Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill - Futur Ewropew għall-Kosovo /* KUMM/2005/0156 finali */
Brussell 20.4.2005 COM(2005) 156 finali KOMMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL Futur Ewropew għall-Kosovo KOMMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL Futur Ewropew għall-Kosovo Għan ta’ din il-Kommunikazzjoni Il-perspettiva Ewropea tal-Balkani tal-Punent, ikkonfermata fid-Dikjarazzjoni ta’ Salonka ta’ Ġunju 2003, hija miftuħa wkoll għall-Kosovo.[1] Taħt l-awspiċju tar-Reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, il-Kosovo jeħtieġ li jegħleb l-iżolazzjoni tiegħu u jipparteċipa fil-progress tar-reġjun lejn l-Ewropa. Din is-sena hija sena importanti għall-Kosovo. In-Nazzjonijiet Uniti se jwettqu reviżjoni komprensiva ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-istandards tal-Kosovo jekk il-kondizzjonijiet jitolbu li jsir hekk. Dan jista’ jiftaħ il-bieb għat-tnedija tal-proċess li jwassal għat-twettiq ta’ l-istatus futur tal-Kosovo. L-Unjoni Ewropea qiegħda tappoġġa b’mod attiv lill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo u lin-NATO (KFOR) u qiegħda taħdem mill-qrib ma’ l-Istituzzjonijiet Provinċjali ta’ l-Awtogovernanza (PISG) sabiex tiffaċilita l-progress tal-Kosovo lejn il-ħolqien ta’ soċjetà demokratika u multi-etnika li fiha l-komunitajiet kollha jistgħu jgħixu fil-paċi u l-prosperità. Billi tagħmel il-perspettiva Ewropea tal-Kosovo aktar tanġibbli, l-Kummissjoni tista’ tagħmel kontribut politiku importanti sabiex jissolvew kwistjonijiet pendenti u tiġi żgurata l-istabilità tar-reġjun kollu. Il-Kummissjoni żviluppat strumenti ta’ effettività ppruvata matul il-proċess ta’ qabel l-adeżjoni u tat- tkabbir. Din l-esperjenza għandha tintuża sabiex tgħin lill-Kosovo jikseb il-futur stipulat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali tal-21-22 ta’ Frar,[2] u sabiex tiżgura li l-istess standards ikunu applikati madwar ir-reġjun kollu. Il-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tal-21-22 ta’ Frar 2005 talab lill-Kummissjoni Ewropea, l-HR/SG u l-Presidenza sabiex jeżaminaw flimkien man-Nazzjonijiet Uniti u ma’ atturi oħra rilevanti x’jista’ jkun il-kontribut futur ta’ l-Unjoni Ewropea għall-isforzi tal-komunità internazzjonali fil-Kosovo sabiex tiġi implimentata r-Riżoluzzjoni 1244, għall-evalwazzjoni globali ta’ l-implimentazzjoni ta' l-istandards, u għall-istadji tal-proċess li jiġu aktar tard. Il-Kommunikazzjoni li hija kontribut għal din il-valutazzjoni, tiffoka fuq żoni ta' kompetenza tal-Komunità taħt ir-remissa tal-Kummissjoni. Din il-Kommunikazzjoni tikkonċentra primarjament fuq l-aspetti ekonomiċi ta’ l-iżvilupp tal-Kosovo, il-kostruzzjoni ta’ l-istituzzjoni, l-għajnuna tal-KE u l-kuntest reġjonali. Dawn il-fatturi kollha jagħmlu parti minn kuntest usa’li jinkludi l-ambjent ta’ sigurtà, l-leġitimità politika u r-rikonċiljazzjoni bejn il-komunitajiet. Mingħajr sigurtà u rikonċiljazzjoni ma jasalx investiment u l-Kosovo jibqa’ dipendenti fuq l-għajnuna. Il-Kummissjoni tinsab lesta li tipprovdi l-kontribut tagħha għal dawn il-kwisjonijiet filwaqt li taħdem spalla ma’ spalla ma’ l-istituzzjonijiet l-oħra ta’ l-UE. Il-kontribut tal-Kummissjoni Ewropea lill-impenn globali ta’ l-UE lill-Kosovo l-Unjoni Ewropea ilha impenjata mal-Kosovo mill-bidu tal-kunflitt ta' l-1999, bi sforz finanzjarju u politiku kbir sabiex tinbena paċi u demokrazija li jdumu għal medda twila ta' żmien. Il-Kunsill Ewropew ta’ Cologne ta’Ġunju 1999 enfasiżża l-impenn ta’ l-UE li tikseb rwol ta’ tmexxija fir-ristrutturar tal-Kosovo. Eżatt wara t-tmiem tal-kunflitt, il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet €378 miljun f’għajnuna umanitarja mogħtija f’qagħda ta’ emerġenza. Użat taskforce sabiex timplimenta l-ewwel programmi ta’ rikostruzzjoni; għaqqdet azzjonijiet ta’ serħan ma’ programmi ta’ żvilupp ippjanati fuq medda itwal ta' żmien, implimentati