20.5.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/14


AVVIŻ Nru 2/2005

fuq il-proposta tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali fuq il-Fond Ewropew ta’ Żvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond tal-Koeżjoni (KUMM(2004) 492 finali ta’ l-14 ta’ Lulju 2004)

(ippreżentat skond l-Artikolu(4), it-tieni sottoparagrafu, tat-Trattat tal-KE)

WERREJ

1-29

OSSERVAZZJONIJIET ĠENERALI

30

OSSERVAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

IL-QORTI TA’ L-AWDITURI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 5, 10, 158-162, 248(4), it-tieni sottoparagrafu, 274 u 279 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu (2),

Wara li kkunsidrat it-talba tal-Kunsill għal opinjoni, li waslet il-Qorti fit-3 ta’ Jannar 2005,

Wara li kkunsidrat il-proposta għal Regolament ġenerali mill-Kummissjoni (3),

Wara li kkunsidrat l-istudju estiż ta’ l-impatt fuq il-pakett regolatorju propost li jirrivedi r-Regolamenti applikabbli għat-tmexxija tal-Fondi tal-Koeżjoni u Strutturali (4),

Wara li kkunsidrat il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq ir-responsibbilitajiet rispettivi ta’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni fit-tmexxija mqassma tal-Fond Strutturali u tal-Fond ta’ Koeżjoni (5),

Wara li kkunsidrat il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: Nibnu l-futur komuni tagħna - sfidi ta’ politika u mezzi ta’ baġit ta’ Unjoni ikbar (6),

Wara li kkunsidrat il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew fuq il-perspettivi Finanzjarji għal 2007 2013 (7),

Wara li kkunsidrat l-Opinjoni tal-Qorti Nru 2/2004 (8) fuq il-mudell single audit,

Billi, skond l-Artiklu 5 tat-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea, il-Komunità tieħu azzjoni f’oqsma li ma jaqgħux taħt il-kompetenza esklussiva tagħha biss jekk u meta l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta, minħabba l-iskala tagħha u l-effetti, jistgħu jintlaħqu b’mod aħjar mill-Komunità;

Billi Artiklu 274 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jagħmel il-Kummissjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit, b’kunsiderazzjoni għall-prinċipji ta’ tmexxija finazjarja tajba, u jitlob lill-Istati Membri biex jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li l-approprjazzjonijiet huma wżati skond dawn il-prinċipji;

Billi, fl-isfera tal-Fondi Strutturali u l-Fond tal-Koeżjoni, il-baġit huwa implimentat f’qafas ta’ tmexxija mqassma ma’ l-Istati Membri, kif meħtieġ mill-Artiklu 53(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej; u billi l-Artiklu 54 tar-Regolament Finanzjarju jgħid li l-funzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni delegati għandhom ikunu definiti b’mod ċar u sorveljati kompletament għall-użu li qed isir minnhom;

Billi l-kontroll effiċjenti u effettiv intern tal-baġit ta’ l-Unjoni Ewropeja iffisser it-twaqqif ta’ għanijiet ċari u konsistenti, li jiżgura koordinazzjoni effettiva, li jipprovdi informazzjoni fuq l-ispejjeż u l-benefiċċji u jiggarantixxi l-applikazzjoni konsistenti tal-ħtiġijiet;

Billi s-sistemi ta’ kontrolli interni fuq id-dħul u l-infiq ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli li d-dħul u l-infiq jingħataw u jintefqu skond id-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ u huma ġestiti sabiex jintlaħaq il-valur għall-flus;

ADOTTAT L-OPINJONI LI ĠEJJA:

OSSERVAZZJONIJIET ĠENERALI

Introduzzjoni

1.

Il-Proposta għal Regolament iżżomm essenzjalment il-qafas li kien stabbilit fil-perjodi ta’ programmar ta’ qabel. Barra minn dan, hija tiffoka fuq l-effiċjenza partikolarment fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji u l-għażla ta’ temi u b’mod ġenerali l-implimetazzjoni u s-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll. Il-Qorti tat attenzjoni partikolari lill-konsegwenzi tal-miżuri proposti għat-tmexxija u l-kontrolli finanzjarji.

Responsibbiltà għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Komunità

2.

Il-qafas legali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Komunità huwa mniżżel fl-Artiklu 274 tat-Trattat tal-KE, skond liema baġit timplimenta l-Kummisjoni fuq ir-responsabbiltà tagħha stess u b’ kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, b’kunsiderazzjoni tal-prinċipju ta’ tmexxija finanzjarja tajba.

3.

Fil-kuntest ta’ metodi varji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Komunità, miżuri strutturali huma inklużi ma’ żoni ta’ “tmexxija mqassma”, b’mod partikolari, oqsma fejn il-funzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni għandhom ikunu delegati lill-Istati Membri (9). It-tmexxija u l-kontroll tal-miżuri strutturali jinvolvu mhux biss diversi dipartimenti tal-Kummissjoni imma wkoll mijiet ta’ uffiċċji u dipartimenti nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istati Membri. Fil-futur, dawn il-miżuri jistgħu jikkostitwixxu kważi nofs l-approprjazzjonijiet fil-baġit tal-Komunità.

4.

Ir-regoli li bħalissa jirregolaw il-miżuri strutturali (Regolament Nru 1260/1999) diġà jipprovdu dan li ġej:

a)

li skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-implimetazzjoni ta’ l-għajnuna għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għall-poteri mogħtija lill-Kummissjoni, partikolarment għall-implimetazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (Artikolu 8(3));

b)

li mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(3), l-awtorità tat-tmexxija għandha tkun responsabbli għall-effiċenzja u l-korrettezza tat-tmexxija u l-implimentazzjoni (Artikolu 34(1));

c)

li mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni li timplimenta l-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri għandhom jieħdu r-responsabbiltà, fl-ewwel lok, tal-kontroll finanzjarju ta’ l-għajnuna (Artikolu 38(1)).

5.

Il-proposta għal Regolament tirreferi, fl-Artikolu 12, għat-tmexxija mqassma fis-sens ta’ l-Artikolu 53(3) tar-Regolament Finanzjarju. Madanakollu, il-kliem tal-proposta ma fihom ebla referenza għar-responsabbiltà finali tal-Kummissjoni. Per eżempju, fl-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 12(1) hemm speċifikat li “l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mal-prinċipju ta’ tmexxija finanzjarja tajba”, Artikolu 12(2) essenzjalment jillimita r-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għall-kontrol ta’ “l-eżistenza u t-tħaddim xieraq tas-sistemi ta’ tmexxija u kontroll fl-Istati Membri […]”, u l-Artikolu 69(1) ipoġġi lill-Istati Membri biss responsabbli: “L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw tmexxija finanzjarja tajba tal-programmi ta’ l-operat kif ukoll il-legalità u r-regolarità ta’ transazzjonijiet bażiċi”. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma obbligati biex jiggarantixxu li l-miżuri ta’ għajnuna jsegwu l-liġi tal-Komunità (Artikoli 39(f), 59(a), 60(b)(ii) u 66(2)(g)). Imma l-fatt li l-funzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni huma mogħtija lill-Istati Membri ma jistgħux jillimitaw ir-responsabbiltà finali tal-Kummissjoni. F’kuntest fejn l-Istati Membri huma t-tnejn benefiċjarji tal-fondi tal-Komunità u responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri, il-Kummissjoni biss tista’ tiżgura li l-għanijiet tal-Komunità huma applikati b’mod loġiku u konsistenti. Huwa għalhekk kruċjali li r-responsabbiltà finali tal-Kummissjoni, kif maħsub fl-Artikolu 274 tat-Trattat, tkun imseddqa mingħajr ekwivoċi fl-artikoli li jittrattaw ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri.

6.

Ta’ min jinnota li kieku l-Kummissjoni ma kellhiex iktar responsabbiltà finali għall-implimetazzjoni tal-baġit, il-proċess finanzjarju tal-Komunità, u b’mod partikolari l-proċedura ta’ l-approvazzjoni, jitlef ħafna mill-importanza tiegħu. Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ l-awtoritajiet tal-baġit, (Artikolu 276(3) tat-Trattat KE) kieku jitneħħielhom kull effett prattiku.

Il-qafas regolatorju propost

Il-kondizzjonijiet għall-qafas ta’ kontroll adegwat

7.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tassumi r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni tal-baġit, il-proposta għal Regolament għandha tqis l-aspetti prinċipali li ġejjin, li jenfasizzaw l-opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti fuq il-mudell single audit:

i)   L-intensità tal-kontrolli

8.

M’hemmx indikazzjoni fil-leġiżlazzjoni preżenti ta’ l-intensità tal-kontrolli fil-livell benefiċjarju, li għandu jistrieħ fuq paragun ta’ l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri u l-Kummissjoni b’konnessjoni mal-kontrolli u l-benefiċċji relatati. Il-proposta tindirizza indirettament il-bżonn li tagħmel limiti ta’ kunfidenza u materjalità aċċettabbli (Artikolu 61(1)(e)(ii) u 61(1)(g)). Ikun mixtieq li tipprovdi espliċitament kriterja xierqa fir-regoli ta’ l-implimentazzjoni mniżżla fl-Artikolu 58.6. It-termini “ċertezza raġonevoli” u “valutazzjoni ta’ l-applikazzjoni” għandhom ikunu wkoll definiti.

ii)   Definizzjoni ta’ l-istandards xierqa

9.

Ir-referenza għal “standards internazzjonali ta’ awditjar” (Artikolu 61.1 a)) mhix expliċita biżżejjed biex tippermetti l-proċeduri ta’ kontroll ikunu bbażati fuq normi u prinċipji komuni. Għandu jkun hemm provvediment fir-regoli ta’ l-implimentazzjoni msemmija hawn fuq għall-proċedura ta’ l-aċċettazzjoni li jkopri kemm is-sistemi tal-verifika kif ukoll l-operazzjonijiet infushom.

iii)   L-Organizzazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll

10.

