Rapport milll-Kummissjoni lill-Kunsill dwar is-segwitu għad-Deċiżjonijiet ta’ Kwittanza 2003 (Taqsira) - Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill {SEC(2005) 1160} /* KUMM/2005/0448 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 19.9.2005 KUMM(2005) 448 finali RAPPORT MILLL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar is-segwitu għad-Deċiżjonijiet ta’ Kwittanza 2003 (Taqsira) – Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill{SEC(2005) 1160} WERREJ PREAMBOLU 3 I. Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Baġit Ġenerali 4 a) Introduzzjoni (Dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni, punti 1-4) 4 b) Dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (DAS) u informazzjoni sekondarja(Dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni, punti 6-11) 4 c) Il-Ġestjoni tal-baġit (Dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni, punti 5 u 12-13) 5 d) Riżorsi Proprji (Dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni, punti 14-15) 5 e) Il-politika agrikola komuni (dokument ta’ ħidma tal-kummissjoni, punti 16-21) 5 f) Miżuri strutturali (Dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni, punti 22-26) 6 g) Oqsma ta’ Politika Interna, inkluża r-riċerka(Dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni, punti 27-33) 6 h) Azzjonijiet esterni (Dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni, punti 34-36) 6 i) Għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni (Dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni, punti 37-40) 7 j) Spiża amministrattiva (dokument ta’ ħidma tal-kummissjoni, punt 41) 7 k) Strumenti finanzjarji u attivitajiet bankarji(dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni, punt 42) 7 II. Talbiet lill-Kummissjoni dwar l-Aġenziji(Dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni, punt 43) 7 III. Konklużjonijiet tat-tkomplija tal-kwittanza Għall-2002(Dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni, punti 44-54) 8 IV. Rapport speċjali tal-qorti ta’ l-awdituri(dokument ta’ ħidma tal-kummissjoni, punti 55-63) 8 V. Fondi Ewropej ta’ Żvilupp (EDF)(Dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni, punti 64-66) 9 PREAMBOLU Skond l-Artikolu 276 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 180b tat-Trattat Euratom, “Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha approprijati sabiex taġixxi fuq l-osservazzjonijiet fid-deċiżjonijiet ta’ kwittanza u fuq osservazzjonijiet oħra mill-Parlament Ewropew rigward l-esekuzzjoni tan-nefqa, kif ukoll fuq il-kummenti li jkunu annessi mar-rakkomandazzjoni dwar il-kwittanza adottati mill-Kunsill. Fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tirraporta dwar il-miżuri meħuda fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet u l-kummenti u b’mod partikolari fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lid-dipartimenti li huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ l-estimi. Dawn ir-rapporti għandhom jintbagħatu wkoll lill-Q orti ta’ l-Awdituri”[1] Il-Kummissjoni, fuq talba mill-Kunsill u l-Parlament, b’hekk ippreparat Rapporti ta' segwitu, li għandhom x'jaqsmu mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Marzu 2005 u r-Riżoluzzjonijiet ivvutati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta’ April 2005. Ir-Rapport ta’ Segwitu preżenti jittratta