mill- Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (sa llum 'il fuq minn biljun euro) u tat kontribuzzjoni ta’ €65 miljun f’għajnuna finanzjarja għall-każijiet eċċezzjonali lill-Bilanċ Ikkonsolidat tal-Kosovo. L-UE impenjat ruħha wkoll li tieħu parti fl-Amministrazzjoni Interim tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK), li tistabbilixxi l-Pilastru IV tagħha u tikkontribwixxi, sa llum, €100 milljun lill-ispiża amministrattiva tagħha. Minkejja dan, sitt snin wara l-kunflitt, l-istabilità tat-territorju għadha fraġli. Il-kalma li wriet il-popolazzjoni wara d-deċiżjoni tal-Prim Ministru tal-ġurnata Haradinaj li jikkoopera mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall- Ex -Jugożlavja f’Marzu 2005 hija prova tal-progress fl-istabilità demokratika tal-Kosovo; minkejja dan, tista’ xorta waħda titħrabat b’azzjonijiet estremisti. Il- kapital politiku u tekniku tal-Kummissjoni jeħtieġ jiġi mmobilizzat mill-ġdid sabiex ikabbar il-valur ta’ l-iżvilupp ekonomiku u l-perspettiva Ewropea fuq il-Kosovo, li tifrex fuq medda twila ta’ żmien. Il-perspettiva LI TIFREX FUQ MEDDA TWILA TA’ żMIEN: IL-ġEJJIENI EWROPEW TAL-KOSOVO Mill-Kunsill Ewropew ta’ Salonka ’l hawn, il-prospett ta’ integrazzjoni Ewropea kien fiċ-ċentru tal-politika tagħna fir-rigward kemm tal-Kosovo u kif ukoll lejn il-Balkani tal-Punent b’mod sħiħ taħt il-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (SAP). Huwa importanti li filwaqt li l-ġirien tal-Kosovo jibdew jersqu lejn l-Ewropa, il-Kosovo ma jitħalliex lura. Is- Sħubija Ewropea għall-Kosovo adottata f’Ġunju 2004[3] tifformola azzjonijiet sabiex jinkiseb it-twettiq ta’ l-Istandards. L-awtoritajiet tal-Kosovo wieġbu bi Pjan ta’ Azzjoni li 1) jiddefinixxi l-miżuri għat-twettiq ta' l-Istandards ta' priorità u lil hinn minnhom. 2) jistima l-ispiża għall-Gvern tal-Kosovo; u 3) jidentifika l-għajnuna meħtieġa għall-istima komprensiva ta’ l-Istandards u, fuq medda ta’ żmien li tifrex aktar fit-tul, l-aġenda Ewropea ta’ approssimazzjoni. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni għandu jkun aġġornat b’mod regolari u r-rabtiet tiegħu mal-baġit għandhom ikunu jidhru b’mod l-aktar ċar sabiex isir l-istrument ewlieni li jiggwida l-programm ta’ ħidma tal-Gvern. Il- Mekkaniżmu ta’ Traċċar tal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (STM) joffri forum għad-diskussjoni dwar il-progress tal-Kosovo fit-twettiq tas-Sħubija Ewropea. Il-Kummissjoni għandha l-għan li twettaq monitoraġġ tal-progress li jsir fl-implimentazzjoni ta’ l-Istandards tan-NU sabiex tkabbar il-valur ta’ għarfien globali ta’ l-UE fir-rigward tal-qagħda. Il-Kummissjoni għandha l-għan li tespandi l-gruppi tal-qasam tekniku fi ħdan l-STM sabiex tapprofondixxi diskussjonijiet esperti bejn il-ministeri u s-servizzi tal-Kummissjoni. Fir- rapporti annwali dwar il-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tagħha fil-ħarifa ta' l-2005, il-Kummissjoni se tivvaluta l-progress tal-Kosovo u tirrevedi r-rakkomandazzjonijiet fis-Sħubija Ewropea. Sabiex tikseb l-għan aħħari ta’ proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, li huwa l-integrazzjoni fl-Unjoni Ewropea, l-UE għandha tistabbilixxi relazzjonijiet kuntrattwali ma’ l-imsieħba tagħha. Il-possibilità ta’ negozjar ta’ Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kosovo li jkun żviluppat b’mod komplet, s’issa għadha ma kenitx ippreżentata. Minkejja dan, il-Kummissjoni hija impenjata sabiex tesplora modi kreattivi ġodda sabiex tiżgura li l-Kosovo jkun jista' jibbenefika b'mod sħiħ mill-istrumenti kollha ta' l-UE, u meta jasal il-waqt- skond ir-riżultat tad-diskussjonijiet ta' status – jimpenja ruħu f’relazzjonijiet kontrattwali ma’ l-Unjoni kif jixraq. L-I żVILUPP EKONOMIKU L-istabilità tal-Kosovo li tifrex fuq medda medja u fuq medda twila ta’ żmien, tiddependi mill-iżvilupp ekonomiku tagħha. Għalkemm mill-1999 ’il hawn inkiseb progress, il-Kosovo jibqa’ l-aktar reġjun fqir fil-Balkani