’ dawn ir-regolamenti ġodda, il-pajjiżi ta’ l-AKP se jkollhom bżonn jagħmlu investimenti kbar. L-Artikolu 12 tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-UE dwar il-koerenza tal-politika tal-Komunità jantiċipa li, f’każijiet bħal dawn u fuq talba ta’ l-AKP, għandhom isiru konsultazzjonijiet biex ikun ikkunsidrat it-tħassib li għandhom dawn il-pajjiżi dwar l-impatt ta’ dawn il-miżuri. Qiegħda, għaldaqstant, issir proposta biex jitwarrab ammont indikattiv ta’ €30 miljun mill-bilanċ li jifdal mill-biljun kondizzjonali bħala kontribuzzjoni għall-fażi tal-bidu ta' programm li jibni l-kapaċità tal-pajjiżi ta' l-AKP u jgħinhom jadattaw għar-regoli l-ġodda sanitarji u fitosanitarji ta’ l-UE u biex, għal dan il-għan, ikun trasferit l-ammont kollu għall-pakkett ta’ l-intra-AKP.

(11) Meta titqies l-importanza li qiegħda dejjem tikber ta’ l-Unjoni Afrikana (AU) għaż-żamma tal-paċi u t-tħaris mill-konflitti, kif ukoll għall-promozzjoni ta’ l-integrazzjoni reġjonali u l-governanza tajba u l-laqgħa pożittiva li l-Komunikazzjoni dwar it-titjib fil-kwalità tad-djalogu bejn l-UE u l-Afrika [33] kellha mill-Kunsill, jidher xieraq li għandha ssir ċaqlieqa lejn appoġġ aktar strateġiku għall-istituzzjonijiet ta’ l-AU u għandu jkun riservat ammont addizzjonali ta’ flus għal programm ta’ appoġġ pan-Afrikan fl-ambitu tal-“Viżjoni u l-Missjoni ta’ l-Unjoni Afrikana u l-Pjan Strateġiku għal matul l-2004 u l-2007” adottat mis- summit tal-Kapijiet ta’ l-Istati Afrikani u l-Gvern f’Addis Ababa f’Lulju 2004. Bħala kontribuzzjoni għal programm ta’ appoġġ pan-Afrikan, qiegħda ssir proposta biex ikun iffissat ammont indikattiv sa 50 miljun euro mill-bilanċ li jifdal mill-biljun kondizzjonali , u biex, għal dan il-għan, ikun trasferit l-ammont għall-pakkett ta’ l-intra-AKP.

(12) L-Edukazzjoni għall-Inizjattiva ta’ Promozzjoni Aċċellerata għal Kulħadd (FTI) hija assoċjazzjoni globali, li tnediet f’nofs l-2002 biex tgħin lil pajjiżi ta’ introjtu baxx jilħqu l-Mira ta’ l-Iżvilupp tal-Millenju fil-qasam edukattiv billi jipprovdu lit-tfal kollha edukazzjoni primarja sħiħa sa l-2015. Din l-assoċjazzjoni hija waħda mill-istrumenti fost dawk minn ta' l-ewwel li jipprattikaw il-kunsens ta’ Monterrey dwar assoċjazzjonijiet effettivi bejn donaturi u pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp jirrenduha aktar effettiva. Primarjament, l-FTI isserraħ fuq mekkaniżmi eżistenti ta’ fondi fil-pajjiżi sħab. Billi nstab li kien impossibbli li l-FTI jingħata appoġġ b’mod sistematiku permezz ta’ l-eżerċizzju nazzjonali ta’ analiżi intermedja li saret fl-2004, qiegħda ssir proposta biex kontribuzzjoni ta’ ammont indikattiv ta’ 63 miljun euro tmur għall-Inizjattiva ta’ Promozzjoni Aċċellerata mill-bilanċi li jifdal mill-biljun kondizzjonali u biex, għal dan il-għan, ikun trasferit l-ammont għall-pakkett ta’ bejn il-pajjiżi ta’ l-AKP.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

Fid-dawl tar-riżultat tar-reviżjonijiet intermedji ta’ l-istrateġiji tal-pajjiż u l-analiżi tal-ħidma li l-Kunsill għamel dwar l-FEI, il-Kunsill jaqbel li jinħarġu u jintużaw l-482 miljun euro tal-biljun euro kondizzjonali taħt id-disa’ Fond Europew ta’ l-Iżvilupp għal kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ l-Afrika, Il-Karibew u l-Paċifiku.

L- Artikolu 2

L-allokazzjoni ta’ 482 miljun euro għandha tinħareġ u titqassam kif ġej:

1. 352 miljun euro lill-pakkett ta’ għajnuna għal żvilupp fuq medda twila ta’ żmien, imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a) tal-Ftehim Intern kif ukoll paragrafu 3(a) tal-Protokoll Finanzjarju;

2. 48 miljun euro lill-pakkett għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali, imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b) tal-Ftehim Intern kif ukoll fil-paragrafu 3(b) tal-Protokoll Finanzjarju;

3. 82 miljun euro lill-Faċilità għal Investiment, imsemmija fl-Artikolu 2(1)(c) tal-Ftehim Intern kif ukoll fil-paragrafu 3(c) tal-Protokoll Finanzjarju;

L-Artikolu 3

64 miljun euro mill-pakkett għall-għajnuna għall-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien, imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a)(ii)(iii) tal-Ftehim Intern kif ukoll fil-paragrafu 3(a)(i)(ii) tal-Protokoll Finanzjarju għandhom ikunu allokati għall-finanzjament tal-baġit taċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta’ l-Intrapriża (CDE) u taċ-Ċentru Tekniku għall-Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (CTA).

