52005DC0449

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu tad-Deċiżjonijiet ta’ Kwittanza ta’ l-2003 (Sommarju) - Riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew {SEC(2005)1161} /* KUMM/2005/0449 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 19.9.2005

KUMM(2005) 449 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

Dwar is-segwitu tad-Deċiżjonijiet ta’ Kwittanza ta’ l-2003 (Sommarju) – Riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew{SEC(2005) 1161}

WERREJ

PREAMBOLU 3

I – IT-TWEĠIBIET TAL-KUMMISSJONI GĦAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET MAGĦMULA MILL-PE FIR-RIŻOLUZZJONI TAL-KWITTANZA TAL-BAĠIT ĠENERALI 4

a) KWISTJONIJIET ORIZZONTALI 4

B) kwistjonijiet settorjali: 5

II - Kwittanza tal-pe dwar l-EDF 8

III - Kwittanza tal-pe dwar l-Aġenziji 9

PREAMBOLU

Minħabba l-limitazzjonijiet preżenti fit-traduzzjoni, ir-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-Kwittanzi tal-Parlament Ewropew (PE) mogħtija għas-sena finanzjarja 2003[1] qed ikun ippubblikat fil-lingwi uffiċjali kollha ta’ l-UE f'din il-forma mqassra. It-tweġibiet sħaħ tal-Kummissjoni għal kull rakkomandazzjoni speċifika mill-Parlament jinsabu wkoll f’dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni[2] li hu ppubblikat bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż. Dawn iż-żewġ rapporti ta’ segwitu għandhom x’jaqsmu mar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta’ April 2005.

Kull kapitolu[3] ta’ dan ir-rapport fil-qosor jinkludi referenzi korrispondenti għan-numri ta’ rakkomandazzjoni relevanti fid-dokument ta’ ħidma sħiħ tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq. Dawn ir-referenzi jgħinu lill-qarrejja biex isibu fid-dokument ta’ ħidma r-rakkomandazzjonijiet kollha (u l-azzjoni ppjanata jew diġà meħuda mill-Kummissjoni) relatati ma’ kapitolu magħruf jew li jippreżentawlhom interess partikulari. Għalhekk minkejja li dan ir-rapport fil-qosor jittratta kull tema mqajma mill-PE fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza tiegħu ta' l-2003, minħabba l-limiti ta' tul li kellu josserva, hu rakkomandabbli li taqra d-dokument ta' ħidma għal aktar informazzjoni fuq kull tema partikulari.

Iż-żewġ rapporti tfasslu skond l-Artikolu 276 (3) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 180b tat-Trattat Euratom, u skond l-Artikolu 119 (5) tar-Regolament Finanazjarju ta’ l-EDF, u dispożizzjonijiet simili fir-Regolament Finanzjarju ad hoc ta’ l-EDF ta’ qabel, li jgħid li l-“Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex taġixxi fuq l-osservazzjonijiet fid-deċiżjonijiet ta’ kwittanza u osservazzjonijiet oħra mill-Parlament Ewropew relatati ma' l-eżekuzzjoni ta’ l-infiq, kif ukoll dwar kummenti li jakkumpanjaw ir-rakkomandazzonijiet fuq il-kwittanza adottati mill-Kunsill. Fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-miżuri meħuda fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet u l-kummenti u b’mod partikulari fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lid-dipartimenti responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ l-estimi. Dawn ir-rapporti għandhom jintbagħtu wkoll lill-Qorti ta’ l-Awdituri”[4]

Fid-deċiżjonijiet tal-kwittanza għall-baġit ġenerali, l-EDF u l-Aġenziji, il-Kummissjoni identifikat total ta’ 113-il rakkomandazzjoni magħmula mill-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tqis li għal 45 rakkomandazzjoni l-azzjoni meħtieġa ttieħdet diġà. Għal 52 rakkomandazzjoni oħra l-Kummissjoni taċċetta li tieħu l-azzjoni rakkomandata mill-Parlament. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta 16-il rakkomandazzjoni u għalhekk mhix se tieħu l-azzjoni miltuba. [5]