tal-Punent. Il-popolazzjoni tiegħu ta’ madwar 1.9 milljun għandha PGD per capita baxx ħafna ta’ madwar 1000. Skond id- data ta’ l-2003 mill-Uffiċju ta’ l-Istatistika tal-Kosovo, ir-rata ta’ nuqqas ta’ impjieg hija ta’ madwar 50%. L-ekonomija tal-Kosovo teħtieġ li tikber b’pass mgħaġġel għal perjodu twil sabiex tgħolli l-livelli ta' għajxien, tnaqqas il-faqar u l-qgħad. Minkejja dan, it-tkabbir ekonomiku tal-Kosovo ma rnexxielux jilħaq din il-kondizzjoni meħtieġa minnu. L-inċertezza ta’ l-istat tal-ġejjieni tal-Kosovo huwa mingħajr dubju impediment għall-iżvilupp ekonomiku. iżda, l-problemi ekonomiċi ma jistgħux jistennew sar-reżoluzzjoni tal-kwistjoni ta' status. It-tqawwija mill-ġdid tat-tkabbir tal-Kosovo Il-problemi ekonomiċi u soċjali tal-Kosovo li għandhom għeruq fondi joffru sfidi diffiċli għall-UNMIK (b’mod speċjali għall-Pilastru IV) u l-PISG. Jeħtieġu li jaħdmu flimkien mill-qrib sabiex jindirizzaw il-prioritajiet ekonomiċi li kienu identifikati fil-Pjan ta' Implimentazzjoni ta’ l-Istandards tal-Kosovo u s-Sħubija Ewropea. Il-Kummissjoni se tipprovdi parir dwar politika, għajnuna teknika u appoġġ finanzjarju fejn huwa xieraq sabiex: Tagħti appoġġ lit-tħejjija tal-Gvern għal Pjan ta’ Żvilupp komprensiv għall-Kosovo u għall-ħolqien ta' qafas fiskali sostenibbli permezz ta’ Qafas ta’ Spiża li tifrex fuq Medda Medja ta’ Żmien li huwa kruċjali għall-ippjanar baġitarju konsistenti u sabiex jirripara d-defiċit tal-baġit li mhuwiex sostenibbli. L-MTEF għandu jikkonsolida l-ħtiġijiet finanzjarji tal-ministri kkonċernati u l-ħidmiet pubbliċi (inklużi investimenti identifikati fil-Pjan ta’ Investiment tal-Pubbliku). Għandu jkun stabbilit b’kooperazzjoni mill-qrib mal-FMI u l-Bank Dinji. Tappoġġa aktar it-tlestija tal-mandat tal- Kosovo Trust Agency għall- privatizzazzjoni ta’ intrapriżi kollettivi sabiex l-assi jkunu jistgħu jitqiegħdu malajr f’użu produttiv. Il-Kummissjoni se tappoġġa wkoll l-inkorporazzjoni u r-ristrutturar ta’ intrapriżi pubbliċi , b’mod partikolari l-utilitajiet pubbliċi. Ir-rakkomandazzjonijiet prodotti mill-verifiki ta’ dawn l-intrapriżi u t-tlestija fil-pront ta’ l-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin mill-uffiċju OLAF/NU Office of Internal Oversight Services jeħtieġ li jkunu żgurati. Tagħti appoġġ għall-ħolqien ta’ ambjent aktar favorevoli għas-settur privat , b’mod partikolari billi tiffaċilita l-iżvilupp ta’ intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs). Mill-2003 ’l hawn, il-Kosovo rabat lilu nnifsu mal-prinċipji tal-Karta Ewropea ta’ l-Intrapriżi ż-Żgħar, iżda l-kapaċità tiegħu li jimplimenta l-Karta għadha mfixkla mill-obbligi baġitarji u amministrattivi. Jeħtieġ aktar progress fl-iżvilupp ta' l-iffinanzjar ta' l-SME. is-servizzi ta’ appoġġ tan-negozju; is-sistemi ta’ rreġistrar tan-negozji u s-sitemi ta’ liċenzjar, li huma moderni, imħaffa u rħas. l-edukazzjoni ta’ l-intraprendenza; u infrastruttura ddedikata għal servizzi ta’ appoġġ tan-negozji. Dawn l-isforzi jiksbu għajnuna mill-adozzjoni ta’ strateġija għall-SMEs, li tifrex fuq medda medja ta’ żmien. Tgħin lill-Kosovo sabiex jivvaluta politika ta’ kontroll intern tal-finanzi pubbliċi u ta’ verifika esterna tal-kontabilità skond l-istandards internazzjonali u n-normi ta’ l-aqwa prassi konformi ma' l-UE.Tkompli tgħin lill-UNMIK u l-istituzzjonijiet provviżorji sabiex il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri fis-servizzi ta’ dwana u tassazzjoni jieħdu l-istess linja ta’ l-istandards u n-normi ta’ l-aqwa prassi ta’ l-UE. Tappoġġa l-Ministeru tal-Finanzi u l-Ekonomija sabiex jibni kapaċità fit-tfassil ta’ politika fiskali u ta’ dħul u jtejjeb il-ġbir tat-taxxa, b’mod speċjali l-VAT. Tkompli tipprovdi għajnuna għall-iżvilupp ta’ sistema ta’ statistika sostenibbli u koerenti bl-appoġġ ta' l-EUROSTAT, b'mod speċjali billi tibni l-kapaċità ta' l-Uffiċju ta' l-Istatistika tal-Kosovo għall-iżvilupp ta' kontabilità nazzjonali. Il-Kummissjoni