30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/75


RAPPORT

dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijijet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

L-OPINJONI TAL-QORTI

6-12

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti tal-Fondazzjoni

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem imsejjħa “l-Fondazzjoni”) kienet imwaqqfa mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 (1). L-għan tagħha huwa li tikkontribwixxi għall-ippjanar u t-twaqqif ta' kondizzjonijiet għal ħajja u xogħol aħjar fl-Unjoni Ewropea billi iżżid u xxerred għarfien li huwa relevanti għal dan is-suġġett. Tabella 1 tiġbor fil-qosor il-poteri u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni skond l-informazzjoni mogħtija minnha.

L-OPINJONI TAL-QORTI

2.

Dan ir-rapport huwa indirizzat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2).

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75, il-baġit ġie implimentat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur tal-Fondazzjoni. Din ir-responsabbiltà tinkludi l-abbozzar u l-preżentazzjoni tal-kontijiet (3), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill. Il-Qorti hija meħtieġa li teżamina dawn il-kontijiet tal-Fondazzjoni skond l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-Qorti wettqet il-verifika skond il-politika tal-verifika u istandards tagħha, li huma adottati minn standards internazzjonali sabiex jirriflettu l-kuntest tal-Komunità. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontabilità u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunsidrat neċessarji f'dan il-kuntest.

5.

Għaldaqstant il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma dipendibblita' u li l-operazzjonijiet ta' warajhom, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari. Il-kontenut ta' dawn l-osservazzjonijiet ma jmorrux kontra l-opinjoni tal-Qorti espressa f'dan ir-rapport.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

Tabella 2 turi l-implimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003 u l-approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel. Il-kont ta' dħul u nefqa u l-karta ta' bilanċ tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2003 huma miġburin fil-qosor fit-Tabelli 3 u 4.

7.

Il-Fondazzjoni ffirmat ftehim mal-Kummissjoni fil-kuntest tal-programm PHARE. Taħt dan il-ftehim, il-Fondazzjoni rċeviet allokazzjoni ta' miljun euro, li minnhom 639 000 euro kienu riċevuti fl-2003. Dawn il-fondi kienu ġestiti barra mill-baġit. L-emenda tal-baġit kellha tiġi abbozzata.

8.

Il-kontijiet ta' dħul u nefqa juru telf li kien akkumulat matul diversi snin finanzjarji u li l-Fondazzjoni staqsiet lill-Kummissjoni biex tirrimborżah. Il-Kummissjoni kkunsidrat il-ħlas korrespondenti bħala parti mis-sussidju għas-sena finanzjarja 2003, li jfisser li t-telf għadu ma kienx kopert. Taħt id-dispożizzjonijiet il-ġodda tar-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni, jekk il-bilanċ tal-kont ta' kwantita' maħduma għal sena partikolari huwa negattiv, badġit li jemenda (4) għandu jkun abbozzat għas-sena ta' wara.

9.

Ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid tal-Fondazzjoni u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu kienu adottati mill-Bord ta' Tmexxija fit-28 ta' Marzu 2003. Dawn ir-regoli (5) jipprovdu għall-introduzzjoni ta' sistema ġdida ta' kontroll intern (inkluża l-verifika interna), li ma kienitx iffinalizzata sal-bidu tas-sena 2004.

10.

L-artikolu 43(1)(e) tar-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni jgħid li l-uffiċjal ta' kontabilità għandu jivvalida s-sistemi stabbiliti mill-uffiċjal ta' awtorità sabiex jipprovdi jew jiġġustifika informazzjoni ta' kontabiltà. Din il-validazzjoni ma saritx matul is-sena finanzjarja.

11.