r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kunsill f'relazzjoni mal-Kwittanzi ta' l-2003. Rapport ta’ Segwitu separat jittratta r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Parlament f’relazzjoni mal-Kwittanzi mogħtija għas-sena finanzjarja 2003[2]. Ir-Rapporti ta’ Segwitu huma ppreżentati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Qorti ta’ l-Awdituri. Dawn jagħtu taqsira ta’ kull settur jew temi mqajma mill-Kunsill u l-Parlament, l-azzjonijiet li l-Kummissjoni bi ħsiebha tieħu jew li diġà ħadet kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet li l-Kummissjoni m’hijiex jew ma tistax tkompli ssegwi. Ir-Rapporti ta’ Segwitu sommarji huma kkumplimentati minn dokumenti ta’ ħidma tal-Kummissjoni li jagħtu tweġibiet dettaljati għal kull rakkomandazzjoni speċifika kemm tal-Kunsill kif ukoll tal-Parlament. I. RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL DWAR IL-BAġIT ĠENERALI A) INTRODUZZJONI (DOKUMENT TA' ħIDMA TAL-KUMMISSJONI, PUNTI 1-4) Il-Kummissjoni taqsam id-diżappunt tal-Kunsill li fl-2003 il-Qorti ta’ l-Awdituri għal darb’oħra ma setgħetx tagħti Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni (DAS) għal dak li jikkonċerna l-parti l-kbira mill-ispiża. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li fl-2005 tfassal pjan ta’ azzjoni għal qafas integrat ta’ kontroll intern. L-għan hu li jitwaqqaf, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Parlament u l-Kunsill, mod kif il-qafas intern kurrenti jista’ jitjieb sabiex isir possibbli li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Qorti ta’ l-Awdituri b’assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità ta’ tranżazzjonijiet li jaqgħu taħtha. Il-qafas integrat ta’ kontroll intern għandu jibni fuq ir-riżultati pożittivi miksuba permezz tar-riforma tal-qafas ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni. Il-biċċa l-kbira ta’ l-azzjonijiet fil- White Paper ġew kompletati, b’mod partikulari għal dak li jikkonċerna l-istandards tal-kontroll intern. Il-Kummissjoni għandha tkompli b’xogħolha li timplimenta sistemi effettivi ta' kontroll intern u li ttejjeb ir-Rapporti Annwali ta’ l-Attività u d-dikjarazzjonijiet u riżervi magħmula mid-Diretturi Ġenerali. Il-Kummissjoni għandha tkompli taħdem ma’ l-Istati Membri sabiex ittejjeb il-kontrolli fuq il-fondi taħt ġestjoni komuni. B) DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI (DAS) U INFORMAZZJONI SEKONDARJA (DOKUMENT TA’ ħIDMA TAL-KUMMISSJONI, PUNTI 6-11) F’Ġunju 2005, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni li tfassal il-pjan ta’ azzjoni għal qafas integrat ta’ kontroll intern imsemmi hawn fuq. Is-servizzi tal-Kummissjoni bħalissa qegħdin ukoll jidentifikaw il-vojt li, fil-fehma tagħhom, jeżisti bejn il-qafas ta’ kontroll li hemm għal kull qasam ta’ l-ispiża kollha tal-baġit u l-prinċipji ġenerali definiti mill-Qorti ta’ l-Awdituri fl-opinjoni tagħha Nru 2/2004, b’enfasi partikulari fuq il-kontrolli li jillimitaw ir-riskji li jikkonċernaw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom. Din għandha tipproponi l-azzjoni meħtieġa biex tindirizza kull vojt, u l-iskeda għall-implimentazzjoni ta’ din l-azzjoni, u tiddiskutiha mal-Qorti, l-Kunsill u l-Parlament. Il-Kummissjoni bi ħsiebha tasal fi ftehim mal-Parlament u l-Kunsill sa Novembru 2005 dwar mod kif il-qafas intern kurrenti jista’ jitjieb sabiex isir possibbli li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Qorti ta’ l-Awdituri b’assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità ta’ tranżazzjonijiet li jaqgħu taħtha. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tniedi diskussjoni mal-Kumitati xierqa tal-Kunsill, u sa Ottubru 2005 għandha tippreżenta r-rapport inizjali li jesplora l-pjan ta’ azzjoni għal protokoll ma’ l-Istati Membri. Għal dak li jikkonċerna s-sistema ta’ kontabilità l-ġdida tal-Kummissjoni, li saret operazzjonali f’Jannar 2005 u li bħalissa qed tintuża mid-Direttorati Ġenerali kollha, qed isir xogħol biex jintlaħqu l-għanijiet li fadal u sal-lum ma hemmx dewmien jew problemi sinifikanti li ġew notati sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet. c) Il-Ġestjoni tal-baġit (Dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni, punti 5 u 12-13) Il-Kummissjoni ħadet nota tat-talba tal-Kunsill għal estimi tal-baġit aktar preċiżi u aġġornati u aktar informazzjoni dwar l-impenji pendenti u l-implimentazzjoni tal-baġit. L-estimi tal-baġit b’mod ġenerali tjiebu u b’mod partikulari għall-operazzjonijiet strutturali. Il-Kummissjoni tipprovdi wkoll rapport annwali dwar l-evoluzzjoni ta’ impenji pendenti (RAL) u dwar l-isforzi b’suċċess biex jiġi eliminat “RAL anormali”. Barra minn hekk, ir-rapport ta’ l-2004 dwar it-Tmexxija tal-Baġit u tal-Finanzi, janalizza l-istat ta’ implimentazzjoni kumulattiv tal-programmi multi-annwali ewlenin tal-Komunitajiet. D) RIżORSI PROPRJI (DOKUMENT TA' ħIDMA TAL-KUMMISSJONI, PUNTI 14-15) Il-Kummissjoni taqbel mal-Kunsill li għandu jsir progress ulterjuri dwar it-tmexxija tal-kwoti tat-tariffi ta’ l-agrikoltura. Din qed tkompli taħdem fuq proposti biex tissimplifika il-qafas proċedurali, inkluż l-iżvilupp ta’ sistema ċentrali u integrata ta’ l-IT (Kwota AMIS). Għal dak li jikkonċerna s-segwitu għall- Green Paper dwar regoli ta’ l-oriġini preferenzjali, fis-16 ta’ Marzu 2005, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar “ir-regoli ta’ l-oriġini f’arranġamenti preferenzjali – orjentazzjonijiet għall-ġejjieni” (COM(2005)100 finali) li tipprovdi l-orjentazzjonijiet ġenerali li l-Kummissjoni bi ħsiebha ssegwi u tippromovi fil-kuntest ta’ l-arranġamenti preferenzjali kollha li l-Komunità hi involuta fihom. e) Il-politika agrikola komuni (dokument ta’ ħidma tal-kummissjoni, punti 16-21) Il-Kummissjoni għandha taħdem b’mod aktar attiv ma’ l-Istati Membri sabiex ittejjeb is-sistemi ta' kontroll f'oqsma li m'humiex ivverifikati permezz ta' l-IACS u fejn għad hemm problemi serji bħal riskji għolja u żbalji rikorrenti. Per eżempju, il-Kummissjoni għandha ssegwi każijiet fejn l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri tidher li hi żbaljata. L-attività ta’ verifika fuq kontrolli ex-post ġiet imsaħħa fl-2005. Il-Kummissjoni effettivament tindirizza l-kwistjonijiet ta’ reviżjoni ta’ ċerti proċeduri ta’ kontroll, ta’ identifikar ta’ sussidji li huma b’mod partikulari soġġetti għal frodi u żbalji, ta’ titjib tal-verifika ta’ superviżjoni u ta’ użu ta’ dawn il-verifiki bħala għodda għat-tqabbil permezz ta’ analiżi dettaljata waqt it-twaqqif tal-pjan ta' ħidma annwali. Din temmen li s-sistema kurrenti ta’ rapportaġġ ta’ l-istatistika hi suffiċjenti. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-verifiki IACS magħmula mill-Istati Membri ġew inklużi fir-Rapport ta' l-Attività Annwali 2004 tad-Direttur Ġenerali għall-Agrikultura. Għall-bżonn li jiġi assigurat li kemm l-evidenza u kemm is-superviżjoni limitata tal-verifika jirċievu attenzjoni biżżejjed minn korpi ċċertifikati, matul l-2004, il-Kummissjoni pprovdiet aktar gwida u organizzat laqgħat bilaterali ma’ Korpi ta’ Ċertifika u Aġenziji tal-Ħlas ta’ bosta Stati Membri li fihom ġew diskussi l-kwistjonijiet ta’ evidenza ta’ superviżjoni u verifika. Konsegwentement, il-Korpi ta’ Ċertifikazzjoni taw ħafna aktar attenzjoni għal dawn il-kwistjonijiet fl-eżerċizzju ta’ ċertifikazzjoni ta’ l-2004. Bħala riżultat, għas-sena finanzjarja 2004, il-kontijiet ta’ 5 aġenziji ta’ ħlas biss ġew mifruda, meta mqabbla mad-29 kont fis-sena finanzjarja 2003. Il-Kummissjoni fasslet pjan ta’ azzjoni sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ frodi f’dan il-qasam u implimentatu. It-tmexxija tar-riskji involuti tjiebet b’mod konsiderevoli. Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tipprovdi lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri b’katalogu ġdid ta’ dokumenti u timbri doganali tal-50 pajjiż terz ewlenin. Fl-2004 tnediet sejħa għall-offerti u fis-16 ta’ Diċembru 2004, ġie ffirmat kuntratt ta’ sena ma’ l-appaltatur li ntagħżel. F) MIżURI STRUTTURALI (DOKUMENT TA' ħIDMA TAL-KUMMISSJONI, PUNTI 22-26) Il-Kummissjoni qed issegwi l-isforzi tagħha biex tirrimedja d-djufijiet fis-sistema ta' superviżjoni u kontroll għall-ispiża strutturali. Din qed tkompli l-verifiki tagħha tas-sistemi fil-programmi 2000-06. Din tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru biex jirrimedja kwalunkwe djufija li tinstab, issegwi l-azzjoni li tkun ittieħdet, tissospendi pagamenti jekk il-problemi jirrappreżentaw riskji serji għall-fondi tal-Komunità, u tapplika korrezzjonijiet finanzjarji. Il-qafas ta’ tmexxija u kontroll għall-perijodu 2007-13 propost mill-Kummissjoni, jibni fuq l-esperjenza tal-passat billi jinforza mill-ġdid u jiċċara b’mod ulterjuri r-responsabbiltajiet ta’ kontroll ta’ l-Istati Membri waqt li jirrispetta l-ħtiġijiet tal-proporzjonalità. Dwar rapporti annwali ta’ attività, ġew inklużi fir-rapporti tad-Diretturi Ġenerali għall-2004, is-sejbiet ewlenin inklużi r-riżervi u dawn għandhom fil-futur jidhru f'dawn ir-rapporti. G) OQSMA TA’ POLITIKA INTERNA, INKLUżA R-RIċERKA (DOKUMENT TA’ ħIDMA TAL-KUMMISSJONI, PUNTI 27-33) Għal dak li jikkonċerna sistemi ta’ superviżjoni u kontroll, il-Kummissjoni ħadet l-azzjoni rakkomandata li tinforza mill-ġdid informazzjoni finanzjarja dwar dewmien fil-ħlas u biex ittejjeb il-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit per eżempju billi jiġu prodotti u mmonitorjati tabelli ta’ valutazzjoni finanzjarja b’mod regolari. Għal dak li jikkonċerna s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għas-Sitt Programm ta' Qafas (FP6) dwar ir-Riċerka u t-Teknoloġija (RDT), tqiegħdu għodod ta’ l-IT li qed jiġu mtejjba biex jipprovdu s-sensiela sħiħa ta’ appoġġ għall-valutazzjonijiet ta’ proposta sa pagamenti ta' kuntratti u monitoraġġ ta' proġetti. Għal dak li jikkonċerna l-Fond Ewropew għar-Refuġjati, ittieħdet azzjoni biex jiġu rimedjati djufijiet fil-kontroll intern. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tkompli taħdem ma’ l-Istati Membri sabiex tkompli tarmonizza l-ambjent tal-kontroll fuq livell nazzjonali. Għal dak li jikkonċerna t-tkomplija għal sejbiet tal-verifiki finanzjarji ex-post u l-irkuprar ta’ pagamenti li mhumiex dovuti, il-Kummissjoni waqqfet sistema ta’ rapportaġġ li jassisti s-servizzi finanzjarji fil-monitoraġġ ta’ l-irkuprar tagħhom. Barra minn hekk, “Politika komuni ta’ verifika tad-DĠ tar-Riċerka għall-FP6” ġie definit u miftiehem, u għandhom jitwaqqfu databases tal-verifika għas-segwitu tal-verifika. h) Azzjonijiet esterni (Dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni, punti 34-36) Il-Kummissjoni ħadet nota ta’ l-istedina tal-Kunsill sabiex tkompli r-riforma tal-ġestjoni esterna. B’hekk, l-organizzazzjoni mill-ġdid li seħħet riċentement tas-servizzi EuropeAid għandha l-għan li tkompli ssaħħaħ ir-rwol tagħha li evolva progressivament lejn is-superviżjoni, koordinazzjoni u sostenn għall-ġestjoni devoluta fid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, is-sistemi ta' monitoraġġ u kontroll tal-Kummissjoni għandhom l-għan li jassiguraw li l-isħab fil-kuntratt, bħal NGOs, ikunu f’konformità mar-rekwiżiti kuntrattwali. L-introduzzjoni ta’ għodod ġodda (bħal Verifika CRIS) għandha tikkontribwixxi sabiex ittejjeb aktar il-fluss ta' l-informazzjoni dwar riżultati tal-verifika fuq livell ċentrali. I) GħAJNUNA TA’ QABEL L-ADEżJONI (DOKUMENT TA' ħIDMA TAL-KUMMISSJONI, PUNTI 37-40) Il-Kummissjoni qegħda tkompli ssegwi l-għan li timplimenta b’mod sħiħ is-Sistema Estiża ta’ Implimentazzjoni Deċentralizzata (EDIS), kemm fl-Istati Membri l-ġodda kif ukoll fil-Pajjiżi Kandidati. Sal-bidu ta’ l-2005, l-Istati Membri l-ġodda kollha kienu rċevew deċiżjonijiet ta’ akkreditazzjoni għal fondi PHARE u setgħu jserrħu fuq (għalkemm din qegħda bil-mod il-mod titneħħa) l-assistenza tal-Ġruppi ta’ Tranżizzjoni PHARE fir-Rappreżentanzi lokali tal-Kummissjoni. Fil-kwartieri ġenerali, fid-DĠ għat-Tkabbir, l-Unità għat-Tkomplija ta’ l-Assistenza Finanzjarja għandha tipprovdi assistenza puntwali mmexxija mill-monitoraġġ. Għal dak li jikkonċerna l-Pajjiżi Kandidati, l-assistenza lejn l-implimentazzjoni ta’ l-EDIS hi segwita permezz ta’ bosta inizjattivi u miżuri, inkluż gruppi ta’ ħiddma ta’ livell għoli, seminars ta’ taħriġ u eżamijiet tas-sistemi. J) SPIżA AMMINISTRATTIVA (DOKUMENT TA’ ħIDMA TAL-KUMMISSJONI, PUNT 41) Għal dak li jikkonċerna l-ispiża amministrattiva, fejn, kif għarraf il-Kunsill, il-Qorti setgħet tagħti DAS pożittiv, il-Kummissjoni bi ħsiebha tkompli l-implimentazzjoni effettiva tar-riforma, inklużi l-istandards ta’ kontroll intern, l-iżvilupp ta’ metodoloġija komuni ta' evalwazzjoni tar-riskju, il-kontrolli ex-post u l-verifika interna. K) STRUMENTI FINANZJARJI U ATTIVITAJIET BANKARJI (DOKUMENT TA’ ħIDMA TAL-KUMMISSJONI, PUNT 42) Għal dak li jikkonċerna l-istrumenti finanzjarji favur intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-Kummissjoni tikkonferma li din hi ġeneralment sodisfatta mill-kwalità tar-rapporti li waslu mill-Fond Ewropew għall-Investiment (EIF). Diġà qed jiġu applikati regoli konsistenti fir-rigward ta’ sejħiet ta’ garanzija kif ukoll għajnuna mill-Istat. II. TALBIET LILL-KUMMISSJONI DWAR L-AġENZIJI (DOKUMENT TA’ ħIDMA TAL-KUMMISSJONI, PUNT 43) Għal dak li jikkonċerna l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (EAR), il-Kummissjoni, kif irrakkomandat mill-Kunsill, qed tkompli tieħu l-azzjonijiet xierqa kollha possibbli fi ħdan il-limiti tal-kompetenza tagħha bħala waħda minn 26 membru (il-25 l-oħra huma l-Istati Membri) tal-Kunsill