52004PC0862(01)

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja mal-Komunità /* KUMM/2004/0862 finali - ACC 2004/0294 */


Brussel 7.1.2005

KUMM(2004) 862 finali

2004/0294 (ACC)

2004/0295 (ACC)

.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-firma u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja mal-Komunità

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja mal-Komunità

.

(preżentati mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

L-abbozz mehmuż tal-Protokoll għal Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u r-Repubblika tal-Libanu min-naħa l-oħra, għandu l-għan li titqies l-adeżjoni ta’ l-għaxar Stati Membri ġodda ma’ l-Unjoni Ewropea. Il-Ftehim Temporanju UE-Libanu daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2003, wara ratifika mill-Kunsill u mil-Libanu Billi kkonkluda l-Protokoll mehmuż mill-Kunsill, li qed jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u mill-pajjiż terz ikkonċernat, il-Ftehim Temporanju UE-Libanu se jintroduċi wkoll il-lingwa għad-dwana u tibdiliet oħra meħtieġa biex jitħallew iseħħu l-aspetti amministrattivi tal-kummerċ bejn l-Istati Membri u l-Libanu.

Fl-10 ta’ Frar 2004 il-Kunsill approva mandat għall-Kummissjoni sabiex tinnegozja Protokoll bħal dan mar-Repubblika tal-Libanu. Dawn in-negozjati minn dak iż-żmien ġew mitmuma għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni.

Il-proposti mehmuża huma għal (1) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma tal-Protokoll u (2) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll.

It-test tal-Protokoll innegozjat mal-Libanu hu mehmuż. L-aktar aspetti importanti tal-Protokoll huma d-dispożizzjonijiet dwar l-effett ta’ l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri l-ġodda mal-Ftehim Temporanju UE-Libanu, u l-inklużjoni tal-lingwi uffiċjali l-ġodda ta’ l-UE.

M’hemm l-ebda tibdil għal partijiet oħra tal-Ftehim Temporanju, l-anqas aġġustamenti oħra lill-kwoti jew arranġamenti li jaffettwaw il-kummerċ ta’ oġġetti agrikoli jew dawk mhux agrikoli. Il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill biex japprova l-Abbozz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill mehmuża, għall-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll.

Minħabba li l-Ftehim Temporanju UE-Libanu hu speċifikament marbut mal-kummerċ, m’għandux bżonn il-kunsens tal-Parlament Ewropew, u għalhekk il-Protokoll ma jitlobx l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

2004/0294 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-firma u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja mal-Komunità

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Fl-10 ta’ Frar 2004 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex tiftaħ negozjati mal-Libanu bil-għan li jiġi aġġustat il-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex tiġi meħuda in konsiderazzjoni l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri l-ġodda ta’ l-UE,

(2) Dawn in-negozjati ġew konklużi għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni,

(3) It-test tal-Protokoll innegozjat mar-Repubblika tal-Libanu jipprovdi, fl-Artikolu 8 paragrafu 2, għall-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll qabel id-dħul tiegħu fis-seħħ,

(4) Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem il-Komunità u applikat proviżjonalment,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-President tal-Kunsill hu b’dan awtorizzat biex jinnomina l-persuna(i) awtorizzata(i) biex tiffirma, f’isem il-Komunità Ewropea, il-Protokoll għall-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex tiġi meħuda in konsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja ma’ l-Unjoni Ewropea. It-test tal-Protokoll hu mehmuż ma’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Komunità Ewropa b’dan taqbel biex tapplika proviżjonalment it-termini tal-Protokoll, soġġetti għall-inklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem.

Magħmula fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President

2004/0295 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja mal-Komunità

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) L-Protokoll għall-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea fil- […],

(2) Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

Il-Protokoll għall-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja ma’ l-Unjoni Ewropea. It-test tal-Protokoll hu mehmuż ma’ din id-deciżjoni.