I – IT-TWEġIBIET TAL-KUMMISSJONI GħAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET MAGħMULA MILL-PE FIR-RIżOLUZZJONI TAL-KWITTANZA TAL-BAġIT ġENERALI

Bi tweġiba għax-xewqa espressa tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni adottat pjan strateġiku għal qafas ta' kontroll intern integrat (KOM (2205) 252 tal-15.06.2005). L-għan hu li jinstab, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Parlament u l-Kunsill, mod kif il-qafas intern kurrenti jista’ jitjieb sabiex isir possibbli li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Qorti ta’ l-Awdituri assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità ta’ tranżazzjonijiet li jaqgħu taħtha.

Il-qafas integrat ta’ kontroll intern għandu jibni fuq ir-riżultati pożittivi miksuba permezz tar-riforma tal-qafas ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni.

F’dan li ġej jingħata sommarju tat-tweġibiet tal-Kummissjoni lit-talbiet speċifiċi magħmulin mill-Parlament fir-Riżoluzzonijiet tal-Kwittanza tiegħu ta’ l-2003.

A) KWISTJONIJIET ORIZZONTALI

Affidabilità tal-kontijiet (rakkomandazzjoni 3)

Saret proposta biex ikun emendat ir-Regolament Finanzjarju sabiex jeżiġi mill-Uffiċjal tal-Kontabilità li jiffirma l-kontijiet tal-Kummissjoni u għalhekk jiċċertifika li ta' min joqgħod fuqhom. Għal dan l-iskop, fid-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni annessi mar-rapporti ta’ l-attività annwali, id-Diretturi-Ġenerali għandhom jiċċertifikaw li l-kontijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom huma preċiżi u eżawrjenti.

Riskju ta' delegazzjoni lill-Istati Membri (rakkomandazzonijiet 4 u 10)

Il-Kummissjoni tqis li l-introduzzjoni ta’ l-Istqarrijiet tal-Kxif formali u d-Dikjarazzjonijiet ta’ Assigurazzjoni annwali ex post dwar il-legalità u r-regolarità ta’ tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom mill-ogħla livell ta’ kull Stat Membru ttejjeb l-osservazzjoni tal-Kummissjoni fis-sistemi ta' maniġment u kontroll ta' l-Istati Membri. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni ssuġġeriet li l-Presidenza tal-Kunsill tistabbilixxi Trijalogu inter-istituzzjonali ta' Livell Għoli li jingħata x-xogħol li jinnegozja u jilħaq ftehim fuq għarfien komuni ta' x'jikkostitwixxi qafas ta' kontroll integrat tal-komunità adegwat u sodisfaċenti, kif ukoll fuq il-passi neċessarji biex ikun implimentat. Fit-13 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill stieden lill-COREPER biex jeżamina, fir-rispett dirett mat-Trattat tal-KE, ix-xogħol tal-bord biex li jkun ippreparat abbozz tal-Konklużjonijiet għall-konsiderazzjoni fil-Kunsill ta' l-ECOFIN ta' Novembru.[6]

Verifika waħdanija (rakkomandazzonijiet 6 u 8)

Bil-Komunikazzjoni tal-15 ta’ Ġunju 2005 fuq Pjan Strateġiku għal qafas integrat ta’ kontroll intern, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tilħaq ftehim mal-Parlament (bħala awtorità tal-kwittanza) u l-Kunsill fuq kif il-qafas tal-kontroll intern kurrenti jista’ jittejjeb sabiex ikun possibbli għall-Kummissjoni li tipprovdi lill-Qorti ta' l-Awdituri assigurazzjoni reġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħtha. Wara li jkunu identifikati n-nuqqasijiet u jkunu proposti pjanijiet ta’ azzjoni, il-Kummissjoni tippreżenta f’Ottubru 2005 rapport inizjali li jipproponi bażi ta’ għarfien ma' l-Istati Membri. Imbagħad, il-Kummissjoni taddatta, jekk hu neċessarju, il-proposti leġiżlattivi għall-2007-2013 biex tinkludi d-dispożizzjonijiet li, fid-dawl ta’ l-eżami tan-nuqqasijiet, huma meħtieġa biex jagħmlu sħiħ il-qafas ta' kontroll integrat .

