30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/106


RAPPORT

fuq il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Uffiċċju

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

L-OPINJONI TAL-QORTI

6-10

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1-4

Ir-risposti ta' l-Uffiċċju

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-Uffiċċju” kien imwaqqaf bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (1) ta' l-20 ta' Diċembru 1993. Il-mandat tiegħu hu li jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Komunità fuq marki u diżinji, li jagħti lill-intrapriżi protezzjoni uniformi fiż-żona ta' l-Unjoni kollha. Ir-responsabbilitajiet u l-attivitajiet ta' l-Uffiċċju huma mqassra fit-Tabella 1 fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju.

L-OPINJONI TAL-QORTI

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-kumitat tal-baġit ta' l-Uffiċċju, skond l-Artikolu 137, paragrafu 2, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ().

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 119, paragrafu 2 (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, il-baġit ta' l-Uffiċċju ġie implimentat taħt ir-responsabbiltà tal-President ta' l-Uffiċċju. Din ir-responsabiltà tinkludi t-tfassil u l-preżentazzjoni tal-kontijiet (2), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 138 tar-Regolament tal-Kunsill (KE). Il-Qorti hija meħtieġa li teżamina dawn il-kontijiet skond l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skond il-politika u l-istandards ta' verifiki tagħha, li huma adattati minn standards internazzjonali ġeneralment aċċettati sabiex jirriflettu n-natura speċifika tal-kuntest tal-Komunità. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontijiet u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunsidrat neċessarji f'dan il-kuntest.

5.

Għaldaqstat il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet ta' bażi fit-totalità tagħhom huma legali u regolari. Il-kontenut ta' l-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġix f'diskussjoni l-opinjoni li tesprimi l-Qorti f'dan ir-rapport.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

L-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet għas-sena finazjarja 2003 u ta' l-approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel huma mniżżla fit-Tabella 2. Il-kont tad-dħul u l-infiq u l-karta tal-bilanċ ta' l-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2003 huma miġbura fil-qosor fit-Tabelli 3 u 4.

7.

Il-valur totali ta' l-approprjazzjonijet miġjuba 'l quddiem kien ta' 18,3 miljun euro. Iktar attenzjoni għandha tingħata għall-valutazzjoni ta' jekk it-tiġdid huwa vera neċessarju. Testijiet li saru fuq kampjun ta' 35 % ta' dan l-ammont wera tiġdid mhux ġustifikat ta' madwar 586 000 euro, 350 000 euro għal rapporti ta' tfittxjia u 236 000 euro għal attivitajiet ta' taħriġ professjonali.

8.

Numru kbir ta' tiġdid jikkorrispondi għall-impenji provviżorji, il-bilanċ mhux użat li huwa miġjub 'il quddiem fit-totalità tiegħu fl-aħħar tas-sena, anki meta l-bilanċ kollu m'għandux x'jaqsam m'obbligi kontrattwali. Din is-sitwazzjoni hija rregolari

9.

Liċenzji tal-kompjuter u software mhumiex inklużi taħt l-assi fissi, b'kontravenzjoni għar-Regolament fuq l-inventarju (3). Mill-31 ta' Diċembru 2003, ġie stmat li jista' jkun għandhom valur li jasal sa 700 000 euro.

10.

Minkejja l-osservazzjonijiet preċedenti tal-Qorti (4), l-Uffiċċju għadu m’għamilx reviżjoni tas-sistema ta' l-inventarju tiegħu: id-doveri mhux definiti sew u għad m'hemmx taħriġ biżżejjed ta' l-istaff. Huwa diffiċli li zzomm l-inventarju sew f'dawn iċ-cirkustanzi. Per eżempju, oġġetti ta' tagħmir tal-kompjuters u għamara b'valur ta' madwar 500 000 Euro fil-kontijiet ma setgħux jiġu allokati meta sar inventarju fiżiku.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħat tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Għall-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

Il-President


(1)  ĠU L 11, ta’ l-14.1.1994.