L-Artikolu 54 tar-Regolament Finanzjarju jispeċifika li l-funzjonijiet ta’ l-implimetazzjoni delegati jridu jkun definiti b’mod ċar u sorveljati kompletament fuq l-użu li jsir minnhom. L-Artikolu 35(1) tar-regoli ta’ l-implimentazzjoni jgħidu li, meta l-ġestjoni tkun imqassma, il-Kummissjoni l-ewwel twettaq kontrolli ta’ dokumentazzjoni u kontrolli fuq il-post dwar l-eżistenza, ir-relevanza u l-ħidma xierqa tal-proċeduri u s-sistemi fl-entitajiet li fihom tafda l-implimentazzjoni. Il-proposta għal Regolament tmur lil hinn minn dawn id-dispożizzjonijiet fis-sens, li qabel l-adozzjoni tal-programm ta’ l-operat tal-Kummissjoni, l-Istati Membri biss huma meħtieġa jiżguraw li s-sistemi ta’ kontroll u tmexxija jkunu ġew imwaqqfa (Artikolu 70). F’dan il-kuntest, huwa mixtieq li jsiru arranġamenti, għall-inqas għall-Kummissjoni biex tara l-proċeduri ta’ kif entitajiet ta’ tmexxija u kontroll huma mwaqqfa fuq livell nazzjonali. Barra minn hekk, ikun aħjar jekk titwaqqaf entità intermedjarja fuq livell nazzjonali sabiex tiżgura kooperazzjoni ma’ l-aworitajiet tal-Komunità.

11.

Tisħiħ sostanzjali tal-kontrolli tal-Komunità huwa indispensabbli għal sistema fejn it-tmexxija tal-proġett taqa’ taħt l-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali (10). Jekk ir-regoli fuq l-eliġibbilità tan-nefqa ser, minn issa ‘il quddiem, jiġu stabbiliti, l-biċċa l-kbira, fuq livell nazzjonali, il-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq ser ikollhom importanza ferm ikbar.

Ir-Responsabbiltà fil-qasam tal-legalità u regolarità

12.

L-Artikolu 60(1) tar-Regolament Finanzjarju jipprovdi li l-uffiċċjal li jawtorizza huwa responsabbli mil-legalità u r-regolarità tan-nefqa. Fl-Artikolu 53(6), ir-Regolament jipprovdi wkoll li, meta t-tmexxija hija mqassma, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli regolari biex jiżguraw li l-azzjonijiet li ser jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Komunità kienu implimentati b’mod korrett. Huma għandhom ukoll jieħdu miżuri xierqa biex jimpedixxu l-irregolaritajiet u l-frodi u jekk meħtieġ imexxu prosekuzzjonijiet biex jirkupraw il-fondi mħallsa ħażin.

13.

Fid-dawl ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-proposta għal Regolament (Artikolu 69(1)) tagħti lill-Istati Membri r-responsabbiltà għall-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet ta’ bazi (ara l-paragrafu 5). Is-segwitu tat-trasferiment tal-kompetenza lill-Istati Membri isegwi l-istipulazzjoni fl-Artikolu 70 li huma għandhom japprovaw is-sistemi ta’ tmexxija u kontroll.

14.

Huwa veru li, fejn hemm dubji fuq il-ħidma ta’ dawn is-sistemi, jew meta jkun hemm suspetti jew konferma ta’ irregolaritajiet, il-Kummissjoni tista’ twaqqaf il-ħlas għall-perjodu ta’ bejn sitt u tnax-il xahar (Artikolu 89). Huwa wkoll maħsub illi l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jagħmlu korrezzjonijiet finanzjarji (Artikoli 99 u 100). Madanakollu, miżuri bħal dawn jistgħu jipprovdu mhux iktar minn kontribuzzjoni limitata u awżiljarja għar-rigorożità neċessarja ta’ tmexxija ta’ kuljum. L-effettività tagħhom essenzjalment tiddependi fuq in-numru ta’ kontrolli mwettqa. Barra minn hekk, peress li l-korrezzjonijiet finanzjarji jistgħu jiddaħlu biss wara l-fatt, huma jistgħu ma jkunux biżżejjed waħedhom sabiex jagħmlu tajjeb għall-konsegwenzi ta’ kwalunkwe transazzjonjiet li jistgħu jiġu implimentati avolja ma jkunux laħqu l-ħtiġijiet regolatorji neċessarji.

Ir-Responsabbiltà fil-qasam ta’ tmexxija finanzjarja tajba

15.

Artikolu 60(1) tar-Regolament Finanzjarju jindika li l-uffiċċjal li jawtorizza għandu jimplimenta l-infiq skond il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda. Artikolu 27 tar-Regolament jiġbor il-kondizzjonijiet għall-użu ta’ l-approprjazzjonijiet tal-Komunitajiet skond il-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività. L-istess Artikolu jiddikjara li għanijiet speċifiċi, li jistgħu jintlaħqu jiġu mkejjla mfassla għall-attivitajiet kollha tal-baġit. Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjonijiet ex-ante u ex-post u tgħarraf lill-awtoritajiet awtorizzati responsabbli mill-infiq tal-flus u l-leġiżlaturi.

16.

Il-proposta għal Regolament tagħmel l-Istati Membri responsabbli għal ġestjoni finanzjarja soda (Artikolu 69). Madanakollu, din id-dispożizzjoni ma tagħmilx iktar milli tirreferi għall-eżistenza ta’ “linjigwidi adegwati” fuq it-twaqqif ta’ sistemi ta’ kontroll u ġestjoni li jiżguraw li l-iffinanzjar tal-komunità huwa wżat “tajjeb u b’mod effiċjenti”. Fuq il-kwistjoni ta’ l-effettività (11) il-proposta tirreferi kważi esklussivament għas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, u b’implikazzjoni għal dawk li jirregolaw biss il-legalità u r-regolarità. Artikolu 59 tal-proposta huwa limitat għall-għotja tar-responsabbiltà lill-awtorità ta’ tmexxija għat-tmexxija u l-implimentazzjoni ta’ programmi “b’mod effiċjenti, effettiv u korrett” u finalment jirreferi, fl-inċiż (e), għall-istandards ta’ kwalità li dwarhom ikun hemm ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru fir-rigward ta’ valutazzjonijiet ex-ante.

17.

Dwar il-kwistjoni inqas wiesgħa tal-valutazzjonijiet, il-proposta għal Regolament tispeċifika li l-metodi u l-istandards tal-valutazzjoni li għandhom ikunu applikati (Artikolu 45(5)) għandhom ikunu miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri (Artikolu 59(e)). Il-kwalità ta’ dawn l-istandards ser tkun ta’ importanza partikolari għall-valutazzjonijiet ex-ante fdati lill-Istati Membri (Artikoli 46(2) u 46(3)), li jkollhom, fost ħwejjeġ oħra, jidentifikaw il-valur miżjud li l-programmi ta’ l-operat iġibu fil-Komunità.

18.

Huwa għalhekk partikolarment importanti li r-regoli ta’ l-implimentazzjoni li l-Kummissjoni ser tadotta skond l-Artikolu 58(6) tal-proposta għal Regolament jipprovdu l-kjarifikazzjoni neċessarja kollha ta’ dawn l-aspetti.

Iż-Żamma tad-dokumenti ta’ appoġġ

19.

L-Artikolu 88 tal-proposta għal Regolament jgħid illi d-dokumenti ta’ appoġġ dwar in-nefqa għandhom jibqgħu disponibbli għall-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri għal perjodu ta’ tliet snin wara l-għeluq. Fil-każ ta’ għajnuna ko-finanzjata, fejn l-eliġibilità ta’ l-infiq hija dipendenti fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ikun ta’ vantaġġ jekk il-perjodu ta’ tliet snin ikun mingħajr preġudizzju espliċitament provdut għal regoli nazzjonali li jipprovdu għal perjodi itwal.

20.

Dawn ir-rimarki jgħoddu wkoll għall-għeluq parzjali tal-programmi ta’ l-operat (Article 97). F’dan il-każ speċifiku b’deroga mir-regola ġenerali, (Artikolu 88), il-perjodu għaż-żamma ta’ dokumenti ta’ appoġġ jibda’ fid-data ta’ l-għeluq parzjali (Artikolu 98(2)). Dan jista’ jkollu l-effett li jillimita sew il-kontolli fuq programm ta’ l-operat b’mod ġenerali fl-aħħar tal-perjodu tal-programm, peress illi d-dokumenti ta’ appoġġ għall-operazzjonijiet li ġew magħluqa qabel jistgħu ma jkunux iktar disponibbli. Fil-fehma tal-Qorti, eventwalità bħal din tista’ tfixkel il-prerogattivi tagħha ta’ l-awditjar kif imniżżla fl-Artikolu 248 tat-Trattat KE.

Programmi iktar effettivi

Il-Programmazzjoni u l-iffissar ta’ għanijiet

21.

Il-poposta tgħid illi kull Stat Membru għandu jħejji “qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali” konsistenti mal-linjigwida tal-Komunità fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill (Artikolu 23). Madanakollu, m’hemmx referenza fil- “qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali” għall-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea”.

22.

Il-kontenut tal- “qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali” (Artikolu 25) mhux preċiż biżżejjed (f’termini ta’ miżuri, l-allokazzjoni ta’ riżorsi u r-riżultati mistennija) sabiex jipprovdi informazzjoni dettaljata fuq l-istrateġija ta’ żvilupp nazzjonali u reġjonali. Lanqas “il-prijoritajiet tematiċi u territorjali”, li għandhom jiddefinixxu l-miżuri li għandhom jiġu ffinanzjati, m’huma spjegati b’mod adegwat. Dan il-qafas x’aktarx ser ikun ukoll limitat esklussivament għall-oqsma fejn l-għajnuna hija ko-finanzjata. Għalhekk il-Kummissjoni, li hi meħtieġa li tistandardizza, ma tkunx f’pożizzjoni li tenfasizza xi aspett jew ieħor fil-programmi ta’ l-operat.

23.

Il-programmi ta’ l-operat huma wkoll karatterizzati min-nuqqas ta’ preċiżjoni minħabba li l-ebda informazzjoni mhi qed tiġi mitluba fir-rigward ta’ miżuri varji sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ prijorità. Dan itellef kull arbitraġġ bejn il-miżuri. Għanijiet speċifiċi jkunu kwantifikati permezz ta’ numru limitat ta’ implimetazzjoni, riżultati, u indikaturi ta’ impatt. Meta tqabbilha mal-leġiżlazzjoni kurrenti, deskrizzjoni ta’ l-arranġamenti għall-ġestjoni ta’ kull programm ta’ l-operat m’ghadhiex iktar meħtieġa (Artikolu 36). Għalhekk, la l-“qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali” u lanqas il-programmi ta’ l-operat ma huma ser ikunu strumenti veri ta’ ġestjoni u monitoraġġ għall-Kummissjoni. Għaldaqstant mhux ċar kif il-Kummissjoni ħa tkun tista’ tiżgura li l-koordinazzjoni mal-programmi ta’ l-operat kienet stabbilita fl-livell nazzjonali.