L-Artikolu 4

L-418 euro li jifdal ikunu kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ l-azzjonijiet li ġejja::

9. Sa 250 miljun euro għall-Inizjattiva ta’ l-Enerġija ta’ l-UE;

10. Sa 25 miljun euro għall-kontribuzzjoni lill-Faċilità għal Finanzjament ta’ l-Immaniġġar tar-Riskji tal-Kommoditajiet fuvur il-pajjiżi ta’ l-AKP;

11. Ammont indikattiv ta’ 30 miljun bħala għajnuna lill-pajjiżi ta’ l-AKP biex jadattaw għar-regoli l-ġodda sanitarji u fitosanitarji ta’ l-UE;

12. Sa 50 miljun euro biex l-Unjoni Afrikana tissaħħaħ fl-implimentazzjoni tal-mandat pan-Afrikan tagħha;

13. Ammont indikattiv ta’ 63 miljun euro bħala kontribuzzjoni lill-Edukazzjoni għall-Inizjattiva ta’ Promozzjoni Aċċellerata għal Kulħadd.

L-Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ikkomunikata lill-Ministri tal-Kunsill ta’ l-AKP.

L-Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li tkun adottata.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Protokoll Finanzjarju mehmuż bħala l-Anness 1 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni AKP-KE, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, fil-paragrafu 2 jiddikjara li l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità mid-9 EDF għall-pajjiżi ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku għandha tkun magħmula minn ammont totali li jlaħħaq EUR 13.5 biljun. Kif speċifikat fid-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-Protokoll Finanzjarju – Dikjarazzjoni XVIII taħt l-Att Finali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni AKP-KE – mill-ammont totali ta’ € 13.5 biljun, kienu disponibbli biss € 12.5 biljun meta daħal fis-seħħ il-Protokoll Finanzjarju f’April 2003. Skond il-Ftehim Intern, il-biljun euro li fadal għandu jinħareġ u jitqassam lill-pakketti għall-iżvilupp fuq medda twila ta‘ żmien, kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali u l-Faċilità ta‘ Investiment fuq il-bażi ta' analiżi ta' l-eżekuzzjoni ta’ l-EDF li għandha tistma kemm twettqu impenji u nħarġu flus. Din l-analiżi ta’ eżekuzzjoni għandha tibda fl-2004, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, skond id-Dikjarazzjoni XVIII mehmuża mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni AKP-KE kif ukoll l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern bejn Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-Finanzjament u l-Amministrazzjoni ta’ l-Għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni AKP-KE.

Fit-22 ta’ Marzu, il-Kunsill qabel dwar it-twaqqif ta’ ‘Faċilitá għall-Ilma ta’ l-UE’ għall-pajjiżi ta’ l-AKP, biex ikun ikkunsidrat ammont ta’ 500 miljun EUR mill-biljun euro kondizzjonali msemmija fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern għal din il-faċilitá għall-ilma , u li għandha tinħareġ l-ewwel allokazzjoni ta’ 250 miljun EUR. Din id-deċiżjoni li ttieħdet fuq il-bażi li l-livell ta’ impenji u nfiq fl-aħħar ta’ l-2003, flimkien mat-tbassir għall-perjodu 2004 u 2007 ippreżentat mill-Kummissjoni, indikaw li r-riżorsi tad-9 EDF għall-pajjiżi ta’ l-AKP jistgħu jintrabtu kollha, u li l-ewwel porzjon tal-biljun euro kondizzjonali jista’ jinħareġ fuq il-bażi ta’ l-eżekuzzjoni sa llum.

Fid-dawl tar-riżultat ta’ l-analiżi intermedji ta’ l-istrateġiji tal-pajjiż u l-analiżi ta‘ l-eżekuzzjoni dwar l-EDF imwettqa mill-Kunsill, sa Marzu 2005 l-Kunsill irid jiddeċiedi dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni ħlas ta‘ 250 miljun EUR għall-Faċilitá għall-Ilma u dwar l-użu ta‘ 500 miljun EUR li jifdal mill-biljun euro kondizzjonali msemmi fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern għal għanijiet li dwarhom għad irid jintlaħaq ftehim.

Għall-482 miljun EUR meħuda mill-biljun euro kondizzjonali, l-għażla ta’ proposti saret fuq il-bażi ta’ l-obbligi li rriżultaw mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni AKP-KE u fuq il-bażi ta’ l-impenji konġunti AKP-KE li sa issa għadhom ma humiex onorati fix-xena internazzjonali, filwaqt li tqiesu l-prinċipji ta’ urġenza u l-punt ċentrali tal-faqar, il-konċentrazzjoni ta’ l-għajnuna u l-kapaċità ta’ assorbiment.

Fuq dan l-isfond, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jadotta d-deċiżjoni annessa dwar il-pożizzjoni li għandha tkun adottata mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ta' l-AKP u l-KE għal dak li għandu x'jaqsam mat-trasferiment ta' 288 miljun EUR mir-riserva tal-pakkett tad-9 EDF għall-Faċilità ta’ Investiment, lill-allokazzjoni għall-kooperazzjoni ta’ l-intra-AKP, biex jintużaw għall-finanzjament ta’ dawn l-inizjattivi. Flimkien maż-żieda ta’ 48 miljun EUR ta’ l-allokazzjoni għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali, dan ser iwassal għal ammont totali ta’ 418 miljun EUR.

64 miljun EUR mill-pakkett għall-għajnuna għall-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien, imsemmi fl-Artikolu 2(1)(a)(ii)(iii) tal-Ftehim Intern kif ukoll fil-paragrafu 3(a)(i)(ii) tal-Protokoll Finanzjarju għandhom ikun allokati għall-finanzjament tal-baġit taċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta’ l-Intrapriża (CDE) u taċ-Ċentru Tekniku għall-Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (CTA).

