30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/91


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għall-Fenomeni Razzisti u Ksenofobi għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

OPINJONI TAL-QORTI

6-14

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti taċ-Ċentru

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għall-Fenomeni Razzisti u Ksenofobi (“iċ-Ċentru”) ġie mwaqqaf mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997 (1). Il-kompiti primarji taċ-Ċentru huma sabiex jipprovdi lill-Unjoni u lill-Istati Membri b'informazzjoni dipendibbli dwar razzismu, ksenofobija u anti-semitismu fl-Unjoni u sabiex jikkopera mal-Kunsill ta' l-Ewropa f'dawn l-oqsma. Tabella 1 hija bażata fuq informazzjoni mibgħuta miċ-Ċentru u tagħti idea sommarja tar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet tiegħu.

OPINJONI TAL-QORTI

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2).

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali għall-esekuzzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 12 (8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97, il-baġit ġie implimentat fuq ir-responsabbiltà tad-Direttur. Din ir-responsabbiltà tinkludi l-abbozzar u l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali (3) skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni adottati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 12 (12) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97. Il-Qorti hija mistennija taħt l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunita' Ewropea sabiex teżamina dawn il-kontijiet.

4.

Il-Qorti għamlet il-verifika skond il-politika tal-verifiki u standards tagħha, li huma adottati minn standards internazzjonali sabiex jirriflettu l-kuntest tal-Komunita'. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontijiet u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunsidrat neċessarji f'dan il kuntest.

5.

Għaldaqshekk il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma dipendibbli. Bir-riserva tas-sitwazzjoni deskritta f'paragrafu 13, il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-operazzjonijiet ta' warajhom, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

L-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet tas-sena finanzjarja 2003 u l-approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel jidhru f'Tabella 2  (4). Il-karta ta' bilanċ u l-kont tad-dħul u n-nefqa taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2003 jidhru sommarjament f'Tabelli 3 u 4.

7.

Il-livell ta' trasferimenti ta' approprjazzjonijiet taħt Titolu III, Attivitajiet ta' Xogħol, baqgħu għolja, imma kienu inqas mis-sena ta' qabel (36 % fl-2003 u 40 % fl-2002). Il-Qorti għal darba oħra (5) tiġbed l-attenzjoni taċ-Ċentru għan-neċessita' li jiġi osservat il-prinċipju ta' annwalita' aktar rigorosament meta jkun qed jippjana u jieħu ħsieb l-attivitajiet tiegħu.

8.

Mill-approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja 2002 għas-sena finanzjarja 2003 (1,5 miljun euro), 20 % kienu kanċellati fl-aħħar tas-sena. Dan huwa persentaġġ għoli, li juri l-ġustifikazzjoni għat-trasferimenti awtomatiċi ta' l-approprjazzjonijiet ta' l-2002 kien fqir, speċjalment fil-każ ta' impenji provvisorji. Trasferimenti ta' approprjazzjonijiet għandhom ikunu strettament limitati għal obbligazzjonijiet kontrattati debitament fl-għeluq tas-sena finanzjarja.

9.

Fit-3 ta' Marzu 2003 iċ-Ċentru ffirma konvenzjoni mal-Kummissjoni rigward it-twaqqif ta' network ta' informazzjoni għall-pajjiżi kandidati fl-Ewropa ċentrali u tal-Lvant. Il-proġett jirċievi fondi minn sussidji PHARE li jammontaw għal 845 000 euro. Skond l-Artikolu 4 tal-konvenzjoni ċ-Ċentru rċieva ammont bil-quddiem ta' 676 000 euro (80 %) fl-2003. Kontrarjament għall-prinċipji ta' l-unità tal-baġit (6), iċ-Ċentru ma wtilizzax baġit li jemenda sabiex jinkludi l-ammont tas-sussidju PHARE 2003 fil-baġit tiegħu.

10.

Kif il-Qorti rrimarkat qabel, fir-Rapport (7) tagħha ta' l-2002, iċ-Ċentru għandu jwaqqaf sistema effiċjenti għall-Tmexxija u s-supervisjoni ta' dħul li jrid jiġi miġbur. Sistema ta' dak it-tip għandha tevita d-dewmien li kien osservat fil-kwistjoni ta' ordnijiet ta' rkpru u l-ġbir ta' VAT.