(2)  Kif meħtieġ taħt l-Artikolu tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 40/94, il-kontijiet finali tad-dħul u l-infiq kollu ta' l-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2003 tlestew fit-28 ta' Frar 2004 u kienu mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri. Il-Qorti rċeviethom fl-24 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2909/2000 tad-29 ta' Diċembru 2000 (ĠU L 336, tat-30.12.2000, pġ. 75).

(4)  Paragrafu 13 tar-rapport fuq is-sena finanzjarja 2002 (ĠU Ċ 319, tat-30.12.2003, pġ. 84).


Tabella 1

Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Alicante)

Żoni ta' kompetenzi tal-Komunità li joħorġu mit-Trattat

Kompetenzi taċ-Ċentru kif imfisser fir-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill — Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993

Kontroll

Riżorsi disponibbli għall-Uffiċċju fl-2003

(figuri ta' l-2002)

Prodotti u servizzi pprovduti fl-2003

Moviment liberu tal-merkanzjja

Miri

Funzjonijiet

1

Bord Amministrattiv

Baġit finali

Trade marks

Projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ġustifikati fuq il-bażi tal-protezzjoni ta' proprjetà industrijali jew kommerċjali m'għandhomx jikkostitwixxu la mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija tal-kummerċ bejn l-Istati Membri. (Artikolu 30 tat-Trattat)

Restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu provduti servizzi fil-Komunità huma projbiti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat tal-Komunità li ma jkunx dak tal-persuna li lilha jingħataw is-servizzi. (Artikolu 49 tat-Trattat)

Li jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Komunità fuq trade marks u disinji, li jagħtu lill-intrapriżi protezzjoni uniformi fiż-żona kollha ta' l-Unjoni

Li jirċievi u jdaħħal applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni

Li jeżamina l-kondizzjonijiet għad-dħul fir-Reġistru u l-kompatibilità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità

li jfittex f'uffiċċji ta' proprjetà industrijali ta' l-Istati Membri għal trademarks nazzjonali li ġa jeżistu

Li jippubblika l-applikazzjonijiet

Li jeżamina kull oppożizzjoni minn partijiet terzi

Li jirreġistra jew ma jaċċettax l-applikazzjonijiet

li jeżamina l-applikazzjonijiet għar-revoka jew l-invalidità

Li jittrattaw l-appelli kontra d-deċiżjonijiet

Kompożizzjoni

rappreżentant minn kull Stat Membru

rappreżentant mill-Kummissjoni

Funzjoni

Li jikkonsulta l-President fuq affarijiet li għalihom l-Uffiċċju huwa responsabbli li jipprepara listi ta' kandidanti (Artikolu 120) għall-President, Viċi-President u chairman u membri tal-Bord ta' l-Appell

2

President ta' l-Uffiċċju

Maħtur mill-Kunsill minn lista ta' mill-iktar tlett kandidati li tkun preparata mill-Bord Amministrattiv

3

Kumitat tal-Baġit

Komposizzjoni

Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u l-alternati tagħhom

Funzjoni

li jadotta l-baġit u r-regolament finanzjarju, jagħti l-approvazzjoni lill-President u jiddetermina l-ispiża tar-rapporti ta' tfittxija

4

Deċiżjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura

Deċiżjonijiet huma meħuda minn:

a)

l-Eżaminaturi

b)

id-Diviżjonijiet ta' l-Oppożizzjoni

c)

l-Amministrazzjoni ta' Trade Marks u d-Diviżjoni Legali

d)

id-Diviżjoni tal-Kanċellamenti

e)

il-Bordijiet ta' l-Appell

5

Verifika esterna

Il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

6

Awtorità ta' approvazzjoni

Il-Kumitat tal-Baġit ta' l-Uffiċċju

157 miljun euro (155 miljun euro) Kontribuzzjoni tal-Komunità: 0 % (0 %)

Numru ta' impjegati sa l-31 ta' Diċembru 2003:

Numru ta' postijiet fil-pjan ta' stabbiliment 675 (675)

