Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Renju Unit biex jiippermetti lill-awtoritajiet ta’ l-Isle of Man japplikaw sistema ta’ liċenzji speċjali għall-importazzjoni għal-laħam tan-nagħaġ, taċ-ċanga u tal-vitella /* KUMM/2005/0712 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 9.1.2006 KUMM(2005) 712 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Renju Unitbiex jiippermetti lill-awtoritajiet ta’ l-Isle of Man japplikaw sistema ta’ liċenzji speċjali għall-importazzjoni għal-laħam tan-nagħaġ, taċ-ċanga u tal-vitella Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-estensjoni l-perjodu ta’ l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 82/530/KEE li tawtorizza r-Renju Unit biex jippermetti l-awtoritajiet ta’ l-Isle of Man biex japplikaw sistema ta’ liċenzji speċjali għall-importazzjoni għal-laħam tan-nagħaġ, iċ-ċanga u l-vitella (preżentata mill-Kummissjoni) RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Renju Unitbiex jiippermetti lill-awtoritajiet ta’ l-Isle of Man japplikaw sistema ta’ liċenzji speċjali għall-importazzjoni għal-laħam tan-nagħaġ, taċ-ċanga u tal-vitella Introduzzjoni Dan ir-rapport huwa mfassal skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/530/KEE[1]. Din id-Deċiżjoni tawtorizza lir-Renju Unitjippermetti lill-Gvern ta’ l-Isle of Man japplika sistema ta’ liċenzji speċjali għall-importazzjoni għal prodotti mis-setturi tal-laħam tan-nagħaġ, taċ-ċanga u tal-vitella. Din is-sistema għandha tiġi applikata b’tali mod li tiżgura trattament ugwali għall-prodotti kollha ikunu mil-liema għejun ikunu ġejjin u għall-importaturi u l-esportaturi kollha tal-laħam, waqt li sa fejn ikun possibbli jinżammu t-tendenzi tradizzjonali tal-kummerċ, u billi jitqiesu r-regoli tal-Komunità dwar is-saħħa ta’ l-annimali. IL-QAFAS LEGALI BAżIKU L-Isle of Man, li tinsab fil-Baħar Irlandiż, mhijiex parti mir-Renju Unit iżda hija dipendenza internament awtogovernanti tal-Kuruna tal-Gran Brittanja. L-Isle of Man mhjiex membru ta’ l-UE iżda għandha relazzjoni speċjali, li hija stabbilita fil-Protokoll 3 għat-Trattat ta' l-Adeżjoni[2]. Skond din ir-relazzjoni speċjali l-Isle of Man taċċetta l-moviment ħieles ta' l-oġġetti iżda ma tagħtix kontribut lill-fondi Komunitarji u lanqas ma tista’ tiġbed minn fondi bħal dawn. Il-Gżira hija finanzjarjament awtonoma u l-miżuri ta’ appoġġ tagħha għall-agrikoltura huma ffinanzjati mill-Gvern ta' l-Isle of Man mit-taxxi lokali. Skond il-Protokoll 3 il-Kunsill adotta Regolament (KEE) Nru 706/73 tat-12 ta’ Marzu 1973 li jikkonċerna l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għaċ-Channel Islands u l-Isle of Man għal kummerċ fi prodotti agrikoli[3]. Skond l-Artikolu 1(2) tal-Protokoll 3 u bir-Regolament (KEE) Nru 706/73 il-Kunsill iddikjara fid-Deċiżjoni 82/530/KEE li l-Gvern ta’ l-Isle of Man għandu jitħalla japplika sistema speċjali ta’ importazzjoni għal-laħam tan-nagħaġ, taċ-ċanga u tal-vitella li joriġinaw minn pajjiżi terzi u mill-Istati Membri tal-Komunità sabiex titħares il-produzzjoni u s-sistema agrikola tal-Gżira. Id-deroga fuq l-importazzjonijiet lejn l-Isle of Man previsti bid-deċiżjoni msemmija hawn fuq ġiet estiża bosta drabi fuq bażi temporanja mid-dħul fis-seħħ tagħha fis-sena 1982. L-aħħar estensjoni hija stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/665/KE[4]. Il-Gvern ta’l-Isle of Man applika