Titjib tar-rapporti ta’ l-attività annwali mid-Diretturi-Ġenerali (rakkomandazzjonijiet 12 u 14)

Il-linji ta’ gwida ġodda għar-Rapporti ta’ Attività Annwali għall-2004 (SEC(2004) 1562), jindirizzaw it-tħassib tal-Parlament dwar ir-riskju fuq it-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom. Jikkonstitwixxu bażi aktar solida u trasparenti għall-assigurazzjoni li għandha tingħata mill-uffiċjali li jawtorizzaw b’delega, u tipprovdi qafas aktar koerenti għad-dikjarazzjonijiet tas-Servizzi tal-Kummissjoni li għandhom jitqiesu għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri. Il-Kummisjoni tqis li r-Rapport Sintesi Annwali fih il-pożizzjoni tagħha fuq kwistjonijiet ewlenin ta’ maniġment u kontroll u jinkludi azzjonijiet xierqa għall-kwistjonijiet li jinħtieġu tiswija fuq il-livell tal-Kummissjoni.

Aktar rakkomandazzonijiet orizzontali (rakkomandazzonijiet 16, 17 u 18)

Il-Kummissjoni ma tistax tipproduċi stimi ta’ rati ta’ żbalji għas-setturi kollha kull sena. L-istrateġija tal-verifika tagħha hi bbażata fuq l-approċċ multi-annwali u l-verifiki huma bbażati fuq is-sistema.

Għaddejja reviżjoni tar-Regolament Finanzjarji li għandha l-għan li ttejjeb l-effiċjenza u t-trasparenza tad-dispożizzjonijiet, u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri tax-xiri.

Il-Kummissjoni diġà ffissat numru ta' prinċipji li jirregolaw l-attivitajiet tal-kabinetti li huma meqjusa suffiċjenti biex jimmitigaw ir-riskju ta' bdil insuffiċjenti ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' verifika. Bħala regola bażika l-Kummissarju għandu jkun informat b'mod regolari dwar ix-xogħol tal-verifika. Il-Kumitat dwar il-Progress tal-Verifika (APC) jiżgura segwitu ta’ l-implimentazzjoni tal-verifiki tas-Servizz tal-Verifika Interna u l-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri, kif ukoll jeżamina l-kwalità tal-verifika interna.

B) kwistjonijiet settor JALI:

Riżorsi Proprji

Għar-rigward ir-riżorsi relatati mal-GNI proprja, il-Kummissjoni tkompli l-verifika profonda tas-soltu tagħha tad- data tal-GNI u s-sorsi u l-metodi użati mill-Istati Membri li josservawha. Barra minn hekk il-Kummissjoni bħalissa qed teżamina modi kif twettaq verifika diretta fis-sens indikat mill-Qorti fir-Rapport Annwali ta' l-2003 tagħha. Proġett pilota hu ppjanat għall-2005. (rakkomandazzjoni 22).

Agrikoltura, is-saħħa ta’ l-annimali u miżuri kontra l-frodi

Il-Kummissjoni se tirrapporta lill-Parlament fuq il-progress magħmul fir-rappurtaġġ ta’ l-Istati Membri ta’ l-irregolaritajiet sa Settembru 2005 (rakkomandazzjoni 23).

Il-Kummissjoni kkommettiet ruħha li tipproduċi rapport dwar kif EUR 1.12 biljun li għadhom ma nġabrux bejn l-1971 u l-2004 għandhom jinġabru fil-ħin għall-proċedura ta’ kwittanza ta’ l-2004 (rakkomandazzjoni 24).

Il-Parlament ta l-fehma tiegħu dwar ir-regolament il-ġdid fuq il-finanzjament tal-PAK li jistabbilixxi regoli riveduti għall-irkupri, qabel l-adozzjoni riċenti tiegħu mill-Kunsill. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ ta’ l-aġenziji li jħallsu, ir-regolament tal-Kunsill jeħtieġ il-kap ta' kull aġenzija li tħallas jiffirma dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni. (rakkomandazzjonijiet 26 u 28)

Il-Kummissoni hi kunfidenti li t- Taskforce ta’ Rkupru tagħmel progress sinifikanti fil-problema ta’ l-irkupri b'lura u żżomm il-Kumitat responsabbli informat (rakkomandazzjoni 27).

