11.5.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/33 |
POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 18/2005
adottata mill-Kunsill fl-24 ta' Jannar 2005
bil-għan li tigi adottata Direttiva 2005/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sedili, l-ankoraġġi u t-trażżin tar-ras tagħhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/C 111 E/05)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Ir-riċerka wriet li l-użu taċ-ċintorini tas-sigurtà u s-sistemi tat-trażżin jistgħu jikkontribwixxu għal tnaqqis sostanzjali fin-numru ta' mwiet u fil-gravità tal-korrimenti fil-każ ta' inċident, anke f'każi fejn jinqalbu l-vetturi. Il-preżenza tagħhom fil-kategoriji kollha ta' vetturi ikun żgur pass importanti 'il quddiem biex tiżdied is-sigurtà fit-toroq u, għaldaqstant jiġu salvati aktar ħajjiet. |
(2) |
Jista' jinkiseb benefiċċju sostanzjali għas-soċjetà, li kieku l-vetturi kollha jkunu mgħammra b'ċinturini tas-sigurtà. |
(3) |
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Frar 1986 dwar miżuri komuni biex jitnaqqsu l-inċidenti fit-toroq, bħala parti mill-programm tal-Komunità għas-sigurtà fit-toroq (3), il-Parlament Ewropew saħaq fuq il-ħtieġa li jsir obbligatorju għal kull passiġġier li jilbes iċ-ċinturin tas-sigurtà, inklużi t-tfal, ħlief f'vetturi ta' servizz pubbliku. Għaldaqstant, għandha ssir distinzjoni bejn karozzi tal-linja li jagħtu servizz pubbliku u vetturi oħra rigward l-istallazzjoni obbligatorja ta' ċinturini tas-sigurtà u/jew sistemi ta' trażżin. |
(4) |
Skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (4), is-sistema Komunitarja ta' approvazzjoni tat-tip ġiet implimentata biss għall-vetturi ġodda kollha tal-kategorija M1 mill-1 ta' Jannar 1998. B'konsegwenza, dawn il-vetturi biss għandhom ikunu mgħammra b'sedili, ankoraġġi tas-sedili u trażżin tar-ras li jissodifaw id-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE (5). |
(5) |
Sakemm is-sistema Komunitarja ta' approvazzjoni tat-tip tiġi estiża għall-kategoriji kollha ta' vetturi, l-istallazzjoni ta' sedili u ankoraġġi ta' sedili kompatibbli ma' l-istallazzjoni ta' ankoraġġi ta' ċinturini tas-sigurtà għandhom ikunu meħtieġa, fl-interess tas-sigurtà fit-toroq, f'vetturi li jaqgħu taħt kategoriji oħra minbarra M1. |
(6) |
Id-Direttiva 74/408/KEE diġa tipprovdi għad-disposizzjonijiet tekniċi u amministrattivi kollha li jippermettu l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi ta' kategoriji oħra minbarra M1. Għaldaqstant, l-Istati Membri ma jeħtieġux l-introduzzjoni ta' disposizzjonijiet ulterjuri. |
(7) |
Mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/37/KE tas-17 ta' Ġunju 1996 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE (6), bosta Stati Membri diġa għamlu obbligatorji d-disposizzjonijiet li hemm fiha fir-rigward ta' ċerti kategoriji oħra ta' vetturi minbarra M1. Għaldaqstant, il-manifatturi u l-fornituri tagħhom żviluppaw teknoloġija xierqa. |
(8) |
Ir-riċerka uriet li mhux possibbli tipprovdi sedili li jħarsu lejn il-ġenb tal-vettura b'ċinturini tas-sigurtà li jiżguraw l-istess livell ta' sigurtà lill-okkupanti daqs sedili li jħarsu 'l quddiem. Għal raġunijiet ta' sigurtà, jeħtieġ li dawk is-sedili jiġu projbiti f'ċerti kategoriji ta' vetturi. |
(9) |
Id-Direttiva 74/408/KEE għandha tiġi hekk emendata. |
(10) |
Minħabba li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tas-sigurtà fit-toroq bl-introduzzjoni tat-tagħmir obbligatorju b'ċinturini tas-sigurtà f'ċerti kategoriji ta' vetturi, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, minħabba d-daqs ta' l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalitá, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 76/115/KEE
Id-Direttiva 76/115/KEE hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej:
|
2) |