se ssegwi wkoll mill-qrib l-ewwel ċensiment ta' popolazzjoni u djar fil-Kosovo. F’dan it-tħabrik, l-awtoritajiet jeħtieġu li jirrevedu bir-reqqa l-iskeda u l-passi ta’ tħejjija għaċ-ċensiment, sabiex jiżguraw li huma kredibbli u li jitwettqu f’konformità sħiħa ma’ l-istandards internazzjonali. L-isforzi ta’ l-Uffiċju ta’ l-Istatistika għall-iżvilupp ta’ kontabilità nazzjonali sostenibbli ma għandhomx jiddgħajfu minħabba konċentrazzjoni miżjuda fuq iċ-ċensiment. Ħidma lejn integrazzjoni sħiħa tal-Kosovo fl-ekonomija reġjonali Taħt l-UNSCR 1244, is-sehem tal-Kosovo fil-fora reġjonali u n-negozjati tal-ftehimiet internazzjonali jaqgħu taħt l-awtorità tal-UNIMIK, f’isem il-PISG. Minkejja dan, il-ministri kkonċernati jeħtieġu li jipparteċipaw f’dawn l-inizjattivi sabiex jiżguraw li l-Gvern tal-Kosovo huwa totalment kapaċi li jilħaq l-obbligi tiegħu taħt il-Qafas Kostituzzjonali għall-Awtogovernanza. Kummerċ Il-Kummissjoni se tkompli tgħin lill-Kosovo biex jagħmel l-aqwa użu mill-miżuri awtonomi kummerċjali (Autonomous Trade Measures) [4] tal-KE, b’mod partikolari billi tagħti appoġġ lill-politika tal- kummerċ u tad-dwana, lill-kondizzjonijiet sanitarji u fitosanitarji mitluba, u lir-riformi strutturali għat-titjib tal-bażi ta’ l-esportazzjoni. Meta jasal il-waqt, il-Kummissjoni tista’ tikkonsidra mill-ġdid il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-importazzjoni tat-tessuti li joriġinaw mill-Kosovo. Il-Kummissjoni se tkompli tgħin l-UNMIK fil-wegħda solenni tagħha li tinnegozja u timplimenta ftehimiet bilaterali ta’ kummerċ ħieles ma’ ġirien interessati – filwaqt li tikkunsidra kif xieraq ix-xkiel fiskali – fi ħdan il-kwadru tal-memorandum tal- Patt ta’ Stabilità fuq il-Liberalizzazzjoni u l-Iffaċilitar tal-Kummerċ fl-Ewropa tax-Xlokk ( Stability Pact’s Memorandum of Trade Liberalisation and Facilitation in South Eastern Europe) . Dan se jippermetti l-Kosovo jibbenefika mil-liberalizzazzjoni tal-kummerċ reġjonali. Ambjent . Il-Kummissjoni se tinkoraġġixxi s-sehem tal-Kosovo f’ inizjattivi reġjonali ambjentali bħal pereżempju l-Programm ta’ Rikostruzzjoni Ambjentali Reġjonali għax-Xlokk ta’ l-Ewropa ( Regional Environmental Reconstruction Programme for South East Europe -REREP) u n-Netwerk ta’ Osservanza u Infurzar tan-Normi fil-Qasam Ambjentali fid-dawl ta’ l-Adeżjoni ( Environmental Compliance and Enforcement Network for Accession -ECENA). Enerġija . Minħabba l-pożizzjoni ġeografika fil-qalba tal-Balkani u depożiti kbar tal-faħam li għandu, il-Kosovo għandu l-potenzjalità li jkollu rwol importanti fl-iżvilupp tas-suq ta' l-enerġja reġjonali ( Regional Energy Market ). It-teknoloġija avvanzata u nadifa tal-faħam għall-produzzjoni ta’ l-elettriku tista’ tuża l-vantaġġ komparattiv tal-Kosovo. Il-lakuna mbassra fil-provvista ta’ l-elettriku fir-reġjun hija promettenti għall-prospetti ta' żvilupp fiż-żona – soġġetti għal valutazzjoni komprensiva ta’ l-impatt ambjentali. Il-Kummissjoni se tgħin lill-Ministeru ta’ l-Enerġija sabiex jiżviluppa strateġija li tibni fuq il-vanatġġi komparattivi tiegħu. Il-Kummissjoni ffaċilitat l-inklużjoni ta’ l-UNMIK, f’ rappreżentanza tal-Kosovo, fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità ta’ Enerġija għax-Xlokk ta’ l-Ewropa li għandu jiġi konkluż din is-sena. Il-Kummissjoni se tfittex li tiżgura li l-Kosovo jkun irrappreżentat fil-korpi kollha li għandhom rwol fir-riforma tas-suq ta’ l-enerġija u fil-funzjonijiet regolatorji li jaffetwaw lill-Kosovo. Trasport. Inizzjattivi reġjonali bħall- implimentazzjoni tal-MoU fuq l-Iżvilupp tan-Netwerk ta’ Qofol tat-Trasport Reġjonali ta’ l-Ewropa tax-Xlokk , li tiegħu l-UNMIK hija firmatarja f’ isem il-Kosovo, jinkludu l-iżvilupp tat-trasport fil-Kosovo. Avjazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea assoċjat lill-Kosovo ma’ l-inizjattiva mnieda dan l-aħħar li testendi s- Sema Waħda Ewropea u l-Ispazju Komuni Ewropew ta’ l-Ajru lill-Balkani