Miżuri Strutturali

Il-Kummissjoni ssemmi fir-rapporti ta’ l-attività annwali tagħha l-pajjiżi u r-reġjuni li kienu kajmana biex jimplimentaw it-titjieb. Fir-rigward ta’ stqarrijiet ta’ l-Artikolu 8 mhux sħaħ, saru korrezzjonijiet finanzjarji fejn l-informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri jipprovdu jew ix-xogħol tal-verifika addizzjonali li talbithom iwettqu bħala riżultat ta' stqarrijiet inkompleti xorta ħallew riskju ta' nfiq irregolari fit-talba tal-ħlas finali (rakkomandazzjoni 46).

Il-Kummissoni tuża s-saħħa tagħha biex tissospendi l-ħlasijiet fejn sistemi ta’ l-Istati Membri juru dgħjufija persistenti li tirrapreżenta riskju serju għall-Fondi tal-Komunità u fejn l-Istat Membru naqas milli jikkoreġi d-dgħjufija.(rakkomandazzjoni 47).

Fir-rigward ta’ l-Interreg III, il-Kummissjoni tejbet b’mod qawwi d-dħul ta’ l-analiżi reġjonali fil-programmi permezz ta’ valutazzjonijiet ex ante u se tkompli taħdem f’din id-direzzjoni (rakkomandazzjoni 48).

Politika interna

Il-Kummissjoni sponsorizzat laqgħa f’Ġunju (16/17) fil-Lussemburgu mal-Presidenza u l-Qorti ta’ l-Awdituri biex jiddiskutu s-simplifikazzjoni tas-7 Programm ta’ Qafas u l-kwistjonijiet li jridu jkunu indirizzati fir-regoli tagħha għall-parteċipazzjoni. (rakkomandazzjoni 51).

Il-proposta għas-7 Programm ta’ Qafas adottat mill-Kummissjoni fis-6.04.05 tindika b'mod ċar simplifikazzjoni fil-mekkaniżmi ta' intervent.

L-attività tar-riċerka tal-Komunità għal ħafna snin kienet suġġett ta’ valutazzjoni ex post li tinkludi r-riżultati u l-impatti xjentifiċi. Il-kriterji ta’ valur għall-flus huma fost il-kwistjonijiet indirizzati permezz tal-valutazzjonijiet, speċjalment f’termini tal-Valur Miżjud Ewropew (rakkomandazzjoni 55).

Il-Kummissjoni issa qiegħda tuża metodu kollu elettroniku ta’ sottomissjoni tal-proposti għas-sejħiet għall-proposti, li jissimplifika u jnaqqas l-ispejjeż għall-applikanti. Indikat ukoll li se tintroduċi proċedura ta’ reġistrazzjoni elettronika, li tippermetti lill-applikanti li jissottomettu d-dettalji amministrattivi darba biss, meta jissottomettu l-ewwel proposta. (rakkomandazzjoni 56)

Il-proposti tal-Kummissjoni għas-7 Programm ta’ Qafas jagħtu lok lill-Kummissjoni biex twettaq, bl-assistenza ta' esperti esterni, valutazzjoni interim tal-kwalità ta' l-attivitajiet tar-riċerka li jkunu għaddejjin u l-progress lejn l-objettivi stabbiliti. (rakkomandazzjoni 58)

Il-Kummissjoni indikat fil-proposti tagħha għall-FP7 l-intenzjoni tagħha li “testernalizza” il-maniġment ta’ proporzjon sinifikanti ta’ l-attitivitajiet lil struttura eżekuttiva. Għalhekk ir-riżorsi żejda li se jkunu ddedikati lill-amministrazzjoni tal-proġetti jippermettu lill-istaff tal-Kummissjoni li jikkonċentraw aħjar fuq is-segwitu xjentifiku tal-proġetti u jdaħħlu lura l-esperjenza miksuba fil-politika. (rakkomandazzjoni 60)