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tadotta l-Komunità fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP u l-KE għal dak li għandu x'jaqsam ma’ deċiżjoni dwar l-użu tar-riserva tal-pakkett ta’ l-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien kif ukoll tar-riżorsi mill-Faċilità ta’ Investiment tad-disa’ Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ l-Inizjattiva ta’ l-Enerġija ta’ l-UE, għall-kontribuzzjonijiet lill-Faċilità Internazzjonali ta’ Finanzjament ta’ l-Immaniġġar tar-Riskji tal-Komoditajiet, għall-adattament għar-regoli l-ġodda sanitarji u fitosanitarji ta’ l-ikel ta’ l-UE għal konsum min-nies u l-annimali, għall-għoti tas-saħħa lill-Unjoni Afrikana u kontribuzzjoni lill-Edukazzjoni għall-Inizjattiva ta’ Promozzjoni Aċċellerata għal Kulħadd.

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EUROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Europea, u partikolarment l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [34],

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern ammont ta’ biljun euro ma jistax jinħareġ u jitqassam lill-pakketti għall-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien, kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali u l-Faċilità ta‘ Investiment qabel ma’ l-Kunsill jagħmel analiżi ta’ eżekuzzjoni fl-2004, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni. Paragrafu 7 tal-Protokoll Finanzjarju u d-Dikjarazzjoni XVIII jispeċifikaw li din l-analiżi ta’ eżekuzzjoni għandha tkun valutazzjoni ta’ kemm twettqu obbligi u nħarġu flus.

(2) Fit-22 ta’ Marzu, il-Kunsill qabel dwar it-twaqqif ta’ Faċilitá għall-Ilma għall-pajjiżi ta’ l-AKP, li għandu jikkonsidra ammont ta’ 500 miljun EUR mill-biljun euro kondizzjonali msemmi fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern, għal din il-Faċilitá għall-Ilma, u li għandha tinħareġ l-ewwel allokazzjoni ta’ 250 miljun EUR. Din id-deċiżjoni li ttieħdet fuq il-bażi li l-livell ta’ impenji u nfiq fl-aħħar ta’ l-2003, flimkien mat-tbassir għall-perjodu 2004 u 2007 ippreżentat mill-Kummissjoni, indikaw li r-riżorsi tad-9 EDF għall-pajjiżi ta’ l-AKP jistgħu jintrabtu kollha.

(3) Bl-istess deċiżjoni l-Kunsill qatagħha li fid-dawl tar-riżultati ta’ l-analiżi intermedji ta’ l-istrateġiji tal-pajjiż u l-analiżi ta’ l-eżekuzzjoni tiegħu stess dwar l-EDF sa l-aħħar ta’ l-2004, il-Kunsill għandu mnejn jiddeċiedi sa Marzu 2005 dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni allokazzjoni ta’ 250 miljun EUR għall-Faċilitá għall-Ilma ta’ l-AKP u l-UE u dwar l-użu tal-500 miljun EUR li jkun fadal għal għanijiet li dwarhom għad irid jintlaħaq ftehim.

(4) Saret selezzjoni ta’ proposti għall-ammont totali ta’ 482 miljun EUR fuq il-bażi ta’ l-obbligi li rriżultaw mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni AKP-KE u fuq il-bażi ta’ l-impenji konġunti AKP-KE li sa issa għadhom ma humiex onorati fix-xena internazzjonali, filwaqt li tqiesu l-prinċipji ta’ urġenza u l-punt ċentrali tal-faqar, il-konċentrazzjoni ta’ l-għajnuna u l-kapaċità ta’ assorbiment.

(5) Minn dan l-aħħar ammont, 64 miljun EUR mill-pakkett għall-għajnuna għall-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien għandhom ikun allokati għall-finanzjament tal-baġit taċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta’ l-Intrapriża (CDE) u taċ-Ċentru Tekniku għall-Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (CTA), kif imsemmi fl-Artikolu 2 (1)(a)(ii)(iii) tal-Ftehim Intern kif ukoll fil-paragrafu 3(a)(i)(ii) tal-Protokoll Finanzjarju. Il-bilanċ ta’ 418-il miljun EUR ikun stabbilit għall-finanzjament intra-AKP ta’ l-Inizjattiva ta’ l-Enerġija ta’ l-UE, għal Faċilità Internazzjonali ta’ Finanzjament ta’ l-Immaniġġar tar-Riskji tal-Komoditajiet, l-adattament ta’ l-AKP għar-regoli l-ġodda sanitarji u fitosanitarji ta’ l-ikel ta‘ l-UE għal konsum min-nies u l-annimali, l-għoti tas-saħħa lill-Unjoni Afrikan u kontribuzzjoni lill-Edukazzjoni għall-Inizjattiva ta’ Promozzjoni Aċċellerata għal Kulħadd.

(6) L-Artikolu 15 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta' l-AKP u l-KE iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 jistabbilixxi Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP u l-KE b’setgħat biex jieħu deċiżjonijiet skond il-Ftehim u Paragrafu 8 ta’ l-Anness ta’ dak il-Ftehim jippermetti lill-Kunsill tal-Ministri ta' l-AKP u l-KE jieħdu l-miżuri xierqa f’każ li fondi pprovduti f’kull strument tal-Ftehim ikunu eżawriti.

