Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Is-sitwazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà fl-Unjoni Ewropea mkabbra : il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew 2006-2007 /* KUMM/2005/0604 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 28.11.2005 KUMM(2005) 604 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Is-sitwazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà fl-Unjoni Ewropea mkabbra: il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew 2006-2007 WERREJ 1. Introduzzjoni 3 2. Sitwazzjoni Kurrenti 4 2.1. Ħarsa ġenerali 4 2.2. Il-promozzjoni ta’ l-impjiegi 6 2.3. L-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà fis-soċjetà 7 3. Il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE dwar id-Diżabbiltà (DAP) 8 3.1 Oqsma ta’ prijorità għat-tieni fażi (2006-2007) 9 4. Konklużjoni 12 ANNESSI 1. Introduzzjoni L-ugwaljanza ta’ opportunitajiet hija l-għan ta’ l-istrateġija fit-tul ta’ l-Unjoni Ewropea dwar id-diżabbiltà, bl-għan li tagħti opportunità lil persuni b’diżabbiltà jgawdu d-dritt tagħhom għad-dinjità, it-trattament ugwali, l-għajxien indipendenti u l-parteċipazzjoni fis-soċjetà. L-azzjonijiet li daħlet għalihom l-Unjoni Ewropea isaħħu kemm is-sett ta’ valuri ekonomiċi u kemm dawk soċjali komuni ta’ l-UE billi jagħmluha possibbli għal persuni b’diżabbiltà li jisfruttaw il-kapaċitajiet tagħhom u jipparteċipaw fis-soċjetà u fl-ekonomija. L-istrateġija ta’ l-UE hija mibnija fuq tliet pilastri: (1) il-leġiżlazzjoni u l-miżuri ta’ l-UE kontra d-diskriminazzjoni, li jipprovdu aċċess għal drittijiet ta’ l-individwu; (2) l-eliminazzjoni ta’ barrieri fl-ambjent li jimpedixxu persuni b’diżabbiltà milli jeżerċitaw l-abbiltajiet tagħhom, u (3) l-istudju ta’ kwistjonijiet dwar diżabbiltà fil-firxa wiesgħa tal-politiki Komunitarji li jiffaċilitaw l-inklużjoni attiva ta’ persuni b’diżabbiltà. Il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE għad-Diżabbiltà (DAP) – stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea[1] biex jiżgura tkomplija koerenti tal-politika għas-Sena Ewropea tal-persuni b’Diżabbiltà fl-Ewropa mkabbra – jipprovdi qafas dinamiku għall-iżvilupp ta’ l-istrateġija ta’ l-UE dwar id-diżabbiltà. Fl-ambjent ekonomiku u soċjali ta’ l-UE li qed jinbidel, l-integrazzjoni strutturata tad-diżabbiltà hija indispensabbli. Politiki dwar id-diżabbiltà huma essenzjalment ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri, iżda politiki u azzjonijiet Komunitarji jagħmlu impatt b’ħafna modi fuq is-sitwazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà. Il-Kunsill għaraf dan[2] u rrakkomanda li l-Istati Membri jieħdu kunsiderazzjoni sħiħa tad-DAP meta jkunu qed jiżviluppaw politiki nazzjonali dwar id-diżabbiltà F’dan il-kuntest, il-Komunikazzjoni tidentifika għanijiet u azzjonijiet ta’ prijorità għat-tieni fażi (2006-2007) tad-DAP, li jiffokaw fuq l-inklużjoni attiva ta’ persuni b’diżabbiltà. Minħabba s-sitwazzjoni demografika kurrenti, il-potenzjal ekonomiku ta’ persuni b’diżabbiltà u l-kontribut li jistgħu jagħtu lit-tkabbir ta’ l-ekonomija u l-impjiegi għandu jkun attivat b’mod ulterjuri fuq il-bażi ta’ l-Aġenda Soċjali għall-2005-2010[3]. Barra minn hekk, b’appoġġ ta’ l-istrateġija riveduta ta’ Lisbona, din il-Komunikazzjoni ssejjaħ lill-Istati Membri biex jippromwovu l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabbiltà fil-Programmi ta’ Riforma tagħhom li se jsiru għal tkabbir u xogħol[4]. Din il-Komunikazzjoni hija wkoll l-ewwel rapport ta’ l-UE fuq is-sitwazzjoni ġenerali ta’ persuni b’diżabbiltà li l-Kummissjoni impenjat ruħha li tippubblika kull sentejn fil-Ġurnata Ewropea ta’ Persuni b’Diżabbiltà[5]. Din tkun għodda għal dawk li jfasslu l-politika dwar id-diżabbiltà madwar l-Ewropa, li tikkomplementa u żżid il-valur tal-politika u l-azzjonijiet tagħhom. 