Politika esterna

Fir-rigward tar-rakkomandazzjoni biex isir eżami kwalitattiv ta’ l-assistenza esterna tal-KE separata mir-rapport Annwali, il-Kummissjoni pprovdit ir-rapport mitlub f'Lulju 2005. Il-Kummissjoni tipprovdi wkoll rapport interim dwar il-progress fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ maniġment ta’ informazzjoni u sistema ta’ superviżjoni tax-xogħol tad-Delegazzonijiet fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskji finanzjarji. Qabel l-eżerċizzju tal-kwittanza li jmiss il-Kummissjoni tipprovdi rapport dwar l-istrutturi tal-kontroll li qed joperaw fid-Delegazzonijiet (rakkomandazzjonijiet 62-63).

Fir-rigward ta’ l-osservanza tal-proċeduri tat-tender u x-xiri minn organizzazzonijiet li jimplimentaw il-proġett, f’Ġunju 2003 il-Kummissjoni ħadet azzjoni ta' rimedju bl-introduzzjoni ta’ kuntratt standard rivedut għall-għotjiet, inkluża l-introduzzjoni ta’ ċertifikat tal-verifika li skondtu l-awdituri huma meħtieġa li jiċċekkjaw l-osservanza mill-benefiċjarji tar-regoli tax-xiri applikabbli. Bħalissa l-Kummissjoni qiegħda tirrevedi t- template taċ-ċertifikat tal-verifika u qiegħda tiżviluppa termini aħjar ta’ referenza għall-awdituri. In vista ta’ dan, il-Kummissjoni ma tarax il-bżonn ta’ pjan ta' azzjoni kif rakkomandat mill-Parlament (rakkomandazzjoni 64).

Fir-rigward tat-tqabbil ta’ l-effiċjenza ta’ donaturi ta’ għajnuna internazzjonali varji, il-Kummissjoni qiegħda tipparteċipa diġà, f'oqsfa varji, fi inizjattivi li għandhom l-għan li jqabblu l-effiċjenza ta' donaturi ta' għajnuna internazzjonali. Għalhekk il-Kummissjoni għalissa ma tikkonsidrax kwalunkwe inizjattivi addizzjonali bħala ġġustifikati (rakkomandazzjoni 65).

Ir-riżoluzzjoni tal-kwittanza ta’ l-2003 tal-Parlament Ewropew fiha wkoll numru ta’ rakkomandazzjonijiet relatati mal-politika ta’ żvilupp (rakkomandazzonijiet 66-72). It-tweġibiet tal-Kummissjoni għal dawn ir-rakkomandazzonijiet jistgħu jinstabu fid-dokument ta' ħidma anness.

Għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni

PHARE

Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tieħu miżuri biex tiżgura li l-proċess ta' akkreditazzjoni għal ħafna aġenziji tal-PHARE u l-ISPA fil-Bulgarija, r-Rumanija u l-pajjiżi li se jissieħbu fil-futur se jitlesta qabel is-sħubija. Azzjoni korrettiva tinkludi li jkun żgurat li dawk il-pajjiżi impjegaw biżżejjed ħaddiema fis-sistemi ta’ maniġment tal-fond Phare sa tmiem l-2005. Ri-eżami ta’ l-allokazzjoni tal-fondi għall-perjodu 2004-2006 hu bbażat fuq l-eżami tas-sistema tal-maniġment li se jsir matul l-2005, u s-segwitu tiegħu. (rakkomandazzjoni 73)

L-abbozz tal-strument-qafas (IPA) kien ippreżentat lill-Parlament u lill-Kunsill. Il-komponent ta’ żvilupp reġjonali ta' l-IPA jikkonċentra fuq il-prioritajiet ta' l-iżvilupp f'numru limitat ta' setturi ewlenin u korpi li jimplimentaw, u jipprovdi żvilupp ta’ kapaċità għall-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali. Il-Kummissjoni adottat fis-27/05/2004 l-abbozz tar-regolament ta’ l-IPA l-ġdid flimkien mal-pakkett RELEX u minn dak in-nhar baqgħu għaddejjin in-negozjati fil-Kunsill u l-Parlament. (rakkomandazzjoni 74)