Magħmula fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President

PROTOKOLL GĦALL-FTEHIM TEMPORANJU DWAR IL-KUMMERċ U MATERJI OħRA RELATATI MAL-KUMMERċ

bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja mal-Komunità

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn issa ‘l quddiem imsejħa “il-Komunità” rappreżentata mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea.

minn naħa

u r-REPUBBLIKA TAL-LIBANU

minn issa ‘l quddiem imsejħa “il-Libanu”

min-naħa l-oħra

BILLI l-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Temporanju”, kien iffirmat fil-Lussemburgu fis-17 ta’ Ġunju 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2003;

BILLI t-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja ma’ l-Unjoni Ewropea u l-Att għaliha kien iffirmat f’Ateni fis-16 t’April 2003; u dawn l-Istati sussegwentement daħlu fl-Unjoni Ewropea u b’hekk fil-Komunità fl-1 ta’ Mejju 2004.

BILLI konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 18 tal-Ftehim Temporanju seħħew sabiex ikun assigurat li ġew meħuda in konsiderazzjoni l-interessi reċiproki tal-Komunità u tal-Libanu iddikjarati f'dan il-Ftehim;

FTIEHMU DAN LI ĠEJ:

Aġġustamenti lit-test tal-Ftehim Temporanju inklużi l-Annessi tiegħu,

Artikolu 1

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja, minn issa ‘l quddiem imsejħa “l-Istati Membri l-ġodda”, għandhom rispettivament jadottaw u jieħdu nota, bl-istess manjiera, bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, tat-testi tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra u inklużi l-Annessi u l-Protokolli li jifformaw parti integra tagħhom, u l-Att Finali flimkien mad-Dikjarazzjonijiet mehmuża magħhom.

Artikolu 2

Biex jittieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi istituzzjonali riċenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Partijiet ftiehmu li wara l-iskadenza tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, d-dispożizzjonijiet eżistenti fil-Ftehim li jirreferu għall-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandhom jiġu meqjusa li jirreferu għall-Komunità Ewropea li ħadet id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ikkuntrattati mill-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

KAPITOLU WIEĦED: EMENDI LIT-TEST TAL-FTEHIM TEMPORANJU INKLUŻI L-ANNESSI U L-PROTOKOLLI TIEGĦU

Artikolu 3 (Regoli ta’ l-Oriġini)

Protokoll 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

1. Artikolu 18(4) għandu jkun sostitwit b’li gej:

Ċertifikati tal-moviment EUR.1 maħruġa retrospettivament għandom ikunu approvati b’waħda mill-frażijiet li ġejjin:

ES "EXPEDIDO A POSTERIORI"

CS "VYSTAVENO DODATEČNĔ"

DA "UDSTEDT EFTERFØLGENDE"

DE "NACHTRÄGLICH AUSGESTELLT"

ET "VÄLJA ANTUD TAGASIULATUVALT"

EL "ΕΚΔΟΘΕΝ ΕΚ ΤΩΝ ΥΣΤΕΡΩΝ"

EN "ISSUED RETROSPECTIVELY"

FR "DÉLIVRÉ A POSTERIORI"

IT "RILASCIATO A POSTERIORI"

LV "IZSNIEGTS RETROSPEKTĪVI"

LT "RETROSPEKTYVUSIS IŠDAVIMAS"

HU "KIADVA VISSZAMENŐLEGES HATÁLLYAL"

MT "MAĦRUĠ RETROSPETTIVAMENT"

NL "AFGEGEVEN A POSTERIORI"

PL "WYSTAWIONE RETROSPEKTYWNIE"

PT "EMITIDO A POSTERIORI"

SL "IZDANO NAKNADNO"

SK "VYDANÉ DODATOČNE"

FI "ANNETTU JÄLKIKÄTEEN"

SV "UTFÄRDAT I EFTERHAND"

AR [pic]

2. Artikolu 19 (2) għandu jkun sostitwit b’li gej:

(…)

Id-dupplikat maħruġ b’dan il-mod għandu jkun approvat b’waħda mill-kelmiet li ġejjin:

ES "DUPLICADO"

CS "DUPLIKÁT"

DA "DUPLIKAT"

DE "DUPLIKAT"

ET "DUPLIKAAT"

EL "ΑΝΤΙΓΡΑΦΟ"