Skond ir-regolament ta' bażi abbozzat fl-1975, l-għan prinċipali tal-Fondazzjoni huwa li tikkontribwixxi għat-twaqqif ta’ kondizzjonijiet għal ħajja u xogħol aħjar billi żżid u xxerred għarfien li huwa relevanti għal dan is-suġġett. B'mod partikolari, il-Fondazzjoni hija meħtieġa li tindirizza l-oqsma li ġejjin: il-bniedem meta jkun fuq ix-xogħol, l-organizzazzjoni tax-xogħol, problemi li jirrigwardaw ċerti kategoriji ta' ħaddiema, aspetti fit-tul dwar it-titjib ta' l-ambjent u tqassim ta' attivitajiet umani fl-ispazju u fiż-żmien. Ċerti aspetti ta' dawn is-suġġetti kienu fil-prattika trattati minn Aġenziji oħra li kienu mwaqqfa minn dak iż-żmien (l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol). Minn naħa l-oħra, il-Fondazzjoni żviluppat l-analiżi ta' aspetti oħra, aktar speċifiċi, bħal relazzjonijiet industrijali.

12.

L-attivitajiet tal-Fondazzjoni huma amministrati minn programmi kontinwi ta' erba' snin, l-aktar wieħed riċenti jkopri l-perijodu 2001-2004. Filwaqt li l-għan prinċipali tal-programm l-aktar riċenti kien li jikseb konċentrazzjoni akbar fuq ċerti oqsma prinċipali, fl-2002 il-Fondazzjoni żiedet qasam ieħor mat-tlieta li kienu diġa' magħżula. L-ippjanar tal-programm ta' xogħol tal-Fondazzjoni għandu jkun revedut b'konsultazzjoni ma' Aġenziji oħra li jieħdu ħsieb suġġetti relatati mal-qasam ta' attività tagħhom sabiex jiżguraw li l-prijoritajiet bażiċi huma koperti tajjeb, biex jiżviluppaw il-possibilità ta' sinerġiji u biex jevitaw li xogħol li sar diġa ma jerġax jiġi repetut. Ir-reviżjoni tar-regolament ta' bażi tal-Fondazzjoni li kienet proposta mill-Kummissjoni għandha tkun l-okkazzjoni biex tagħti lok għal dan.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-laqgħat tagħha tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

President


(1)  ĠU L 139, tat-30.5.1975, p. 1.

(2)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.

(3)  Skond l-Artikolu 83(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni, il-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2003 kienu mlestija fit-3 ta' Settembru 2004 u mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri, li rċeviethom fl-24 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra ta' dawn il-kontijiet hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.

(4)  Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid.

(5)  Artikolu 38 tar-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni l-ġdid.


Tabella 1

Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Dublin)

Oqsma ta' kompetenza Komunitarja skond it-Trattat

Il-kompetenzi tal-Fondazzjoni kif definiti

mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975

Awtorità

Riżorsi disponibbli għall-Fondazzjoni (informazzjoni għall-2002)

Prodotti u servizzi

“Il-Komunita' u l-Pajjiżi Membri (…) għandu jkollhom bħala l-mira tagħhom (…) kundizzjonijiet ta' ħajja u xogħol aħjar, sabiex tkun possibbli l-armonizzazzjoni tagħhom filwaqt li t-titjib qed jiġi miżmum (…). Komunita' għandha ssostni u tikkomplementa l-attivitajiet ta’ l-Istati Membri f’dawn l-oqsma: b) il-kondizzjonijiet tax-xogħol; ċ) sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema; d) protezzjoni tal-ħaddiema meta l-kuntratt ta' xogħol jiġi terminat; e) l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema; f) rappreżentazzjoni u difiża kollettiva ta' l-interessi tal-ħaddiema u ta' min iħaddem inkluża l-kodeterminazzjoni;ġ) kondizzjonijiet ta' xogħol għall-persuni minn pajjiżi terzi; g)l-integrazzjoni ta' persuni esklużi mis-suq ta' l-impieg, mingħajr peġudizzju; h)l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.”