ta’ Amministrazzjoni ta’ l-EAR. Il-Kummissjoni diġà pprovdiet pariri, gwida u assistenza lill-EAR sabiex din tkun tista’ tkompli ssegwi mill-qrib ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Qorti ta’ l-Awdituri. L-EAR hija entità unika u legalment distinta mill-Kummissjoni, imwaqqfa fuq l-inizjattiva ta’ l-Awtoritajiet tal-Baġit u rregolata mill-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju kif inhu indikat fir-Regolament tal-Kunsill dwar l-EAR taħt l-Artikolu 9. Taħt din il-liġi, hija l-EAR legalment distinta li hi responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi allokati lilha, li hi kkontrollata mill-Kunsill ta' Amministrazzjoni u soġġetta għal verifika esterna mill-Qorti ta' l-Awdituri. Il-Kummissjoni qed tikkunsidra wkoll il-qafas legali li taħtha topera l-EAR. Għandu jiġi ċċarat li l-Kummissjoni ma għandhiex “ġestjoni konġunta” ma’ l-UNMIK. Dan ta’ l-aħħar għandu relazzjonijiet kuntrattwali ma’ l-EAR għal dak li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta’ ċerti proġetti CARDS għall-Programm Nazzjonali għall-Kosovo. Il-Kummissjoni għandha tisħaq il-ħsibijiet tal-Kunsill lill-membri ta’ superviżjoni l-oħra fil-Kunsill ta’ Amministrazzjoni. III. KONKLUżJONIJIET TAT-TKOMPLIJA TAL-KWITTANZA GħALL-2002 (DOKUMENT TA’ ħIDMA TAL-KUMMISSJONI, PUNTI 44-54) Il-Kummissjoni ħadet jew qed tieħu l-azzjonijiet rakkomandati biex tkompli ssegwi l-konklużjonijiet dwar il-kwittanza għall-2002, per eżempju fir-rigward tat-titjib fis-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll li jikkonċernaw l-oqsma ta’ l-agrikultura, TEN-T, azzjonijiet esterni, għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni u operazzjonijiet bankarji. Qed tingħata attenzjoni akbar lill-konsistenza fl-interpretazzjoni u l-gwida fil-valutazzjonijiet tar-riskju intern tad-direttorati ġenerali responsabbli mill-Fondi Strutturali. Il-Kummissjoni ħadet passi sabiex ittejjeb it-tbassir ta’ l-Istati Membri dwar l-ispiża, iżda din qegħda toqgħod aktar fuq l-estimi tagħha stess ibbażati fuq il-mudell ta’ implimentazzjoni u xejriet prevedibbli għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-pagamenti milli fuq it-tbassir ta’ l-Istati Membri. IV. RAPPORT SPEċJALI TAL-QORTI TA’ L-AWDITURI (DOKUMENT TA’ ħIDMA TAL-KUMMISSJONI, PUNTI 55-63) Għal dak li jikkonċerna r-rapport speċjali 5/2003 dwar l-iffinanzjar ta’ proġetti ambjentali Phare u ISPA fil-Pajjiżi Kandidati, il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjoni rakkomandata biex timmassimizza l-impatt futur tal-proġetti. Per eżempju, il-finanzjamenti ta’ l-għotjiet limitati għandhom jiġu mmirati b’mod aktar effettiv u l-kapaċità ta’ assorbiment għandha tiżdied billi tiġi msaħħa l-preparazzjoni tal-proġett u l-kapaċitajiet għall-għoti ta’ offerti. Fir-rigward tar-rapport speċjali 14/2003 dwar il-kejl ta’ dħul mill-biedja, il-Kummissjoni qed tniedi studju ta’ vijabilità għall-iżvilupp u l-ispiża ta’ statistiki li jkejlu l-livell ta' l-għajxien tal-popolazzjoni tal-bdiewa madwar l-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni (l-Eurostat qed tiffinalizza sejħa għall-offerti li għandha tiġi ppubbilkata fi żmien qasir). Is-sitwazzjoni finanzjarja u l-livell ta’ dħul ta’ impriżi tal-biedja u fis-settur agrikolu ġeneralment ikomplu jkunu s-suġġett ta' monitoraġġ regolari fuq il-bażi ta' data FADN u EAA, li l-armonizzazzjoni u