SAPARD

Il-Kummissjoni temmen li diġà għamlet enfasi kbira fuq il-proġetti li tejbu l-istandards ta’ kwalità, is-saħħa u l-ambjent. Il-promozzjoni tagħhom hi parti integrali ta’ l-appoġġ mogħti lill-ħafna miżuri importanti li jkopru 49% tal-programmi. L-investimenti kollha għandhom jissodisfaw l-istandards tal-Komunità u inevitabilment se jwasslu għal titjib f’dawn l-oqsma. (rakkomandazzjoni 77)

Il-Kummissjoni ipprevediet, u implimentat, sistema ta’ verifika ta’ l-infiq u tas-sistemi tal-maniġment u l-kontroll tal-programmi SAPARD. Din tinkludi l-approvazzjoni finanzjarja annwali tal-kontijiet u proċessi ta’ approvazzjoni ta’ konformità ad hoc. Meta jkunu identifikati nuqqasijiet li jistgħu jimplikaw riskju ta' telf ta' flus ta' l-UE fis-sistemi li qed joperaw fil-pajjiżi tas-SAPARD, ikunu segwiti permezz ta' proċeduri ta' approvazzjoni speċifiċi li jistgħu jwasslu għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji. (rakkomandazzjoni 78)

II - KWITTANZA TAL-PE DWAR L-EDF

Il-Kummissjoni taċċetta ħafna mir-rakkomandazzonijiet li jikkonċernaw il-Fondi ta’ l-Iżvilupp Ewropew (EDF). Trid tiġbed l-attenzjoni għall-punti li ġejjin:

Politika ta’ żvilupp (rakkomandazzjonijiet 79-81)

Il-maġġoranza l-kbira ta’ l-għajnuna ta’ l-iżvilupp tal-KE hi mmirata għall-kisba tal-Miri ta’ l-Iżvilupp tal-Millenju (MDG), minħabba li l-kisba ta’ l-MDGs teħtieġ tkabbir ekonomiku, distribuzzjoni progressiva tal-benefiċċji tat-tkabbir u servizzi pubbliċi mtejba. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrapporta b’mod regolari r-riżultat ta’ l-impenji tas-sena preċedenti għas-settur ta’ l-infrastruttura soċjali. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma l-impożizzjoni ta’ mira ta’ dħul għas-saħħa u l-edukazzjoni bażiċi għar-raġunijiet delineati fid-dokument ta’ ħidma anness.

Kontijiet, Stqarrija ta’ assigurazzjoni eċċ. (rakkomandazzjoni 82-86)

Il-Kummissjoni bagħtet rapporti ta’ progress lill-Parlament dwar il-modernizzazzjoni tal-kontijiet tagħha, inklużi l-kontijiet ta’ l-EDF. L-aħħar rapport, li jkopri l-perjodu sal-31 ta’ Mejju 2005, kien approvat mill-Kummissjoni u trasmess lill-Parlament fl-4 ta’ Lulju 2005.

Il-Kummissjoni tkompli ttejjeb is-sistemi ta’ superviżjoni u l-kontrolli, inklużi dawk li jkopru l-kuntratti u l-pagamenti u l-ordnijiet ta’ rkupru. Għandu jkun innotat li l-istandards tal-kontroll interni huma applikati mis-servizzi kollha tal-Kummissjoni, inklużi d-Delegazzjonijiet.

Il-Kummissjoni tejbet aktar ir-Rapport tal-Maniġment finanzjarju ta’ l-EDF. Madankollu, peress illi l-attivitajiet relatati ma’ l-EDF huma integrati ma’ l-attivitajiet l-oħra tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna għall-iżvilupp u r-relazzjonijiet politiċi ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-ispejjeż amministrattivi totali mħallsa mill-baġit ġenerali ma jistgħux jinqasmu b’mod li għandu tifsira bejn l-attivitajiet EDF u attivitajiet oħra .