(7) Il-fondi mill-pakkett tad-9 EDF għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali huma eżawriti. Għaldaqstant, il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-ALP u l-KE tittieħed bil-għan li tkun adottata deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-finanzjament ta' l-Inizjattiva ta’ l-Enerġija ta’ l-UE, għal Faċilità Internazzjonali ta’ Finanzjament ta’ l-Immaniġġar tar-Riskji tal-Kommoditajiet, għall-adattament ta’ l-AKP għar-regoli l-ġodda sanitarji u fitosanitarji ta’ l-ikel ta‘ l-UE għal konsum min-nies u l-annimali, għall-għoti tas-saħħa lill-Unjoni Afrikana u kontribuzzjoni lill-Edukazzjoni għall-Inizjattiva ta’ Promozzjoni Aċċellerata għal Kulħadd.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

Il-Komunità għandha tadotta l-pożizzjoni li ġejja fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP u l-KE dwar l-użu tar-riserva tal-pakkett ta’ l-EDF għal żvilupp fuq medda twila ta’ żmien u tar-riżorsi mill-Faċilità ta’ Investiment għall-finanzjament ta’ l-Inizjattiva ta’ l-Enerġija ta’ l-UE, għall-kontribuzzjonijiet lill-Faċilità Internazzjonali ta’ Finanzjament ta’ l-Immaniġġar tar-Riskji tal-Komoditajiet, għall-adattament għar-regoli l-ġodda sanitarji u fitosanitarji ta’ l-ikel ta‘ l-UE għal konsum min-nies u l-annimali, għall-għoti tas-saħħa lill-Unjoni Afrikana u kontribuzzjoni lill-Edukazzjoni għall-Inizjattiva ta’ Promozzjoni Aċċellerata għal Kulħadd, fuq il-bażi ta’ l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP u l-KE hawnhekk mehmuż.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TA’ L-AKP U L-KE

dwar l-użu tar-riserva tal-pakkett ta’ l-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien kif ukoll tar-riżorsi mill-Faċilità ta’ Investiment tad-disa’ Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ l-Inizjattiva ta’ l-Enerġija ta’ l-UE, għall-kontribuzzjonijiet lill-Faċilità Internazzjonali ta’ Finanzjament ta’ l-Immaniġġar tar-Riskji tal-Komoditajiet, għall-adattament għar-regoli l-ġodda sanitarji u fitosanitarji ta’ l-ikel ta’ l-UE għal konsum min-nies u l-annimali, għall-għoti tas-saħħa lill-Unjoni Afrikana u kontribuzzjoni lill-Edukazzjoni għall-Inizjattiva ta’ Promozzjoni Aċċellerata għal Kulħadd.

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TA’ L-AKP U L-KE

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ l-AKP u l-KE ffirmat fit-23 ta’ Ġunju 2000, u b’mod partikolari l-Paragrafu 8 ta’ l-Anness I tiegħu,

Billi:

(1) Fl-2527 Sessjoni tiegħu fit-22 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-UE qabel dwar it-twaqqif tal-Faċilitá għall-Ilma għall-pajjiżi ta’ l-AKP u qabel ukoll li jikkonsidra ammont ta’ 500 miljun EUR meħuda mill-biljun euro kondizzjonali taħt id-9 EDF ta’ din il-Faċilitá għall-Ilma. Qabel ukoll biex b’mod immedjat tinħareġ l-ewwel allokazzjoni ta’ 250 miljun EUR mill-biljun euro kondizzjonali u biex mhux aktar tard minn Marzu 2005 ssir deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni allokazzjoni ta’ 250 miljun EUR u dwar l-użu tal-500 miljun EUR bqija mill-biljun euro kondizzjonali għal għanijiet li dwarhom għad irid jintlaħaq ftehim fid-dawl tar-riżultati ta’ l-analiżi intermedji ta’ l-istrateġiji tal-pajjiż u l-analiżi ta’ l-eżekuzzjoni mwettqa mill-Kunsill dwar l-EDF sa l-aħħar ta’ l-2004.

(2) Biex ikunu żgurati l-finanzjament ta’ l-Inizjattiva ta’ l-Enerġija ta’ l-UE, l-għajnuna għall-kontribuzzjonijiet lill-Faċilità Internazzjonali ta’ Finanzjament ta’ l-Immaniġġar tar-Riskji tal-Komoditajiet, għall-adattament għar-regoli l-ġodda sanitarji u fitosanitarji ta’ l-ikel ta’ l-UE għal konsum min-nies u l-annimali, l-għoti tas-saħħa lill-Unjoni Afrikana u kontribuzzjoni lill-Edukazzjoni għall-Inizjattiva ta’ Promozzjoni Aċċellerata għal Kulħadd, jixraq li jkunu allokati riżorsi lill-kooperazzjoni ta' l-intra-AKP li jammontaw għal total ta’ 418-il miljun EUR li jistgħu jkunu disponibbli mir-riżorsi maħruġa mill-Kunsill tal-Ministri ta’ l-UE. Madankollu, il-pakkett għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali kif definit fil-Paragrafu 3(b) ta’ l-Anness I tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ l-AKP u l-KE huwa eżawrit. Ir-riżorsi meħtieġa, għaldaqstant, għandhom ikunu ttrasferiti mir-riżorsi li ma humiex allokati tal-pakkett tad-9 EDF għal żvilupp fuq medda twila ta’ żmien u mill-Faċilità ta’ Investiment, kif imsemmi fil-Paragrafu 3(b) u (c) tal-Protokoll Finanzjarju.

