52004PC0864

Proposta għal Deċijoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea /* KUMM/2004/0864 finali - CNS 2004/0290 */


Brussel 07.01.2005

KUMM(2004)864 finali

2004/0290 (CNS)

Proposta għal

DEĊI¯JONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Għaxar Stati Membri ġodda ngħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004. Taħt l-Artikolu 6(2) ta' l-Att dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea(2) (minn hawn 'il quddiem l-'Att ta' Adeżjoni), ser jintlaħaq qbil dwar l-adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda mal-Ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ffirmat fi Brussell fis-6 ta' Diċembru 2002 permezz tal-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda dan il-Ftehim. L-Artikolu 6(2) jipprovdi għal proċedura ssimplifikata, minħabba li dan il-Protokoll għandu jiġi konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, b'azzjoni unanima f'isem l-Istati Membri u ċ-Ċina.

B'konsegwenza, il-Kummissjoni nnegozjat dan il-Protokoll f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq il-bażi tad-direttivi dwar in-negozjati adottati mill-Kunsill fil-21 ta' Ġunju 2004, u b'konsultazzjoni ma' kumitat ta' rappreżentanti ta' l-Istati Membri. L-abbozz tal-Protokoll kien inizjalat mill-Kummissjoni u r-rappreżentanti Ċiniżi fi Brussel fl-24 ta' Settembru 2004.

Il-Protokoll jipprevedi l-adattamenti tekniċi u lingwistiċi meħtieġa għall-Ftehim li jirriżultaw mill-adeżjoni ta' l-għaxar partijiet kontraenti ġodda.

2004/0290 (CNS)

Proposta għal

DEĊI¯JONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 71 tiegħu, u l-Artikolu 80 b'rabta mat-tieni u t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 300;

Wara li kkunsidra l-Att dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja. tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) il-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina min-naħa l-oħra ġie ffirmat fi Brussell fis-6 ta' Diċembru 2002;

(2) it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "it-Trattat ta' Adeżjoni”)[1], ġie ffirmat f'Ateni fis-16 ta' April 2003 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004;

(3) Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu huwa meħtieġ sabiex titqies l-adeżjoni ta' l-għaxar Stati Membri ġodda;

(4) il-Kummissjoni ġiet awtorizzata mill-Kunsill fil-21 ta' Ġunju 2004 biex tinnegozja dan il-Protokoll maċ-Ċina;

(5) il-Protokoll ġie nnegozjat maċ-Ċina u inizjalat miż-żewġ naħat fl-24 ta' Settembru 2004;

(6) il-Protokoll għandu għalhekk ikun approvat.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea, huwa b'dan adottat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

Artikolu 2

In-notifika prevista fl-Artikolu 3 tal-Ftehim se ssir mill-Kummissjoni.

It-test ta' dan il-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell, [...]

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

ABBOZZ

PROTOKOLL LI JEMENDA L-

FTEHIM

DWAR IT-TRASPORT MARITTIMU

BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA

U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MINN NAĦA

U L-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA,

MIN-NAĦA L-OĦRA

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVAKKJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

minn hawn il quddiem l-«Istati Membri», u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn hawn ’il quddiem 'il-Komunità',

irrappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea,

minn naħa, u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA,

Minn hawn ’il quddiem «iċ-Ċina»,

min-naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea u b'hekk mal-Komunità fl-1 ta' Mejju 2004,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka huma Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-6 ta' Diċembru 2002, (minn hawn ’il quddiem "il-Ftehim").

Artikolu 2

It-testi tal-Ftehim bil-lingwa Ċeka, Estona, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovena u Slovakka, li huma mehmuża ma' dan il-Protokoll ser isiru awtentiċi taħt l-istess kundizzjonijiet tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mħejjija skond l-Art. 14 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll jiġi approvat mill-partijiet kontraenti skond il-proċeduri tagħhom stess. Se jidħol fis-seħħ fl-istess jum li jidħol fis-seħħ il-Ftehim. Jekk il-partijiet kontraenti japprovaw dan il-Protokoll f'data aktar tard minn dik tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Protokoll jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-partijiet kontraenti nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni meħtieġa għall-approvazzjoni.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll huwa mfassal fi Brussell, f' dan il-jum ta' (...) fis-sena 2004, f'żewġ kopji, biċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, l-Iżvediż u ċ-Ċiniż, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku daqs l-oħrajn.

GĦALL-ISTATI MEMBRI

GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA,

GĦALL-GVERN TAR-

REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

Il-President

[1] `ĠU L 236, tat-23.9.2003