11.

Mill-31 ta' Diċembru l-ordnijiet ta' rkupru li jirrelataw mal-ħlas lura ta' kera ta' l-awtoritajiet Awstrijaċi għall-perijodu Mejju sa Awwissu 2003 (37 017 euro) ma kienux ġew abbozzati.

12.

Ammont ta' 333 474 euro ta' VAT imħallas fl-2000 għadu ma ġiex miġbur. Jekk id-differenzi fir-rata ta' kambju jittieħdu in konsiderazzjoni, it-total jidher inqas b'19 242 euro. Iċ-Ċentru għandu jżid l-isforzi tiegħu sabiex jikseb ir-rimborż tal-VAT. Barra minn hekk, il-kontijiet tal-VAT m’humiex analizzati u ġustifikati regolarment. Bħala eżempju, rimborż ta' VAT ta' bejn wieħed u ieħor 78 000 euro ma kienx inkluż bħala dħul tal-baġit u baqa' bħala reġistrazzjoni f'kont transitorju.

13.

Fl-2003 iċ-Ċentru daħal fi tlett kuntratti (għal total ta' 181 078 euro) ma' l-istess fornitur, bil-proċedura ta' negozzjar, għalkemm kull kuntratt kien jeċċedi l-limitu ta' 13 800 euro li japplika għal dik il-proċedura u l-kundizzjonijiet li jippermettu li l-limitu jinqabeż ma kienux applikabbli.

14.

Iċ-Ċentru ħareġ applikazzjonijiet minn kandidati interni għal żewġ reklutaġġi. F'każ minnhom kien hemm applikant wieħed biss, u fl-ieħor tnejn biss. Minħabba d-daqs taċ-Ċentru, din it-tip ta' proċedura tillimita l-kompetizzjoni bejn il-kandidati.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħat tal-Qorti tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Mill-Qorti ta' l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

President


(1)  ĠU L 151, ta' l-10.6.1997, p. 6.

(2)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.

(3)  Skond l-Artikolu 12 (10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97, il-kontijiet aħħarija għas-sena finanzjarja 2003 kienu mlestija fid-9 ta' Settembru 2004 u mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri, li rċeviethom fl-24 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.

(4)  It-tabelli kollha fir-Rapport kienu mtella' fuq il-bażi ta' l-aktar valuri eżatti possibbli għall-informazzjoni wżata. Il-figuri ġew miżjuda sa l-eqreb numru sħiħ, għal skopijiet ta' presentazzjoni, li jistgħu jipproduċu differenzi minimi fit-totali. Sink jindika valur xejjieni jew li ma jeżistix u 0,0 juri valur taħt il-limitu taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

(5)  Ara paragrafu 7 tar-rapport 2002 (ĠU Ċ 319, tat-30.12.2003, p. 70).

(6)  Ara Artikoli 4 sa 6 dwar il-prinċipju ta' unità u preċiżjoni tal-badġit u Artikolu 19(3) tar-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru.

(7)  Ara paragrafu 9 tar-Rapport rigward is-sena finanzjarja 2002 (ĠU Ċ 319, tat-30.12.2003, p. 70).


Tabella 1

Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għall-Fenomeni Razzisti u Ksenofobi (Vjenna)

Oqsma ta' kompetenza Komunitarja li joħorġu mit-Trattat

Kompetenza taċ-Ċentru kif definit fir-Regolament tal-Kunsill

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat-2 ta' June 1997)

Awtorita'

Riżorsi disponsibbli għaċ-Ċentru fl-2003 (figuri ta' l-2002)

Prodotti u servizzi mogħtija fl-2003

Kollezzjoni ta' informazzjoni

Miri

Kompiti

1

Bord ta' Tmexxija

Baġit finali:

RAXEN:

Il-Kummissjoni tista’ tiġbor kull tagħrif u tagħmel il-verifiki kollha meħtieġa fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat, biex twettaq il-kompiti fdati lilha.