Postijiet ġa meħuda 650 (633)

+31 impjegati oħra (kuntratti awżiljarji, espert nazzjonali issekondati, persunal lokali, persunal temporarju)

Persunal totali: 681 (*)

Assenjati għad-dmirijiet li ġejjin

operazzjonali 423 (*)

amministrattivi 245 (*)

imħallta 13 (*)

(*): figuri mhux disponibbli għall-2002

Numru ta' applikazzjonijiet 57 637

Numru ta' reġistrazzjonijiet: 34 290

Numru ta' każijiet ta' oppożizzjoni: 9 929

Numru ta' każijiet lesti: 9 396

Appelli lill-Bordijiet ta' l-Appell: 719

Ħin medju għar-reġistrazzjoni(barra l-oppożizzjoni u l-appell)

qabel il-pubblikazzjoni: 12-il xahar

bejn il-pubblikazzjoni u r-reġistrazzjoni: 6-il xahar

Disinji

Disinji rċevuti: 37 084

Disinji reġistrati: 24 801

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju.


Tabella 2

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern — Implimetazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni ta' nefqa

Approprjazzjonijiet fil-baġit finali

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

Approprjazzjonijiet disponibbli

(baġit 2003 u s-sena finanzjarja 2002)

reġistrati

impenjati

mħallsa

trasferiti

kanċellati

Impenji pendenti

mħallsa

kanċellati

approprjazzjonijiet

impenjati

mħallsa

trasferiti

kanċellati

Drittijiet

101,4

105,6

Titolu I

Staff

52,4

48,6

47,4

1,2

3,8

0,9

0,7

0,2

53,3

49,5

48,1

1,2

4,0

Dħul ieħor

4,3

4,9

Titolu II

Amministrazzjoni

26,1

24,3

16,4

7,9

1,8

9,7

9,3

0,4

35,8

34,0

25,7

7,9

2,2

Kwantitajiet maħduma mis-sena finanzjarja ta' qabel

51,7

55,4

Titolu III

Nefqa ta' xogħol

27,2

23,4

14,1

9,3

3,8

8,7

7,8

0,9

35,9

32,1

21,9

9,3

4,7

Titolu X

Reservi

51,7

0,0

0,0

0,0

51,7

0,0

0,0

0,0

51,7

0,0

0,0

0,0

51,7

Total

157,4

165,9

Total

157,4

96,3

77,9

18,4

61,1

19,3

17,8

1,5

176,7

115,6

95,7

18,4

62,6

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni ta' l-Uffiċċju. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


Tabella 3

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern — Kontjiet għas-snin finanzjarji 2003 u 2002

(1000 euro)

 

2003

2002

Dħul

Dħul proprju

107 056

97 329

Dħul finanzjarju

3 460

3 141

Dħul totali (a)

110 516

100 470

Infiq tal-Dbadġit għas-sena finanzjarja

Staff — Titolu I tal-baġit

Pagamenti

47 416

46 106

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

1 168

934

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Pagamenti

16 366

15 095

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

7 891

9 718

Nefqa ta' xogħol — Titolu III tal-baġit

Pagamenti

14 137

16 431

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

9 262

8 651

Nefqa totali (b)

96 240

96 934

Kwantitajiet maħduma għas-sena finanzjarja (a – b)

14 276

3 536

Nfiq/provvedimenti oħra għas-sena

Provvediment għan-nefqa ta' proċedura

1 094

–1 363

Total Parzjali

1 094

–1 363

Bilanċ miġjub 'il quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel

55 368

51 349

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem u kanċellati

1 506

1 817

Sommom għal użu mill-ġdid mis-sena finanzjarja ta' qabel li mhumiex użati

115

11

Provvediment għan-nefqa ta' proċedura mis-snin finanzjarja

0

0

Differenzi fil-kambju u dħul straordinarju

–6

17

Bilanċ għas-sena finanzjarja

72 353

55 368

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni ta' l-Uffiċċju. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