2. Sitwazzjoni Kurrenti 2.1. Ħarsa ġenerali L-għarfien tas-sitwazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà madwar l-Ewropa hija diffiċli. Definizzjonijiet u kriterji għad-diżabbiltà jvarjaw skond l-għanijiet tal-politika, il-leġiżlazzjoni u standards amministrattivi[6]. Stħarriġ tal-popolazzjoni jipprovdu data suġġettiva, affettwata minn perċezzjonijiet kulturali differenti fi Stati Membri individwali[7]. Barra minn hekk, id- data tiffoka fuq il-popolazzjoni ta’ persuni fl-età tax-xogħol, u teskludi tfal u nies li jgħixu f’istituzzjonijiet. Madankollu, is-sistema ta’ l-UE ta’ metodoloġija armonizzata għall-ġbir ta’ data [8], użata mill-Istatistika Ewropea dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet ta’ Għajxien (SILC) u il-modulu ad hoc ta’ l-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol Ewropew (LFS) 2002 dwar id-diżabbiltà[9], joffru mod ta’ kejl siewi tal-progress[10]. Xi 44.6 miljun persuna bejn is-16 u l-64 jikkunsidraw lilhom infushom bħala li għandhom problema ta’ saħħa jew diżabbiltà fit-tul (LSHPD)[11], u jirrappreżentaw madwar 16% tal-popolazzjoni ġenerali ta’ l-UE fl-età tax-xogħol. Dawn iċ-ċifri ma jiddistingwux bejn persuni b’diżabbiltà u dawk li għandhom problema ta’ saħħa fit-tul. Barra minn hekk għandhom jiġu ttrattati b’kawtela: dawn huma bbażati fuq stħarriġ u mhux fuq data amministrattiva. Min-naħa tagħhom, persuni b’diżabbiltà, li għandhom min jieħu ħsiebhom u min jipprovdilhom s-servizz, jagħmlu parti ekonomika sinifikanti tal-popolazzjoni u ħafna persuni b’diżabbiltà għandhom l-abbiltà li jaħdmu, għaldaqstant l-aġġustament tas-sitwazzjoni tax-xogħol huwa ta’ importanza kruċjali. Hemm korrelazzjoni qawwija bejn id-diżabbiltà u l-età aktar avvanzata. Fl-2002, kważi 30% tal-persuni fil-grupp ta' bejn il-55 u l-64 sena rrapportaw LSHPD[12]. Dan iżid domandi ġodda fuq l-unitajiet tal-familja u jqajjem mistoqsijiet urġenti dwar l-effiċjenza u l-maniġment ta’ servizzi ta’ kura u appoġġ għal persuni b’diżabbiltà, inklużi persuni b’diżabbiltà ta’ età akbar u persuni li għandhom problema ta’ saħħa fit-tul. Barra minn hekk, l-istħarriġ Share[13] juri li l-iskemi ta’ diżabbiltà jaffettwaw l-irtirar kmieni. Dan jitlob għal azzjonijiet għad-diżabbiltà biex tiġi appoġġjata aktar il-parteċipazzjoni fil-forza tax-xogħol u tippromwovi xjuħija attiva, notevolment biex tipprevjeni irtirar kmieni. Iċ-ċifri jindikaw ukoll differenza bejn ir-rata ta’ l-impjiegi ta’ persuni b’diżabbiltà u dawk mingħajr diżabbiltà: fl-2003, 40% tal-persuni kienu impjegati meta mqabbla ma’ 64.2% għal dawk mingħajr diżabbiltà[14]. Il-proporzjon għal persuni li l-livell relattivament baxx ta’ diżabbiltà jillimitalhom il-ħajja ta’ kuljum kien ta’ 50%[15]. X’ħin tqis kollox, inqas minn nofs il-persuni b’diżabbiltà huma impjegati. Din ir-rata relattivament baxxa ta’ impjieg turi li l-qgħad fost persuni b’diżabbiltà jibqa’ jixraqlu attenzjoni serja. [pic] Tabella 1: Il-proporzjon ta’ min għandu impjieg fost persuni b’diżabbiltà u dawk mingħajr diżabbiltà[16] Ir-rata ta’ inattività ta’ persuni b’diżabbiltà hija darbtejn dik ta’ dawk mingħajr diżabbiltà, li jindika kemm livelli baxxi ta’ riintegrazzjoni wara LSHPD, u kemm livelli komparattivament baxxi ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali. Raġunijiet għal din l-inattività għolja jvarjaw bejn il-pajjiżi. Skrutinji fuq l-għoti ta’ benefiċċji u riskji li jitilfu benefiċċji malli jibdew jaħdmu huma diżinċentivi ewlenin. Raġuni oħra possibbli tista’ tkun ir-riluttanza ta’ min iħaddem li jirrekluta ħaddiema b’diżabbiltà minħabba l-biża li jkollu jagħmel aġġustamenti għaljin fuq il-post tax-xogħol. Madankollu, 43.7% ta’ dawk li rrispondew jemmnu li jistgħu jaħdmu b’għajnuna adegwata. Filwaqt li dawn iċ-ċifri jvarjaw bejn Stati Membri, u anke skond it-tip ta’ xogħol, 15.9% biss tal-persuni b’diżabbiltà li jeħtieġu assistenza biex ikunu jistgħu jaħdmu fil-fatt jirċevuha. Tbassir demografiku għall-Ewropa jissuġġerixxi li l-popolazzjoni ta’ persuni fl-età tax-xogħol bħala proporzjon tal-popolazzjoni totali qed tonqos. Issa huwa aktar importanti minn qatt qabel li jsir użu sħiħ tal-popolazzjoni disponibbli tax-xogħol, inklużi persuni b’diżabbiltà. Fl-aħħarnett, statistika fl-Istati Membri kollha turi korrelazzjoni bejn il-prevalenza ta’ LSHPD, u l-livell ta’ edukazzjoni[17] [pic] Tabella 2: Id-distribuzzjoni ta’ diżabbiltà skond il-livell ta’ edukazzjoni[18] Sors: Stħarriġ tal-Forza tax-Xogħol (Modulu ad hoc LFS 2002 dwar id-diżabbiltà) 2.2. Il-promozzjoni ta’ l-impjiegi L-ewwel fażi tad-DAP iffokat fuq l-aċċess ta’ persuni b’diżabbiltà għas-suq tax-xogħol u fuq miżuri relatati ma’ opportunitajiet ta’ xogħol bħalma huma t-tagħlim tul il-ħajja kollha, t-teknoloġija ta’ l-informazzjoni u l-aċċess għall-ambjent mibni. Bħala riżultat, sar xi progress permezz ta’ azzjonijiet fil-livell Ewropew. Il-leġiżlazzjoni ta’ l-UE kontra d-diskriminazzjoni tipprovdi qafas legali għal trattament ugwali fl-impjiegi u l-okkupazzjoni[19]. Id-Direttiva ta’ l-Ugwaljanza fl-Impjiegi tipprojbixxi diskriminazzjoni diretta u indiretta kif ukoll fastidju u istruzzjonijiet biex issir diskriminazzjoni fuq għadd ta’ raġunijiet inkluża d-diżabbiltà[20]. Barra minn hekk, jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi biex jippromwovu trattament ugwali għal persuni b’diżabbiltà. Min iħaddem fis-settur privat u dak pubbliku u oħrajn li għalihom tapplika d-Direttiva, bħalma huma dawk li jipprovdu taħriġ, iridu jipprovdu akkomodazzjoni raġonevoli għal persuni b’diżabbiltà. Huma għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jagħmluha possibbli għal persuni b’diżabbiltà li jkollhom aċċess għal, jipparteċipaw fi jew javvanzaw fl-impjieg, jew jieħdu taħriġ. Implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva hija għalhekk il-qofol għall-promozzjoni ta’ impjiegi għal persuni b’diżabbiltà. Din id-Direttiva tintroduċi kunċetti legali ġodda, għalhekk l-implimentazzjoni tagħha hija ta’ sfida[21]. L-Istrateġija Ewropea ta’ l-Impjiegi[22] kważi kollha tikkonċerna s-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ persuni b’diżabbiltà. Fl-2004, is-servizzi tal-Kummissjoni ppreżentaw dokument ta’ ħidma[23] lill-Kumitat ta’ l-Impjiegi li janalizza l-integrazzjoni tad-diżabbiltà fl-EES. Ir-Regolament tal-Kummissjoni dwar impjiegi permezz ta’ Għajnuna Statali[24] jagħmluha possibbli għal Stati Membri li joħolqu inċentivi għal min iħaddem u sheltered workshops biex jirreklutaw u jżommu magħhom ħaddiema b’diżabbiltà. Permezz tad-djalogu soċjali ta’ l-UE, il-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-imsieħba soċjali, b’mod partikulari f’livell transindustrijali, biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjonijiet tagħhom dwar l-impjieg ta’ persuni b’diżabbiltà.[25] Ir-rapport ta’ l-2004 dwar l-azzjonijiet ta’ l-imsieħba soċjali jsemmi bosta inizjattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ persuni b’diżabbiltà[26]. Fl-edukazzjoni u t-taħriġ, il-mandat sħiħ tal-grupp tax-xogħol dwar ċittadinanza attiva, opportunitajiet ugwali u koeżjoni soċjali għandu l-għan li jipproduċi rakkomandazzjonijiet ta’ politika u materjal konkret maħsuba apposta għal gruppi żvantaġġati. Ir-rakkomandazzjonijiet se jiddaħħlu f’Komunikazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ effiċjenza u ekwità fl-edukazzjoni u t-taħriġ fl-2006. Minn naħa operattiva, il-Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità biex Tikkumbatti d-Diskriminazzjoni jappoġġa l-bini ta’ ħiliet u jqajjem għarfien dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà, per eżempju fiċ-ċiklu l-ġdid ta’ konferenzi ta’ politika tal-Kummissjoni għall-Ġurnata Ewropea tal-Persuni b’Diżabbiltà. Il-Fond Soċjali Ewropew (ESF) u inizjattivi oħra Komunitarji jappoġġjaw kontinwament l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà fis-suq tax-xogħol. 