Integrazzjoni mtejba tal-miżuri ta’ għajnuna

24.

L-istudju estiż dwar l-impatt jonqos milli jindirizza r-raġunijiet għall-manutenzjoni ta’ Fondi separati (u mhux dik ta’ l-aggruppament tal-Fondi kif provduta f’Artikolu 161 tat-Trattat tal-KE). Madanakollu, dan kien is-suġġett ta’ analiżi sħiħa mill-perspettiva tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ l-għażliet kollha disponibbli, peress illi l-istudju estiż ta’ l-impatt jagħti argumenti favur it-twaqqif ta’ Fond waħdieni. Fir-rigward ta’ l-Objettiv 2 li hemm bħalissa, fil-fatt, jgħid li d-diversità tematika relattiva tal-proġetti ffinanzjati u l-frammentazzjoni kkawżati mill-qsim f’ċerti żoni waqqfu l-implimetazzjoni ta’ politika adegwata. Minbarra dan, ma kienx possibli li jsir użu biżżejjed mis-sinerġiji ERDF/ESF taħt l-Objettiv 3. Għaldaqstant ġie konluż li hemm bżonn ta’:

konċentrazzjoni ikbar ta’ temi sabiex jippromwovu l-kompetittività;

kumplimentarjetà ikbar, ’il fuq mill-għan tal-“Konverġenza”, bejn l-ERDF u l-ESF.

25.

It-twaqqif tal-prinċipju “Fond wieħed/programm ta’ l-operat wieħed”, fl-interess tat-tħaffif, x’akarx mhux ser jippromwovi t-tfittxija ta’ sinerġiji neċessarji.

26.

Huwa diffiċli li tiġġustifika s-separazzjoni bejn l-ERDF u l-Fond tal-Koeżjoni fil-kuntest ta’ l-għan tal-“Konverġenza”. Dawn iż-żewġ Fondi huma ġeneralment misjuba fl-istess programmi ta’ l-operat u huma fuq l-istess temi (l-infrastruttura tat-trasport u proġetti jew azzjonijiet ambjentali). L-azzjonijiet jew il-proġetti li jikkorrispondu huma ħafna drabi kumplimetari (per eżempju, l-Fond tal-Koeżjoni u l-ERDF huma t-tnejn użati fl-iffinanzjar ta’ partijiet differenti ta’ motorway). Dak li jiddistingwihom minn xulxin huwa l-eliġibilità reġjonali jew Statali [per capita PGD ta’ inqas minn 75 % tal-medju tal-Komunità fil-każ tal-Fondi Strutturali, u per capita DGN ta’ inqas minn 90 % tal-medja tal-Komunità], il-limitu ta’ l-għajnuna - Artikolu 51 jagħti 85 % għall-Fond tal-Koeżjoni u 75 % għall-ERDF, għalkemm il-limitu ta’ l-ERDF jista’ jiżdied għal 85 % f’ċerti każijiet (Artikoli 51(4) u 52(1)) - u l-kwistjoni ta’ ħlas tal-bidu (Artikolu 81), li jammonta għal 7 % għall-Fondi Strutturali u 10,5 % għall-Fond tal-Koeżjoni. L-azzjonijiet ta’ l-ERDF u l-proġetti tal-Fond tal-Koeżjoni huma ġeneralment ġestiti mill-istess entitajiet pubbliċi. Il-kunċetti ta’ proġetti maġġuri jew proġetti li jiġġeneraw id-dħul huma validi b’mod ugwali għaż-żewġ Fondi. Minħabba raġunijiet ta’ konsistenza jkun xieraq li jiġi operat Fond waħdieni, għall-inqas fil-każ ta’ l-ERDF u l-Fond tal-Koeżjoni, peress li d-differenzi mniżżla hawn fuq ma jitqisux ostakli kbar.

27.

Meta tħares lejn l-Artikolu 3(2) tal-proposta, huwa diffiċli li tiddistingwi b’mod ċar bejn l-azzjonijiet li jaqaw taħt l-inċiż (a) u dawk li jaqaw taħt l-inċiż (b). Id-differenza vera tidher li hi “territorjali” (inħawi eliġibbli) meta mqabbla ma “finanzjarja” (livelli ta’ kontribuzzjoni).

28.

Minn punt prattiku, id-dispożizzjoni ta’ l-Artikolu 33 (finanzjament minn Fond waħdieni, b’mhux iktar minn 5 % minn kwalunkwe Fond ieħor) hija komplikazzjoni ulterjuri li toħroġ mill-Fondi multipli eżistenti.

L-adegwatezza tal-kapaċità amministrattiva tal-Kummissjoni

29.

Fil-passat, il-Qorti osservat (12) ħafna dewmien matul stadji differenti tal-programmi jew matul it-twettiq tal-kontrolli li għalihom huma responsabbli d-dipartimenti tal-Kummissjoni. Għalhekk huwa importanti ħafna li jitwaqqfu strutturi amministrattivi u proċeduri adegwati. Barra minn dan għandhom jitniżżlu skadenzi preċiżi f’ħafna mid-dispożizzjonijiet proposti (Artikoli 31(5), 32(2), 40(3), 85(2) u 96(1)). Ikun ukoll ta’ użu li d-dipartimenti responsabbli għall-Fondi differenti jaslu għal qbil komuni fuq l-istrateġija tal-verifika, l-allokazzjoni tar-riżorsi u l-livell meħtieġ ta’ assigurazzjoni.

OSSERVAZZJONIJIET SPEĊIFICI

30.

Il-Qorti tiġbor l-osservazzjonijiet speċifiċi fit-tabella hawn taħt. F’din is-sezzjoni n-nuqqas ta’ preċiżjoni ta’ ċerti skandenzi u ċerti espressjonijiet użati ġew osservati ħafna drabi. Dan jagħti lok għar-riskju li jkun hemm ħafna interpretazzjonijiet u jiġi affettwat ħażin l-iskop legali tad-dispożizzjonijiet involuti.

DAK LI PROPONIET IL-KUMMISJONI

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

Artikolu 3.1

1.

L-azzjoni meħuda mill-Komunità taħt l-Artikolu 158 tat-Trattat għandha titfassal biex issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali ta’ Komunità ikbar biex jitmexxa ’l quddiem l-iżvilupp armonjuż, ibbilanċjat u sostenibbli tal-Komunità. Din l-azzjoni għandha tittieħed bl-għajnuna tal-Fondi, tal-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) u strumenti finanzjarji oħra eżistenti. Din għandha tilħaq l-isfidi marbuta ma’ l-iżbilnaċ ekonomiku, soċjali u territorjali li żviluppa l-aktar f’pajjiżi u reġjuni għadhom lura, mat-tħaffif tar-ristrutturar ekonomiku u soċjali, kif ukoll mat-tixjiħ tal-popolazzjoni. L-azzjoni meħuda taħt il-Fondi għandha tiġbor fiha, fuq livell nazzjonali u reġjonali, il-prijoritajiet tal-Komunità favur żvilupp sostenibbli billi jissaħħu t-tkabbir, il-kompetittività u x-xogħol, l-inklużjoni soċjali, kif ukoll il-ħarsien u l-kwalità ta’ l-ambjent.

Ir-referenza għall-azzjoni meħuda taħt Artikolu 158 tat-Trattat tal-KE mhix kompluta peress illi tħalli barra l-iżvilupp rurali. Mandanakollu, provdut fl-Artikolu 3(3) ta’ l-għajnuna fil-Fondi hemm it-tiġdid ta’ l-inħawi rurali u l-inħawi li jiddependu fuq is-sajd bid-diversifikazzjoni ta’ l-ekonomija, kif ukoll inħawi bil-muntanji.

Artikolu 3.2

2.

Għal dak il-għan, il-ERDF, il-ESF, il-Fond tal-Koeżjoni, il-Bank Ewropew għall-Investment (EIB) u l-istrumenti finanzjarji l-oħra tal-Komunità li hemm bħalissa għandhom jgħinu b’mod xieraq sabiex jintlaħqu t-tliet għanijiet li ġejjin:

a)

l-għan tal-“Konverġenza” għandu jkun immirat li jħaffef il-konverġenza ta’ l-Istati Membri u r-reġjuni l-inqas żviluppati billi jitjiebu l-kundizzjonijiet għat-tkabbir u x-xogħol, jiżdiedu u jitjiebu l-kwalità ta’ l-investmenti f’kapital fiżiku u uman, l-iżvilupp ta’ innovazzjoni u ta’ soċjetà ta’ l-għerf, l-adattabbiltà għall-bidliet ekonomiċi u soċjali, il-ħarsien u t-titjib ta’ l-ambjent, kif ukoll l-effiċjenza amministrattiva. Dan l-għan għandu jsawwar il-prijorità tal-Fondi;

(…)

Il-proposta tinkludi “effiċenza amministrattiva” qalb l-azzjonijiet li ser ikunu ffinanzjati mill-għan tal-“Konverġenza”. Il-kunċett ta’ “effiċjenza amministrattiva” li jidher ukoll fl-Artikoli 25(3)(b) u 26(3)(c), hemm bżonn li jiġi kjarifikat, partikolarment minħabba li l-proposta tuża t-terminu “effiċjenza amministrattiva” (Artikolu 44(1)).

Artikoli 5.1 u 5.2

1.

Ir-reġjuni eliġibbli għall-fondi mill-Fondi Strutturali taħt l-għan tal-“Konverġenza” għandhom ikunu r-reġjuni li jikkorrispondu għal-livell II tan-Nomenklatura ta’ l-Unitajiet Statitisiċi Territorjali (minn hawn “il quddiem imsejjaħ” il-livell II NUTS) fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li l-Prodott Gross Domestiku (PGD) per capita tagħhom, li jitkejjel f’paritajiet ta’ qawwa ta’ xiri u li jinħadem fuq il-bażi tal-figuri tal-Komunità għal dawn l-aħħar tliet snin u li kienu disponibbli fil- [...] ikun inqas minn 75 % tal-medja tal-Komunità.

2.

Ir-reġjuni tal-livell II NUTS li l-PGD per capita tagħhom, imkejjel f’paritajiet ta’ qawwa ta’ xiri u li jinħadem fuq il-bażi tal-figuri tal-Komunità għal dawn l-aħħar tliet snin u li kienu disponibbli fil-[…], ikun bejn 75 % u […] % tal-medja tal-Komunità għandhom ikunu eliġibbli, fuq bażi transitorja u speċifika, għall-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali.