EN "DUPLICATE"

FR "DUPLICATA"

IT "DUPLICATO"

LV "DUBLIKĀTS"

LT "DUBLIKATAS"

HU "MÁSODLAT"

MT "DUPLIKAT"

NL "DUPLICAAT"

PL "DUPLIKAT"

PT "SEGUNDA VIA"

SL "DVOJNIK"

SK "DUPLIKÁT"

FI "KAKSOISKAPPALE"

SV "DUPLIKAT"

AR [pic]

3. Anness V għandu jkun sostitwit b’li ġej:

Verżjoni Spanjola

El exportador de los productos incluidos en el presente documento (autorización aduanera n° .. …(1).) declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial . …(2).

Verżjoni Ċeka

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení …(1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených, mají tyto výrobky preferenční původ v …(2).

Verżjoni Daniża

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. ...(1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i ...(2).

Verżjoni Ġermaniża

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. ...(1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anders angegeben, präferenzbegünstigte ...(2) Ursprungswaren sind.

Verżjoni Estonjana

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliameti kinnitus nr. ...(1)) deklareerib, et need tooted on ...(2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul kui on selgelt näidatud teisiti.

Verżjoni Griega

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο (άδεια τελωνείου υπ΄αριθ. ...(1)) δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής ...(2).

Verżjoni Ingliża

The exporter of the products covered by this document (customs authorization No ...(1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of ...(2) preferential origin.

Verżjoni Franċiża

L'exportateur des produits couverts par le présent document (autorisation douanière n° ...(1)) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle ... (2)).

Verżjoni Taljana

L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento (autorizzazione doganale n. ...(1)) dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale ...(2).

Verżjoni Latvjana

Eksportētājs produktiem, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas pilnvara Nr. …(1)), deklarē, ka, iznemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir priekšrocību izcelsme no …(2).

Verżjoni Litwanjana

Šiame dokumente išvardintų prekių eksportuotojas (muitinès liudijimo Nr …(1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra …(2) preferencinès kilmés prekés.

Verżjoni Ungeriża

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: …(1)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hianyában az áruk kedvezményes …(2) származásúak.

Verżjoni Maltija

L-esportatur tal-prodotti koperti b’dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru. …(1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b’mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta’ oriġini preferenzjali …(2).

Verżjoni Olandiża

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. ...(1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële ... oorsprong zijn (2).

Verżjoni Pollakka

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr …(1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają …(2) preferencyjne pochodzenie.

Verżjoni Portugiża

O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento (autorização aduaneira n°. ...(1)), declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial ...(2).

Verżjoni Slovena

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št …(1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno …(2) poreklo.

Verżjoni Slovakka

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia …(1)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v …(2).

Verżjoni Finlandiża

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o ...(1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja ... alkuperätuotteita (2).

Verżjoni Svediża

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. ...(1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande ... ursprung (2).

Verżjoni Għarbija

[pic]

KAPITOLU TNEJN: DISPOżIZZJONIJIET TRANŻITORJI

Artikolu 4 (Provi ta’ l-oriġini u kooperazzjoni amministrattiva)

1. Provi ta' l-oriġini maħruġa kif suppost mil-Libanu jew minn Stat Membru ġdid fil-qafas ta’ ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejniethom għandhom jiġu aċċettati fil-pajjiżi rispettivi taħt dan il-Protokoll, sakemm:

(a) il-kisba ta’ tali oriġini tikkonferixxi trattament għat-tariffi preferenzjali fuq il-bażi ta’ miżuri għat-tariffi preferenzjali misjuba fil-Ftehim Temporanju UE-Libanu jew inkella fis-Sistema tal-Komunità ta’ Preferenzi Ġeneralizzati;

(b) il-prova ta’ l-oriġini u d-dokumenti tat-trasport kienu maħruġa mhux aktar tard mill-ġurnata qabel id-data ta’ l-adeżjoni;

(c) il-prova ta’ l-oriġini kienet sottomessa lill-awtoritajiet tad-dwana fil-perjodu ta’ erba’ xhur mid-data ta’ l-adeżjoni.