tal-Punent. Telekomunikazzjoni . Il-qasam tal-komunikazzjoni elettronika għandu sehem importanti fl-iżvilupp ġenerali ekonomiku. Il-Kosovo se jkun involut mill-qrib f’inizjattivi reġjonali sabiex iħejji għall-adozzjoni tal-komunikazzjoni elettronika ta’ l- acquis . Sabiex twettaq monitoraġġ tal-progress, il-Kummissjoni se tistabbilixxi djalogu regolari dwar kwistjonijiet ekonomiċi ma’ l-awtoritajiet tal-Kosovo fl-ambitu tal-laqgħat tal-mekkaniżmi ta’ traċċar SAP . Tinbena Kapaċità Istituzzjonali Il-perspettiva Ewropea trid issir parti integrali mill-politika kollha fil-Kosovo. Pass ’il quddiem importanti kien il-ħolqien ta’ Uffiċju tal-Proċessi ta’ Integrazzjoni Ewropea fl-uffiċju tal-Prim Ministru, flimkien ma’ appoġġ ta’ l-UE. Dan l-uffiċju qiegħed jaħdem mill-qrib ma’ l-Uffiċju ta’ l-Integrazzjoni Ewropea UNMIK u l-Uffiċju tal-Koordinatur ta' Strateġija taħt l-SRSG. Il-pjanijiet għall-ħolqien ta’ Kumitat ta’ Integrazzjoni Ewropea fi ħdan l-Assemblea tal-Kosovo huma żvilupp pożittiv. Ħidma ma’ l-istituzzjonijiet sabiex jersqu lejn standa rds Ewropej Sfida ewlenija għall-Kosovo se tkun li jinbnew amministrazzjonijiet li jaħdmu b’ mod sħiħ, kapaċi li jipprovdu għall-bżonnijiet taċ-ċittadini. Ir-riforma ta’ l-Amministrazzjoni Pubblika hija meħtieġa sabiex tolqot il-lati kollha. L-UE qiegħda tgħin lill-Gvern Proviżorju sabiex iżid ir-responsabilità tal-ministeri fl-isferi attwali tal-kompetenza tiegħu. Fl-2005, il-Kummissjoni se tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Proġett ta' Valutazzjoni tal-Kapaċità tal-Kosovo. Mill-2006 ’l quddiem, arranġamenti ta’ ġemellaġġ se jippermettu esperti mill-Istati Membri ta’ l-UE sabiex jaħdmu bħala konsulenti għall-istituzzjonijiet. Progress fil-qasam tal-ġustizzja, l-libertà u s-sigurtà huwa kruċjali għar-rispett ta’ l-istat ta' dritt, id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-minoritajiet, u l-iżvilupp ekonomiku. Dan jaffettwa l-progress tal-Kosovo f’ bosta oqsma differenti. Il-ġlieda kontra l-kriminalità u l-korruzzjoni hija essenzjali. Sakemm issir kjarifika ulterjuri tal-pjanijiet ta’ l-UNMIK għat-trasferimenti futuri fl-oqsma ta’ l-iżvilupp ekonomiku (li jinkludi d-dwana), il-pulizija u l-ġustizzja, l-Kummissjoni indikat fondi sabiex jgħinu istituzzjonijiet lokali sabiex iħejju għall-ġestjoni ta' dmirijiet ġodda f'dawn l-oqsma. L-Uffiċċju ta’ Skambju ta’ Informazzjoni ta’ Għajnuna Teknika ( Technical Assistance Information Exchange Office -TAIEX) se jgħin il-Gvern Proviżorju biex iżid il-kapaċità tiegħu biex jabbozza leġiżlazzjoni konformi ma’ l-istandards ta’ l-UE u jgħin fl-implimentazzjoni u l-infurzar tagħha. Il-Kummissjoni se tagħti wkoll fondi għall-ħolqien ta’ Skola għall-Edukazzjoni Ogħla u dwar ir-Riforma ta’ l-Amministrazzjoni Pubblika reġjonali, li tagħti l-impjegati tal-Gvern fil-Kosovo l-okkażjoni li jibbenefikaw minn skemi ta’ taħriġ mal-kontropartijiet tagħhom f’ partijiet oħra tar-reġjun. Aktar minn hekk, l-iżvilupp ta’ mezzi tax-xandir ħielsa, indipendenti u professjonali huwa element prinċipali għad- demokratizzazzjoni. Konformità ma’ l-istandards Ewropej fuq il-mezzi tax-xandir se tiġi segwita mill-Kummissjoni Ewropea b’kooperazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa. Appoġġ tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo L-Unjoni Ewropea se tkompli bl-appoġġ qawwi politiku u finanzjarju lill-UNMIK, b’ mod partikolari permezz ta’ għoti ta’ fondi tal-Pilastru IV. Il-kjarifika tar-rwol u d-dmirijiet ta’ dan il-pilastru bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-UNMIK, bit-tħaddin tal-Kwartieri Ġenerali tan-NU, se jgħinu sabiex itejbu r-rendiment tagħhom. Dan il-mandat se jipprovdi l-SRSG b’ġerarkija ta’ tmexxija ċara fuq l-operat tal-Pilastru li jaqa’ taħt l-UNSCR1244. Dan se jżid l-effettività tal-Pilastru IV u jgħinu biex jopera ma’ pilastri oħra UNMIK u l-Gvern tal-Kosovo. Il-preżenza fil-ġejjieni ta’ l-UE fil-Kosovo Sa mill-ħolqien fl-2004 