Mhux biżżejjed li tuża l-PGD biss biex tidentifika r-reġjuni eliġibbli minħabba l-ammont kbir ta’ dimensjonijiet fit-twessiegħ tal-vojt ta’ l-iżvilupp. Aspetti li m’għandhomx jitħallew barra jinkludu d-disponibbiltà ta’ l-infrastruttura bażika, ir-rata tal-qgħad, il-produttività tax-xogħol, l-istruttura ekonomika, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kwalità ta’ l-ambjent, l-emigrazzjoni u r-riċerka u żvilupp (R & Ż).

Artikolu 5.2

2.

Ir-reġjuni tal-livell II NUTS li l-PGD per capita tagħhom, imkejjel f’paritajiet ta’ qawwa ta’ xiri u li jinħadem fuq il-bażi tal-figuri tal-Komunità għal dawn l-aħħar tliet snin u li kienu disponibbli fil-[…], ikun bejn 75 % u […] % tal-medja tal-Komunità għandhom ikunu eliġibbli, fuq bażi transitorja u speċifika, għall-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali.

It-tieni persentaġġ, li jirreferi għall-medja tal-Komunità, għandu jiddaħħal.

Artikolu 6.1

1.

L-inħawi eliġibbli għall-fondi mill-Fondi Strutturali taħt l-għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” għandhom ikunu dawk mhux koperti bl-Artikolu 5(1) u 5(2). Meta jippreżentaw il-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali msemmija fl-Artikolu 25, kull Stat Membru kkonċernat għandu juri r-reġjuni tal-Livelli I NUTS jew II NUTS li għalihom ikun qed jippreżenta programm biex jiġi ffinanzjat mill-ERDF.

Ta’ min jgħid illi l-iskop ġeografiku ta’ l-għan “Kompetittività reġjonali u x-xogħol” huwa potenzjalment wiesgħa ħafna u għalhekk jinkludi kollox. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għandhom jiġu mfissra għal dan l-għan.

Artikoli 7.1 u 7.2

1.

Għall-għan tal-kooperazzjoni interterritorjali, għandhom ikunu eliġibbli għall-iffinanzjar ir-reġjuni tal-Komunità tal-livell III NUTS tul it-territorji ta’ ġewwa, ċerti territorji ta’ l-art ta’ barra u ċerti reġjuni tal-Komunità tal-livell III NUTS tul it-territorji tal-baħar mifrudin, bħala regola ġenerali, b’massimu ta’ 150 kilometru, waqt li jitqiesu l-aġġustamenti meħtieġa li jista’ jkun hemm biex ikunu żgurati l-koerenza u l-kontinwità ta’ l-azzjoni ta’ kooperazzjoni. Minnufih wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(2) il-lista tar-reġjuni eliġibbli. Din il-lista għandha tkun valida mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

2.

Għall-għan tal-kooperazzjoni transnazzjonali, fuq il-bażi tal-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità msemmija fl-Artikoli 23 u 24, il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(2), għandha tadotta l-lista ta’ l-inħawi transnazzjonali eliġibbli. Din il-lista għandha tkun valida mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Id-deskrizzjoni ta’ l-għan “Kooperazzjoni territorjali Ewropea” kellha tkun ippreċeduta b’ analiżi tas-sitwazzjoni f’ dawn l-oqsma u b’ definizzjoni ċara tal-bżonnijiet tagħhom bi ħsieb li jiġu kkonċentrati attivitajiet. Id-dispożizzjonijiet fuq l-għażla ta’ l-oqsma eliġibbli għandhom jitwessgħu biex jinkludu kriterji li huma definiti b’mod preċiż u b’mod partikulari, u mogħtija l-importanza relattiva.

Artikolu 10.3

3.

Ta’ kull sena l-Kummissjoni għandha tikkonsulta, fuq livell Ewropew, lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-imsieħba soċjali dwar l-għajnuna tal-Fondi.

L-Artikolu 10 (1) (b) jirreferi għall-imsieħba ekonomiċi u soċjali. Ikun aħjar li tintuża l-istess espressjoni fil-paragrafu 3.

Artikolu 13

1.

L-għajnuniet mill-Fondi Strutturali m’għandhomx jieħdu post in-nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti minn xi Stat Membru.

2.

Għar-reġjuni li huma koperti bl-għan tal-“Konverġenza”, il-Kummissjoni u l-Istat Membru għandhom jistabbilixxu l-livell tan-nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti li l-Istat Membru għandu jżomm fir-reġjuni kollha kkonċernati matul il-perjodu ta’ pprogrammar. Dwar in-nefqa għandu jkun hemm ftehim bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni fil-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali msemmi fl-Artikolu 25.

3.

Il-livell tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun mill-inqas ugwali għall-ammont tan-nefqa medja ta’ kull sena f’termini reali li jkun intlaħaq matul il-perjodu ta’ pprogrammar ta’ qabel. Il-livell tan-nefqa għandu jkun stabbilit b’referenza għall-kundizzjonijiet makroekonomiċi ġenerali li fihom ikun sar l-iffinanzjar u waqt li jitqiesu ċerti sitwazzjonijiet ekonomiċi speċifiċi, l-aktar il-privatizzazzjonijiet kif ukoll il-livell eċċezzjonali ta’ nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti li tkun saret mill-Istat Membru matul il-perjodu ta’ pprogrammar ta’ qabel.

4.

Għall-għan tal-“Konverġenza” il-Kummissjoni għandha, flimkien ma’ kull Stat Membru, tivverifika l-addizzjonalità ta’ nofs it-terminu fl-2011 u l-ex-post sat-30 ta’ Ġunju 2016. Fejn sat-30 ta’ Ġunju 2016 Stat Membru ma jkunx jista’ juri li l-addizzjonalità mifthiema fil-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali kienet ġiet imħarsa, il-Kummissjoni għandha tagħmel korrezzjoni finanzjarja skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 101.

Proċedura li tivverifika l-appikazzjoni tal-prinċipju ta’ l-addizzjonalità hija maħsuba għall-għan tal-“Konverġenza” biss. M’hemmx provvediment għaż-żewġ għanijiet oħra li jikkostitwixxu madwar 20 % ta’ l-approprjazzjonijiet. It-taqsima 5.3 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni tispeċifika li dan il-kontroll għandu jiġi wżat mill-Istat Membru skond il-prinċipju tal-proporzjonalità. M’hemmx il-ħtieġa li l-Kummissjoni tiġi infurmata bir-riżultati tal-kontrolli mill-Istati Membri. Din hija bidla paragunata mal-leġiżlazzjoni preżenti (Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 1260/99).

Artikolu 13.3

3.

Il-livell tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun mill-inqas ugwali għall-ammont tan-nefqa medja ta’ kull sena f’termini reali li jkun intlaħaq matul il-perjodu ta’ pprogrammar ta’ qabel.

Il-livell tan-nefqa għandu jkun stabbilit b’referenza għall-kundizzjonijiet makroekonomiċi ġenerali li fihom ikun sar l-iffinanzjar u waqt li jitqiesu ċerti sitwazzjonijiet ekonomiċi speċifiċi, l-aktar il-privatizzazzjonijiet kif ukoll il-livell eċċezzjonali ta’ nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti li tkun saret mill-Istat Membru matul il-perjodu ta’ pprogrammar ta’ qabel.

Il-possibbiltà li jittieħed akkont taċ-ċirkustanzi ġenerali makroekonomiċi kif ukoll ċerti sitwazzjonijiet ekonomiċi speċifiċi, mingħajr iktar spjegazzjonijiet, potenzjalment tħalli lok kbir għal diskrezzjoni.

Artikolu 16.1

1.

Ir-riżorsi ġenerali għall-għan tal-“Konverġenza” għandhom ilaħħqu it-78,54 % tar-riżorsi msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ l- Artikolu 15 (i.e. total ta’ 264 biljun euro). Dawn għandhom jitqassmu bejn il-komponenti differenti kif ġej:

a)

67,34 % għall-iffinanzjar msemmi fl-Artikolu 5(1), biex jilhqu l-popolazzjoni eliġibbli, il-ġid reġjonali, il-ġid nazzjonali u l-qgħad bħala kriterji biex ikun jista’ jinħadem it-taqsim indikattiv mill-Istat Membru;

b)

8,38 % għall-appoġġ transitorju u speċifiku msemmi fl-Artikolu 5(2), billi jintużaw il-popolazzjoni eliġibbli, il-ġid reġjonali, il-ġid nazzjonali u l-qgħad bħala kriterji biex jinħadem it-taqsim indikattiv mill-Istat Membru;

c)

23,86 % għall-iffinanzjar imsemmi fl-Artikolu 5(3), billi jintużaw il-popolazzjoni, id-DGN per capita waqt li jitqies it-tijib fil-ġid nazzjonali fuq il-perjodu ta’ qabel, u l-erja tal-wiċċ biex jinħadem it-taqsim indikattiv mill-Istat Membru; u

d)

0,42 % għall-iffinazjar imsemmi fl-Artikolu 5(4), billi tintuża l-popolazzjoni eliġibbli bħala kriterju biex jinħadem it-taqsim indikattiv mill-Istat Membru.

Tkun ta’ għajnuna l-indikazzjoni ta’ kif il-kriterji huma mogħtija l-importanza relattiva biex jiddeterminaw l-allokazzjoni tal-Fondi lill-komponenti differenti.

Artikolu 16.2

2.

It-taqsim ta’ kull sena ta’ l-approprijazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-sotto-paragrafu b) għandu jkun digressiv mill-1 ta’ Jannar 2007. L-approprijazzjoni fl-2007 għandha tkun iktar baxxa milli fl-2006, ħlief għal dawk ir-reġjuni li ma jkunux eliġibbli kompletament għall-Għan 1 fl-1 ta’ Jannar 2000 skond ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u li għalihom l-approprijazzjoni fl-2007 għandha tkun oġġettiva u ġusta.

It-test ma jagħtix definizzjoni ta’ xi jrid ifisser b’ “oġġettiva u ġusta”.

Artikolu 17.1

1.

Ir-riżorsi ġenerali għall-għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” għandhom ikunu ta’ 17,22 % tar-riżorsi msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ l- Artikolu 15 (i.e. total ta’ 57,9 biljun euro) u għandhom jitqassmu bejn il-komponenti differenti kif ġej:

a)

83,44 % għall-iffinanzjar msemmi fl-Artikolu 6(1), billi jintużaw il-popolazzjoni eliġibbli, il-ġid reġjonali, il-qgħad, ir-rata tax-xogħol u d-densità tal-popolazzjoni bħala kriterji biex jinħadem it-taqsim indikattiv mill-Istat Membru; u

b)

16,56 % għall-appoġġ transitorju u speċifiku msemmi fl-Artikolu 6(2), billi jintużaw il-popolazzjoni eliġibbli, il-ġid reġjonali, il-ġid nazzjonali u l-qgħad bħala kriterji biex jinħadem it-taqsim indikattiv mill-Istat Membru.

Tkun ta’ għajnuna l-indikazzjoni ta’ kif il-kriterji huma mogħtija l-importanza relattiva biex jiddeterminaw l-allokazzjoni tal-Fondi lill-komponenti differenti.

Artikolu 17.2

2.

L-approprijazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-sotto-paragrafu a) għandhom jinqasmu b’mod ugwali bejn il-programmi ffinanzjati mill-ERDF u dawk iffinanzjati mill-ESF.

It-test għandu jikkjarifika kif għandhom jitqassmu l-ERDF u l-ESF.

Artikolu 17.4

4.

It-taqsim ta’ kull sena ta’ l-approprijazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-sotto-paragrafu b) għandu jkun digressiv mill-1 ta’ Jannar 2007. L-approprijazzjonijiet fl-2007 għandhom ikunu aktar baxxi milli fl-2006, ħlief għal dawk ir-reġjuni li l-eliġibbiltà tagħhom għall-Għan 1 skond ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 tkun bdiet fl-2004 u li għalihom l-approprijazzjoni fl-2007 għandha tkun waħda oġġettiva u ġusta.

It-test ma jagħtix definizzjoni ta’ xi jrid jfisser b’ “oġġettiva u ġusta”.

Artikolu 22

Il-Kummissjoni tiżgura li l-allokazzjonijiet kollha ta’ kull sena mill-Fondi għal kull Stat Membru skond dan ir-Regolament, inkluża l-għajnuna ta’ l-ERDF biex tiġi ffinanzjata l-linja ta’ żvilupp interterritorjali ta’ l-Istrument tal-Qrubija u s-Sħubija Ewropea skond ir-Regolament (KE) Nru […] u l-Istrument għal Qabel is-Sħubija skond ir-Regolament (KE) Nru […], u dik mill-parti tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) skond ir-Regolament (KE) Nru […] li joriġina mis-taqsima tal-Gwida tal-FAEGG, u tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) skond ir-Regolament (KE) Nru […] li kollha jgħinu fl-għan tal-“Konverġenza”, m’għandhomx ikunu aktar minn 4 % tal-PGD ta’ l-Istati Membri kif kien stmat fi żmien l-adozzjoni tal-ftehim interistituzzjonali.

Ir-regolamenti ta’ l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-paragrafu ta’ qabel, għajr il-Fondi, fihom dispożizzjoni simili.

Dwar it-total annwali ta’ l-allokazzjonijiet mill-Fondi għal kwalunkwe Stat Membru, l-idea mniżżla fil-paragrafu 30 tal-preambolu, jiġifieri, li l-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu allokati skond il-kapacità ta’ l-Istati Membri għall-assorbiment, ma ttieħditx.

Artikolu 24

Sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 23 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 161 tat-Trattat. Il-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità għandhom ikunu suġġetti, jekk ikun meħtieġ, għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 161 tat-Trattat, biex jitqiesu b’mod partikulari it-tibdiliet fil-prijoritajiet tal-Komunità.

Huwa wkoll neċessarju li jiġu diskussi l-effetti fuq l-oqsfa ta’ kwalunkwe emenda għall-linjigwida stateġiċi tal-Komunità. Fil-fatt m’hemmx provvediment għal reviżjoni ta’ l-oqsfa fl-artikoli.

Artikolu 25.3

3.

It-taqsima strateġika tal-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali għandha tispeċifika l-istrateġija magħżula għall-għan tal-“Konverġenza” u dak tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”, u turi kif l-għażliet li jkunu saru jkunu konsistenti mal-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità fuq il-bażi ta’ stħarriġ dwar id-disparità ta’ l-iżvilupp, id-dgħufijiet u l-potenzjal marbut, l-aktar, mal-bidliet mistennija fl-ekonomija ta’ l-Ewropa u f’dik tad-dinja. Din għandha tispeċifika:

(…)

b)

għall-għan tal-“Konverġenza” biss, l-azzjoni prevista għat-tisħiħ ta’ l-effiċjenza amministrattiva ta’ l-Istat Membru, inkluż dwar it-tmexxija tal-Fondi, u l-pjan ta’ valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 46(1);

(…)

Huwa stipulat hawnhekk li l-istrateġija magħżula għandha tispeċifika “l-azzjoni prevista għat-tisħiħ ta’ l-effiċjenza amministrattiva ta’ l-Istat Membru, inkluż dwar it-tmexxija tal-Fondi”. Dan jimplika li l-kunċett ta’ “tisħiħ ta’ l-effiċjenza amministrattiva ta’ l-Istat Membru” jista’ jmur iktar ‘l hinn mit- tmexxija tal-Fondi, li jġib miegħu r-riskju li firxa wiesgħa ħafna ta’ ħidmiet ikunu ffinanzjati.

Artikolu 25.3

3.

It-taqsima strateġika tal-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali għandha tispeċifika l-istrateġija magħżula għall-għan tal-“Konverġenza” u dak tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”, u turi kif l-għażliet li jkunu saru jkunu konsistenti mal-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità fuq il-bażi ta’ stħarriġ dwar id-disparità ta’ l-iżvilupp, id-dgħufijiet u l-potenzjal marbut, l-aktar, mal-bidliet mistennija fl-ekonomija ta’ l-Ewropa u f’dik tad-dinja. Din għandha tispeċifika:

(…)

Biex ikun jista’ jsir il-monitoraġġ, l-għanijiet ewlenin tal-prijoritajiet imsemmija fil-punt a) għandhom ikunu kkwantifikati waqt li għandhom jiġu identifikati numru limitat ta’ indikaturi ta’ turija u impatt;

Mhux xieraq li tispeċifika “numru limitat” mingħajr ma tagħti iktar detalji. L-iktar ħaġa importanti hija li l-indikaturi magħżula jkunu jistgħu jagħmlu li r-riżultati miksuba, u l-impatt ta’ dawk ir-riżultati, ikunu espressi b’mod xieraq.

Artikolu 25.4

4.

Għall-għan tal-“Konverġenza” u għal dak tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”, it-taqsima tat-tħaddim għandha jkun fiha:

a)

il-lista tal-programmi ta’ l-operat u l-allokazzjoni indikattiva ta’ kull sena minn kull Fond skond il-programm, waqt li jkun żgurat li jkun hemm bilanċ xieraq bejn l-azzjoni reġjonali u tematika. Din il-lista għandha tinkludi fiha l-ammont tar-riżerva ta’ kontinġenza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 49;

(…)

M’hemmx definzzjoni ta’ “bilanċ xieraq”.

Artikolu 26.2

2.

Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni proposta għal qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali kemm jista’ jkun malajr wara l-adozzjoni tal-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippreżentaw fl-istess waqt il-programmi ta’ l-operat imsemmija fl-Artikolu 31. Il-Kummissjoni tinnegozja din il-proposta fil-qafas tas-sħubija.

Il-frażi “kemm jista’ jkun malajr” għandha tkun mibdula bi skadenza eżatta.

Artikolu 30

Ir-rapport tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 159, it-tieni sotto-paragrafu, tat-Trattat għandu jinkludi l-aktar:

a)

rekord tal-progress li jkun sar b’rabta mal-koeżjoni ekonomika u soċjali, inklużi s-sitwazzjoni soċjo-ekonomika u l-iżvilupp tar-reġjuni, kif ukoll l-integrazzjoni tal-prijoritajiet tal-Komunità;

(…)

b)

rekord tar-rwol tal-Fondi, l-EIB u l-istrumenti finanzjarji l-oħrajn, kif ukoll l-effett tal-politika tal-Komunità u nazzjonali l-oħra fuq il-progress li jkun sar.. Ir-rapport għandu jkun fih, jekk ikun meħtieġ, kull proposti fuq il-miżuri tal-Komunità u l-politika li għandhom jiġu adottati biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali. Dan għandu jipproponi wkoll, jekk ikun meħtieġ, proposti dwar kull aġġustament marbut ma’ inizjattivi ġodda ta’ politika tal-Komunità fil-linjigwidi strateġiċi fuq il-koeżjoni. Fis-sena li fiha r-rapport jiġi ppreżentat, dan għandu jieħu post ir-rapport annwali tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 28. Dan għandu jkun suġġett għal dibattitu annwali skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29.

Huwa aħjar kieku jiġi stipulat li r-rapport tal-Koeżjoni għandu jindirizza wkoll id-dimensjoni territorjali tal-koeżjoni.

Artikolu 31.3

3.

L-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni proposta għal programm ta’ l-operat li jkun fiha l-komponenti kollha msemmija fl-Artikolu 36, kemm jista’ jkun malajr wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni mill-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 26 jew fl-istess żmien tal-preżentazzjoni tal-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali msemmi fl-istess Artikolu 26.

Il-frażi “kemm jista’ jkun malajr” għandha tkun mibdula bi skadenza eżatta.

Artikolu 31.5

5.

Il-Kummissjoni għandha tadotta kull programm ta’ operat kemm jista’ jkun malajr wara s-sottomissjoni formali tiegħu mill-Istat Membru.

Il-frażi “kemm jista’ jkun malajr” għandha tkun mibdula bi skadenza eżatta (bħalissa l-iskadenza hija ta’ ħames xhur).

Artikolu 32.2

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni fuq it-talbiet għar-reviżjoni tal-programmi ta’ l-operat kemm jista’ jkun malajr wara s-sottomissjoni formali tat-talba mill-Istat Membru.

Il-frażi “kemm jista’ jkun malajr” għandha tkun mibdula bi skadenza eżatta.

Artikolu 35.4

4.

Il-Kummissjoni tista’, jekk din tqis bħala xieraq għall-valutazzjoni ta’ proġetti maġġuri, titlob lill-EIB biex jeżamina l-kwalità teknika ta’ dawk il-proġetti kif ukoll il-vijabbiltà ekonomika u finanzjarja tagħhom, l-aktar dwar l-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja li għandhom jiġu implimentati u żviluppati.

Ir-raba’ paragrafu huwa ta’ natura differenti mit-tlieta l-oħra u jkun żgur iktar xieraq bħala parti mill-Artikolu 40.