L-Artikolu li ġej għandu jiġi mdaħħal: “Artikolu 3a 1. Għandha tkun projbita l-istallazzjoni ta' sedili li jħarsu lejn il-ġenb tal-vettura f'vetturi tal-kategoriji M1, N1, M2 (ta' klassi III jew B) u M3 (ta' klassi III jew B). 2. Il-paragrafu 1 m' għandux japplika għal ambulanzi jew vetturi mniżżla fl-Artikolu 8(1) l-ewwel inċiż tad-Direttiva 70/156/KEE .”. |
3) |
L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:
|
4) |
fl-Anness III, il-punt 2.5 għandu jinbidel mis-segwenti:
|
5) |
L-Anness IV għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Implimentazzjoni
1. Mill-… (8), fir-rigward tas-sedili, l-ankoraġġi tagħhom u t-trażżin tar-ras, li jikkonformaw mal-ħtiġijiet stabbiliti fid-Direttiva 74/408/KEE kif emendata b'din id-Direttiva, l-Istati Membri m' għandhomx:
(a) |
jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE, jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, rigward tip ta' vettura; |
(b) |
jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda. |
2. Mill-… (9), fir-rigward tas-sedili, l-ankoraġġi tagħhom u t-trażżin tar-ras, li ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet stabbiliti fid-Direttiva 74/408/KEE kif emendata b'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta' tip ġdid ta' vettura:
(a) |
ma jibqgħux jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE; |
(b) |
jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali. |
3. Mill-… (10), fir-rigward tas-sedili, l-ankoraġġi tagħhom u t-trażżin tar-ras, li ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet stabbiliti fid-Direttiva 74/408/KEE kif emendata b'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda bħala li ma għadhomx validi għall-għan ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE; |
(b) |
jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda, ħlief f'każijiet fejn jiġu invokati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 70/156/KEE. |
Artikolu 3
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel … (11). Għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.
2. Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mill-… (12).
3. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza meta jkunu ppublikati uffiċjalment. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali, li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Id-Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Id-Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 80, tat-30.3.2004, p. 6.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2003 (ĠU C 91 E, tal-15.4.2004, p. 487), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Jannar 2004 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-…(għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU C 68, ta' l-24.3.1986, p. 35.
(4) ĠU L 42, tat-23.2.1970, p 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/78/KE (ĠU L 153, tat-30.4.2004, p. 103).
(5) ĠU L 24, tat-30.1.1976, p.6. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/38/EC (ĠU L 187, tas-26.7.1996, p. 95).
(6) ĠU L 186, tal-25.7.1996, p. 28.
(7) ĠU L 42, tat-13.2.2002, p. 1.”
(8) Data msemmija fl-Artikolu 3(2).
(9) Sitt xhur wara d-data msemmija fil-paragrafu 1.
(10) 18 il-xahar wara d-data msemmija fil-paragrafu 1.
(11) Sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva
(12) Sitt xhur u jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. INTRODUZZJONI
Id-Direttiva proposta, ippreżentata mill-Kummissjoni fl-20 ta' Ġunju 2003 (1), hija bbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE.
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta Opinjoni (2) fl-10 ta' Diċembru 2003.
Il-Parlament Ewropew temm l-ewwel qari tiegħu u ta Opinjoni fis-17 ta' Diċembru 2003 (3).
Fl-24 ta' Jannar 2005 l-Kunsill adotta l-Posizzjoni Komuni tiegħu kif stabbilita fid-dok. 11935/04.