(Artikolu 284)

Sabiex tipprovdi lill-Komunita' u lill-Pajjiżi Membri b'informazzjoni oġġettiva, dipendibbli u komparabbli fuq livell Ewropew dwar il-fenomeni tar-razzismu, ksenofobija u anti-Semitismu

Kooperazzjoni stretta mal-Kunsill ta' l-Ewropa sabiex tiġi evitata duplikazzjoni u tikseb valur miżjud

Sabiex jiġi studjat l-estensjoni u l-iżvilupp tal-fenomeni tar-razzismu u ksenofobija;

Sabiex jiġbor u janalizza informazzjoni, permezz tan-Network Ewropew ta' Informazzjoni dwar Razzismu u Ksenofobija (RAXEN) b'mod partikolari;

Sabiex iwettaq stħarriġ xjentifiċi;

Sabiex jinkoraġġixxi tixrid wiesgħa ta' din l-informazzjoni;

Sabiex jifformola opinjonijiet għall-Komunita' u l-Pajjiżi Membri tagħha;

Sabiex jiżviluppa indikaturi u kriterji sabiex tiġi mtejjba l-komparabilita' ta' l-informazzjoni;

Sabiex jippubblika rapport annwali rigward is-sitwazzjoni ta' razzismu u ksenofobija.

Kompożizzjoni

Persuna indipendenti appuntata minn kull Pajjiż Membru, persuna indipendenti appuntata mill-Parlament Ewropew, persuna indipendenti appuntata mill-Kunsill ta' l-Ewropa u rappreżentant tal-Kummissjoni.

Dmirijie

Sabiex jiġi adottat il-programm ta' xogħol u r-rapport annwali ġenerali.

2

Bord Esekuttiv

Kompożizzjoni

Chairman tal-Bord ta' Tmexxija

rappreżentant tal-Kunsill ta' l-Ewropa

rappreżentant tal-Kummissjoni

membru ieħor tal-Bord ta' Tmexxija (mhux obbligatorju)

3

Direttur

Appuntat mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni.

4

Verifika esterna

Qorti ta' l-Awdituri

5

Awtorita' ta' Approvazzjoni

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill

6,575 miljun euro (6,170 miljun euro) inkluża l-kontribuzzjoni tal-Komunita' 98,9 % (98,9 %):

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2003:

30 (28) postijiet fil-pjan ta' twaqqif,

Postijiet okkupati: 26 (26)

+4 (5) persunal ieħor (kuntratti awżiljarji, esperti nazzjonali sekondati, persunal lokali u temporanju)

Persunal totali: 30 (31)

Assenjati lid-dmirijiet li ġejjin:

operattivi: 17 (19)

amministrattivi: 8 (8)

varji: 5 (4)

Mhux tal-badġit:

Programm PHARE: 845 miljun euro (– miljun euro), persunal: 4 (–)

numru ta' kontribuzzjonijiet minn 15-il punti ċentrali nazzjonali: 165

numru ta' laqgħat: 3

+22 rapport fil-qafas tal-programm PHARE u 3 laqgħat

Rapporti dwar riċerka:

numru ta' rapporti: 12

numru ta' laqgħat: 3

Kooperazzjoni mal-pajjiżi membri u l-istituzzjonijiet l-oħra (numru ta' avvenimenti organizzati flimkien):

Pajjiżi Membri: 19

Kummissjoni: 2

Parlament Ewropew: 2

Kunsill ta' l-Ewropa: 4

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


Tabella 2

Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għall-Fenomeni Razzisti u Ksenofobi — Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni tan-nefqa

Approprjazzjonijiet fil-baġit finali

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

Approprjazzjonijiet disponibbli

(baġit 2003 u sena finanzjarja 2002)

reġistrati

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

approprjazzjonijiet pendenti

imħallsa

kanċellati

Approprjazzjonijiet

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

Sussidji Komunitarja

6,5

5,6

Titolu I

Persunal

2,8

2,7

2,6

0,1

0,1

0,2

0,1

0,1

3,0

2,9

2,7

0,1

0,2

Dħul ieħor

0,1

0,2

Titolu II

Amministrazzjoni

0,6

0,5

0,4

0,1

0,1

0,1

0,0

0,0

0,6

0,6

0,4

0,1

0,1

 