Artikolu 36.1

1.

Il-programmi ta’ l-operat marbuta ma’ l-għan tal-“Konverġenza” u ma’ dak tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” għandu jkollhom:

c)

tagħrif fuq il-prijoritajiet u l-miri speċifiċi tagħhom. Dawk il-miri għandhom ikunu kkwantifikati bl-użu ta’ numru limitat ta’ indikaturi għall-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-impatt, waqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità. L-indikaturi għandhom jagħmluha possibbli biex jitkejjel il-progress b’rabta mas-sitwazzjoni tal-linjabażi u l-effettività tal-miri li jimplimentaw il-prijoritajiet;

(…)

Għandu jkun kjarifikat x’inhu mfisser b’ “ta’ numru limitat ta’ indikaturi …, waqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità”.

Artikolu 36.4

4.

Il-programmi ta’ l-operat iffinanzjati mill-ERDF għandu jkollhom ukoll għall-għanijiet tal-“Konverġenza” u tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”:

a)

azzjonijiet għall-kooperazzjoni interreġjonali ma’, mill-inqas, reġjun wieħed ta’ Stat Membru ieħor f’kull programm reġjonali;

(…)

L-azzjonijiet involuti iktar jikkorrispondu ma’ l-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea”.

Artikolu 40.3

3.

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr wara s-sottomissjoni mill-Istat Membru jew mill-awtorità tat-tmexxija tat-tagħrif kollu msemmi fl-Artikolu 39. Dik id-deċiżjoni għandha tiddefinixxi l-għan fiżiku, l-ammont li għalih tapplika r-rata ta’ ko-finanzjar għall-prijorità, u l-iskeda ta’ kull sena.

Il-frażi “kemm jista’ jkun malajr” għandha tkun mibdula bi skandenza eżatta.

Artikolu 45.3

3.

Il-ħidmiet ta’ valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu organizzati taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Istat Membru jew il-Kummissjoni, skond kif xieraq, skond il-prinċipju tal-proporzjonalità u fuq il-bażi ta’ sħubija bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni. Il-valutazzjonijiet għandhom isiru minn assessuri indipendenti. Ir-riżultati għandhom jiġu ppubblikati, ħlief fejn l-awtorità responsabbli għall-valutazzjoni toġġezzjona b’mod oġġettiv skond ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fuq l-aċċess għad-dokumenti.

Il-“prinċipju tal-proporzjonalità” mhux imfisser.

Artikolu 46.5

5.

Matul il-perjodu tal-programm, l-Istati Membri għandhom jagħmlu valutazzjoni ad hoc li tkun marbuta mal-monitoraġġ ta’ programmi ta’ l-operat fejn il-monitoraġġ tal-programmi juri tbegħid sostanzjali mill-għanijiet stabbiliti fil-bidu u fejn isiru proposti biex il-programmi ta’ l-operat jiġu riveduti. Ir-riżultati għandhom jintbagħtu lill-kumitat tal-monitoraġġ ta’ dak il-programm ta’ l-operat u lill-Kummissjoni.

It-test ma jagħtix definizzjoni ta’ x’inhu mfisser bi “tbegħid sostanzjali mill-għanijiet stabbiliti fil-bidu” u “il-programmi ta’ l-operat jiġu riveduti”.

Din l-osservazzjoni tirreferi biss għall-verżjoni franċiża tal-proposta. L-aġġettiv “sostanzjali” ma tidhirx fil-lingwi kollha.

Artikolu 48

1.

Fil-kuntest tad-dibattitu annwali msemmi fl-Artikolu 29, fl-2011 il-Kunsill, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 161 tat-Trattat, għandu jalloka r-riżerva msemmija fl-Artikolu 20 fost l-Istati Membri biex jippremja l-progress li jkun sar meta mqabbel mas-sitwazzjoni tal-bidu:

a)

għall-għan tal-“Konverġenza”, fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

i)

tkabbir fil-prodott gross domestiku per capita imkejjel fuq livell NUTS II, f’rabta mal-medja tal-Komunità, fuq il-bażi tad-data disponibbli għall-perjodu 2004-2010;

ii)

tkabbir fir-rata tax-xogħol fuq livell NUTS II, fuq il-bażi tad-data disponibbli għall-perjodu 2004-2010;

b)

għall-għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”, fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

i)

pro rata għal dawk ir-reġjuni li bejn l-2007 u l-2010 ikunu nefqu mill-inqas 50 % tal-fondi allokati lilhom mill-ERDF fuq ħidmiet marbuta ma’ l-innovazzjoni kif hemm imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru […];

ii)

żieda fir-rata tax-xogħol fuq livell NUTS II, fuq il-bażi tad-data disponibbli għall-perjodu 2004-2010.

2.

Kull Stat Membru għandu jalloka l-ammonti kkonċernati bejn il-programmi ta’ l-operat waqt li jitqiesu l-kriterji msemmija fil-paragrafu ta’ qabel.

L-użu tar-riżerva tat-turija essenzjalment tiddependi fuq il-kriterja li għaliha hija diffiċli ħafna li tistabbilixxi rabta diretta ma’ l-azzjonijiet li jibbenefikaw mill-għajnuna tal-Komunità. Bidliet fil-PGD u r-rata ta’ l-impieg jiddependu fuq fatturi li huma ħafna iktar komplessi mill-programmi ta’ l-operat, li l-impatt finanzjarju tagħhom, barra minn dan, huwa ġeneralment iktar limitat minn dak ta’ l-investiment pubbliku fit-totalità tiegħu. Barra minn dan, tidher restrittiva li tikkonsidra biss il-moviment għal fuq ta’ l-indikaturi, peress li l-miżuri strutturali jistgħu wkoll jikkontribwixxu biex ittaffi l-effett ta’ moviment għal isfel.

Artikolu 50

L-għajnuna tal-Fondi għandha tkun immodulata fid-dawl ta’ dan li ġej:

a)

is-serjetà tal-problemi speċifiċi, l-aktar ta’ natura ekonomika, soċjali u territorjali;

b)

l-importanza ta’ kull prijorità għall-prijoritajiet tal-Komunità kif stabbilit fil-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità;

c)

il-ħarsien u t-tijib ta’ l-ambjent, l-aktar bl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-prinċipju ta’ azzjoni preventiva, u l-prinċipju ta’ min iniġġeż iħallas;

d)

ir-rata ta’ mobilizzazzjoni ta’ l-iffinanzjar mill-privat, l-aktar taħt sħubiji bejn il-pubbliku u l-privat, fl-oqsma kkonċernati.

It-test għandu jagħti klassifikazzjoni għall-kriterji li għandhom jiġu applikati għall-modulazzjonijiet tar-rati ta’ kontribuzzjoni.

Artikolu 54.2

2.

In-nefqa pubblika fuq proġetti li jiġġeneraw id-dħul għandha tinħadem fuq il-bażi tal-valur ta’ l-investment tnaqqas il-valur kurrenti tad-dħul nett mill-investment matul perjodu speċifiku ta’ referenza. Il-kalkolu għandu jqis il-profitabbiltà li normalment tkun mistennija mill-kategorija ta’ investment ikkonċernat u mill-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġeż iħallas, u, jekk ikun meħtieġ, mill-prinċipju ta’ l-ekwità marbuta mal-ġid relattiv ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

Il-kriterji wżati sabiex jiġi applikat l-prinċipju ta’ “min iniġġeż iħallas” u l-prinċipju ta’ l-ekwità marbuta mal-ġid relattiv ta’ l-Istat Membru mhumiex imfissra. Il-Kummssjoni għandha tipprovdi appoġġ metodoloġiku għat-twaqqif ta’ livelli ta’ għajnuna għal dawn il-proġetti (ara l-Artikolu 40(2)).

Artikolu 55.1

1.

Nefqa għandha tkun eliġibbli għall-għajnuna tal-Fondi jekk din tkun fil-fatt saret minn benefiċjarju biex iwettaq ħidma bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2015. Ħidmiet li jkunu ko-finanzjati ma jridux ikunu tlestew qabel id-data tal-bidu ta’ l-eliġibbiltà. In-nefqa fuq proġetti maġġuri għandha tkun eliġibbli mid-data tas-sottomissjoni tal-proġett lill-Kummissjoni.

Jista’ jkun ta’ vantaġġ li jiġu llaxkati dawn il-kundizzjonijiet sabiex jittieħed kont tax-xogħol ta’ tħejjija fuq l-azzjonijiet li ser ikunu ffinanzjati. Il-perjodu ta’ l-eliġibbiltà jista’ għalhekk jibda’ fl-1 ta’ Lulju 2006.

Artikolu 55.3

3.

Ir-regoli fuq l-eliġibbiltà tan-nefqa għandhom ikunu stabbiliti fuq livell nazzjonali suġġett għall-eċċezzjoni pprovduta fir-Regolamenti speċifiċi ta’ kull Fond. Dawn ikopru l-intier tan-nefqa ddikjarata taħt il-programm ta’ l-operat.

Ser ikun diffiċli jiġu applikati r-regoli nazzjonali ta’ l-eliġibbiltà fil-kuntest ta’ l-għan tal- “Kooperazzjoni territorjali Ewropea”, peress li l-ħidmiet iffinanzjati jinvolvu iktar minn Stat Membru wieħed. Dan l-aspett mhuwiex ikkunsidrat.

Artikolu 57.1

1.

Is-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll tal-programmi ta’ l-operat stabbiliti mill-Istati Membri għandhom jipprovdu għal:

a)

definizzjoni ċara tal-funzjonijiet ta’ l-entitajiet ikkonċernati fit-tmexxija u l-kontroll u allokazzjoni ċara tal-funzjonijiet fi ħdan kull entità;

b)

firda ċara tal-funzjonijiet bejn l-entitajiet ikkonċernati fit-tmexxija, iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa u l-kontroll u bejn dawk il-funzjonijiet f’kull entità;

c)

riżorsi adegwati għal kull entità biex iwettqu l-funzjonijiet allokati lilhom;

d)

arranġamenti ta’ awditjar intern effettiv;

e)

sistemi ta’ kontabbiltà, monitoraġġ u rappurtar finanzjarju kredibbli f’għamla kompjuterizzata;

f)

sistema effettiva ta’ rappurtar u monitoraġġ fejn it-turija tax-xogħol tkun ġiet iddelegata;

g)

l-eżistenza ta’ manwali ta’ proċedura għall-funzjonijiet li jridu jsiru;

h)

arranġamenti effettivi biex jiġi awditjat it-tħaddim proprju tas-sistema;

i)

sistemi u proċeduri biex jiżguraw sekwenza ta’ transazzjonijiet adegwata;

j)

proċeduri ta’ rappurtar u monitoraġġ dwar irregolaritajiet u l-irkupru ta’ ammonti li ma jkunux tħallsu kif xieraq.