2.3. L-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà fis-soċjetà L-EYPD ipprovdiet impetu għal progress f’livelli ta' għajxien imtejjba, għarfien pubbliku tad-drittijiet fundamentali u l-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabbiltà. Il-Kummissjoni kkontribwiet għal aċċessibiltà mtejjba b’firxa wiesgħa ta’ inizjattivi, inklużi proġetti pilota u studji. Ħafna proġetti kofinanzjati mill-Kummissjoni jiffukaw fuq l-iskambju ta’ għarfien bejn il-professjonisti fis-sengħa tal-bini u l-iżvilupp ta’ għodda ta’ taħriġ (L-Aġenzija Ewropea għall-Edukazzjoni tal-Bżonnijiet Speċjali). Il-Komunikazzjoni dwar l- eAccessibility ta’ Settembru 2005[27] tippromwovi strateġija konsistenti għal inizjattivi ta’ eAccessibility fl-Istati Membri fuq bażi volontarja u trawwem awtoregolamentazzjoni fl-industrija. Fi żmien sentejn, tkun riveduta s-sitwazzjoni dwar l- eAccessibility . Il-Kummissjoni mbagħad tkun tista’ tikkunsidra miżuri addizzjonali, inkluż leġiżlazzjoni ġdida jekk taħseb li jkun hemm bżonn. Għaddejja inizjattiva biex tarmonizza r-rekwiżiti ta’ aċċessibiltà fl-livell ta’ l-UE għal ksib pubbliku fid-dominju ta’ l-ICT permezz ta’ standard ta’ l-UE. Il- progress inkiseb fil-linji ta’ gwida ta’ l-implimentazzjoni u l-ittestjar ta’ l-aċċessibiltà tal-Web kif ukoll fil-Kurrikulu Ewropew Disinn għal Kulħadd. Barra minn hekk, fil-prijorità IST fis-6 Programm Kwadru ta’ Riċerka[28], bosta proġetti fuq eAccessibility huma ffinanzjati minn baġit ta’ 30 miljun euro. Sejħa ġdida għal proposti nfetħet fl-2005 b’baġit ta’ 29 miljun euro. Riċerka f’alternattivi li jirrendu finanzjarjament biex jgħinu persuni b’diżabbiltà jgħixu b’mod indipendenti fil-komunità jew fil-familja minflok ikunu magħluqa f’istituzzjonijiet ġiet mogħtija impetu ġdid[29]. Id-deistituzzjonalizzazzjoni taħdem l-aħjar meta jkollha l-appoġġ ta’ servizz adegwat ta’ kura tas-saħħa, u servizzi ta’ kura fit-tul u ta’ appoġġ fil-komunità, biex tlaħħaq mad-domanda dejjem tikber. Is-Sena Ewropea ta’ l-Edukazzjoni permezz ta’ Sport 2004 esplorat inklużjoni soċjali attiva. L-Anness 1 jagħti ħarsa ġenerali ta’ l-azzjonijiet ta’ l-UE. L-Anness 3 jippreżenta s-sitwazzjoni fl-Istati Membri. 3. Il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE dwar id-Diżabbiltà (DAP) Tliet għanijiet operattivi huma ċentrali għad-DAP: (1) Implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi; (2) integrazzjoni b’suċċess ta’ kwistjonijiet ta’ diżabbiltà fil-politika relevanti tal-Komunità; u (3) it-titjib fl-aċċessibbiltà għal kulħadd. Id-DAP tkopri l-perijodu 2004-2010 f’fażijiet suċċessivi, kull waħda minnhom tiffoka fuq numru ta’ prioritajiet marbutin ma’ xulxin. Fażi 1 tieħu mill-2004 sa l-2005, fażi 2 mill-2006 sa l-2007. Analiżi preliminarja ta’ l-ewwel fażi turi li l-integrazzjoni ta’ aspetti ta’ diżabbiltà irnexxiet f’xi oqsma, l-aktar fl-impjiegi, fl-ICT u fl-edukazzjoni ( eLearning ). Impatt akbar u integrazzjoni b’aktar suċċess fis-suq tax-xogħol ta’ persuni b’diżabbiltà jintlaħqu billi jingħaqdu l-kunċett ta’ integrazzjoni ma’ azzjonijiet li huma speċifiċi għad-diżabbiltà. Il-Grupp tal-Kummissarji dwar id-Drittijiet Fundamentali, in-Non-Diskriminazzjoni u l-Opportunitajiet Ugwali, b’appoġġ mill-Grupp ta’ Inter-servizz tal-Kummissjoni dwar id-Diżabbiltà, sa jagħti impetu politiku lid-DAP. Il-kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri se tissaħħaħ permezz ta’ djalogu tematiku mall-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-UE dwar id-Diżabbiltà (HLGD), il-Kumitat Ewropew ta’ l-Impjiegi, u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali. Fl-ambitu tal-qafas ta’ l-istrateġija dwar non-diskriminazzjoni u opportunitajiet ugwali għal kulħadd[30] il-Kummissjoni se tappoġġa u tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar Impjiegi Ugwali[31]. 