 

 

Titolu III

Attivitajiet ta' Xogħol

3,2

2,8

1,7

1,2

0,4

1,2

1,0

0,2

4,4

4,0

2,7

1,2

0,5

Total

6,6

5,8

Total

6,6

6,0

4,7

1,3

0,6

1,5

1,2

0,3

8,1

7,5

5,9

1,3

0,9

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru. Dawn it-tabelli jagħtu sommarju ta' l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


Tabella 3

Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għall-Fenomeni Razzisti u Ksenofobi — Kont tad-dħul u n-nefqa għas-snin finanzjarji 2003 u 2002

(1000 euro)

 

2003

2002

Dħul

Sussidji Komunitarji

7 318

4 320

Sussidji oħra

374

 

Dħul finanzjarju

21

43

Dħul PHARE

676

 

Dħul totali (a)

8 389

4 363

Nefqa

Persunal — Titolu I tal-baġit

Ħlasijiet

2 618

2 416

Approprjazzjonijiet trasferiti

64

187

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Ħlasijiet

412

377

Approprjazzjonijiet trasferiti

51

60

Attivitajiet ta' xogħol — Titolu III tal-baġit

Ħlasijiet

1 678

1 686

Approprjazzjonijiet trasferiti

1 162

1 234

Nefqa PHARE

Ħlasijiet

377

 

Approprjazzjonijiet trasferiti

694

 

Nefqa totali (b)

7 055

5 960

Kwantita' maħduma għas-sena finanzjarja (a – b)

1 334

–1 597

Bilanċ trasferit mis-sena finanzjarja ta' qabel

–1 579

–8

Approprjazzjonijiet trasferiti, kanċellati

301

52

Approprjazzjonijiet għall-użu mill-ġdid mis-sena finanzjarja ta' qabel, mhux użati

38

151

Differenzi fir-rata ta' kambju

5

2

Ammonti rifużi lill-Kummissjoni

 

– 179

Bilanċ għas-sena finanzjarja

98

–1 579

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru. Dawn it-tabelli jagħtu sommarju ta' l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


Tabella 4

Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ għall-Fenomeni Razzisti u Ksenofobi — Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u fil-31 ta' Diċembru 2002

(1000 euro)

Assi

2003

2002

Dejn

2003

2002

Assi fissi

 

 

Kapital proprju

 

 

Software tal-kompjuter

72

70

Kapital proprju

108

183

Tagħmir tal-kompjuter

148

140

Bilanċ għas-sena finanzjarja

98

–1 579

Tagħmir u għamara

250

235

Subtotal

207

–1 396

Deprezzament

– 362

– 262

Dejn kurrenti

 

 

Subtotal

108

183

Trasferimenti awtomatiċi

1 277

1 482

Assi kurrenti

 

 

Kontijiet varji li jridu jitħallsu

275

225

Sussidji Komunitarji

23

13

VAT il jrid jitħallas

454

507

Avvanzi

0

1

Dejn PHARE

694

 

Kontijiet varji riċevibbli

77

66

Subtotal

2 700

2 214

VAT rekuperabbli

456

541

 

 

 

Sussidju PHARE

169

0

 

 

 

Subtotal

725

621

 

 

 

Kontijiet ta' flus

 

 

Kontijiet transitorji u kontijiet ta' aġġustament

 

 

Kontijiet bankarji

2 073

113

Sommom li jridu jerġgħu jiġu wżati

 

99

Subtotal

2 073

113

Subtotal

0

99

Total

2 906

917

Total

2 906

917

NB: Differenzi fit-totali huma kawża ta' l-effetti taż-żieda sa l-eqreb numru sħiħ.

Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru. Dawn it-tabelli jagħtu sommarju ta' l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


RISPOSTI TAĊ-ĊENTRU

7.