Is-sottoparagrafu (j) jirreferi għal “irregolaritajiet”. Definizzjoni preċiża tkun ta’ użu, speċjalment peress li dan il-kunċett jidher f’għadd ta’ klawsoli (per eżempju, l-Artikoli 69(3), 73(4), 89(1) u 99). Il-valur ta’ din id-dispożizzjoni huwa bħalissa limitat minħabba nuqqas ta’ ċarezza dwar id-data li għandha tiġi mogħtija.

Artikolu 57.2

2.

Il-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti b), c), d), f), u h) għandhom ikunu proporzjonali għan-neqfa pubblika taħt il-programm ta’ l-operat ikkonċernat.

Huwa maħsub illi numru ta’ miżuri mniżżla f’dan l-artikolu jkunu applikati fil-proporzjon tan-nefqa pubblika taħt il-programm ta’ l-operat involut. Mandanakollu, dan il-kunċett mhuwiex biżżejjed ċar sabiex il-miżuri jkunu applikati b’konsistenza. Għal din ir-raġuni, huwa diffiċli li timmaġina l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri f’dak il-każ (seperazzjoni tal-funzjonijiet, riżorsi xierqa, arranġamenti għal verfifika interna, raportaġġ u sistemi tal-verifika) b’ mod proporzjonat. Barra minn dan, din id-deroga ma tapplikax għal manwali ta’ proċedura u l-ebda definiazzjoni m’hi mogħtija. Għandu jkun speċifikat jekk il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandux japplika għall-Artikoli 13 (verifika tal-prinċipju ta’ l-addizzjonalità biss fil-każ ta’ l-għan tal-“Konverġenza”), 46(3) (valutazzjoni ġenerali jew speċifika ex-ante), 66(2) (il-kontenut tar-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali jew finali) u 73 (proċeduri ta’ kontroll).

Artikolu 61.1

1.

L-Awtorità ta’ l-Awditjar ta’ programm ta’ l-operat għandha tkun reponsabbli l-aktar biex:

(…)

b)

tiżgura li l-awditjar li jsir fuq il-ħidmiet isir fuq il-bażi ta’ kampjun xieraq biex tivverifika n-nefqa ddikjarata;

(…)

Il-kunċett ta’ “kampjun xieraq” għandu jkun definit b’referenza għal standards speċifiċi, partikolarment fir-rigward tal-limitu u l-intensità tal-kontrolli. F’kwalunkwe każ, dawn il-ħtiġijiet m’għandhomx ikun inqas rigorużi minn dawk għall-perjodu 2000-2006.

Artikolu 61.1

1.

L-Awtorità ta’ l-Awditjar ta’ programm ta’ l-operat għandha tkun reponsabbli l-aktar biex:

(…)

c)

tippreżenta lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-programm ta’ l-operat strateġija ta’ awditjar li tkun tkopri l-entitajiet li se jwettqu l-awditjar imsemmi fis-sotto-paragrafi a) u b), il-metodu li se jintuża, il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni għall-awditjar fuq il-ħidmiet, kif ukoll l-ippjanar indikattiv ta’ l-awditjar biex ikun żgurat li l-entitajiet ewlenin jiġu awditjati u li l-awditjar ikun mifrux indaqs matul il-perjodu tal-programm kollu;

(…)

Din il-klawsola tirreferi għall-assigurazzjoni li l-“entitajiet ewlenin” jigu awditjati, imma mingħajr ma tagħti definizzjoni ta’ x’inhuma dawn l-entitajiet.

Artikolu 61.1

1.

L-Awtorità ta’ l-Awditjar ta’ programm ta’ l-operat għandha tkun reponsabbli l-aktar biex:

(…)

e)

sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena mill-2008 sa l-2016:

i)

tippreżenta rapport ta’ kontroll annwali li jkun jistabbilixxi t-tisjib ta’ l-awditjar li jkun sar skond l-istrateġija ta’ awditjar b’rabta mal-programm ta’ l-operat matul is-sena ta’ qabel u tirrapporta kull nuqqas li jkun instab fis-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll tal-programm. It-tagħrif dwar is-snin 2014 u 2015 jista’ jkun inkluż fir-rapport finali biex jakkumpanja d-dikjarazzjoni tal-validità;

ii)

tagħti opinjoni dwar jekk is-sistema tat-tmexxija u l-kontroll tkunx ħadmet b’mod effettiv biex tingħata assigurazzjoni raġonevoli fuq il-korrettezza tar-rendikonti tan-nefqa li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni matul dik is-sena u l-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet bażiċi.

(…)

L-assigurazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awditjar tal-programmi ta’ l-operat tiddependi l-iktar fuq is-sottomissjoni ta’ rapport ta’ kontroll annwali flimkien ma’ opinjoni ta’ l-awtorità ta’ l-awditjar. Madanakollu, minħabba l-iskandenza għall-preentazzjoni ta’ dawn id-dokumenti (30 ta’ Ġunju), mhux possibli li jittieġed kont tagħhom kemm fid-dikjarazzjonijiet annwali mid-Diretturi-Ġenerali kif ukoll mid-dikjarazzjonjiet ta’ assigurazzjoni ppreparati mill-Qorti ta’ l-Awdituri. L-istess japplika, mutatis mutandis, għar-rapport annwali, li huwa suġġett għall-Artikolu 66.

Artikolu 63.2

2.

Fuq inizjattiva tiegħu, rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jieħu sehem fix-xogħol tal-kumitat tal-monitoraġġ f’kapaċità konsultattiva. Rappreżentant ta’ l-EIB u ta’ l-EIF jistgħu jieħdu sehem f’kapaċità konsultattiva għal dawk il-programmi ta’ l-operat li għalihom dawn ikunu qed jagħtu l-għajnuna finanzjarja tagħhom.

B’kuntrast mar-regoli preżenti, (ara l- Artikolu 35(2) tar-Regolament Nru 1260/1999), il-Kummissjoni tipparteċipa fil-kumitati tal-monitoraġġ fuq l-inizjattiva tagħha. Madanakollu, parteċipazzjoni fuq dawn it-termini tidher mixtieqa bħala mezz li tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u l-adozzjoni fil-ħin ta’ miżuri xierqa.

Artikolu 65

1.

L-Awtorità tat-Tmexxija u l-Kumitat tal-Monitoraġġ għandhom jiżguraw il-kwalità ta’ l-implimentazzjoni tal-programm ta’ l-operat.

2.

L-Awtorità tat-Tmexxija u l-Kumitat tal-Monitoraġġ għandhom jagħmlu l-monitoraġġ b’referenza għall-indikaturi finanzjarji u l-indikaturi ta’ implimentazzjoni, ir-riżultati, u l-impatt speċifikat fil-programm ta’ l-operat. Fejn in-natura ta’ l-għajnuna tkun tippermetti, l-istatistiċi għandhom jinqasmu skond is-sess u skond il-qies ta’ l-impriżi ta’ min jirċievi l-għajnuna.

3.

Il-Kummissjoni, bi sħab ma’ l-Istati Membri, għandha tistħarreġ l-indikaturi meħtieġa għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-programm ta’ l-operat.

Għandu jingħad bħala prinċipju li l-proġetti kollha ko-finanzjati ħa jkollhom għanijiet ta’ implimentazzjoni u huma suġġetti għall- valutazzjoni tar-riżultati msemmija fl-Artikolu 65. Huwa kważi ċert illi tmexxija bbażata fuq il-prijorità ħa tipproduċi informazzjoni ġenerali biss.

Artikolu 66.2

2.

Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu t-tagħrif li ġej biex tinkiseb stampa ċara ta’ l-implimentazzjoni tal-program ta’ l-operat:

(…)

j)

l-użu li jkun sar mill-għajnuna mħallsa lura lill-Awtorità tat-Tmexxija jew lil awtorità pubblika oħra matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-progarmm ta’ l-operat. Il-wisa’ tat-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni għandu jkun proporzjonali għall-ammont sħiħ tan-nefqa pubblika tal-programm ta’ l-operat ikkonċernat.

(…)

Ir-relazzjoni eżatta bejn il-wisa’ tat-tagħrif mogħti u l-ammont tan-nefqa pubblika għandha tiġi kjarifikata.

Artikolu 73

1.

Għall-programmi li għalihom il-livell ta’ ko-finanzjar mill-fondi tal-Komunità ma jkunx aktar minn 33 % tan-nefqa pubblika taħt il-programm ta’ l-operat u l-ammont tal-Fondi ma jkunx aktar minn 250 miljun Euro, id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 61, il-punti c), d), u e) i) ma jgħoddux.

2.

Għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw l-għażla li jwaqqfu skond ir-regoli nazzjonali l-entitajiet u l-proċeduri biex iwettqu l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 59, il-punt b), u fl-Artikoli 60 u 61. Fejn Stat Membru jeżerċita din l-għażla, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 58(1), il-punti b) u c), u ta’ l-Artikolu 60(1), il-punt c) ma jgħoddux. Fejn il-Kummissjoni tadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 59, 60 u 61, din għandha tispeċifika d-dispożizzjonijiet li m’għandhomx jgħoddu għal dawk l-Istati Membri li jeżerċitaw l-għażla msemmija fl-ewwel sotto-paragrafu.

3.

L-Artikolu 70(3) għandu jgħodd mutatis mutandis fejn Stat Membru jeżerċita l-għażla msemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel sotto-paragrafu.

4.

Għall-programmi ta’ l-operat kollha msemmija fil-paragrafu 1, u irrispettivament minn jekk Stat Membru jeżerċitax l-għażla msemmija fil-paragrafu 2, fejn l-opinjoni fuq il-konformità tas-sistema ma jkollha l-ebda riżervi, jew fejn ir-riżervi kollha jkunu ġew irtirati wara li jkunu ttieħdu miżuri korrettivi, il-Kummissjoni tista’ tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hi se tistrieħ l-aktar fuq l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità ta’ l-Awditjar, jew l-entità maħtura mill-Istat Membru fejn dan ikun eżerċita l-għażla msemmija, dwar il-korrettezza, il-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata u li din se tagħmel l-awditjar tagħha stess fuq il-post f’każijiet eċċezzjonali biss. F’każ li jkun hemm indikazzjonijiet ta’ irregolaritajiet li ma jkunux nstabu fi żmien xieraq mill-awtoritajiet ta’ l-awditjar nazzjonali jew li ma kinux suġġetti għal miżuri korrettivi xierqa, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru biex jagħmel awditjar skond l-Artikolu 71(3) jew inkella din twettaq l-awditjar tagħha stess taħt l-Artikolu 71(2) biex tikseb assigurazzjoni fuq il-korrettezza, il-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata.

