30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/16


RAPPORT

fuq il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Awtorità

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

L-OPINJONI TAL-QORTI

6-10

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1-4

Ir-risposti ta' l-Aġenzija

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà Marittima (minn hawn 'il quddiem imsejjħa “l-Aġenzija”) kienet imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (1). Is-sena finanzjarja 2003 kienet l-ewwel sena li fiha l-Aġenzija bdiet twettaq l-attivitajiet tal-ħidma tagħha. Il-funzjonijiet ta' l-Aġenzija huma li tiżgura livell għoli ta' sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn vapuri, li tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b' għajnuna teknika, li twettaq monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità u li tagħmel stima ta' l-effettività tagħha. It-Tabella 1 tiġbor fil-qosor il-poteri u l-attivitajiet ta' l-Aġenzija fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija minnha.

L-OPINJONI TAL-QORTI

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185, paragrafu 2, tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 (2).

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija għas-sena finazjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 19, paragrafu 1, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1406/2002, il-baġit ġie implimentat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil u l-preżentazzjoni tal-kontijiet (3), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1406/2002. Il-Qorti hija meħtieġa li teżamina dawn il-kontijiet skond l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skond il-politika u l-istandards ta' verifiki tagħha, li huma adattati minn standards internazzjonali ġeneralment aċċettati sabiex jirriflettu n-natura speċifika tal-kuntest tal-Komunità. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontijiet u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunsidrat neċessarji f'dan il-kuntest.

5.

Għaldaqstant il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet ta' bażi fit-totalità tagħhom huma legali u regolari. Il-kontenut ta' l-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġix f'diskussjoni l-opinjoni li tesprimi l-Qorti f'dan ir-rapport.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

It- Tabella 2 turi l-implimentazzjoni ta' l-approprijazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003. Il-kont tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija u l-karta tal-bilanċ għas-sena finanzjarja 2003 huma miġburin fil-qosor fit-Tabelli 3 u 4.

7.

Id-Direttur Esekuttiv, li hu l-uffiċjal ta' awtorità, għandu wkoll il-poter li jiffirma istruzzjonijiet bankarji, li huwa kontra l-Artikolu 37 tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Aġenzija.

8.

Skond l-Artikolu 43(1)(e) tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Aġenzija, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jivvalida s-sistemi mniżżla mill-uffiċjal ta' awtorità biex jipprovdi jew jiġġustifika l-informazzjoni fuq il-kontijiet. Din il-validazzjoni għadha mhiex ifformalizzata.

9.

L-Aġenzija għandha twettaq kontrolli sistematiċi fuq il-pagament ta' salarju li jsiru lill-impjegati.

10.

Analiżi ta' l-ambjent ta' kontroll fis-sistema tal-kompjuter uriet li għandha bżonn tiġi msaħħa minħabba ż-żieda mbassra fl-attivitajiet ta' l-Aġenzija.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Għall-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

Il-President


(1)  ĠU L 201, tal-31.7.2002, pġ. 8.

(2)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, pġ. 1.

(3)  Kif meħtieġ taħt l-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2343/2002, il-kontijiet finali tad-dħul u l-infiq kollu ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2003 tlestew l-1 ta' Marzu 2004 u kienu mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri. Il-Qorti rċeviethom fl-24 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.


Tabella 1

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (kwartieri ġenerali fi Brussell, rilokazzjoni pjanata f'Lisbona)

Żoni ta' kompetenzi tal-Komunità li joħorġu mit-Trattat

Kompetenzi ta' l-Aġenzija

(Parlament Ewropew u Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1406/2002 tas-27 ta' Ġunju 2002)

Organizzazzjoni

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2003

Prodotti u servizzi fornuti fis-sena finanzjarja 2003 (1)

Politika tat-trasport komuni

Miri

Funzjonijiet

1

Bord Amministrattiv

Baġit finali

In-numru ta' opinjonjiet maħruġa: 2

“Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi jekk safejn u b'liema proċedura disposizzjonijiet opportuni jistgħux jiġu adottati għat-traffiku fil-baħar u fl-ajru.”

(Artikolu 80 tat-Trattat)

Li tiżgura livell għoli, uniformi u effettiv ta' sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis mill-vapuri

Li tipprovdi l-Istati Membri u l-Kummissjoni b' għajnuna teknika u xjentifika

li timmonitorja l-implimetazzjoni ta' legislazzjoni tal-Komunità relevanti u tevalwa l-effettività tal-miżuri viġenti.

Li tgħin lill-Kummissjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-legislazzjoni tal-Komunità;

li timmonitorja l-funzjonijiet tar-reġim tal-Komunità biex tikkontrolla l-port ta' l-Istat, inklużi żjarat lill-Istati Membri

li tipprovdi l-Kummissjoni b' għajnuna teknika għall-kontroll tal-vapuri fil-port ta' l-Istat:

li taħdem ma' l-Istati Membri sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet tekniċi u tipprovdi għajnuna teknika relatata ma' l-implimentazzjoni tal-legislazzjoni tal-Komunità;

Li timppromwovi kooperazzjoni bejn Stati kostali fiż-żoni tal-baħar involuti;

li tiżviluppa kwalunkwe sistema ta' informazzjoni neċessarja;

Li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-Iżvilupp ta' metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta' inċidenti;

Li tipprovdi l-Kummissjoni u l-Istati Membri b'informazzjoni affidabbli fuq is-sigurtà marittima u fuq tniġġis mill-vapuri

Li tgħin il-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-identifikazzjoni u l-insegwiment tal-vapuri li qed jitfgħu rimi illegali

Kompożizzjoni

Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, erba' rappreżentati mill-Kummissjoni u erba' rappreżentanti mingħajr id-dritt tal-vot mis-setturi professjonali involuti.