biex id-deroga tingħata estensjoni oħra. Is-sitwazzjoni u l-organizzazjoni tas-suq agrikolu Xi 2% tal-popolazzjoni attiva fuq l-Isle of Man taħdam fl-agrikoltura. Madwar 80% ta’ l-erja totali tal-Gżira qed tintuża għall-agrikoltura. Il-ħamrija mhix partikolarment tajba. Il-klima mhijiex ħarxa imma umda, għalkemm hemm varjazzjonijiet sinifikanti, bil-pjanura tat-tramuntana li għandha t-tendenza tkun iktar xotta. L-agrikoltura ġeneralment kienet magħmula minn biedja mħallta fuq bażi wiesgħa, iżda b’rispons għal pressjonijiet kummerċjali, matul is-snin ġiet żviluppata s-speċjalizzazzjoni akbar. Hemm tendenza li l-prassi agrikoli ma jkunux intensivi. Hemm tliet tipi ewlenin ta’ biedja fuq l-Isle of Man: “fatstock” (ċanga u nagħaġ), affarijiet magħmula mill-ħalib u ċereali. Il-Gvern ta’ l-Isle of Man għandu għan iddikjarat li jipprovdi l-bdiewa ta’ l-Isle of Man bl-istess livell ta’ appoġġ għall-farm fornut lill-bdiewa ta' l-UE permezz tal-PAK. Il-miżuri ta’ appoġġ mhumiex neċessarjament l-istess bħal dawk mħaddma fir-Renju Unit, iżda huma maħsuba biex jiżguraw livelli simili ta’ benefiċċju lill-produtturi. Dawn il-miżuri huma ffinanzjati totalment mill-Gvern ta’ l-Isle of Man. Attwalment fl-Isle of Man hemm żviluppata u implimentata firxa ta’ skemi ta’ sussidji mill-Gvern (ara Anness 2). Matul l-aħħar ħames snin, mill-aħħar estensjoni tad-deroga ta’ importazzjoni speċjali, is-sitwazzjoni fis-settur tal- fatstock tal-Gżira ma mbidlitx b'mod sinifikanti. In-numru ta’ nagħaġ u bhejjem kien stabbli u għalhekk irriżultat l-istess tendenza fil-produzzjoni tal-laħam. Ir-rati ta’ awtosuffiċjenza huma għolja: qrib il-200% għaċ-ċanga u l-400% għan-nagħaġ. Waqt l-2003-2004, l-esportazzjonijiet ta’ l-annimali ħajjin irduppjaw fiż-żewġ setturi, madankollu, il-kwantità xorta waħda għadha żgħira. Il-prezz tal-produttur tela’ bi 15% għan-nagħaġ u 10,5% għaċ-ċanga bħala medja matul l-istess perjodu meta mqabbel mat-tliet snin ta’ qabel (ara Anness 1). Il-bdiewa ibigħu il-prodotti tagħhom lil organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-bejgħ u t-tqegħid fis-suq. L-organizzazzjoni stabbilita skond l-iskema fatstock hija l-(FMA) u l-produtturi huma kkuntrattati għal din l-entità li trid tieħu l-istokk kollu li tiġi offruta mill-produtturi kkuntrattati L-FMA hija l-kerrejja ta’ l-impjant tal-laħam tal-Gżira li huwa propjetà tal-Gvern. Huwa previst mill-Att ta’ l-Azjendi Agrikoli tal-Gvern ta’ l-Isle of Man li l-annimali tal-farm għal qatla jistgħu jinbigħu biss fil-biċċerija lokali. Għalhekk, il-biċċerija hija l-uniku fornitur tal-laħam fuq l-Isle of Man. jidher li t-twaqqif ta’ faċilitajiet addizzjonali ta’ l-ipproċessar huwa ristrett u mhux inkoraġġut. Il-Gvern ta’ l-Isle of Man jitlob estensjoni tad-deroga fuq l-importazzjonijiet l-aktar sabiex ikollhom ħin biżżejjed biex itejbu l-effiċjenza tal-biċċerija. L-informazzjoni fattwali tissuggerixxi li l-faċilitajiet ta’ l-ipproċessar fis-settur tal-laħam aħmar saru, bil-“protezzjoni” tad-deroga, relattivament inqas kompetittivi meta mqabbla ma’ l-industrija f’ċirkostanzi aktar protetti. Is-settur tal-bejgħ bl-imnut attwalment fih ħames supermarkets, li erba’ minnhom huma fergħat ta’ ċejns ibbażati fir-Renju Unit u wieħed ibbażat fl-Isle of Man. Dan qed iwassal għal ċertu ammont ta’ kapaċità żejda u kompetizzjoni bejn is-supermarkits. Bħalissa għad hemm jeżistu biss 14-il ħanut żgħir indipendenti tal-laħam, li niżlu mill-20 li kien hemm meta saret l-aħħar applikazzjoni għat-tiġdid tad-deroga. L-implimentazzjoni tad-deroga għall-importazzjoni mill-Gvern ta’ l-Isle of Man hija kif ġej: 1. M’hijiex permessa li ssir l-ebda importazzjoni tal-laħam tan-nagħaġ. 