(3) L-Artikolu 15 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ l-AKP u l-KE ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 jistabbilixxi Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP u l-KE b’setgħat biex jieħu deċiżjonijiet skond il-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ammont ta’ 370 miljun EUR, magħmul minn 288 miljun EUR mir-riserva tal-pakkett tad-9 EDF għall-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien u 82 miljun EUR mill-Faċilità ta’ Investiment tad-9 EDF, għandu jkun ittrasferit lill-allokazzjoni ta’ l-intra-AKP taħt il-pakkett għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali, u użat għat-twaqqif ta’ Faċilitá għall-Ilma ta’ l-AKP u l-UE. Jekk jingħadd l-ammont ta’ 48 miljun EUR li huwa diġà disponibbli taħt il-kooperazzjoni intra-AKP, l-ammont totali ta’ 418-il miljun EUR se jkun għalhekk disponibbli għall-finanzjament ta' l-Inizjattiva ta' l-Enerġija ta' l-UE, il-kontribuzzjonijiet lill-Faċilità Internazzjonali ta’ Finanzjament ta’ l-Immaniġġar tar-Riskji tal-Komoditajiet, l-adattament għar-regoli l-ġodda sanitarji u fitosanitarji ta’ l-ikel ta‘ l-UE għal konsum min-nies u l-annimali, l-għoti tas-saħħa lill-Unjoni Afrikana u kontribuzzjoni lill-Edukazzjoni għall-Inizjattiva ta’ Promozzjoni Aċċellerata għal Kulħadd.

Artikolu 2

Skond l-Artikolu 13(2) ta’ l-Anness IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ l-AKP u l-KE, il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP jitlob lill-Kummissjoni tiffinanzja mill-kooperazzjoni intra-AKP għajnuna għall-programmi u l-ammonti indikattivi msemmija fl-Artikolu 1.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP u l-UE

Il-President

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Il-Protokoll Finanzjarju mehmuż bħala l-Anness 1 tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-KE, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, fil-paragrafu 2 tiegħu jistabbilixxi d-disa’ EDF ta’ ammont totali ta’ 13.5 il-biljun euro għall-pajjiżi ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku. Kif speċifikat fid-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-Protokoll Finanzjarju - Dikjarazzjoni XVIII taħt l-Att Finali tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-KE - mill-ammont totali ta’ 13.5 il-biljun euro, kienu disponibbli biss 12.5 il-biljun euro meta daħal fis-seħħ il-Protokoll Finanzjarju (fl-1 ta’ April 2003). Skond il-Ftehim Intern, il-biljun euro li jifdal għandu jinħareġ u jitqassam lill-pakketti għal żvilupp fuq medda twila ta’ żmien, kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali u l-Faċilità ta’ Investiment fuq il-bażi ta’ analisi ta’ l-eżekuzzjoni tal-EDF li għandu jistima kemm twettqu impenji u nħarġu flus. Din l-analisi ta’ l-eżekuzzjoni għandha tibda fl-2004, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, skond id-Dikjarazzjoni XVIII mehmuża mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni AKP-KE kif ukoll l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern bejn Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-Finanzjament u l-Amministrazzjoni ta’ l-Għajnuna Komunitarju taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-KE.

Fit-22 ta’ Marzu l-Kunsill qabel dwar il-ħolqien ta’ ‘Faċilità għall-Ilma’ għall-pajjiżi ta’ l-AKP, li jikkunsidra ammont ta’ 500 miljun euro mill-biljun euro kondizzjonali msemmija fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern għal din il-Faċilità għall-Ilma u li għandu joħroġ l-ewwel allokazzjoni ta’ 250 miljun euro. Din id-deċiżjoni ttieħdet fuq il-bażi li l-livell ta’ impenji u nfiq fl-aħħar tas-sena 2003 flimkien mat-tbassir għall-perijodu 2004 sa 2007 ppreżentat mill-Kummissjoni, indikaw li r-riżorsi tad-disa’ EDF għall-pajjiżi ta’ l-AKP jistgħu jintrabtu kollha, u li l-ewwel porzjon tal-biljun kondizzjonali għandu jinħareġ fuq il-bażi ta’ l-eżekuzzjoni sa llum.

Fid-dawl tar-riżultat ta’ l-analiżi intermedja ta’ l-istrateġiji tal-pajjiż u ta’ l-analiżi, mill-Kunsill, ta’ l-eżekuzzjoni ta’ l-EDF, sa Marzu 2005 l-Kunsill irid jiddeċiedi dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni ħlas ta’ 250 miljun euro għall-Faċilità għall-Ilma u dwar l-użu tal- 500 miljun euro li jifdal mill-biljun euro kundizzjonali msemmi fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern għal għanijiet li dwarhom għad irid jintlaħaq ftehim.

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jadotta d-deċiżjoni annessa dwar il-pożizzjoni li għandha tkun adottata mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP u l-KE għal dak li għandu x'jaqsam mat-trasferiment ta’ €185 miljun mir-riserva (riżorsi mhux allokati) tal-pakkett tad-disa’ EDF għall-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien kif ukoll €41 miljun mill-Faċilità ta’ Investiment tad-disa’ EDF, lill-allokazzjoni għall-kooperazzjoni intra-AKP, biex jintużaw għat-tieni allokazzjoni tal-Faċilità għall-Ilma ta’ l-AKP u l-UE. Flimkien maż-żieda msemmija hawn fuq ta’ €24 miljun ta’ l-allokazzjoni intra-AKP, dawn il-flus jammontaw għal total ta’ €250 miljun għat-tieni allokazzjoni tal-Faċilità għall-Ilma.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tadotta l-Komunità fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP u l-KE għal dak li għandu x’jaqsam ma’ deċiżjoni dwar l-użu tal-pakkett ta’ żvilupp fuq medda twila ta’ żmien kif ukoll tar-riżorsi mill-Faċilità ta’ Investiment tad-disa’ Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp għat-tieni allokazzjoni tal-Faċilità għall-Ilma ta’ l-AKP u l-KE

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [35],

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern, ammont ta’ biljun euro ma jistax jinħareġ u jitqassam fil-pakketti għal żvilupp fuq medda twila ta’ żmien, kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali u l-Faċilità ta’ Investiment qabel ma’ l-Kunsill jagħmel analiżi ta’ l-eżekuzzjoni fl-2004, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. Paragrafu 7 tal-Protokoll Finanzjarju kif ukoll id-Dikjarazzjoni XVIII jispeċifikaw li din l-analisi ta’ l-eżekuzzjoni għandha tkun valutazzjoni ta’ kemm twettqu obbligi u nħarġu flus.