Fejn l-oġġetti kienu ddikjarati għall-importazzjoni jew fil-Libanu jew fi Stat Membru ġdid, qabel id-data ta’ l-adeżjoni, taħt ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejn il-Libanu u l-Istat Membru ġdid f’dak iż-żmiem, il-prova ta’ l-oriġini maħruġa retrospettivament taħt dawk il-ftehim jew arranġamenti jistgħu jiġu aċċettati wkoll sakemm jiġu sottomessi lill-awtoritajiet tad-dwana fil-perjodu ta’ erba’ xhur mid-data ta’ l-adeżjoni.

2. Il-Libanu u l-Istati Membri l-ġodda huma awtorizzati biex iżommu l-awtorizzazzjonijiet li bihom l-istatus ta’ “esportaturi approvati” ġie mogħti fil-qafas ta’ ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejniethom, sakemm:

(a) dispożizzjoni simili hu pprovdut għaliha wkoll fil-Ftehim Temporanju konkluż qabel id-data ta’ l-adeżjoni bejn il-Libanu u l-Komunità; u

(b) l-esportatur approvat japplika r-regoli ta’ l-oriġini fis-seħħ taħt il-Ftehim Temporanju.

L-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu sostitwiti mhux aktar tard minn sena wara d-data ta’ l-adeżjoni, b’awtorizzazzjoniet ġodda maħruġa taħt il-kundizzjonijiet tal-Ftehim Temporanju.

3. Talbiet għal verifika sussegwenti tal-prova ta' l-oriġini maħruġa taħt il-ftehim preferenzjali jew l-arranġamenti awtonomi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 hawn fuq għandhom jiġu aċċettati mill-awtoritjiet tad-dwana kompetenti tal-Libanu jew ta' l-Istati Membri għal perjodu ta’ tliet snin wara l-ħarġa tal-prova ta’ l-oriġini kkonċernata u jistgħu jiġu magħmula minn dawk l-awtoritajiet għal perjodu ta’ tliet snin wara l-aċċettazzjoni tal-provi ta’ l-oriġini sottomessi lil dawk l-awtoritajiet bħala sostenn għal dikjarazzjoni ta’ l-importazzjoni.

Artikolu 5 (Oġġetti fi transitu)

1. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jistgħu jiġu applikati fuq oġġetti esportati jew mil-Libanu lejn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda jew minn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda lejn il-Libanu, li jaderixxu mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4 u li fid-data ta’ l-adeżjoni huma jew fi triqithom jew maħżuna temporanjament, f’maħżen tad-dwana jew f’żona ħielsa fil-Libanu jew f’dak l-Istat Membru ġdid.

2. Trattament preferenzjali jista’ jiġi mogħti f’każijiet simili, soġġett għas-sottomissjoni ta’ l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż ta’ l-importazzjoni, fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ l-adeżjoni, ta’ prova ta’ l-oriġini maħruġa retrospettivament mill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż ta’ l-esportazzjoni.

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 6

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim Temporanju.

Artikolu 7

1. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Libanu f’konformità mal-proċeduri tagħhom stess.

2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulin bit-temma tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-Istrumenti ta’ approvar għandhom jiġu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

2. Dan il-Protokoll għandu japplika proviżjonalment mill-1 ta’ Mejju 2004.

Artikolu 9

Dan il-Protokoll hu mfassal b’żewġ kopji f’kull waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Partijiet Kuntrattanti, kull wieħed minn dawn it-testi hu ugwalment awtentiku.

Artikolu 10

It-Test tal-Ftehim Temporanju, inklużi l-Annessi u l-Protokolli li jiffurmaw parti integrali tiegħu, u l-Att Finali flimkien mad-dikjarazzjonijiet annessi lilhom għandhom jiġu mfassla bil-lingwa Ċeka, Estonjana, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena u dawn it-testi għandhom ikunu awtentiċi l-istess bħat-testi oriġinali. Il-Kunsill għall-Kooperazzjoni għandu japprova dawn it-testi.

GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA...

GĦAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU...