30.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/9


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-5

OPINJONI TAL-QORTI

6-10

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti ta' l-Aġenzija

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (minn hawn 'il quddiem “l- Aġenzija”) kienet imwaqqfa mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1592/2002 tal-15 ta' Lulju 2002 (1). Is-sena finanzjarja 2003 kienet l-ewwel li fiha l-Aġenzija attwalment bdiet twettaq l-attivitajiet ta' xogħol tagħha. Il-kompiti ta' l-Aġenzija huma sabiex iżżomm livell għoli ta' sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, sabiex tassigura l-funzjoni u żvilupp tajjeb tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, sabiex twaqqaf speċifikazzjoni ta' ċertifikazzjoni u tipprovdi ċertifikazzjoni ta' prodotti aeronawtiki. Tabella 1 tagħti sommarju tal-poteri u l-attivitajiet ta' l-Aġenzija bbażati fuq informazzjoni mogħtija minnha.

OPINJONI TAL-QORTI

2.

Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2).

3.

Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali għall-esekuzzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 49 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1592/2002 tal-15 ta' Lulju 2002, il-baġit ġie implimentat fuq ir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv. Din ir-responsabbiltà tinkludi l-abbozzar u l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali (3) skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni adottati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 52 ta' l-istess regolament. Il-Qorti ta' l-Awdituri hija mistennija taħt l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunita' Ewropea sabiex teżamina dawn il-kontijiet.

4.

Il-Qorti għamlet il-verifika skond il-politika tal-verifiki u standards tagħha, li huma adottati minn standards internazzjonali sabiex jirriflettu l-kuntest tal-Komunita'. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontijiet u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunsidrat neċessarji f'dan il kuntest.

5.

Għaldaqshekk il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma dipendibbli u li l-operazzjonijiet ta' warajhom, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari. Il-kontenut ta' l-osservazzjonijiet li ġejjin ma jmorrux kontra l-opinjoni tal-Qorti espressa f'dan ir-rapport.

OSSERVAZZJONIJIET

6.

L-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003 tidher f'Tabella 2. Il-kont tad-dħul u n-nefqa u l-karta ta' bilanċ ta' l-Agenzija għas-sena finanzjarja 2003 jidhru sommarjament f'Tabelli 3 u 4.

7.

Id-Direttur Esekuttiv, li huwa l-uffiċjali ta' awtorizzazzjoni, għandu wkoll is-saħħa li jiffirma struzzjonijiet bankarji. Dan huwa kontra l-Artikolu 37 tar-Regolament finanzjarju ta' l-Aġenzija.

8.

L-Artikolu 43(1)(e) tar-Regolament finanzjarju ta' l-Aġenzija jgħid li l-uffiċjal ta' kontabilita' għandu jivvalida s-sistemi mniżżla mill-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni sabiex jissupplixxi jew jiġġustifika informazzjoni dwar kontabilita'. Din il-validazzjoni ma ssirx matul is-sena.

9.

Eżaminazzjoni tal-fajls ta' reklutaġġ urew li kien fihom nuqqasijiet formali u li xi dokumenti kienu nieqsa. B'idea ta' l-ammont tar-reklutġġ imbassar bejn issa u l-2006 (bejn wieħed u ieħor 300 persuna), passi jridu jittieħdu sabiex tiġi assigurata konformita' mtejjba mad-dispożizzjonijiet regolatorji.

10.

Analiżi ta' l-ambjent ta' kontroll tas-sistema tal-kompjuter uriet li hija għandha bżonn tisħiħ minn qabel iż-żieda mbassra fl-attivitajiet ta' l-Aġenzija.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħat tagħha tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.

Mill-Qorti ta' l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

President


(1)  ĠU L 240, tas-7.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.

(3)  Skond l-Artikolu 83 (3) tar-Regolament finanzjarju l-Aġenzija, il-kontijiet aħħarija għas-sena finanzjarja 2003 kienu mlestija fil-31 ta' Marzu 2004 u mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri, li rċeviethom fl-20 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.


Tabella 1

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (kwartieri ġenerali fi Brussell, rilokazzjoni pjanata għal Cologne)

Oqsma ta' kompetenza Komunitarja li joħorġu mit-Trattat

Kompetenza ta' l-Aġenzija

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1592/2002 tal-15 ta' Lulju 2002)

Awtorita'

Riżorsi disponsibbli għall-Aġenzija fl-2003

Prodotti u servizzi mogħtija matul is-sena finanzjarja 2003

Politika ta' trasport komuni

Miri

Kompiti

1

Bord ta' Tmexxija

Baġit finali

Numru ta' kompiti mogħtija: 2

“Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi jekk safejn u b'liema proċedura disposizzjonijiet opportuni jistgħux jiġu addottati għat-traffiku fil-baħar u bl-ajru.”