3.1 Oqsma ta’ prijorità għat-tieni fażi (2006-2007) Il-Fażi li jmiss, it-tieni tad-DAP se tiffoka fuq l-inklużjoni attiva ta’ persuni b’diżabbiltà, tibni fuq il-kunċett taċ-ċittadini dwar id-diżabbiltà kif rifless fil-Karta ta’ l-UE dwar id-Drittijiet Fundamentali[32] u fuq il-valuri li se joħorġu mil-Konvenzjoni tan-NU li sa ssir dalwaqt fuq il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-Drittijiet u d-Dinjità tal-Persuni b’Diżabbiltà Huwa impliċitu fil-kunċett taċ-ċittadini li persuni b’diżabbiltà għandhom l-istess għażliet u kontroll individwali fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum bħal nies mingħajr diżabbiltà. Dan jenfasizza l-bżonn għal ambjent li jagħti ċans lill-persuni b’diżabbiltà jkunu aktar indipendenti. Persuni b’diżabbiltà u l-bżonnijiet individwali tagħhom għalhekk għandhom ikunu ċentrali fl-għoti ta’ servizzi ta’ kura u appoġġ. Taħt l-erba’ prioritajiet, azzjonijiet kif deskritti fl-Anness 2 se jippromwovu l-għajxien indipendenti ta’ persuni b’diżabbiltà : - Inħeġġu l-attività Tema ewlenija ta’ l-istrateġija riveduta ta’ Lisbona dwar l-impjiegi hija li “tattira u żżomm aktar persuni fl-impjieg, iżżid il-provvista ta’ xogħol u timmodernizza sistemi ta’ protezzjoni soċjali". Iż-żieda fir-rati ta’ impjiegi u attività ta’ persuni b’diżabbiltà għandha, għalhekk, tibqa’ prijorità. Id-dokument ta’ xogħol tas-servizzi tal-Kummissjoni dwar integrazzjoni tad-diżabbiltà fl-EES jipprovdi gwida utli għall-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà fis-suq tax-xogħol miftuħ. Il-linji ta’ gwida integrati ġodda jagħtu firxa ta' applikazzjoni biex isiru objettivi nazzjonali, iżda l-proċess għandu jkun iffokat u sostnut b’ data ta’ l-istatistika. Dan id-dokument jidentifika, fost problemi oħra, in-numru baxx ta’ persuni li jirritornaw għax-xogħol wara li jkunu esperjenzaw LSHPD, li jostakola għajxien indipendenti. Strateġiji għall-adattament u riintegrazzjoni fil-ħajja tax-xogħol ta’ persuni li saru diżabbli matul il-ħajja tax-xogħol tagħhom se jkunu inkoraġġiti. Se jiġu promossi servizzi ta’ riabilitazzjoni, assistenza personali individwalizzata u xogħol li jrendi. L-ESF appoġġat u se tkompli tappoġġa l-inklużjoni attiva ta’ persuni b’diżabbiltà fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol. Fil-laqgħa ta’ programmazzjoni li jmiss (2007 sa l-2013), qasam ta’ prijorità għall-azzjoni proposta mill-Kummissjoni hi “toroq għal integrazzjoni u dħul mill-ġdid fl-impjieg” għal persuni żvantaġġati, per eżempju. persuni b’diżabbiltà u nies li jieħdu ħsieb persuni dipendenti. - Nippromwovu aċċess għal servizzi ta’ appoġġ u kura ta’ kwalità Il-promozzjoni ta’ servizzi u appoġġ ta’ kwalità, finanzjarjament raġonevoli u aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà permezz ta’ protezzjoni soċjali konsolidata u dispożizzjonijiet ta’ inklużjoni se jkunu fil-qalba ta’ l-azzjonijiet ta’ integrazzjoni ta’ l-UE. Bil-ħafna bidliet fis-soċjetà li jagħmlu impatt fuq l-istrutturi tal-familji u jpoġġu talbiet ġodda fuq unitajiet tal-familji jitqanqlu bosta mistoqsijiet dwar l-aħjar politika u azzjonijiet biex jipprovdu servizzi ta’ kura u assistenza fit-tul, inklużi lil persuni b’diżabbiltà li huma kbar fl-età. Fil- White Paper dwar Servizzi ta’ Interess Ġenerali[33], Il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tadotta Komunikazzjoni fl-2005 dwar servizzi ta’ saħħa u soċjali ta’ interess ġenerali; li tidentifika l-karatteristiċi speċifiċi ta’ servizzi ta’ saħħa u soċjali ta’ interess ġenerali u li tikkjarifika l-qafas li fih joperaw. Aspetti ta’ kwalità ta’ servizzi soċjali relatati mad-diżabbiltà se jkunu esplorati wkoll, inkluż il-bżonn li tippromwovi l-ħidma koordinata ta’ servizzi. Il-Kummissjoni se tippreżenta wkoll proposta biex issawwar il-Metodi Miftuħa ta’ Koordinazzjoni (OMC) differenti fil-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali, u se tiżviluppa kooperazzjoni fil-politika tas-saħħa u l-kura fit-tul flimkien ma’ xogħol eżistenti dwar l-inklużjoni soċjali u l-pensjonijiet. Din se tagħmilha possibbli li jkunu koperti aspetti relevanti ta’ politika ta’ protezzjoni soċjali bħall-aċċess għal sistemi ta’ kura u ta’ appoġġ integrati. Il-każ għal deistituzzjonalizzazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà li tqiegħdu f’istituzzjonijiet residenzjali kbar se jkollu appoġġ ulterjuri. Il-promozzjoni ta’ livell ta’ servizz li jsib bilanċ xieraq bejn sigurtà, libertà u indipendenza se jkun inkoraġġit. - Inrawmu l-aċċessibiltà għal prodotti u servizzi Ix-xogħol fuq servizzi, trasport u aċċessibiltà aktar ta’ l-ICT, inkluż aċċess għall-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ sistemi ta’ għajnuna, se jżidu ma’ l-azzjonijiet kurrenti dwar l-aċċessibiltà tal-bini pubbliku. Sistemi ta’ trasport aċċessibbli huma element importanti fil-kunċett ta’ għajxien indipendenti: trasport pubbliku aċċessibbli u ambjent pubbliku aċċessibbli jikkumplementaw u jsaħħu reċiprokament żviluppi f’kull qasam. Huma se jiġu promossi fi u bejn żoni urbani. Fis-servizzi ta’ trasport, id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa ma jistgħux ikunu limitati għal aċċessibiltà ta’ mezzi ta’ trasport billi dawn iħaddnu wkoll non-diskriminazzjoni u assistenza bla xkiel. Il-Kummissjoni Ewropea qed tieħu passi konkreti biex trawwem dawn id-drittijiet billi tadotta dokumenti tal-politika u proposti leġislattivi. Fil White Paper tagħha "Politika ta’ trasport Ewropea għall-2010: il-waqt li niddeċiedu"[34] il-Kummissjoni tipprevedi t-twaqqif ta’ drittijiet tal-passiġġieri fil-mezzi kollha ta’ trasport. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Frar 2005[35] tidentifika firxa wiesgħa ta’ oqsma għall-azzjoni, fosthom l-ewwel prijorità qed tingħata lil non-diskriminazzjoni u assistenza lil persuni b’mobbiltà mnaqqsa fil-mezzi kollha ta’ trasport. Il-proposta ta’ l-2004 tal-Kummissjoni għal Regolament dwar id-drittijiet u obbligi[36] tal-passiġġieri tal-ferroviji internazzjonali tipprovdi kemm għal non-diskriminazzjoni ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa u kemm għal għajnuna qabel u waqt il-vjaġġ. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar id-drittijiet ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa li jivvjaġġaw bl-ajru[37] tiggarantixxi assistenza obbligatorja lil dawn il-passiġġieri fl-ajruporti u fuq l-ajruplan, flimkien ma’ standards ta’ kwalità għal assistenza mill-ajruporti. Il-Kummissjoni bħalissa qed tanalizza kif testendi dawn id-drittijiet tal-passiġġieri għat-traffiku marittimu u servizzi internazzjonali tal-kowċis. Għal dan il-għan fl-Lulju ta’ l-2005 il-Kummissjoni nidiet konsultazzjoni pubblika dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport internazzjonali tal-karozzi tal-linja u tal-kowċis u għandha l-intenzjoni li tniedi konsultazzjoni fuq id-drittijiet ta’ passiġġieri marittimi. L-effikaċja tal-miżuri adottati favur persuni b’mobbiltà mnaqqsa tkun żgurata l-aħjar mill-korpi kompetenti nazzjonali ta’ l-infurzar. Il-potenzjal ta’ teknoloġiji ġodda biex tinħoloq Ewropa inklussiva huwa sinifikanti. L-integrazzjoni ta’ teknoloġija ta’ l-ICT aċċessibbli, b’mod interoperabbli ma’ teknoloġiji ta’ assistenza appoġġati minn standards Ewropej, it-talbiet tal-konsumatur u aspetti oħra ta’ żvilupp jiftħu swieq ġodda. Permezz ta’ l-inkoraġġiment minn ksib pubbliku ta’ l-iżvilupp ta’ prodotti ddisinjati għas-segment l-aktar wiesgħa possibbli tal-konsumatur, swieq ġodda jistgħu jinfetħu u jkunu penetrati. Dan diġà jiġri fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u qed jibda fil-Ġappun. Il-promozzjoni ta’ soċjetà b’għarfien inklussiv hija għalhekk għan ewlieni ta’ l-inizjattiva i2010. Hija tħabbar “miżuri ta’ stimulazzjoni biex tagħmel is-sistemi ta’ l-ICT eħfef għall-użu ta’ firxa usa’ ta’ nies” u l-“Kwistjoni ta’ gwidi tal-politika dwar eAccessibility ”. Din tindirizza teknoloġiji għal għajxien