Teoretikament, din il-proċedura simplifikata tapplika waqt il-perjodu għal 33 programmif’ għaxar Stati Membri, għall-għajnuna tal-Komunità li tammonta għal 3 800 miljun euro (2 % tal-baġit ta’ l-għajnuna tal-Komunità għal 2000-2006). Din il-kwasola tinkoraġġixxi l-Istati Membri biex jieħdu vantaġġ tal-miżuri relatati simplifikati, għalhekk tista’ tikkonvolġi iktar programmi milli jiġi ikkalkulat teoretikament għall-perjodu kurrenti ta’ programmi. Hija ta’ interesss partikolari f’din il-konnessjoni l-eċċezzjoni mill-ħtieġa li tagħti strateġija ta’ l-awditjar u rapport ta’ kontroll annwali (Artikolu 61(1)), il-possibiltà li taħtar tmexxija u entitajiet ta’ kontroll fuq il-bażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali (Artikoli 59-61) u l-eċċezzjoni mill-ħtieġa li taħtar awtorijatijiet ta’ ċertifikazzjoni u awditjar (Artikolu 58(1)). Barra minn hekk, meta r-rapport ta’ l-entità fuq il-konformità tas-sistemi jiġi aċċettat mill-Kummissjoni, dak ta’ l-aħħar iwettaq kontrolli f’każijiet eċċezzjonali biss.

Artikolu 73.2

2.

Għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw l-għażla li jwaqqfu skond ir-regoli nazzjonali l-entitajiet u l-proċeduri biex iwettqu l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 59, il-punt b), u fl-Artikoli 60 u 61. Fejn Stat Membru jeżerċita din l-għażla, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 58(1), il-punti b) u c), u ta’ l-Artikolu 60(1), il-punt c) ma jgħoddux. Fejn il-Kummissjoni tadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 59, 60 u 61, din għandha tispeċifika d-dispożizzjonijiet li m’għandhomx jgħoddu għal dawk l-Istati Membri li jeżerċitaw l-għażla msemmija fl-ewwel sotto-paragrafu.

Għandu jkun possibbli li tistma l-implikazzjonijiet kollha ta’ l-għażla ta’ l-inċiż finanli, u għalhekk mhux iġġustifikat illi tirreferi għal regoli ta’ implimentazzjoni li ser joħorġu iktar il-quddiem biex tispeċifika liema dispożizzjonijiet mhus ser japplikaw.

Artikolu 73.4

4.

Għall-programmi ta’ l-operat kollha msemmija fil-paragrafu 1, u irrispettivament minn jekk Stat Membru jeżerċitax l-għażla msemmija fil-paragrafu 2, fejn l-opinjoni fuq il-konformità tas-sistema ma jkollha l-ebda riżervi, jew fejn ir-riżervi kollha jkunu ġew irtirati wara li jkunu ttieħdu miżuri korrettivi, il-Kummissjoni tista’ tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hi se tistrieħ l-aktar fuq l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità ta’ l-Awditjar, jew l-entità maħtura mill-Istat Membru fejn dan ikun eżerċita l-għażla msemmija, dwar il-korrettezza, il-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata u li din se tagħmel l-awditjar tagħha stess fuq il-post f’każijiet eċċezzjonali biss.

F’każ li jkun hemm indikazzjonijiet ta’ irregolaritajiet li ma jkunux nstabu fi żmien xieraq mill-awtoritajiet ta’ l-awditjar nazzjonali jew li ma kinux suġġetti għal miżuri korrettivi xierqa, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru biex jagħmel awditjar skond l-Artikolu 71(3) jew inkella din twettaq l-awditjar tagħha stess taħt l-Artikolu 71(2) biex tikseb assigurazzjoni fuq il-korrettezza, il-legalitu r-regolari tan-nefqa ddikjarata.

Il-frażi “fi żmien xieraq” għandha tinbidel bi skadenza eżatta.

Artikolu 79

L-Istati Membri għandhom jissodisfaw lilhom infushom li l-entità responsabbli li tagħmel il-ħlasijiet tiżgura li l-benefiċjarji jirċievu l-ammont sħiħ ta’ l-għajnuna tal-fondi pubbliċi kemm jista’ jkun malajr u b’mod sħiħ. L-ebda ammonti m’għandhom jitnaqqsu jew jiġu rtirati, u l-ebda spiża speċifika oħra jew spejjeż oħrajn b’effett ekwivalenti m’għandhom jiġu imposti li jwasslu għal tnaqqis f’dawn l-ammonti li jingħataw lill-benefiċjarji.

Il-frażi “kemm jista’ jkun malajr” għandha tinbidel bi skadenza eżatta.

Artikolu 85.2

2.

Jekk waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx intlaħqet, l-Istat Membru u l-awtorità li tiċċertifika għandhom ikunu mgħarrfa kemm jista’ jkun malajr mill-Kummissjoni li t-talba għall-ħlas li tkun saret mhix aċċettabbli.

Il-frażi “kemm jista’ jkun malajr” għandha tinbidel bi skadenza eżatta.

Artikolu 90.1

1.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li żżomm mill-ħlasijiet interim 20 % tas-somom li jridu jitħallsu mill-Kummissjoni fejn l-elementi essenzjali tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva msemmi fl-Artikolu 70(3) ikunu ġew implimentati, waqt li n-nuqqasijiet serji msemmija fir-rapport annwali mill-awtorità ta’ l-awditjar għall-programm imsemmi fl-Artikolu 61, il-punt e) i) ikunu ġew irrettifikati iżda jkunu għadhom iridu jsiru xi emendi biex il-Kummissjoni jkollha assigurazzjoni raġonevoli dwar is-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll.

Għandu jkun hemm referenza ta’ l-opinjoni msemmija fl-Artikolu 61(1)(e)(ii).

Artikolu 96.1

1.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf fi żmien tajjeb lill-Istat Membru u lill-awtoritajiet ikkonċernati kulmeta jkun hemm riskju li jiġi applikat it-taħlil awtomatiku mir-rabta imsemmi fl-Artikolu 92. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru u lill-awtoritajiet ikkonċernati dwar l-ammont tat-taħlil awtomatiku mir-rabta; dan jinkiseb mit-tagħrif li l-Kummissjoni jkollha fil-pussess tagħha.

L-Istat Membru għandu jkollu xahrejn żmien mid-data li huwa jkun irċieva dak it-tagħrif biex jiftiehem dwar l-ammont jew biex jagħti l-osservazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha twettaq it-taħlil awtomatiku mir-rabta sa mhux aktar minn disa’ xhur wara l-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 92.

X’irid jinftiehem b’ “fi żmien tajjeb” għandu jiġi kjarifikat.

Artikolu 97

1.

L-għeluq parzjali ta’ programmi ta’ l-operat jista’ jsir f’perjodi magħżula mill-Istat Membru.

L-għeluq parzjali għandu jkollu x’jaqsam ma’ ħidmiet li jkunu tlestew u li għalihom ikun sar ħlas finali lill-benefiċjarju sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena n-1. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, l-operat għandu jitqies li jkun lest fejn il-ħidmiet li jkun hemm taħtu jkunu saru u l-benefiċjarju jkun irċieva l-ħlas ta’ l-aħħar jew fejn il-benefiċjarju jkun wera dokument ta’ effett ekwivalenti lill-awtorità tat-tmexxija.

2.

L-ammont tal-ħlasijiet li jikkorrispondu għal operat li jkun tlesta għandu jintwera fir-rendikonti tan-nefqa.

L-għeluq parzjali għandu jsir fuq kundizzjoni li sat-30 ta’ Ġunju tas-sena n, l-awtorità tat-tmexxija tibgħat lill-Kummissjoni dawn li ġejjin:

a)

rendikont tan-nefqa dwar dak l-operat

b)

dikjarazzjoni li tiċċertifika l-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet ikkonċernati mir-rendikont tan-nefqa; din għandha tinħareġ mill-awtorità ta’ l-awditjar għall-programm imsemmi fl-Artikolu 61.

Huwa importanti li l-proċeduri li hemm provvediment għalihom fil-qasam ta’ l-għeluq parzjali jagħtu l-istess grad ta’ assigurazzjoni fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tan-nefqa bħal dak li jirriżulta mid-dikjarazzjoni fuq l-għeluq finali tal-programm ta’ l-operat, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-intensità u l-livell tal-kontrolli.

Din l-Opinjoni ġiet adottata mill-Qorti ta’ l-Awdituri fil-Lussemburgu tal-Qorti tas-18 ta’ Marzu 2005.

Għall-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

Hubert WEBER

Il-President


(1)  ĠU L 248, tas-16 ta’ Settembru 2002.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002, ĠU L 357.

(3)  KUMM(2004) 492 finali ta' l-14 ta’ Lulju 2004.

(4)  SEC(2004) 924 ta' l-14 ta’ Lulju 2004.

(5)  KUMM(2004) 580 finali tas-6 ta’ Settembru 2004.

(6)  KUMM(2004) 101 finali ta' l-10 ta’ Frar 2004.

(7)  KUMM(2004) 487 finali ta' l-14 ta’ Lulju 2004.

(8)  ĠU Ċ 107, tat-30 ta’ April 2004.

(9)  Artikolu 53(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

(10)  Ara l-Opinjoni Nru 10/98 fuq ċerti proposti għar-regolament ġewwa l-qafas Agenda 2000 (Fondi Strutturali, punt 6.3), ĠU Ċ 401, tat-22.12.1998.

(11)  Per eżempju l-Artikoli 57(d), (f) u (h), 61(1)(a), 70(1), 71(2) u 72(2).

(12)  Ara per eżempju r-Rapport Speċjali Nru 10/2001 dwar il-kontroll finanzjarju tal-Fondi Strutturali ĠU Ċ 314 tat-8.11.2001 u r-Rapport Speċjali Nru 7/2003 fuq l-implimentazzjoni ta' l-għajnuna fl-ipprogrammar għall-perjodu 2000-2006 fil-qafas tal-Fondi Strutturali ĠU Ċ 174 tat-23.7.2004.