Dmirijiet

li tadotta l-baġit u l-programm ta' xogħol;

li teżamina t-talbiet mill-Istati Membri għall-għajnuna

2

Direttur Esekuttiv

Nominat mill-Bord Amministrattiv fuq il-proposta tal-Kummissjoni

3

Verifika esterna

Il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

4

Awtorità ta' approvazzjoni

Il-Parlament fuq ir-rakkommandazzjoni tal-Kunsill

4.5 miljun euro. Kontribuzzjoni tal-Komunità: 100 %

Numru ta' impjegati sal-31 ta' Diċembru 2003:

Informazzjoni mhiex provduta

Ispezzjonijiet: 4

Fonti: Informazzjoni provduta mill-Awtorità.


Tabella 2

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima — l-Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(1000 euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni ta' nefqa

Approprjazzjoni fil-baġit finali

reġistrati

impenjati

mħallsa

trasferiti

kanċellati

Sussidji tal-Komunità

4 500

2 630

Titolu I

Staff

1 552

713

647

66

838

Sussidji oħra

 

2

Titolu II

Amministrazzjoni

848

553

238

315

295

 

 

 

Title III

Nefqa ta' ħidma

230

167

13

155

63

Total

4 500

2 632

Total

2 630

1 434

898

536

1 196

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba l-effett ta' l-aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


Tabella 3

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima — Kontijiet tad-dħul u n-nefqa għas-snin finanzjarji 2003

(1000 euro)

 

2003

Dħul

Sussidji tal-Komunità

2 630

Sussidji oħra

2

Dħul totali (a)

2 632

Nefqa

Staff — Titolu I tal-baġit

Pagamenti

647

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

66

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Pagamenti

238

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

315

Nefqa operattiva — Titolu III tal-baġit

Pagamenti

13

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

155

Nefqa totali (b)

1 434

Kwantitajiet mħaddma għas-sena finanzjarja (a – b)

1 198

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba l-effett ta' l-aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni mill-Aġenzija.


Tabella 4

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima — Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003

(1000 euro)

Attiv

2003

Passiv

2003

Assi fissi

 

Kapital proprju

 

Software tal-kompjuter

11

Kapital proprju

8

Deprezzament

–3

Bilanċ għas-sena finanzjarja

1 198

Total parzjali

8

Total parzjali

1 206

Assi kurrenti

 

Passiv Kurrenti

 

Avvanzi lill-istaff

17

Tiġdid awtomatiku ta' l-approprjazzjonijiet

536

Kontijiet varji riċevibbli

3

Kontijiet varji li għandhom jitħallsu

29

Total parzjali

20

Total parzjali

566

Kontijiet tal-flus kontanti

 

 

 

Kontijiet tal-bank

1 744

 

 

Total parzjali

1 744

 

 

Total

1 772

Total

1 772

NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba l-effett ta' l-aġġustamenti.

Sors: Informazzjoni mill-Aġenzija.


(1)  L-Aġenzija setgħet tibda l-ħidma tagħha f'Novembru 2003 biss.

Fonti: Informazzjoni provduta mill-Awtorità.


RISPOSTI TA’ L-AĠENZIJA

7.

Ma kienx possibbli li tiġi ggarantita s-separazzjoni tad-doveri minħabba r-riżorsi umani insuffiċjenti ta' l-Aġenzija. Minn Jannar ta’ l-2004, wara li ġew impjegati membri oħra ta’ l-istaff, kontrolli interni ssaħħew u ġiet ggarantita s-separazzjoni tad-doveri.

8.

B’referenza għall-osservazzjonijiet tal-Qorti, l-uffiċjal tal-kontijiet ikkonferma s-sistemi tal-kontijiet u tal-baġit f’Marzu 2004.

9.

Il-Pay Master Office (PMO) tal-Kummissjoni huwa responsabbli biex jikkalkula s-salarji ta’ l-impjegati ta’ l-EMSA. Wara li ġew impjegati membri oħra ta’ l-istaff fid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani, kontrolli fuq ħlas ssaħħew.

10.

L-Aġenzija saħħet it-tîm tagħha tat-teknoloġija ta’ l-informatika (IT) b’ mod konsiderevoli, u l-istaff għandu jiżdied minn persuna waħda (fl-aħħar ta’ l-2003) għal ħames impjegati (fl-aħħar ta’ l-2004). Dan se jippermetti li l-kompiti u r-responsabbiltajiet jiġu mqassma b' mod aħjar u b’ hekk jiġi mtejjeb il-kontroll fuq is-sistema ta’ l-informatika.