2. Hemm kwota ta’ importazzjoni ġewwa l-Gżira ta’ 20% tal-konsum stmat taċ-ċanga u tal-vitella. Ir-regoli ta’ esportazzjoni stabbiliti mill-amministrazzjoni ta’ l-Isle of Man jirrestrinġu l-esportazzjonijiet ta’ l-annimali ħajjin. Dawn l-ostakli jinkludu t-tneħħija jew t-tnaqqis tas-sussidji diretti lill-bidwi, drittijiet tal-veterinarji għoljin, drittijiet amministrattivi u drittjiiet għat-trasport bil-baħar li ma jintlaħqux finanzjarjament (hemm biss vapur wieħed li qed jaħdem fuq servizz ta’ lanċa min-naħa għall-oħra). Evalwazzjoni ta’ l-arranġamenti attwali Wieħed jifhem ix-xewqa li jiġu ristretti l-importazzjonijiet meta s-setturi jkollhom produzzjoni minn darbtejn (ċanga u vitella) sa erba’ (nagħaġ) darbiet il-bżonnijiet tal-konsum intern. Madankollu, bosta operaturi indikaw nuqqas ta’ forniment meta mqabbel mal-bejgħ bl-imnut u n-nuqqas ta’ għażla għal konsumatur minħabba r-restrizzjonijiet imposti fuq l-importazzjoni minn b’mod partikolari mill-bejjiegħa tal-laħam u n-negozjanti żgħar. Il-fatt li l-prezzijiet tal-konsumatur huma relattivament għoljin, meta, min-naħa l-oħra l-prezzijiet tal-produtturi huma relattivament baxxi, jidher li qed jindika l-ineffiċjenzi fis-settur ta’ l-ipproċessar/ tal-bejgħ bl-imnut probabbilment minħabba nuqqas ta’ kompetizzjoni. Il-livell għoli ta’ awtosuffiċjenza fuq il-Gżira tal-prodotti tas-setturi tal-laħam tan-nagħaġ, taċ-ċanga u tal-vitella jindika li ssoktat l-attività tal-farms fuq il-Gżira. Madankollu, ir-reġim tad-deroga ta’ l-importazzjoni huwa temporanju u għandu għadd ta’ elementi negattivi kif indikat qabel. Il-moviment ta’ merkanzija bejn l-Isle of Man u l-partijiet oħra tas-Suq Uniku għandu jirriżulta f’benefiċċji b’mod partikolari f’termini ta’ opportunitajiet ta’ negozju u sodisfazzjoni tal-konsumatur; li, madankollu, jista’ jitnaqqas sinifikament minħabba l-limitazzjonijiet prattiċi attwali għall-kummerċ. Barra minn hekk, il-politiki attwali ta’ l-UE u internazzjonali qed jimxu lejn agrikoltura mmexxija iktar min-naħa tal-kummerċ mhux biss biex jitħarsu l-bżonnijiet tal-konsumatur iżda biex tħalli lill-bdiewa jagħmlu għażla ħielsa. Is-sistema attwali kapaċi ma toħloqx opportunitajiet oħra għas-suq għall-bdiewa ta’ l-Isle of Man (esportazzjonijiet lejn l-UE) u l-bdiewa lokali jinqabdu fis-sistema. In-nuqqas ta’ kompetizzjoni tista’ tkun ostaklu għall-istrutturar mill-ġdid tas-setturi konċernati. Min-naħa l-oħra, l-iskema preżenti ppermettiet lill-bdiewa ta’ l-Isle of Man li jissoktaw fil-produzzjoni tal-laħam tan-nagħaġ, taċ-ċanga u tal-vitella u li jikkontribwixxu għall-ekonomija tal-Gżira. Konklużjonijiet L-agrikoltura b’mod ġenerali u l-produzzjoni ta’ l-annimali b’mod partikolari huma importanti ħafna għall-vijabbilità u l-manutenzjoni taż-żoni rurali ta’ l-Isle of Man. Sabiex tiġi żgurata s-sostennibilità għaż-żmien fit-tul, l-Isle of Man ser jkollha tadatta għall-iżviluppi li qed isiru fis-settur agrikolu ta’ l-UE. Ix-xejra tas-suq hija fattur importanti ħafna tar-riformi riċenti. Ir-restrizzjonijiet attwali fl-Isle of Man fuq importazzjonijiet