Implimentazzjoni u r-RAL (rakkomandazzjonijiet 87-88)

Żieda fir-RAL hi normali meta jitqies iċ-ċiklu naturali tal-FED. Madankollu, il-Kummissjoni ħadet l-azzjonijiet neċessarji biex tikkontrolla l-qies tagħha (taċċellera l-implimentazzjoni, tnaqqas ir-RAL ‘mhux normali', ipprogrammar flessibbli. Il-livell ta’ riżrosi mhux minfuqa (RAL) tela’ ħafna anqas (400 miljun €) sa l-aħħar ta’ l-2004, u l-Kummissjoni tittama li tbiddel it-tendenza sa l-aħħar ta’ l-2005. Bir-riorganizzazzjoni fi ħdan il-kwartieri tagħha, EuropeAid enfażizzat l-importanza li jingħalqu l-proġetti wara d-data ta' l-għeluq tal-Ftehim Finanzjarju. Qed tingħata attenzjoni speċjali lil proġetti qodma li baqgħu miftuħa sal-lum.

Appoġġ baġitarju (rakkomandazzjonijiet 89-91)

La Commission a mis en place des outils permettant d’apprécier la situation des pays bénéficiaires d’aide budgétaire au regard de chacun des critères de l’article 61.2 de l’Accord de Cotonou tant dans la période de préparation des programmes qu’au cours de leur mise en oeuvre. La Commission continue à travailler en étroite coordination avec le FMI et la BM en ce qui concerne l’appréciation des réformes économiques. Elle a par ailleurs étoffé la gamme des instruments qui lui permettent une analyse solide de la gestion des finances publiques par les pays bénéficiaires : rapports semestriels de suivi des Délégation et, surtout, nouveau cadre d’analyse élaboré conjointement avec d’autres bailleurs (dont la BM) dans le cadre du partenariat « PEFA » (Public Expenditure and Financial Accountability ») qui devrait être opérationnel dès le second semestre 2005.

Valutazzjoni (rakkomandazzjoni 95)

Il-Kummissjoni tikkonsidra li l-ħtieġa tal-linja bażi tal-valutazzjoni hi sodisfatta.

Regolament Finanzjarju (rakkomandazzjoni 96)

Bħalissa l-Kummissjoni m'għandhiex l-intenzjoni li tipproponi modifiki fir-Regolament Finanzjarju tad-disa' EDF.

III - KWITTANZA TAL-PE DWAR L-AġENZIJI

Il-Kummissjoni taċċetta ħafna mir-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw l-Aġenziji. Trid tiġbed l-attenzjoni għall-punti li ġejjin[7]:

Regolamenti u struttura ta’ l-aġenziji (rakkomandazzjonijiet 97-98 u 100-102)

Il-Kummissjoni pproponiet abbozz għal Ftehim Inter istituzzjonali (KOM (2005) 59 finali) li issa hu fuq il-mejda tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew. Hekk kif jintlaħaq ftehim, li jikkonċerna linji ta’ gwida komuni għal Aġenziji futuri, il-Kummissjoni, flimkien maż-żewġ istituzzjonijiet l-oħra, jaraw x’inhuma l-implikazzjonjiet din jista’ jkollha fuq l-Aġenziji eżistenti mhux eżekuttivi.

F’konformità mar-rakkomandazzjoni biex ikun analizzat il-valur miżjud ta’ l-aġenziji l-ġodda, il-Kummissjoni ddeċidiet li mill-2005 kwalunkwe proposta leġiżlattiva inkluża fil-Programm ta' Xogħol tal-Kummissjoni tkun suġġetta għal eżami ta’ impatt fejn il-bżonnijiet, il-valur miżjud, il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-awsterità tal-baġit, fost oħrajn, jittieħdu in konsiderazzjoni.

Proposti għall-bidla fir-regolamenti bażiċi ta’ l-Aġenziji, jew individwalment jew b’mod ġenerali, isiru l-ħin kollu sabiex l-aġenziji jkunu adattati għar-realtajiet li jinbidlu, jew biex jottimizzaw ir-relazzjonijiet tal-Kummissjoni magħhom. Dawn huma proċessi għaddejjin il-ħin kollu li jsegwu bżonn, mhux neċessarjament kalendarju fiss.