indipendenti u tirreferi għall-Komunikazzjoni eAccessibility li trawwem tlett strateġiji li għadhom mhux użati ħafna fl-Ewropa: (ksib pubbliku, ċertifikazzjoni, u użu aħjar ta’ leġiżlazzjonijiet eżistenti waqt li jsaħħu u jkomplu l-attivitajiet diġà mibdija. - Iż-żieda fil-kapaċità analitika ta’ l-UE Data li tista’ toqgħod fuqha u komparabbli hija essenzjali għal fehim tas-sitwazzjoni li qed tevolvi ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ kif żviluppi f’dan il-qasam ikollhom effett fuq oqsma oħra tal-politika. Studji li janalizzaw id- data miksuba mill-istħarriġ tal-Eurostat preċedenti u mill-modulu ad hoc ta’ l-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol dwar “l-Impjieg ta’ persuni b’diżabbiltà” kif ukoll data mir-reġistri amministrattivi ta’ Stati Membri se jkunu mnedija. Permezz tas-Sistema ta’ Statistika Ewropea (ESS) u fl-ambitu tal-Programm ta’ l-Istatistika Komunitarja 2002-2007, statistika konsistenti dwar l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà fis-soċjetà se tiġi żviluppata. L-Eurostat qed taħdem fuq “modulu dwar l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni b’diżabbiltà" speċifiku fil-qafas ta’ l-Istħarriġ ta’ l-Intervista Ewropea dwar is-Saħħa. Is-Sitt Programm ta’ Qafas għar-Riċerka, żviluppi teknoloġiċi u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2002-2006, FP6), u s-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka (2007-2013) li se jsir dalwaqt se jkomplu jiffinanzjaw riċerka fil-qasam tad-diżabbiltà. Matul l-FP6, suġġetti ta’ riċerka tal-politika ta’ appoġġ għad-diżabbiltà kienu definiti flimkien mal-prioritajiet stabbiliti fil-livell ta’ politika. F’konformità mal-qafas ta’ l-istrateġija l-ġdida ta’ l-UE dwar nondiskriminazzjoni u opportunitajiet ugwali għal kulħadd, se jkunu indirizzati diskriminazzjonijiet multipli li jikkonċernaw persuni b’diżabbiltà. 4. Konklużjoni Din il-Komunikazzjoni turi l-kunsens wiesa’ fl-UE dwar il-bżonn li jiġu ffaċċati kwistjonijiet dwar diżabbiltà. L-enfasi hija mqiegħda fuq id-dinjità, id-drittijiet fundamentali, il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni, is-sens ta’ ġustizzja u l-koeżjoni soċjali. Azzjonijiet għad-diżabbiltà huma prinċipalment ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri u huma ttrattati l-aħjar fl-livell nazzjonali. Aktar integrazzjoni tad-diżabbiltà taħt il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE, b’appoġġ operattiv mill-Fond Soċjali Ewropew, jikkontribwixxi għal opportunitajiet ugwali fl-Ewropa mkabbra. Djalogu pożittiv bejn il-Kummissjoni u Stati Membri kif ukoll ma persuni b’diżabbiltà u l-partijiet interessati ewlenin jippermetti progress b’mod li jistabbilixxi ambjent li jippermetti appoġġ għal inklużjoni attiva fis-soċjetà u l-ekonomija. Bħala riżultat, issa huwa rrikonoxxut sew li l-integrazzjoni huwa punt ewlieni għall-avvanz ta’ kwistjonijiet dwar diżabbiltà. F’dan ir-rigward, l-istrateġija riveduta ta’ Lisbona tinvolvi enfasi akbar fuq l-integrazzjoni tad-diżabbiltà fil-livell ta’ Stati Membri. L-azzjonijiet il-ġodda maħsuba għat-tieni fażi tad-DAP se jinkoraġġixxu attività u promozzjoni ta’ aċċess għas-servizzi soċjali waq li jrawwmu prodotti u servizzi aċċessibbli. Barra minn hekk, se tinġabar data ta’ l-istatistika li tista’ toqgħod fuqha u komparabbli dwar id-diżabbiltà u informazzjoni dwar diskriminazzjonijiet multipli. Il-Kummissjoni se tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet proposti permezz ta’ djalogu kontinwu mal-partijiet interessati kollha kkonċernati. Evalwazzjoni f’nofs il-perjodu tal-Pjan ta’ Azzjoni se ssir fl-2008 kif ippjanat. [1] COM(2003) 650 finali, tat-30/10/2003 [2] Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ l-1/12/2003 Dokument tal-Kunsill tal-15 206/03 [3] COM(2005)33 finali, tad-9/02/2005 [4] COM(2005)24 [5] Ara 1 [6] Studju tal-Kummissjoni "Definizzjonijiet ta’ diżabbiltà fl-Ewropa: analiżi komparattiva", L-Università ta’ Brunel, Settembru 2002 [7] Persuni huma mistoqsija jirrapportaw jekk jikkunsidrawx li għandhom Problema ta’ Saħħa fit-Tul jew Diżabbiltà [8] Ir-Regolament tal-Kummissjoni 1566/2001 tat-12/07/2001 [9] Statistika Eurostat iffukata, it-tema 3-26/2003. [10] Il-mistoqsija bażika magħmula kienet jekk il-persuna kellhiex Problema ta’ Saħħa fit-Tul jew Diżabbiltà (LSHPD) ta’ aktar minn 6 xhur (jew antiċipata li ddum 6 xhur). Il-kunċett ta’ LHSPD jkopri kwalunkwe tip ta’ severità fir-rigward tal-funzjonament ta’ persuna, minbarra l-prinċipju li għandu mill-inqas xi effett fuq l-attivitajiet ta’ kuljum ta’ dawk li rrispondew [11] Il-modulu ad hoc fuq id-diżabbiltà ta’ l-Istħarriġ tal-Forza Tax-Xogħol Ewropew (LFS) 2002 [12] LFS 2002 modulu ad hoc fuq id-diżabbiltà [13] Proġett Share: http://www.share-project.org. [14] Rapport Kok 2003 "impjiegi, impjiegi, impjiegi," [15] Ara n-nota 9 [16] Il-graffs għal persuni “b’diżabbiltà” u “mingħajr diżabbiltà” huma simili jekk f’pajjiż il-proporzjon qed jogħla għal dawk mingħajr diżabbiltà, b’mod ġenerali jogħla wkoll għal dawk b’diżabbiltà. [17] Diżabbiltà mat-twelid jew matul it-tfulija/żgħożija għandha mnejn tillimita l-possibbiltajiet għall-istudju. Huwa wkoll possibbli li persuni b’livell baxx ta’ edukazzjoni għandhom impjiegi mhux kwalifikati f’ambjent perikoluż. Għadu mhux possibbli tgħid jekk wieħed minn dawn l-effetti huwiex iktar importanti mill-ieħor jew jekk jakkumulawx [18] Aktar ma jkun baxx il-livell ta’ edukazzjoni, aktar tkun għolja l-prevelanza ta’ persuni li jkollhom problemi ta’ saħħa fit-tul jew diżabbiltà. ISCED0_2 tinkludi l-persuni kollha li għandhom sa edukazzjoni sekondarja aktar baxxa, ISCED3_4 tirrapreżenta persuni b’edukazzjoni sekondarja (ogħla) u ISCED5_6 tinkludi persuni b’edukazzjoni post-sekondarja mhux terzjarja jew edukazzjoni terzjarja. [19] Id-Direttiva 2000/78 tas-27 ta’ Novembru 2000 [20] pp 5-11 fir-rapport Annwali 2005 dwar l-Ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni [21] pp 5-11 fir-rapport Annwali 2005 dwar l-Ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni [22] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Linji ta’ Gwida għall-politika ta’ l-impjiegi ta’ l-Istati Membri tat-12/07/2005 [23] L-integrazzjoni tad-Diżabbiltà fl-istrateġija Ewropea ta’ l-impjiegihttp://europa.eu.int/comm/dgs/employment_social/index_en.htm [24] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 [25] Dikjarazzjoni ta’ l-imsieħba soċjali (ETUC, UNICE/UEAPME, CEEP) fuq l-impjieg ta’ persuni b’diżabbiltà fil-programm tax-xogħol multi-annwali 2003-2005 http:/europa.eu.int/comm./employment -social/socdial/social/news/declaration – en.htm u UNI- Europa Commerce u EUROCommerce, id-Dikjarazzjoni fuq il-promozzjoni ta’ l-impjiegi u l-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà fis-settur Ewropew tal-kummerċ u d-distribuzzjoni, Mejju 2004http://europa.eu.int/comm/employment_social/dsw [26] CEEP, UNICE/UEAPME u ETUC 2004 "rapport dwar azzjonijiet ta’ msieħba soċjali fi Stati Membri biex jimplimentaw linji ta’ gwida dwar l-impjiegi" [27] COM(2005) 425 finali tat-13.9.2005 [28] 6 Programm ta’ Qafas għar-Riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2002-2006), priorità IST:Teknoloġiji tas-Soċjetà Informatika, 14-il proġett kienu magħżula u qed jitħaddmu [29] Sejħa għal offerta VT/2005/0344 [30] COM(2005) Ġunju 2005 [31] Id-Direttiva 2000/78/KE tas-27/11/2000(ĠU L 303 tat-2/12/2000, p.16) [32] L-Artikolu 26: "L-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt ta’ persuni b’diżabbiltà li jibbenefikaw minn miżuri maħsuba biex jiġu żgurati l-indipendenza tagħhom, l-integrazzjoni soċjali u okkupazzjonali u l-parteċipazzjoni fil-ħajja komunitarja" [33] COM (2004) 374 tat-12 ta’ Mejju 2004 [34] COM 2001) 370 finali [35] COM (2005) 46 finali [36] COM (2005) 47 finali [37] COM (2005) 47 finali