(2) Fit-22 ta’ Marzu, il-Kunsill qabel dwar il-ħolqien ta’ Faċilità għall-Ilma għall-pajjiżi ta’ l-AKP, li jikkunsidra ammont ta’ 500 miljun euro mill-biljun euro kundizzjonali msemmija fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern, għal din il-Faċilità għall-Ilma, u li joħroġ l-ewwel allokazzjoni ta’ 250 miljun euro. Din id-deċiżjoni ttieħdet fuq il-bażi li l-livell ta’ impenji u nfiq fl-aħħar ta’ l-2003 flimkien mat-tbassir għall-perijodu 2004 sa 2007 ppreżentat mill-Kummissjoni, indikaw li r-riżorsi tad-disa’ EDF għall-pajjiżi ta’ l-AKP jistgħu jintrabtu kollha.

(3) Din l-ewwel allokazzjoni ta’ 250 miljun euro nħarġet u tqassmet kif ġej skond l-Artikolu 2(1) u 2(2) tal-Ftehim Intern: 185 miljun euro fil-pakkett għal għajnuna għal żvilupp fuq medda twila ta’ żmien; 24 miljun euro fil-pakkett għal kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali u 41 miljun euro lill-Faċilità ta’ Investiment.

(4) Bl-istess deċiżjoni, il-Kunsill qatagħha li, fid-dawl tar-riżultati ta’ l-analisi intermedji ta’ l-istrateġiji tal-pajjiż u ta’ l-analisi ta’ l-eżekuzzjoni tal-Kunsill stess dwar l-EDF sa l-aħħar ta’ l-2004, il-Kunsill għandu jiddeċiedi sa Marzu 2005 dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni allokazzjoni ta’ 250 miljun euro għall-Faċilità għall-Ilma ta’ l-AKP u l-UE.

(5) L-Artikolu 15 tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-AKP u l-KE ffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 jistabbilixxi Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP u l-KE b’setgħa biex jieħu deċiżjonijiet skond il-Ftehim u l-Paragrafu 8 ta’ l-Anness I ta’ dak il-Ftehim jippermetti lill-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP u l-KE jieħdu l-miżuri xierqa f’każ li fondi pprovduti f’xi strument tal-Ftehim ikunu eżawriti.

(6) Il-fondi mill-pakkett tad-disa’ EDF għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali huma eżawriti. Għaldaqstant, il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP u l-KE għandha tittieħed bil-għan li tadotta deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni tal-Komunità għat-twaqqif ta’ Faċilità għall-Ilma ta’ l-AKP u l-UE, mir-riserva tal-pakkett għall-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien u mill-Faċilità ta’ Investiment tad-disa’ EDF.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdien

Il-Komunità għandha tadotta l-pożizzjoni li ġejja fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP u l-KE dwar l-użu tar-riserva tal-pakkett tad-disa’ EDF għal żvilupp fuq medda twila ta’ żmien u tar-riżorsi mill-Faċilità ta’ Investiment għat-tieni allokazzjoni tal-Faċilità għall-Ilma ta’ l-AKP u l-UE, fuq il-bażi ta’ l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP u l-KE hawnhekk mehmuż.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TA’ L-AKP U L-KE

dwar l-użu tar-riserva tal-pakkett ta’ żvilupp fuq medda twila ta’ żmien kif ukoll tar-riżorsi mill-Faċilità ta’ Investiment tad-disa’ Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp għat-tieni allokazzjoni tal-Faċilità għall-Ilma ta’ l-AKP u l-UE

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TA’ L-AKP U L-KE

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-AKP u l-KE ffirmat fit-23 ta’ Ġunju 2000, u b’mod partikulari l-Paragrafu 8 ta’ l-Anness I tiegħu,

Billi:

(1) Fis-Sessjoni Nru 2527 tiegħu fit-22 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-UE qabel dwar il-ħolqien tal-Faċilità għall-Ilma għall-pajjiżi ta’ l-AKP u qabel ukoll li jikkunsidra ammont ta’ 500 miljun euro meħuda mill-biljun euro kundizzjonali taħt id-disa’ EDF ta’ din il-Faċilità għall-Ilma. Sar ftehim ukoll li tinħareġ b’mod immedjat l-ewwel allokazzjoni ta’ 250 miljun euro mill-biljun euro kundizzjonali u biex mhux aktar tard minn Marzu 2005 tittieħed deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni ħlas ta’ 250 miljun euro u dwar l-użu tal-500 miljun euro li jifdal mill-biljun euro kundizzjonali, fid-dawl tar-riżultati ta’ l-analiżi intermedja ta’ l-istrateġiji tal-pajjiż u l-analiżi, mill-Kunsill, ta’ l-eżekuzzjoni ta’ l-EDF sa l-aħħar ta’ l-2004. It-tieni allokazzjoni ta’ 250 miljun euro titqassam kif ġej fil-pakketti msemmija f’paragrafu 3 tal-Protokoll Finanzjarju tad-disa’ EDF: 185 miljun euro fil-pakkett għal għajnuna għal żvilupp fuq medda twila ta’ żmien; 24 miljun euro fil-pakkett għal kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali u 41 miljun euro fil-Faċilità ta’ Investiment.