l-konsistenza tagħhom qed tissaħħaħ permezz ta’ kollaborazzjoni miżjuda fost is-servizzi varji kkonċernati. Rigward ir-rapport speċjali 15/2003 dwar programmi ta’ mikroproġetti (MPP) iffinanzjati mill-EDF, il-Kunsill irrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu bosta azzjonijiet, bħal biex ittejjeb l-organizzazzjoni tas-servizzi ċentrali, tipprovdi Delegazzjonijiet b’linji gwida preċiżi, u biex ittejjeb il-monitoraġġ u l-metodi ta’ kejl ta’ riżultati. Il-Kummissjoni ħadet jew qed tieħu l-azzjonijiet rakkomandati. Rigward ir-rapport speċjali 1/2004 dwar it-tmexxija ta’ azzjonijiet RDT indiretti taħt il-Ħames Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (1998 sa 2002), l-azzjoni rakkomandata ittieħdet u qed tkompli. Is-simplifikazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tal-FP6 f’konformità mal-qafas legali u finanzjarju kien għan ewlieni. Pjan ta’ Azzjoni dwar ir-Razzjonalizzazzjoni u l-Aċċelerazzjoni indirizza bosta mill-kwistjonijiet identifikati bħala problematiċi jew li għandhom bżonn titjib taħt l-FP6; il-Kummissjoni għarrfet lill-Kunsill u l-Kumitati tal-Programmi dwar il-progress li nkiseb. Għall-ġejjieni, l-isforzi dwar is-simplifikazzjoni għandhom jindirizzaw ukoll kull bidliet potenzjali li jistgħu jkunu meħtieġa għall-qafas legali u finanzjarju u titjib ulterjuri fl-għoti tal-programm ta’ qafas. Għal dak l-għan, karta ta’ ħidma dwar is-simplifikazzjoni kienet parti mill-proposta tal-Kummissjoni għall-FP7 adottat fis-6 ta’ April 2005. Il-ħidma bdiet għall-implimentazzjoni tal-proposti magħmula f’dik il-karta. Rigward ir-rapport speċjali 6/2004 dwar l-organizzazzjoni tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini fl-Unjoni Ewropea (SIRB), il-Kummissjoni, taħt is-sitwazzjoni legali eżistenti, diġà pprovdiet pariri u assistenza lill-Istati Membri li qed iwaqqfu u jimmaniġġaw databases għal annimali bovini. Ġie żviluppat dokument ta’ ħidma għall-għoti ta’ punt ta’ referenza tad- databases nazzjonali sabiex jassisti lill-Istati Membri fit-titjib ulterjuri tad- databases tagħhom. V. FONDI EWROPEJ TA’ ŻVILUPP (EDF) (DOKUMENT TA’ ħIDMA TAL-KUMMISSJONI, PUNTI 64-66) Il-Kummissjoni tejbet aktar il-kwalità tal-qari u l-preċiżjoni tar-rapport ta’ tmexxija finanzjarja ta’ l-EDF kif rakkomandat mill-Kunsill. Il-Kunsill jirrakkomanda wkoll li tiġi inkluża wkoll fir-rapport ta’ tmexxija finanzjarja ta’ l-EDF ħarsa ġenerali ta’ l-ispejjeż ta’ tmexxija ta’ l-EDF imħallsa mill-baġit ġenerali. Madankollu, peress illi l-attivitajiet relatati ma’ l-EDF huma integrati ma’ l-attivitajiet l-oħra tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna għall-iżvilupp u relazzjonijiet politiċi ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-ispejjeż amministrattivi totali mħallsa mill-baġit ġenerali ma jistgħux jinqasmu bejn l-attivitajiet EDF u attivitajiet oħra b’mod li għandu tifsira. Rigward is-sostenn tal-baġit, il-ftehim issa jinkludu b’mod sistematiku element importanti ta’ sostenn istituzzjonali. Dwar il-fondi Stabex, il-Kummissjoni ħarġet istruzzjonijiet, b’limiti ta’ żmien, lid-Delegazzjonijiet, sabiex tassigura monitoraġġ finanzjarju mill-qrib u l-approvazzjoni rapida ta’ l-oqsfa kollha dwar Obbligi Reċiproki pendenti. * * * [1] Ara wkoll l-Artikolu 147 tar-Regolament Finanzjarju [2] Kwittanza tal-Baġit Ġenerali 2003, Kwittanza ta’ l-EDF 2003, Kwittanza ta’ l-Aġenziji 2003.