(Estratti mill-Artikoli 136 u 137 tat-Trattat)

Miri

L-għan tal-Fondazzjoni għandu jkun li tikkontribwixxi għat-twaqqif ta' ħajja u kondizzjonijiet ta' xogħol aħjar permezz ta' azzjoni maħsuba biex iżżid u xxerred għarfien li huwa relevanti għal dan is-suġġett. B'mod partikolari, hija meħtieġa li tikkunsidra l-oqsma li ġejjin:

il-bniedem meta jkun fuq ix-xogħol,

l-organizzazzjoni tax-xogħol u partikolarment id-disinn ta' l-impjieg,

problemi li jirrigwardaw ċerti kategoriji ta' ħaddiema,

aspetti fit-tul dwar it-titjib ta' l-ambjent,

tqassim ta' attivitajiet umani fl-ispazju u fiż-żmien.

Kompiti

Biex issaħħaħ l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza f'dawn l-oqsma;

Tiffaċilita l-kuntatt bejn l-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta' studju u riċerka, organizzazzjonijiet u amministrazzjonijiet soċjali u ekonomiċi u li tinkoraġġixxi azzjoni tagħhom ilkoll flimkien,

Twettaq studji jew tikkonkludi kuntratti ta' studju u tipprovdi assistenza għall-proġetti piloti

Tikkopera mill-qrib kemm jista' jkun ma' istituzzjonijiet speċjalizzati.

1

Bord Amminstrattiv

minn kull Pajjiż Membru: rappreżentant wieħed tal-Gvern, rappreżentant wieħed minn organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, u rappreżentant wieħed minn organizzazzjonijiet tal-ħaddiema,

3 rappreżentanti mill-Kummissjoni.

2

Direttur

maħtur mill-Kummissjoni minn lista ta' kandidati mogħtija mill-Bord Amministrattiv, huwa jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv u jmexxi l-Fondazzjoni.

3

Il-Kumitat ta' Esperti

Huwa kompost minn 15-il membru maħtur mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni, jagħti opinjonijiet b'mod partikolari fuq il-programm ta' ħidma

4

Verifika esterna:

Il-Qorti ta' l-Awdituri

5

L-approvazzjoni

Hija mogħtija mill-Parlament fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Baġit Finali

16,8 miljun euro (17,39 miljun euro) inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-Komunità: 98,2 % (98,3%)

Numru tal-persunal fil-31 ta' Diċembru 2003:

88 (88) karigi fil-pjan ta' twaqqif

Karigi okkupati: 76 (77)

+16 (20) karigi oħra (kuntratti awżiljarji, esperti nazzjonali sekondati, persunal lokali, persunal ta' l-aġenzija ta' mpjieg)

Persunal totali: 92 (97)

Assenjat id-dmirijiet li ġejjin:

operattivi: 60 (61)

amministrattivi: 28 (32)

varji: 4 (4)

Kondizzjonijiet tal-ħajja

Stħarriġ fuq il-kwalità ta' ħajja fl-Ewropa (28 pajjiż kopert, 26 000 intervista);

Manteniment u estensjoni ta' bażi ta' informazzjoni komparattiva (Pajjiżi Membri u pajjiżi kandidati);

Studju fuq l-impjieg fis-servizzi ta' kura tas-saħħa;

Studju relatat ma' organizzazzjoni ta' żmien fuq il-ħajja tax-xogħol.

Kondizzjonijiet tax-xogħol

Rapport fuq il-kondizzjonijiet ta' xogħol fil-pajjiżi ta' adeżjoni u kandidati;

Ħolqien ta' network ta' esperti għall-Osservatorju Ewropew tal-Kondizzjonijiet ta' Xogħol il-ġdid (EWCO);

Studji relatati ma' lukandi u forniment u setturi ta' trasport tat-toroq;

Inventorju ta' stħarriġ eżistenti ta' kondizzjonijiet ta' ħajja u xogħol.

Relazzjonijiet industrijali

Żvilupp ta' indikaturi fil-qasam ta' parteċipazzjoni finanzjarja;

Studju relatat ma' l-emigrazzjoni u impjieg;

Espansjoni ta' network ta' l-“Osservatorju Ewropew tar-Relazzjonijiet Industrijali” (EIRO);

Rapport konġunt mal-Kummissjoni: “Żvilupp tar-relazzjonijiet industrijali fl-2002”;

Studji prattiċi tal-Kumitati tal-Kumpanija Ewropea f' 37 kumpanija multinazzjonali.

Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ fuq Bidla (EMCC)

Żvilupp ta' pubblikazzjonijiet elettroniċi;

Organizzazzjoni ta' erba' seminarji u żewġ gruppi ta' xogħol.

Proġetti Transversali

Rapport fuq ir-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR).

Informazzjoni u komunikazzjoni

Attivitajiet ta' komunikazzjoni fil-Pajjiżi Membri u fil-pajjiżi kandidati;

Twaqqif ta' seba' ċentri nazzjonali ta' kooperazzjoni;

91 pubblikazzjonit (din il-figura ma tinkludiex traduzzjonijiet).

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni.


Tabella 2

Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol — Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni tan-nefqa

Approprjazzjonijiet fil-baġit finali

Approprjazzjonijet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

Approprjazzjonijiet disponibbli

(approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja kurrenti u approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel)

reġistrati

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

impenji pendenti

imħallsa

kanċellati

Approprjazzjonijiet

impenjati

mħallsa

trasferiti

kanċellati

Sussidji Komunitarji

16,5

17,1

Titolu I

Persunal

9,0

9,0

8,9

0,1

0,0

0,2

0,2

0,0

9,2

9,2

9,1

0,1

0,0

Sussidji Oħra

Titolu II

Amministrazzjoni

1,2

1,2

1,0

0,2

0,0

0,7

0,7

0,0

1,9

1,9

1,7

0,2

0,0

Dħul ieħor

0,3

0,1

Titolu III

Attivitajiet Operattivi

6,6

6,6

3,8

2,8

0,0

3,1

3,0

0,1

9,7

9,7

6,8

2,8

0,1

Total

16,8

17,2

Total

16,8

16,8

13,7

3,1

0,0

4,0

3,9

0,1

20,8

20,8

17,6

3,1

0,1

Sors: L-informazzjoni tal-Fondazzjoni. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni provduta mill-Fondazzjoni mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


Tabella 3

Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol — Il-kontijiet tad-dħul u n-nefqa għas-snin finanzjarji 2003 u 2002

(1000 euro)

 

2003

2002

Dħul

Sussidji tal-Kummissjoni

17 090

16 500

Dħul varju

47

62

Dħul finanzjarju

35

57

Dħul totali (a)

17 172

16 619

Nefqa

Persunal — Titolu I tal-baġit

Ħlasijiet

8 927

9 111

Approprjazzjonijiet trasferiti

109

216

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Ħlasijiet

968

938

Approprjazzjonijiet trasferiti

224

683

Attivitajiet ta' xogħol — Titolu III tal-baġit

Ħlasijiet

3 733

3 290

Approprjazzjonijiet trasferiti

2 817

3 105

Nefqa totali (b)

16 778

17 343

Kwantita' maħduma għas-sena finanzjarja (a – b)

394

– 724

Bilanċ trasferit mis-sena finanzjarja ta' qabel

–1 836

–1 209

Approprjazzjonijiet trasferiti u kanċellati

118

81

Ammonti mis-sena finanzjarja ta' qabel għal użu mill-ġdid u mhux użati

19

13

PHARE

639

0

Dħul li jrid jinġabar PHARE

361

0

Nefqa PHARE

–1 000

0

Differenzi fir-rata ta' kambju

9

3

Bilanċ għas-sena finanzjarja

–1 296

–1 836

Sors: L-informazzjoni tal-Fondazzjoni. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni provduta mill-Fondazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


Tabella 4

Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol — Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u fil-31 ta' Diċembru 2002

(1000 euro)

Assi

2003

2002

Dejn

2003

2002

Assi fissi (1)

 

 

Kapital fiss

 

 

Assi fissi intanġibbli

27

31

Kapital proprju

4 389

4 294

Bini (2)