ta' preżenza msaħħa ta' l-UE fil-Kosovo, il-Kap ta’ l-Uffiċju ta’ Kollegament tal-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Personali ta’ l-HR/SG ilhom jaħdmu flimkien mill-qrib ma’ l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni u l-Istati Membri ta’ l-UE. Il-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tal-21-22 ta' Frar stieden lil SG/HR u l-Kummissjoni sabiex jirriflettu dwar il-kontribut ta’ l-UE fil-ġejjieni li jifrex fuq medda medja ta' żmien. Fi ħdan il-qafas ta’ dawn ir-riflessjonijiet, il-Kummissjoni hija kkonċernata li tiżgura li l-preżenza internazzjonali fil-ġejiieni tkun simplifikata u integrata, li ma tidħolx flok atturi lokali, u li tiffaċilita l-progress tal-Kosovo fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Dawn ir-riflessjonijiet jeħtieġ li jinkludu l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-Komunità. Għajnuna Finanzjarja Il-Kosovo għandu ħtiġijiet konsiderevoli ta’ għajnuna kemm fit-tisħiħ ta’ l-istituzzjonijiet kif ukoll fil-finanzi, b’mod partikolari fil-qasam tal-manutenzjoni ta’ l-infrastruttura u l-investiment. Meta wieħed iqis il-pożizzjoni fiskali dgħajfa tiegħu, il-Kosovo jeħtieġ li jkompli jistrieħ fuq appoġġ mifrux fuq medda medja ta’ żmien. Jekk il-Kummissjoni trid li tilħaq l-aspirazzjonijiet politiċi tagħha, se jkollha tiżgura ċirkolazzjoni adattata ta’ fondi. Il-Kosovo se jibbenefika minn assistenza ta’ 114 miljun euro ulterjuri ta’ l- Għajnuna tal-Komunità Għar-Rikostruzzjoni, l-Iżvilupp u l-Istabbilizzazzjoni ( Community Assistance for Reconstruction, Development and Stabilisation CARDS) fl-2005-2006. Din l-għajnuna bħalissa tiffoka fuq it-tisħiħ ta’ l-istituzzjonijiet, b’mod partikolari għall-implimentazzjoni ta’ l-Istandards tal-Kosovo. Sa mill-2007, ir- Regolament ta’ l-Istrument għall-Qabel l-Adeżjoni (IPA) se jieħu post ir-Regolament CARDS.Ir-regolament IPA huwa maħsub biex jappoġġa l-progress tar-reġjun lejn l-adeżjoni. Dan l-istrument se jippermetti għal flessibilità ta' reazzjoni għall-ħtiġijiet li jevolvu. Il-Kummissjoni se jkollha għad-dispożizzjoni tagħha wkoll strumenti RELEX oħra sabiex tirreaġixxi għal żviluppi futuri. L-għajnuna teknika u t-tisħiħ ta’ l-istituzzjonijiet huma importanti iżda mhumiex biżżejjed sabiex irawmu żvilupp ekonomiku minnhom infushom. Investiment bażiku fl-infrastruttura huwa wkoll meħtieġ. Il-Kummissjoni lesta li teżamina l-possibiltà li f’każijiet eċċezjonali tagħmel għotjiet ta’ għajnuna baġitarja lill-Kosovo, b’koordinazzjoni mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), mal-Bank Dinji u mad-donaturi bilaterali. Din l-għajnuna se tiddependi fuq il-ħtiġijiet ta’ valutazzjoni bbażati fuq Qafas ta' Spiża mifruxa fuq Medda Medja ta' Żmien u fuq progress fir-riformi strutturali. B’kooperazzjoni mill-qrib mal-Pilastru IV ta’ l-UNMIK u l-PISG, il-Kummissjoni se twettaq attivitajiet immirati biex iħajru l-investiment fil-Kosovo, billi jimmobilizzaw l-IFIs b'mod partikolari l-Bank Ewropew għall-Investiment - kif ukoll donaturi u investituri internazzjonali. L-Istati Membri ta’ l-UE u l-Aġenzija Multilaterali għall-Garanzija ta’ l-Investiment jistgħu wkoll jgħinu sabiex jibnu kunfidenza fl-investitur billi jipprovdu skemi ta’ investiment garantit . Koordinazzjoni mtejba tad-donatu se tkun essenzjali. L-Istituzzjonijiet Proviżorji għandhom jimxu minn approċċ ibbażat fuq proġetti iżolati għal wieħed li jikkunsidra s-settur pubbliku b’mod sħiħ, sabiex jippermetti medda itwal ta’ żmien għall-istudji ta’ ppjanar u l-valutazzjoni tal-vijabilità, r-riskju u s-sostenibilità. Il-Gvern Proviżorju għandu jieħu t-tmexxija fid-djalogu mad-donaturi sabiex jiżgura l-involviment ta’ msieħba u istituzzjonijiet li qegħdin jibbenefikaw kif ukoll sabiex jikkonsidra kif xieraq il-kapaċitajiet ta’ assorbiment. Fil-futur il-kundizzjonalità fuq il-livelli speċifiċi ta' rendiment u r-riformi se jkollhom rwol aktar importanti. Il-Kosovo u r-Reġjun: Id f’id