Tabella 4

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern — Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u fil-31 ta' Diċembru 2002

(1000 euro)

Attiv

2003

2002

Passiv

2003

2002

Assi fissi

 

 

Kapital fiss

 

 

Bini

26 747

26 286

Kapital proprju

27 921

28 065

Tagħmir u għamara

3 828

3 783

Bilanċ għas-sena finanzjarja

72 353

55 368

Tagħmir tat-trasport

115

111

Total Parzjali

100 274

83 433

Tagħmir tal-kompjuters

11 241

9 636

Debituri għal żmien twil

 

 

Assi mhux tanġibbli

24

24

Kredituri għal żmien twil

24

23

Deprezzament

–14 035

–11 775

Total Parzjali

24

23

Total Parzjali

27 920

28 065

Passiv kurrenti

 

 

Assi kurrenti

 

 

Trasferiment ta' approprjazzjonijiet awtomatiċi

18 322

19 303

Fornituri u missjonijiet

200

167

Avvanzi minn klijenti

29 395

22 289

Kontijiet diversi oħra riċevibbli

107

89

Ammonti pendenti

51

14

Total Parzjali

307

256

Kontijiet diversi li għandhom jitħallsu

757

664

Kontijiet ta' flus kontanti

 

 

Provvediment għal infiq fuq proċedura

13 644

14 738

Kontijiet tal-bank

134 239

112 256

Total Parzjali

62 169

57 008

Flus kontanti

1

2

Kontijiet diversi

 

 

Total Parzjali

134 240

112 258

Dħul li għandu jintuża

0

115

 

 

 

Total Parzjali

0

115

Total

162 467

140 579

Total

162 467

140 579

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni ta' l-Uffiċċju. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


RISPOSTI TA’ L-UFFIĊĊJU

7.

Għal dak li għandu x’jaqsam mar-rapporti tar-riċerka, it-titjib ta’ l-applikazzjoni informatika wżata għall-ġestjoni, it-tneħħija mill-1 ta’ Jannar 2004 ta' l-aġġustamenti manwali kif ukoll it-twaqqif ta' l-ingaġġi speċifiċi għal kull wieħed mill-uffiċċji nazzjonali kunċernati jikontribwixxu sabiex issir evalwazzjoni aħjar tal-krediti li jridu jiġu rrapportati Għal dak li għandu x’jaqsam mat-taħriġ, mill-2004, se jkun hemm żewġ eżerċizzji ta’ analiżi sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ l-ingaġġi: waħda f’Awissu u l-oħra f’Diċembru. Sa minn issa, qed ikun hemm ħelsien mill-impenji hekk meta ssir l-eżekuzzjoni ta’ l-azzjonijiet.

8.

L-Uffiċċju jieħu nota ta’ din l-osseravazzjoni u jieħu l-miżuri neċessarji sabiex inaqqas il-krediti rrapportati li jikkorispondu ma’ l-ingaġġi provviżorji.

9.

L-Uffiċċju janalizza l-kuntratti kollha kunċernati sabiex jiddetermina l-ammont eżatt li għandu jirreġistra bħala immobilizzazzjoni intanġibbli skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (EC) no 2909/2000.

10.

Mill-2003, l-Uffiċċju kien ħa xi miżuri sabiex itejjeb il-kundizzjoni ta’ l-inventarju tiegħu, speċjalment il-ġbir ta’ l-inventarju f’servizz uniku, l-allinjament tat-terminoliġija fuq dik tal-Kummissjoni, ir-reviżjoni tat-tpoġġija tat-tikketti u t-tneħħija tal-klassifikazzjoni tal-propjetà. Għal dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni tar-risponsabiltajiet u tat-taħriġ, l-Uffiċċju qiegħed bħalissa jirrevedi r-regolament ta’ l-inventarju u l-proċessi bażiċi tiegħu kif ukoll jistabilixxi xi istruzzjonijiet bil-miktub għat-twettiq tal-verifikazzjonijiet fiżiċi