(2) Biex tkun żgurata l-għajnuna għall-implimentazzjoni ta’ Inizjattiva ta’ l-UE dwar l-Ilma, jixraq li jkunu allokati riżorsi għall-kooperazzjoni intra-AKP fl-ammont ta’ 250 miljun euro li jistgħu jkunu disponibbli mir-riżorsi maħruġa mill-Kunsill tal-Ministri ta’ l-UE. Madankollu, il-pakkett għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali kif imfisser f’Paragrafu 3(b) ta’ l-Anness I tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-AKP u l-KE huwa eżawrit. Ir-riżorsi meħtieġa, għaldaqstant, għandhom ikunu ttrasferiti mir-riżorsi li ma humiex allokati għall-pakkett tad-disa’ EDF għal żvilupp fuq medda twila ta’ żmien u mill-Faċilità ta’ Investiment, kif imsemmi f’Paragrafu 3(b) u (ċ) tal-Protokoll Finanzjarju.

(3) L-Artikolu 15 tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-AKP u l-KE ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 jistabbilixxi Kunsill tal-Ministri tal-AKP u l-KE b’setgħa biex jieħu deċiżjonijiet skond il-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

Ammont ta’ 226 miljun euro, magħmul minn 185 miljun euro mir-riserva tal-pakkett tad-disa’ EDF għal żvilupp fuq medda twila ta’ żmien u 41 miljun euro mill-Faċilità ta’ Investiment tad-disa’ EDF, għandhom ikunu ttrasferiti fl-allokazzjoni intra-AKP taħt il-pakkett għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali, u użati għat-twaqqif ta’ Faċilità għall-Ilma ta’ l-AKP u l-UE. Jekk jingħadd l-ammont ta’ 24 miljun euro li huwa diġà disponibbli taħt il-kooperazzjoni intra-AKP, se jkun għalhekk disponibbli ammont totali ta’ 250 miljun euro għat-tieni ħlas tal-Faċilità għall-Ilma ta’ l-AKP u l-UE.

L-Artikolu 2

Skond l-Artikolu 13(2) ta’ l-Anness IV tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-AKP u l-KE, il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP jitlob lill-Kummissjoni tiffinanzja l-għajnuna għall-Faċilità għall-Ilma ta’ l-AKP u l-UE mill-kooperazzjoni intra-AKP fl-ammonti msemmija fl-Artikolu 1.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP u l-UE

Il-President

[1] Il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, il-Protokoll Finanzjarju, l-Anness 1, 7 u d-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-Protokoll Finanzjarju (Dikjarazzjoni XVIII) mehmuża mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE. Il-Ftehim Intern (ĠU L 317, 15.12.2000) jispeċifika li din l-analiżi tar-riżultati għandha ssir mill-Kunsill fl-2004 fuq bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni.

2 Id-Dokument ta’ Xogħol tas-Servizzi tal-Kummissjoni SEC(2005) 242 jagħti valutazzjoni aktar kwalitattiva ta’ dawn ir-riformi, billi jkompli jfisser in-natura strutturali tat-titjib fir-riżultati, kemm kwatitattivament kif ukoll kwalitattivament

[2] Is-CSP ma kienx ġie ffirmat għal disa’ pajjiżi fil-bidu ta’ l-eżerċizzju: il-Côte d’Ivoire, il-Ginea Ekwatorjali, il-Ginea, il-Ħaiti, il-Liberja, is-Somalja, is-Sudan, it-Togo u Żimbabwe. Ħames pajjiżi żgħar tal-Paċifiku ma kinux eżaminati għaliex kienu msieħba ġodda tal-Ftehim ta’ Cotonou u bdew jibbenefikaw ftit ilu biss mill-fondi ta’ l-EDF: il-Gżejjer Marshall, il-Mikronesja, Nauru, Niue u l-Palau.

[3] L-ekwilibriju finanzjarju jintlaħaq billi jitqiesu l-aġġustamenti li jsiru fil-pakketti għal dawk il-pajjiżi li ma kinux innotifikati jew li kienu nnotifikati tard dwar l-ammont tad-9sa EDF, jiġifieri l-242.6 M€ li jirriżultaw mid-Deċiżjoni Ċ(2003)2471 li tirrigwarda lill-Ħaiti, il-Liberja, u t-Togo, flimkien ma’ tnaqqis nett ta’ 96.8 M€ approvati mill-Kumitat tal-EDF f’Settembru 2004 għal dawk il-pajjiżi li għalihom is-CSP ma kienx għadu ġie ffirmat.

[4] KOM (2004)763, 19sa.11.2004.

[5] Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/289sa, 22.03.2004.

[6] Deċiżjoni 1/2004 tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP-KE tas-6 ta’ Mejju 2004 dwar l-użu tar-riserva tal-pakkett ta’ l-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien kif ukoll ir-riżorsi mill-Faċilità ta’ Investiment tad-9sa EDF għat-twaqqif ta’ l-Faċilità għall-Ilma ta’ l-AKP-UE.

[7] €3 miljun kienu diġà impenjati fil-qafas tal-faċilità ta' kooperazzjoni teknika bejn il-pajjiżi ta' l-AKP għall-iskopijiet ta’ tagħrif, komunikazzjoni u valutazzjoni.

[8] Deċiżjoni 1/2003 tal-Kunsill konġunt tal-Ministri ta’ l-AKP-UE tas-16 ta’ Mejju 2003.

[9] Dokument tal-Kunsill 13890/04 ta’ l-04 ta’ Novembru 2004 dwar ir-Riżultat tal-Proċedimenti tal-Grupp ta’ Xogħol ta’ l-AKP tas-26 ta’ Ottubru 2004.