Numru ta’ l-Osservazzjoni Fl-2003 l-esekuzzjoni tal-baġit u l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma kienu għal darb’oħra influenzati negattivament mill-livell baxx ta’ l-approprijazzjonijiet tal-pagament li għandu l-EUMC f’Lulju ta' l-2003, il-EUMC talab għal aktar approprijazzjonijiet tal-pagament li kienu finalment riċevuti biss f’Diċembru ta' l-2003. Il-EUMC jixtieq ukoll jisħaq fuq il-fatt li f’xi Stati Membri l-informazzjoni uffiċċjali wżata fin-networks RAXEN m’hix ippubblikata qabel Settembru. Minkejja dan kollu, il-livell ta' l-ammont trasferit għas-sena finanzjarja ta’ wara naqas meta mqabbel mas-sena 2002, hekk kif inhu indikat mill-Qorti. Il-EUMC se jkompli bl-isforzi tiegħu sabiex ikompli jtejjeb is-sitwazzjoni.

8.

Il-EUMC jaqbel ma’ l-osservazzjonijiet magħmula mill-Qorti u adotta miżuri approprijati fis-sena 2003 sabiex ma jħallix li dan jiġri fil-futur.

9.

Il-EUMC iddeċċieda biex ma jippubblikax il-baġit PHARE tiegħu ġewwa il-baġit ta’ emenda għaliex il-proġett għandu x'jaqsam ma' Stati mhux Membri, u għalhekk ma kienx jaqa’ taħt il-mandat tal-EUMC hekk kif inhu definit fir-regolazzjoni bażika tiegħu. Madanakollu, skond l-osservazzjoni tal-Qorti, il-EUMC inkluda l-baġit tal-proġett PHARE fil-baġit ta' emenda tiegħu tas-sena 2004.

10. u 11.

 Il-EUMC jaqbel ma’ l-osservazzjonijiet magħmula mill-Qorti u ħa xi miżuri sabiex itejjeb il-kontrolli fuq il-kreazzjoni ta’ l-ordnijiet ta’ rkupru.

12.

L-EUMC reġa’ kkalkola u ppreżenta mill-ġdid it-talba tiegħu għar-rimbors ta’ l-ammont ta’ € 333 474 f’VAT li għada trid titħllas, li l-awtoritajiet Awstrijaki kienu ħallsu f’Ġunju 2004. Dwar it-€ 78 000, il-EUMC emendat konsegwentament il-kontijiet tagħha. Il-VAT qed tiġi bħalissa analizzata regolarment.

13.

IL-EUMC jaqbel ma’ l-osservazzjonijiet tal-Qorti u għalhekk saħħaħ il-kontrolli interni permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ helpdesk u aktar taħriġ. Il-EUMC jixtieq jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li kienet ġiet ippjanata sejħa għal-offerti għas-sena 2003 imma din ma setgħetx tiġi implimentata minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi umani (ara t-tweġiba għall-punt 14). Il-EUMC fetaħ sejħa għall-offerti fl-2004 għall-kuntratt ta’ qafas għall-organizzazzjoni tal-laqgħat. Il-kumpannija li rebħet l-offerta hija l-istess kumpanija li kienet użata matul is-sena 2003. Il-fatt li din il-kumpannija ġiet magħżula skond il-proċeduri korretti ta’ l-akkwist fis-snin ta’ qabel l-2003, skond il-EUMC, jindika li ma kienx hemm l-ebda riperkussjoni finanzjarji konkreta.

14.

IL-kompetizzjonijiet interni m'humiex qed jiksru r-regolazzjonijiet tal-persunal. Meta ġie kkunsidrat id-daqs żgħir ta’ l-EUMC u n-nuqqas ta’ postijiet permanenti, ittieħdet għalhekk deċiżjoni sabiex jimtlew il-postijiet vojta temporanji permezz ta’ kompetizzjoni interna u b’hekk jagħtu lill-impjegati ċertu tip ta’ prospettiva għall-karriera kif ukoll sabiex jimtlew żewġ pożizzjonijiet prinċipali kemm jista’ jkun malajr. Madanakollu, l-EUMC iddeċiedit li fil-ġejjieni l-kompetizzjonijiet interni se jsiru biss jekk ikun hemm garanzija ta’ ċertu livell ta’ kompetizzjoni.