tal-laħam tan-nagħaġ u ċ-ċanga,flimkien ma’ tendenzi ta’ monopolju fis-setturi ta’ l-ipproċessar u tat-trasport, jistgħu jwasslu għal ineffiċjenzi li jirriżultaw fi prezzjiet għall-konsumatur li huma relattivament għolja u prezzijiet baxxi għall-produttur. Hemm il-biżà li dan imur kontra l-iżviluppi ta' l-UE u jissogra li ma jkunx sostenibbli fit-terminu twil. Meta jitqiesu bir-reqqa l-elementi differenti ppreżentati fir-rapport jidher li fil-fehma tal-Kummissjoni ir-reġim speċjali m’għandux jiġi estiż b’mod indefinit. Il-partijiet interessati tas-setturi għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex itejbu l-kompetittività fit-terminu medju. Skond dan, il-Kummissjoni tipproponi li testendi r-reġim attwali temporanju u speċjali għall-importazzjoni għall-aħħar darba sal-31 ta’ Diċembru 2010 sabiex tħalli li jkun hemm strutturar mill-ġdid b’mod ordnat ta’ l-industrija tal-laħam tan-nagħaġ u taċ-ċanga. Huwa mistenni li l-estensjoni tad-deroga sejra tgħin għal meta s-settur tal-laħam aħmar ta’ l-Isle of Man jipprova jsir iktar kompetittiv sabiex dan ikun jista’jissoppravivi fil-futur fil-kompetizzjoni tas-Suq Uniku ta’ l-UE mingħajr ma jkun jinħtieġ li tiġi estiża d-deroga. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tixtieq tistieden il-Gvern ta’ l-Isle of Man jieħu l-azzjoni xierqa sabiex jappoġġja s-settur fil-proċess ta’ l-istrutturar mill-ġdid. ANNESS I Il-BILANĊ TAL-LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U TAĊ-ĊANGA – ISLE OF MAN (Stima ta’ April 2005) NAGĦAĠ | Unità | 2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | In-numru ta’ nagħaġ f’Ġunju | '000 wieħed | 176 | 169 | 171 | 169 | 171 | Produzzjoni indiġena grossa | tunnellati | 1 417 | 1 401 | 1 291 | 1 419 | 1 362 | Importazzjonijet "annimali ħajjin" | tunnellati | 9 | 9 | 9 | 13 | 14 | Esportazzjonijet "annimali ħajjin" | tunnellati | 119 | 114 | 103 | 267 | 234 | Qtil | tunnellati | 1 308 | 1 297 | 1 197 | 1 165 | 1 141 | Importazzjonijiet "laħam" | tunnellati | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | Esportazzjonijiet "laħam" | tunnellati | 962 | 982 | 846 | 832 | 798 | Konsum | tunnellati | 347 | 316 | 353 | 334 | 344 | Konsum per capita | kg | 4,6 | 4,2 | 4,6 | 4,4 | 4,5 | Rata ta’ awto-suffiċjenza | % | 409 | 443 | 366 | 425 | 396 | Prezz – kull 100 kg cwe | EUR | 283 | 286 | 281 | 334 | 317 | ĊANGA | Unità | 2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | In-numru ta’ bhejjem f’Ġunju | '000 wieħed | 14 | 14 | 15 | 15 | 16 | Produzzjoni indiġena grossa | tunnellati i | 1 630 | 1 676 | 1 726 | 1 767 | 1 989 | Importazzjonijet "annimali ħajjin" | tunnellati | 59 | 78 | 85 | 114 | 124 | Esportazzjonijet "annimali ħajjin" | tunnellati | 86 | 90 | 90 | 180 | 252 | Qtil | tunnellati | 1 604 | 1 664 | 1 721 | 1 701 | 1 861 | Importazzjonijiet "laħam" | tunnellati | 165 | 204 | 222 | 238 | 196 | Esportazzjonijiet "laħam" | tunnellati | 792 | 830 | 828 | 1 074 | 995 | Konsum | tunnellati | 977 | 1 038 | 1 115 | 865 | 1 062 | Konsum per capita | kg | 12,9 | 13,7 | 14,7 | 11,4 | 14,0 | Rata ta’ awto-suffiċjenza | % | 167 | 161 | 155 | 204 | 187 | Prezz – kull 100 kg cwe | EUR | 221 | 225 | 226 | 241 | 254 | Fonti: DAFF, Fatstock Marketing Association, Annual Census | cwe – l-ekwivalenti tal-piż tal-karkassa Importazzjonijiet ta’ annimali ħajjin inqalbu għal piż ta’ annimali