Il-linji ta’ gwida li jikkonċernaw il-politika ta’ staff fl-Aġenziji huma fl-aħħar stadji tagħhom ta’ preparazzjoni u jinħarġu fl-aħħar ta’ l-2005.

Analiżi minn naħa għal oħra tal-valutazzjonijiet (rakkomandazzjoni 99)

Il-Kummissjoni trid li tagħmel analiżi regolari minn naħa għal oħra tal-valutazzjonijiet imwettqa fuq aġenziji individwali, kif għamlet fl-eżerċizzju ‘pilota’ tagħha ta’ l-2003 ‘Meta-valutazzjoni tas-Sistema ta’ l-Aġenzija tal-Komunità. Madankollu, hu importanti li ż-żamma tal-ħin u l-frekwenza tagħhom isiru dipendenti fuq id-disponibilità ta’ numru suffiċjenti ta’ rapporti ta’ valutazzjoni li jissottolinjawhom. Għalhekk il-Kummissjoni tistenna li din l-analiżi ġenerali tkun lesta sa tmiem l-2006 l-aktar kmieni.

Proċeduri ta’ għoti ta' kuntratti (rakkomandazzjoni 103)

Il-Kummissjoni stabbilit ko-operazzjoni mill-qrib u effettiva ma’ l-Aġenziji fuq il-kwistjonijiet ta’ xiri u l-maniġment ta’ kuntratti. Sett ta’ attivitajiet ta’ taħriġ relatati li ffokaw fuq il-bżonnijiet speċifiċi tagħhom inagħtaw lil numru ta’ Aġenziji. Il-Kummissjoni għandha sehem attiv fit-taħriġ ta' l-uffiċjali responsabbli ta' l-Aġenziji, notevolment għall-Aġenziji li twaqqfu dan l-aħħar. L-Aġenziji kienu integrati f’xibka ta' korrispondenti ta’ unitajiet baġitarji orizzontali u b’hekk jirċievu parir permanenti u appoġġ ad hoc . F’okkażjonijiet varji l-Kummissjoni tat kontribuzzjonijiet u ħadet sehem f'laqgħat tax-Xibka Legali Inter-Aġenzjali (IALN).

Informazzjoni aġġornata dwar l-Aġenziji (rakkomandazzjoni 104)

Il-Kummissjoni tqis li s-sors primarju tal-Parlament biex jikseb informazzjoni aġġornata dwar l-Aġenziji fil-futur għandu jkun il-mistoqsijiet bil-miktub lid-diretturi ta’ l-Aġenziji u s-seduti tagħhom, li huma parti integrata tal-proċedura ta’ kwittanza.

* * *

[1] Kwittanza tal-Baġit Ġenerali 2003, Kwittanza ta’ l-EDF 2003, Kwittanza ta’ l-Aġenziji 2003.

[2] Dokument ta’ ħidma dwar is-segwitu mill-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet kollha ta' kwittanza ta' l-2003 tal-PE.

[3] Kemm ir-rapport preżenti mogħti f’sommarju kif ukoll d-dokument integrali ta’ ħidma jsegwu l-istruttura tar-reżoluzzjonijiet li fihom ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

[4] Ara wkoll l-Artikolu 147 tar-Regolament Finanzjarju

[5] Għall-Baġit Ġenerali : rakkomandazzonijiet 14, 16, 18, 25, 29, 64, 65, 67, 69 u 70 ; għall-EDF: rakkomandazzonijiet 81, 83, 86 u 96 ; għall-Aġenziji: rakkomandazzonijiet 104 u 112.

[6] Ara wkoll il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill_parlament Ewropew u l-Kunsill “Ir-responsabbiltajiet rispettivi ta' l-Istati Membri u l-Kummissjoni f'maniġment bi sħab tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni" (KOM(2004)580 finali).

[7] It-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilha li jikkonċernaw l-aġenziji individwali jistgħu jinstabu bħala rakkomandazzjonijiet 105-113 fid-dokument ta’ ħidma, iżda mhumiex imqassra hawnhekk.