lejn l-Ewropa Ir-rabtiet mill-qrib bejn l-istabilità tal-Kosovo u dik tal-pajjiżi ġirien tiegħu jagħmlu l-ġejjieni tiegħu il-qofol tas-suċċess globali għall-politika ta’ l-UE fil-Balkani. Il-Kosovo jrid isir sieħeb kostruttiv fil-Balkani tal-Punent li ma jqiegħedx fil-periklu la s-sigurtà u lanqas il-prosperità tar-reġjun. L-impenn u l-għajnuna ta' l-UE lill-Kosovo jridu jaqblu ma' l-impenn profond ta' l-Istituzzjonijiet Proviżorji ta’ Awtogovernanza għal tmexxija tajba u li tistabbilixxi kooperazzjoni amministrattiva adatta mal-pajjiżi ġirien sabiex jitnaqqas it-theddid għas-sigurtà pubblika u sabiex l-attivitajiet ekonomiċi ta' bejn il-fruntieri fir-reġjun ikunu leġittimi. Trawwim ta’ inizjattivi reġjonali Permezz tal-Programm Reġjonali CARDS, l-UE tappoġġa inizjattivi reġjonali ġo firxa wiesgħa ta’ oqsma. Mill-2005 ’l quddiem, il-Kummissjoni se tippromwovi l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet reġjonali fil-Kosovo, u se tħeġġeġ l-imsieħba mill-UE u mill-Balkani tal-Punent sabiex jintegraw lill-Kosovo b’mod sħiħ f’inizjattivi oħra reġjonali. Fl-2005 l-ewwel eżempju se jkun l-organizzazzjoni tal-laqgħa tal-koordinazzjoni reġjonali tal- Karta Ewropea għall-Intrapriżi ż-Żgħar ġewwa Pristina fis-27-29 ta’April. Inressqu l-Ewropa eqreb lejn il-po plu tal-Kosovo Il-Kosovo jeħtieġ li jinħareġ miż-żona maqtugħa li daħal fiha, sabiex jiżgura li l-poplu tiegħu ikun parti integrali mill-familja Ewropea. Is-soċjetà ċivili tal-Kosovo teħtieġ li jkollha kuntatti wiesgħa mal-kontrapartijiet tagħha fil-bqija ta’ l-Ewropa. L-Istati Membri jista' jkollhom rwol ewlieni biex dan jinkiseb, pereżempju permezz li tiżdied il-kapaċità konsulari għall-ġestjoni ta’ l-applikazzjonijiet tal-visa sabiex id-deċiżjonijiet fuq il-ħruġ tal-visa jittieħdu aktar malajr. Il-Kosovo għandu l-aktar popolazzjoni żagħżugħa fl-Ewropa. Iż-żgħażagħ huma l-aqwa preġju li għandu l-Kosovo, f’termini ta’żvilupp ekonomiku kif ukoll f’termini ta’ rikonċiljazzjoni, iżda l-aqwa użu ta’ dan il-preġju jiddependi minn għajnuna akbar għar-riformi ta’l-edukazzjoni. Il-Kummissjoni fetħet uffiċju tal-programm ta’edukazzjoni ogħla TEMPUS ġo Pristina u tħeġġeġ studenti tal-Kosovo sabiex japplikaw għall-Korsijiet tal- Masters ta’ l- Erasmus Mundus fl-UE. It-trawwim tar-ritorn tal-persuni spostati f’pajjiżhom stess u s-sostenibilità tal-minoranzi Il-vjolenza li għandha motiv etniku hija kompletament inaċċettabbli. Ir-rewwixti ta’ Marzu 2004 m' għandhomx iseħħu darb’oħra. Il-ħolqien ta’ soċjetà stabbli, sigura, u multi-etnika fil-Kosovo tinsab fil-qalba tal-kondizzjonalità politika ta’ l-UE. Jeħtieġ li jittieħdu bosta passi oħrajn qabel il-Kosovo jirnexxilu joħloq soċjetà li tirrispetta b'mod sħiħ lill-persuni kollha minn kull tip ta’ sfond etniku. L-Uffiċċju UNMIK tal-Persuni li Jirritornaw u l-Komunitajiet jeħtieġ li jiżgura l-iżvilupp ta’ proċess ta’ ritorn sostenibbli u ta’ ambjent aħjar għall-komunitajiet kollha tal-Kosovo, b’koordinazzjoni mill-qrib mal-Ministeru tal-Persuni li Jirritornaw u l-Komunitajiet, stabbilit dan l-aħħar, l-Istituzzjonijiet Proviżorji ta’ Awtogovernanza, u partijiet interessati prinċipali oħra bħall-UNHCR u donaturi internazzjonali. Il-Kummissjoni qiegħda taħdem b’ kooperazzjoni mill-qrib mal-Kunsill ta’ l-Ewropa sabiex tgħin lill-awtoritajiet tal-Kosovo sabiex jinbnew mill-ġdid monumenti kulturali u reliġjużi . Relazzjonijiet ma’ Belgrad L-Unjoni Ewropea għamlitha ċara li djalogu dirett miftuħ u kostruttiv bejn Belgrad u Pristina huwa l-unika mod biex jimxu ’l quddiem. Id-‘djalogu dirett’ inbeda f’Ottubru ta’ l-2003 u l-ewwel laqgħa tal-Gruppi ta’ Ħidma dwar l-Enerġija u dwar Persuni li Għebu seħħet fil-bidu ta' Marzu 2004. Madankollu, il-ġrajjiet vjolenti li segwew waqqfu dan il-bidu pożittiv. Dawn il-laqgħat se jerġgħu jibdew, u l-Unjoni Ewropea se tipprovdi president għall-Grupp ta’ Ħidma għall-Enerġija. L-UE ħeġġet b’mod konsistenti lill-komunitajiet kollha