[10] KOM(2004)711 tat-28 ta’ Ottubru 2004 dwar l-iżvilupp ġejjieni ta’ l-Inizjattiva ta’ l-Enerġija ta' l-UE u l-modalitajiet għat-twaqqif ta' Faċilità għall-Enerġija għall-pajjiżi ta' l-AKP.

[11] KOM(2004)89sa tat-12 ta’ Frar 2004 dwar Sensiliet ta’ Prodotti Agrikoli, Dipendenza u Faqar – proposta għal Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE. Ara wkoll KOM(2004)87 tat-12 ta’ Frar 2004 dwar Proposta għal Assoċjazzjoni UE-Afrika b’appoġġ għall-iżvilupp tas-settur tal-qoton.

[12] KOM(2004)208 tad-29 ta’ Marzu 2004 dwar l-użu tar-riserva tal-pakkett ta’ żvilupp għal medda twila ta’ żmien tad-9sa EDF diġà jantiċipa €45 miljun bħala għajnuna għall-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE-AKP dwar Prodotti Agrikoli

[13] Regolament 882/2004 ta’ l-UE, li jikkomplimenta r-Regolament eżistenti ta’ l-UE tal-Liġi dwar l-Ikel Ġenerali (UE 178/2002).

[14] KOM(2003)316 tat-23 ta’ Ġunju 2003 dwar id-Djalogu KE-Afrika u l-Konklużjonijiet ta’ GAERC tal-21 ta’ Lulju 2003.

[15] COM(2004)763 of 19 November 2004 on the European Development Fund (EDF), Estimate of decisions, payments and contributions to be paid by the member States for 2004 and 2005 and forecast of decisions and payments for the period 2006 to 2009. After the forecasts were finalized, it appeared that the EDF Committee may delay the approval of some large budget support, road and rehabilitation programmes beyond 2004 due to political and economic governance issues. Total commitments in 2004 may therefore be overestimated by up to €250 million. This uncertainty can be explained by the seasonal factor which still survives in a lesser form despite the various reforms initiated in recent years, whereby a large stock of commitments are being prepared in the first half of the year, “waiting” for decision after summer break, with a high volume of commitment decisions taken in the last quarter of the year (the commitment rate at the end of August 2004 was over 45% of the year objective, against on average of less than 25% in the previous years). Small delays in the decision making process may then result in a commitment being carried over to the next year.

[16] AKP related implementation support staff in EuropeAid decreased with one third in 2004; this was more than compensated by a reinforcement of the Delegations in the context of devolution but the exceptionally high staff turnover rate during this transitional period affected the normal implementation of the project cycle.

[17] At the 386th EDF Committee of 25 October 2004, the member States have congratulated the Commission for this inclusive approach; proposals for an amount exceeding € 500 million are expected by February 2005.

[18] The STABEX funds are not a payment in the strict accounting sense. However, it is included in order to be coherent with past presentations. This transfer should in principle be one of the last made on this instrument.

[19] COM(2004)763 of 19 November 2004. In 2004 for the first time effective disbursements closely followed the disbursement forecasts made by the Commission – see COM(2004)647 of 08 October 2004 on a Proposal fixing the financial contribution to the EDF (third instalment for 2004) -, leading to treasury problems for member States that had not budgeted the forecasted amounts.

[20] The negative transfer for the CDE and the CTA reflect the need for transitional measures under the 8th EDF in order to ensure the continuity of their activities prior to the delayed ratification of the Cotonou Agreement.

[21] To this amount should be added 105 M€ of special assistance to the Democratic Republic of Congo, Council Decision of 21 July 2003.

[22] With a peak of €365million in 2003, resulting from the continued effort to reduce the abnormal RAL (i.e. RAL which stayed unchanged on specific projects or programmes for several years).

[23] C(2003)1181 of 02 April 2003 on Financing of deconcentration in the AKP zone 2006/2007.

[24] Under the long term development instrument, there also remained an unallocated reserve of 242,6 M€ constituted from reduced unnotified national indicative programmes for countries under article 96 - Commission Decision C(2003)2471. However, this amount is being mobilised to equilibrate the national midterm review process and therefore is not included in the long term development reserves but under the NIP line.

[25] ĠU L 317, 15.12.2000

[26] ĠU L 317, 15.12.2000

[27] Dokument tal-Kunsill 13890/04 ta’ l-4 ta’ Novembru dwar ir-Riżultati tal-Proċeduri tal-Grupp tax-Xogħol ta’ l-AKP tas-26 ta’ Ottubru 2004.

[28] KOM(2004) 610 tas-27 ta’ Settembru 2004: Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill biex taġġusta r-riżorsi finanzjarji tad-9sa Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp b’referenza għas-sħubija tar-Repubblika Demokratika ta’ Timor-Leste fil-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE.

[29] Dokument tal-Kunsill 13890/04 ta’ l-4 ta’ Novembru 2004 dwar ir-Riżultati tal-Proċeduri tal-Grupp tax-Xogħol ta’ l-AKP tas-26 ta’ Ottubru 2004.

[30] KOM(2004) 89 tat-12 ta’ Frar 2004 dwar Ktajjen ta’ Prodotti Agrikoli, Dipendenza u Faqar – proposta għal Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE.

[31] Dan ir-regolament jikkomplementa r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistipula l-prinċipji u l-ħtiġiet ġenerali tal-liġi dwar l-ikel, jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel u jistipula proċeduri fejn tidħol is-sigurtà ta’ l-ikel.

[32] KOM(2003) 316 tat-23 ta' Ġunju 2003 dwar id-Djalogu bejn l-UE u l-Afrika u l-Konklużjonijiet ta' GAERC tal-21 ta’ Lulju 2003.

[33] ĠU C [ ... ], [ ... ], p. [ ... ].

[34] ĠU C [ ... ], [ ... ], p. [ ... ].