II. GĦAN
Id-Direttiva proposta għandha l-għan li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE tat-22 ta' Lulju 1974, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/37/KE, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward sedili għal vetturi bil-mutur sabiex jiġi impost l-immuntar ta' ċinturini ta' sigurtà fil-vetturi bil-mutur li mhumiex karozzi tal-passiġġieri.
Iż-żewġ Direttivi li ġejjin jikkonċernaw ukoll l-istallazzjoni ta' ċinturini ta' sigurtà fir-rigward ta' vetturi:
— |
id-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE tat-28 ta' Ġunju 1977, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/3/KE, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward ċinturini ta' sigurtà u sistemi ta' trażżin ta' vetturi bil-mutur; |
— |
id-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE tat-18 ta' Diċembru 1975, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/38/KE, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward ankoraġġi għal ċinturini ta' sigurtà ta' vetturi bil-mutur. |
Bil-ħsieb ta' l-istallazzjoni obbligatorja ta' ċinturini ta' sigurtà fil-vetturi kollha, il-Kummissjoni pproponiet li temenda t-tliet Direttivi simultanjament, għal raġunijiet tekniċi.
B'kont meħud li l-għan aħħari ta' l-azzjoni proposta hu li titjieb is-sigurtà fit-toroq, id-Direttivi għandhom jiġu adottati fl-istess ħin u jiġu implimentati fl-istess data.
III. ANALIŻI TAL-POSIZZJONI KOMUNI KIF STABBILITA FID-DOK. 7418/04.
1. Ġenerali
Fil-Posizzjoni Komuni li ġiet adottata unanimament, il-Kunsill:
— |
immodifika l-Artikolu1, bl-inklużjoni ta' sedili li jintwew fil-firxa ta' applikazzjoni tad-Direttiva u l-inseriment ta' definizzjonijiet li jikkategorizzaw id-diversi orjentazzjonijiet tas-sedili; |
— |
ippospona diversi dati ta' dħul fis-seħħ fl-Artikolu 2; |
— |
irrifjuta t-tliet emendi tal-PE:
|
2. Elementi ġodda li jinsabu fil-Posizzjoni Komuni kif imqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu, punt 1
Tneħħija tar-referenza għan-non-applikazzjoni tad-Direttiva għal “sedili li jintwew”.
Punt 2
— |
l-obbligu ta' l-Istati Membri li jipprojbixxu l-immuntar ta' sedili li jħarsu la ġenba ġie trasferit għall-Artikoluikolu 2 li jikkonċerna l-implimentazzjoni; |
— |
il-firxa ta' applikazzjoni tal-projbizzjoni fuq sedili li jħarsu la ġenba ġiet ikkjarifikata; |
Ġew inseriti żewġ punti ġodda (punti 3 u 4) biex jiġu definiti d-diversi orjentazzjonijiet tas-sedili: sedili li jħarsu 'l quddiem, sedili li jħarsu lura u sedili li jħarsu la ġenba.
Punt 5 (ex-punt 3)
Paragrafu ġdid jispeċifika li s-sistema ta' imblukkar awtomatiku meħtieġ fuq sedili li jintwew ma tapplikax għal sedili li jintwew immuntati fl-ispazji għal siġġijiet tar-roti ta' vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 tal-klassi I, II jew A (xarabanks urbani).
Artikolu 2
Id-dati kollha li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva ġew posposti u sostitwiti b'dati mobbli li jiddependu mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva ġdida.
IV. KONKLUŻJONI
Il-Posizzjoni Komuni, li b'mod ġenerali taqbel mal-proposta tal-Kummissjoni, ġiet adottata unanimament mill-Kunsill. Il-bidliet prinċipali għall-proposta tal-Kummissjoni jikkonċernaw l-inklużjoni min-naħa waħda tas-sedili li jintwew fil-firxa ta' applikazzjoni tad-Direttiva u min-naħa l-oħra ta' definizzjonijiet ta' diversi orjentazzjonijiet tas-sedili. Barra minn dan, id-dati ta' trasposizzjoni u ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva ġew adattati.
(1) Dok. 10888/03 ENT 115 CODEC 909