sabiex jipparteċipaw fil-PISG bħala l-aqwa mod sabiex jiżguraw li t-tħassib leġittimu kollu tagħhom ikun indirizzat. Il-mexxejja Kosovo-Serbi jistgħu jipprovdu kontribut kostruttiv dwar ir-riforma ta' l-awtogovernanza lokali u dwar is-sigurtà u l-moviment ħieles. Jeħtieġu wkoll li jkollhom rwol pożittiv sabiex jerġa’ jinfetaħ djalogu u sabiex Belgrad jerġa’ jiġi involut fil-ġejjieni tal-Kosovo. L-UE tat garanzija lil Belgrad li l-aspirazzjonijiet ta’ integrazzjoni tagħha mhumiex se jiddewmu bir-riżoluzzjoni ta’ l-istatus tal-Kosovo. Bla dubju, l-involviment kostruttiv tal-Kosovo għandu jiffaċilita triqtu lejn l-Unjoni Ewropea. Kemm Belgrad kif ukoll Pristina jeħtieġ li japprofitaw mill-opportunità kbira offruta mill-perspettiva Ewropea li għandhom in komuni, sabiex jinstabu raġunijiet għad-djalogu u l-kooperazzjoni. KONKLUżJONIJIET B’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni timpenja ruħha li: 1) tipprovdi attenzjoni għall-qagħda speċifika u l-ħtiġijiet partikolari tal-Kosovo biex iwettaq progress fi ħdan il-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni; 2) timmobilizza ulterjorment ir-riżorsi u l-ispeċjalizzazzjoni tal-Kummissjoni sabiex iħarsu ’l quddiem dejjem aktar fl-appoġġ ta’ l-iżvilupp u l-ħtiġijiet ta’ riforma tal-Kosovo; u 3) tinvolvi ruħha attivament f’konsultazzjonijiet ta' livell għoli ma’ l-atturi internazzjonali ewlenin sabiex tinbena approċċ ta’ politika kkoordinata għall-Kosovo. Il-Kummissjoni fi ħsiebha tagħti l-kontribut tagħha fl-implimentazzjoni tal-UNSCR1244 billi tappoġġa l-PISG sabiex tmexxi l-affarijiet pubbliċi tal-Kosovo b’mod effiċjenti u responsabbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tkun qiegħda topera mill-qrib ma’ l-SG/HR u l-Presidenza, kif mitluba mill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tal-21-22 ta' Frar. Se tkompli tagħti l-kontribut tagħha - fil-qafas tal-korpi rilevanti li se jmexxu d-diskussjonijiet ta’ l-istatus – sabiex tiżgura li l-perspettiva Ewropea tal-Kosovo ssir realtà li tista’ titħaddem. Sabiex tipprovdi impetu mġedded għall-involviment ta’ l-UE fil-Kosovo u sabiex timplimenta b’suċċess l-azzjonijiet spjegati f’din il-komunikazzjoni, il-baġit tal-KE jeħtieġ jipprovdi riżorsi finanzjarji adattati, u l-Istati Membri jeħtieġu jsaħħu l-isforzi bilaterali tagħhom. Il-Kummissjoni tistieden lin-NU sabiex tħaddan il-mandat miftiehem għall-Pilastru IV ta’ l-UNMIK. Il-Kummissjoni se tkompli tgħin lill-Kosovo sabiex jagħmel progress lejn l-aspirazzjonijiet Ewropej tiegħu, sakemm il-mexxejja politiċi juru impenn ċar lejn ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem, il-ħarsien tal-minoritajiet, l-istat ta’ dritt, ir-riforma ekonomika tas-suq u l-valuri li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija bbażata.[5] Fl-aħħar mill-aħħar, il-ġejjieni tal-Kosovo jinsab f’idejn il-poplu tiegħu stess. Il-poplu għandu jagħmel kull sforz sabiex jiżgura l-implimentazzjoni ta’ l-Istandards, li huma prerekwiżiti essenzjali sabiex l-għan tiegħu li jikseb l-integrazzjoni Ewropea, isir realtà.
[1] Il-Kosovo fil-preżent qiegħed taħt l-amministrazzjoni ta’ l-UNMIK, skond ir-Reżoluzzjoni UNSC 1244 (1999).
[2] “Il-Kunsill enfasizza wkoll li l-Kosovo mhuwiex se jerġa’ lura għall-qagħda ta’ qabel l-1999. Il-futur tiegħu jista’ jiġi maħsub biss fil-forma ta’ Kosovo demokratiku u multi-etniku li jiżgura ħarsien effettiv għall-minoritajiet, jippreserva l-patrimonju kulturali u reliġjuż tal-komunitajiet kollha tiegħu, u jirrispetta d-dritt tar-refuġjati u persuni spostati li jerġgħu lura, li jikkontribwixxi għall-istabilità tar-reġjun u li jsosntni l-valuri u l-istandards ta’ l-UE.”
[3] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/520(KE)
[4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000
[5] Kif espress fil-kondizzjonalità ta’l-SAP kif deskritta fil-qosor għall-Balkani tal-Punent fil-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali ta' April 1997.