(Artikolu 80 tat-Trattat)

Sabiex iżżomm livell uniformi għoli ta' sigurtà fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa

Sabiex tassigura l-funzjoni u l-iżvilupp tajjeb tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili

Sabiex tiffaċilita l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni u servizzi

Sabiex tippromwovi effiċjenza fl-infiq fil-proċessi ta' regolatorji u ta' ċertifikazzjoni u sabiex jiġi evitat duplikazzjoni fuq livell nazzjonali u Ewropew

Sabiex toħroġ opinjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni

Sabiex toħroġ speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u kwalunkwe materjal ta' gwida għall-applikazzjoni tal-politika Komunitarja

Sabiex tipprovdi ċertifikazzjoni ta' kwalita' fl-ajru u ambjentali ta' prodotti aeronawtiki

Sabiex twettaq spezzjonijiet fil-Pajjiżi Membri rigward konformita' mar-regoli ta' sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili kif imniżżla mill-Aġenzija

Sabiex twettaq l-investigazzjonijiet neċessarji fil-kumpaniji

Sabiex twettaq, f'isem il-Pajjiżi Membri, funzjonijiet u kompiti mogħtija lilhom taħt Konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli, b'mod partikolari il-Konvenzjoni ta' Chicago (Konvenzjoni dwar Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata fis-7 ta' Diċembru 1944)

Kompożizzjoni

Rappreżentant ta' kull Stat Membru u rappreżentant tal-Kummissjoni

Dmirijiet

Sabiex jadottaw il-programm ta' xogħol u jaraw l-implimetazzjoni tiegħu

Sabiex jadottaw linji ta' gwida għall-allokazzjoni ta' kompiti ta' ċertifikazzjoni lill-Istati Membri jew entitajiet kwalifikati

Sabiex iwaqqfu korp ta' konsulta ta' partijiet interessati

2

Direttur Esekuttiv

Appuntat mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni.

3

Bordijiet ta' Appell

4

Verifika esterna

Il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri

5

Awtorita' ta' Approvazzjoni

Il-Parlament, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill

4,75 miljun euro. Kontribuzzjoni Komunitarja: 100 %

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2003:

Numru ta' postijiet fil-pjan ta' twaqqif: 80

Postijiet okkupati: 1

Persunal ieħor: 16 (kuntratti aużiljarji)

Persunal totali: 17

Assenjati lid-dmirijiet li ġejjin:

operattivi: 1

amministrattivi: 4

varji: 12

Numru ta' speċifikazzjonijiet u dokumenti ta' gwida: 19

Deċiżjonijiet ta' ċertifikazzjoni: 2 132 (1 606 relatati ma' modifikazzjonijiet minuri)

Spezzjonijiet: xejn

Investigazzjonijiet: xejn

Source: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


Tabella 2

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni — Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

(miljun euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni tan-nefqa

Approprjazzjonijiet fil-baġit finali

reġistrati

impenjati

imħallsa

trasferiti

kanċellati

Sussidji Komunitarji

4,7

3,7

Titolu I

Persunal

0,9

0,7

0,7

0,0

0,2

Sussidji oħra

Titolu II

Amministrazzjoni

0,8

0,5

0,1

0,4

0,3

Dħul ieħor

Titolu III

Nefqa ta' xogħol

3,0

2,7

0,2

2,5

0,3

Total

4,7

3,7

Total

4,7

3,9

1,0

2,9

0,8

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. Dawn it-tabelli jagħtu sommarju ta' l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu.


Tabella 3

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni — Kont tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja 2003

(1000 euro)

 

2003

Dħul

Sussidji mill-Kummissjoni

3 725

Dħul totali (a)

3 725

Nefqa

Persunal — Titolu I tal-baġit

Ħlasijiet

680

Approprjazzjonijiet trasferiti

27

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Ħlasijiet

153

Approprjazzjonijiet trasferiti

396

Nefqa ta' xogħol — Titolu III tal-baġit

Ħlasijiet

197

Approprjazzjonijiet trasferiti

2 486

Nefqa totali (b)

3 939

Kwantita' maħduma għas-sena finanzjarja (a – b)

– 214

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


Tabella 4

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni — Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003

(1000 euro)

Assi

2003

Dejn

2003

Assi fissi

 

Kapital fiss

 

Assi intanġibbli

10

Kapital proprju

16

Software tal-kompjuter

11

Bilanċ għas-sena finanzjarja

– 214

Deprezzament

–5

Subtotal

– 198

Subtotal

16

Dejn kurrenti

 

Assi kurrenti

 

Kummissjoni

8

Avvanzi oħra

5

Trasferimenti awtomatiċi ta' approprjazzjonijiet

2 909

Kontijiet varji riċevibbli

1

Kontijiet varji li jridu jitħallsu

18

Subtotal

6

Tnaqqis mis-salarji

12

Kontijiet ta' flus

 

Subtotal

2 947

Kontijiet bankarji u flus

2 727

 

 

Subtotal

2 727

 

 

Total

2 749

Total

2 749

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


THE AGENCY'S REPLIES

7.

Until the end of 2003, the Executive Director was the Agency’s only temporary staff member. In practice, he signed banking transactions alongside the accountant. Other temporary staff have been hired during the second half of 2004, eliminating this incompatibility.

8.

The financial systems were validated by the accountant at the beginning of February 2004. A computer system for managing fixed assets, to be implemented by the authorising officer, is currently being acquired and will be validated at a later stage.

9.

The shortcomings identified by the Court are related to the fact that the Agency was in its start-up phase. A Human Resources department with a special recruitment unit was set up in February 2004. It has already implemented procedures and tools. The Agency is considering setting up a computerised recruitment management system as of January 2005.

10.

The fact that the Agency is based on the premises of the Commission has had a major impact on its IT environment. The Agency will move to its new premises in Cologne in November 2004, which will lead to a considerable improvement in its IT environment and the implementation of a new computer architecture.