15 682

3 826

Riserva ta' rivalutazzjoni

12 094

0

Għamara u materjal ta' trasportazzjoni ta' vetturi

142

139

Bilanċ għas-sena finanzjarja

–1 296

–1 836

Tagħmir ta' kompjuter

107

149

Subtotal

15 187

2 458

Tagħmir tekniku u ieħor

518

105

Dejn kurrenti

 

 

Assi fissi taħt kostruzzjoni

0

31

Trasferimenti awtomatiċi ta' l-approprjazzjonijiet

3 150

3 940

Subtotal

16 476

4 281

Trasferimenti mhux awtomatiċi ta' l-approprjazzjonijiet

0

64

Ishma

 

 

Dejn PHARE

329

0

Provvisti għall-uffiċċju

7

13

Tnaqqis mis-salarju

0

139

Subtotal

7

13

Subtotal

3 479

4 143

Assi kurrenti

 

 

Kontijiet transitorji

 

 

Kummissjoni riċevibbli PHARE

361

0

Ammonti għall-użu mill-ġdid

22

150

Avvanzi

2

11

Dħul differit

2

1 840

VAT rekuperabbli

281

274

Ħlasijiet li qed isiru

0

30

Ordnijiet ta' rkupru li jridu jinġabru

5

1 840

Subtotal

24

2 020

Kontijiet varji riċevibbli

41

13

 

 

 

Subtotal

690

2 138

 

 

 

Kontijiet ta' flus

 

 

 

 

 

Banek

1 331

1 960

 

 

 

Flus

3

1

 

 

 

Kont imprest

183

228

 

 

 

Subtotal

1 517

2 189

 

 

 

Total

18 690

8 621

Total

18 690

8 621

Sors: L-informazzjoni tal-Fondazzjoni. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni provduta mill-Fondazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


(1)  Il-valur nett ta' l-assi fissi huwa muri. L-informazzjoni għall-2002 ġiet proċessata mill-ġdid għall-skopijiet ta' tqabbil.

(2)  Il-Fondazzjoni ddeċidiet li tirrivaluta l-assi fissi tagħha (12,1 miljun euro).

Sors: L-informazzjoni tal-Fondazzjoni. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni provduta mill-Fondazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


RISPOSTI TAL-FONDAZZJONI

7.

Il-Punt L-attività PHARE, minħabba l-fatt li ma kinitx koperta espliċitament mir-regolament ta’ twaqqif tal-Fondazzjoni, ma kinitx meqjusa approprjata għal integrazzjoni fil-baġit tal-Fondazzjoni. Il-Fondazzjoni tieħu nota ta’ l-osservazzjoni tal-Qorti u tinkludi l-finanzjament tal-PHARE fil-baġits tagħha fil-ġejjieni.

8.

Il-Fondazzjoni hija f’kuntatt mas-servizzi tal-Kummissjoni sabiex tikkjarifika l-kwistjoni tad-defiċit akkumulat u t-trattament ta’ defiċits jew eċċessi fil-ġejjieni.

9.

Id-Disposizzjoni għall-funzjoni tal-kontroll intern kienet iffinalizzata bl-introduzzjoni ta’ funzjoni ta’ verifika finanzjarja u operazzjonali f’Novembru 2003. Din il-funzjoni u xogħol ieħor ta’ kontroll huma mwettqa minn unità speċjalizzata. Il-funzjoni ta’ verifika interna hija pprovduta mis-Servizz Intern ta’ Verifika tal-Kummissjoni.

10.

L-Uffiċjal ta’ Kontabilità jiddependi fuq il-validazzjonijiet imwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni, li pprovdew is-sistemi ta’ kontabilità użati mill-Fondazzjoni.

12.

Fl-iżvilupp tal-programmi tagħha il-Fondazzjoni otteniet sinerġismi ma’ aġenziji oħra bl-effett li kull waħda tittratta aspetti komplimentari f’kompetenzi tematiċi komuni sabiex jiġi evitat xogħol doppju. Dan ġie formalizzat f’dikjarazzjonijiet konġunti eż. ma’ l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol f’Bilbao.