mejta ta’ 45 kg kull wieħed Il-konverżjonijiet ta’ l-Ewro huma kkalkulati permezz ta’ l-użu tar-rata ta’ skambju fissa ta’ 70p/€ | ANNESS II SKEMI TA’ SUSSIDJU FIL-QOSOR – ISLE OF MAN Skema Premium tan-Nagħaġ Din tħallas l-appoġġ għall-annimali eliġibbli maqtula permezz tal-Pjanta tal-Laħam (abattoir). Il-ħlas ivarja skond il-klassifikazzjoni tal-kwalità tal-karkassa biex iħeġġeġ li l-provvista tirrifletti aħjar il-ħtiġijiet tas-suq. L-appoġġ jikkonsisti minn element fiss li jitħallas ma' kull annimal eliġibbli, u premiun varjabbli li jiġi kkalkulat ta' kull ġimgħa bħala persentaġġ tal-prezz medju tas-suq tar-Renju Unit. Skema għan-Nagħaġ li jgħixu fuq l-Għoljiet Tħallas l-appoġġ għal numru speċifiku ta’ nagħaġ (nisà) li jrabbu taħt kundizzjonijiet naturali fuq art ta’ l-għoljiet approvata.. Dan huwa maħsub biex itejjeb l-inċidenza tal-mergħa fil-ġestjoni ta’ l-ambjent prezzjuz fuq livell għoli mimli bl-anki, permezz ta’ kontroll bir-reqqa tad-densità tal-bhejjem tal-mergħa, li għandhom jibqgħu taħt in-nagħaġa waħda għal kull żewġ ettari (0.8 ha). L-Iskema Premium taċ-Ċanga Din l-iskema tipprovdi appoġġ għal baqar li jipproduċu u jrabbu għoġġiela taċ-ċanga adattata għat-trobbija għall-produzzjoni taċ-ċanga. L-għan ta’ l-Iskema huwa li tħeġġeġ il-produzzjoni ta’ l-għoġġiela adattati għat-trobbija għall-produzzjoni taċ-ċanga u teskludi r-razez maħsuba għall-produzzjoni tal-ħalib. Għandu jitħallas suppliment għall-baqar li jinżammu fuq art marġinali. Skema ta' għajnuna għall-produzzjoni taċ-ċanga għal kull bhima Toffri appoġġ għal bhejjem eliġibbli maqtula permezz tal-Pjanta tal-Laħam. Il-ħlas ivarja skond il-klassifikazzjoni tal-kwalità tal-karkassa u l-karattru staġjunali tal-provvista biex jitħeġġeġ li l-provista tirrifletti aħjar il-ħtiġijiet tas-suq. MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill huma mfassal skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/530/KEE u wara t-talba mill-Gvern ta’ l-Isle of Man biex jestendi d-deroga speċjali għall-importazzjonijiet. L-għan tar-rapport huwa li jevalwa l-impatt tad-deroga ta’ l-importazzjoni fuq is-setturi tal-vitella u tan-nagħaġ fuq l-Isle of Man u jipproponi iktar regolamentazzjoni skond dan. Ir-rapport jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-isfond leġiżlattiv ta’ l-organizzazzjoni tas-suq agrikolu u jevalwa s-sitwazzjoni. Fuq naħa waħda, waqt id-deroga ta’ l-importazzjoni, l-attività fis-settur tan-nagħaġ u tal-baqar issoktat u s-settur għadu sal-lum fergħa importanti ta’ l-ekonomija tal-Gżira. Madankollu, min-naħa l-oħra, l-effiċjenza u l-orjentazzjoni tas-setturi għas-suq jista’ jiġi f'dubju hekk kif is-settur tal-laħam jgħaddi minn tendenzi monopolistiċi li jwasslu għal prezzijiet relattivament għolja għall- konsumatur u baxxi għall-produttur. Hemm il-biżà li dan imur kontra l-iżviluppi tal-PAK u li fit-terminu twil jista’ ma jkunx sostenibbli. Għalhekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, ir-reġim speċjali m’għandux jiġi estiż b’mod indefinit. Skond dan, il-Kummissjoni tipproponi li testendi r-reġim attwali temporanju u speċjali għall-importazzjoni għall-aħħar darba sal-31 ta’ Diċembru 2010 sabiex tħalli li jkun hemm strutturar mill-ġdid b’mod ordnat ta’ l-industrija tal-laħam tan-nagħaġ u taċ-ċanga. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-estensjoni l-perjodu ta’ l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 82/530/KEE li tawtorizza r-Renju Unit biex jippermetti l-awtoritajiet ta’ l-Isle of Man biex japplikaw sistema ta’ liċenzji speċjali għall-importazzjoni għal-laħam tan-nagħaġ, iċ-ċanga u l-vitella IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Wara li kkunsidra l-Protokoll 3 għall-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1972, u b’mod partikolari l-Artikolu 1 u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: 1. Ir-regoli tal-Komunità dwar il-kummerċ ma’ l-pajjiżi terzi fi prodotti agrikoli suġġetti għall-organizzazzjoni komuni tas-suq japplikaw għall-Isle of Man skond l-Artikolu 1(2) tal-Protokoll 3 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni u skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 706/73 dwar l-arranġamenti Komunitarji applikabbli għaċ-Channel Islands u l-Isle of Man għall-kummerċ fil-prodotti agrikoli[5]. 2. Il-produzzjoni tal-bhejjem hija attività tradizzjonali fl-Isle of Man u għandha rwol ewlieni fl-agrikoltura tal-Gżira. 3. Fil-kuntest ta’ l-arranġamenti tal-kummerċ ma' ċerti pajjiżi terzi skond l-organizzazzjoni komuni tas-suq applikabbli għall-Isle of Man, suġġett għad-dispożizzjonijiet Komunitarji li ggvernaw il-relazzjoni bejn il-Gżira u l-Komunità, kien jaqbel li l-awtoritajiet tal-Gżira jitħallew japplikaw ċerti miżuri sabiex jipproteġu l-produzzjoni tagħha u l-ħidma tas-sistema agrikola ta’ appoġġ tagħha stess. 4. Għalhekk, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/530/KEE[6] tawtorizza lir-Renju Unit biex iħalli l-Gvern ta’ l-Isle of Man japplika sistema ta’ liċenzji speċjali għall-importazzjonijiet tal-laħam tan-nagħaġ u ċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fil-pajjiżi terzi u fl-Istati Membri tal-Komunità, mingħajr preġudizzju għall-miżuri dwar il-kummerċ mal-pajjiżi terzi previsti bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tal-kummerċ fiċ-ċanga u l-vitella[7] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż[8]. Din l-awtorizzazzjoni ngħatat għal perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2005. 5. Waqt l-applikazzjoni tas-sistema, l-attività fis-settur tan-nagħaġ u l-baqar fl-Isle of Man issoktat. Madankollu, il-Kummissjoni rraportat lill-Kunsill li l-problemi strutturali fis-settur jistgħu ixekklu s-sostennibilità fit-terminu twil tal-produzzjoni tal-bhejjem fuq il-Gżira. Għalhekk, ir-reġim attwali sejjer jittawwal għall-aħħar darba biex jippermetti r-ristrutturar ta’ l-industrija tal-laħam tan-nagħaġ u ċ-ċanga fl-Isle of Man. 6. Sabiex tiġi prevista l-applikazzjoni kontinwa tas-sistema wara l-31 ta’ Diċembru 2005, id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi ffissata għall-1 ta’ Jannar 2006. 7. Id-Deċiżjoni 82/530/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 82/530/KEE b'dan hija sostitwita b’ li ġej: “Din id-Deċiżjoni sejra tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2010.” Artikolu 2 “Din id-Deċiżjoni sejra tapplika sa’ l-1 ta’ Jannar 2006.” Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA | 1. | LINJI TAL-BAĠIT: Art. 05 02 14 Laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż Kapitlu 10 – Dazji Agrikoli | APPROPRIJAZZJONIJIET: pm. (PDB2006) 763.5 miljun EUR | 2. | TITOLU: Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill biex jiġi estiż il-perjodu ta’ l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 82/530/KEE li tawtorizza r-Renju Unit li jippermetti l-awtoritajiet ta’ l-Isle of Man biex japplikaw sistema ta’ liċenzji speċjali għall-importazzjoni għal-laħam tan-nagħaġ, ċ-ċanga u l-vitella | 3. | BAŻI LEGALI: Il-Protokoll 3 għall-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1972, u b’mod partikolari l-Artikolu 1 u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 706/73 tat-12 ta’ Marzu 1973 dwar l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għaċ-Channel Islands u l-Isle of Man għan-negozju fi prodotti agrikoli | 4. | GĦANIJIET: Din id-deċiżjoni tipproponi li testendi (mingħajr bidliet) l-awtorizzazzjoni għar-Renju Unit biex jippermetti s-sistema ta’ liċenzji speċjali għall-importazzjoni għal-laħam tan-nagħaġ, iċ-ċanga u l-vitella importati ġewwa l-Isle of Man mir-Renju Unit jew minn pajjiżi terzi. L-awtorizzazzjoni hija proposta biex tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2010. | 5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA’ 12-IL XAHAR (miljun EUR) | IS-SENA FINANZJARJA KURRENTI 2005 (miljun EUR ) | IS-SENA FINANZJARJA SEGWENTI 2006 (miljun EUR ) | 5.0 | IN-NEFQA – LI TAQA’ TAĦT IL-BAĠIT TAL-KE (ĦLAS LURA/INTERVENTI) – AWTORITAJIET NAZZJONALI – OĦRAJN | – | – | – | 5.1 | DĦUL – RIŻORSI PROPRJI TAL-KE (IMPOSTI/DAZJI DOGANALI) – NAZZJONALI | – | – | – | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 5.0.1 | NEFQA STMATA | – | – | – | – | 5.1.1 | DĦUL STMAT | – | – | – | – | 5.2 | METODU TA’ KALKOLU: | 6.0 | IL-PROĠETT JISTA' JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRIJAZZJONIJIET MDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? | N.A. | 6.1 | IL-BAĠIT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT BI TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? | N.A. | 6.2 | JINĦTIEĠ BAĠIT SUPPLIMENTARI? | IVA LE | 6.3 | JINĦTIEĠ LI L-APPROPRIJAZZJONIJIET JIDDAĦĦLU FIL-BAĠITS LI JMISS? | IVA LE | OSSERVAZZJONIJIET: Il-miżura mhu se jkollha l-ebda influwenza finanzjarja la fuq l-infiq tal-baġit u lanqas fuq id-dħul tal-baġit. | [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/530/KEE tad-19 ta' Lulju 1982 li tawtorizza r-Renju Unit li tippermetti l-awtoritajiet ta’ l-Isle of Man biex japplikaw sistema ta’ liċenzji speċjali għall-importazzjoni għal-laħam tan-nagħaġ u ċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 234, 9.8.1982, p. 7). [2] ĠU L 73 tas- 27.3.1972 , p. 1. [3] ĠU L 68, 15.3.1973, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1174/86 (ĠU L 167, ta' l-24.4.1986, p. 1) [4] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/665/KE tat-23 ta’ Ottubru 2000 testendi l-perjodu ta’ l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 82/530/KEE li tawtorizza r-Renju Unit li tippermetti l-awtoritajiet ta’ l-Isle of Man biex japplikaw sistema ta’ liċenzji speċjali għall-importazzjoni għal-laħam tan-nagħaġ, taċ-ċanga u tal-vitella (ĠU L 278, 31.10.2000, p. 25). [5] ĠU L 68, 15.3.1973, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1174/86 (ĠU L 167, ta' l-24.4.1986, p. 1) [6] ĠU L 234, tad-9.8.1982, p. 7. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2000/665/KE (ĠU L 278, 31.10.2000, p 25). [7] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1). [8] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p 3. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).