Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament ewropew skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali /* KUMM/2004/0853 finali - COD 2002/0061 */
Brussel 6.1.2005 KUMM(2004) 853 finali 2002/0061 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali 2002/0061 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEWskond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KEli jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali 1 - STORJA TAL-FAJL +++++ TABLE +++++ 2 - GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI Konsolidazzjoni tad-direttivi eżistenti, ħeffa fl-għoti ta’ servizzi, simplifikazzjoni tar-regoli eżistenti u tisħiħ ta’ informazzjoni u ta’ pariri liċ-ċittadin. 3 - RIMARKI DWAR IL-POŻIZZJONI ĠENERALI 3.1 Rimarki ġenerali Il-Kummissjoni setgħet tappoġġa il-ftehim politiku tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju 2004, li essenzjalment iżomm il-proposta tal-Kummissjoni hekk kif inhi emendata bil-proposta emendata. Dan il-ftehim politiku ġie nkluż mill-ġdid fil-pożizzjoni ġenerali addottata fil 23.12.2004 It-tibdiliet magħmula mill-pożizzjoni ġenerali jmissu l-aktar l-għoti ta’ servizzi, ir-riorganizzazzjoni formali tal-livelli tal-kwalifika professjonali li jaqgħu taħt it-tmexxija tal-gvern ġenerali u l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ l- acquis communautaire li ma kinux ġew inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni. 3.2 Emendi tal-Parlament li ġew ikkunsidrati fil-pożizzjoni ġenerali 3.2.1 Emendi integrati fil-proposta mibdula u fil-pożizzjoni ġenerali Konsiderazzjoni (36) – Emenda 31 : esklużjoni mill-qasam ta’ applikazzjoni tad-Direttiva ta’ l-attivitajiet li huma marbuta, anke ta’ kultant, ma’ l-eserċizzju dirett u speċifiku ta’ l-awtorità pubblika. Il-kjarifika li kienet tgħid li d-direttiva ma taffetwax l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 39, paragrafi 4, u 45 tat-Trattat ġiet miżmuma, sakemm din il-konsiderazzjoni ma tista’ bl-ebda mod taffettwa l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tat-Trattat hekk kif definiti mill-Qorti. Jirriżulta li, jekk xi Stat Membru ma jirriżervax għan-nies tal-pajjiż tiegħu, abbażi ta’ l-Artikolu 39, paragrafu 4, tat-Trattat, l-aċċess għall-attivitajiet li jiddependu mix-xogħol ta’ l-awtorità pubblika, din id-Direttiva attwali tibqa’ tapplika. Konsiderazzjoni (37), Artikoli 2 u 5 – Emenda 55 : esklużjoni tal-professjoni ta’ kontrollur legali tal-kontijiet mill-qasam ta’ applikazzjoni tat-Titolu II tad-Direttiva proposta, dwar l-għoti ta’ servizzi. Il-pożizzjoni ġenerali tirreferi b’mod ċar għall-professjoni ta’ kontrollur legali tal-kontijiet fil-konsiderazzjoni (37) u tippreċiża, b’mod aktar ġenerali, li d-Direttiva ma taffetwax l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi tal-Komunità li jkunu marbuta direttament mar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali. Artikolu 4 – Emendi 39, 141 u 189 : sottomissjoni tal-professjonist emigrat għall-istess kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-professjoni bħan-nies tal-pajjiż ta’ l-Istat Membru li qed jilqgħu. Artikoli 5, 6 u 7 – Emenda 87 : il-pożizzjoni ġenerali tixxiebah ħafna mat-tmexxija eżistenti fejn jidħlu għoti ta’ servizzi mit-tobba, u dan igħodd l-aktar għal dak li hemm fl-Emenda 87. Artikolu 9 – Emenda 53 : obbligu għal min joffri servizz li jforni lil min qed jirċievi s-servizz bil-prova li hu assigurat kontra r-riskji marbutin mar-responsabbilità professjonali. Għall-kumplament, l-obbligi ta’ informazzjoni ta’ min qed jirċievi s-servizz ġew imħeffa, u li dan hu koerenti mat-tisħiħ tal-kontroll magħmul direttament fuq dak li qed jagħti s-servizz mill-Istat Membru li qed jilqgħu Artikolu 11 – Emendi 192, 193, 216 u 217 : it-test tal-proposta modifikata ġie mtejjeb ħafna f’dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni tal-livelli tal-kwalifika. Il-pożizzjoni ġenerali tippreċiża fl-Artikolu11, paragrafu 4, punt b), li t-tagħrif bi struttura partikolari u li qed ikun imtejjeb fl-Anness II jimmira biss għall-każijiet fejn il-professjoni hi rregolata mill-Istat membru kkonċernat, li dan jesprimih sew l- acquis. Id-differenzi l-oħra huma purament fil-kitba : trasferiment tal-ħames livell għall-Artikolu 13, paragrafu 3, u definizzjoni tat-tagħrif irregolat fl-Artikolu 3, paragrfu 1, punt d). Artikolu 15 u Konsiderazzjoni (13) – Emendi 12, 68, 70 u 185 : il-pożizzjoni ġenerali tikkorreġi fis-sustanza l-proposta mibdula billi tippreċiża li l-Artikolu 15 ma jaffetwax il-kompetenza ta’ l-Istati membri fejn jidħlu regolamenti tal-professjonijiet u ta’ organizzazzjoni tas-sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ professjonali. Fl-aħħar, il-pożizzjoni ġenerali tikkorreġi l-proposta mibdula fejn tidħol ir-rappreżentanza ta’ l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet professjonali u kwalifikati biex jippreżentaw bażijiet ġenerali (il-pożizzjoni komuni tirreferi għar-rappreżentanza fuq livell nazzjonali u Ewropew fl-istess waqt). Artikoli 17 u 18 – Emenda 207 : il-pożizzjoni ġenerali inkorporat, għal xi lista limitata ta’ attivitajiet, l-Emenda li kellha l-għan li ttella’ it-tul ta’ żmien ta’ l-esperjenza professjonali li tagħti lok għal rikonoxximent awtomatiku minn ħames għal sitt snin. Artikolu 22 – Emendi 81, 86, 94, 101, 159 u 160 : għall-professjonijiet kollha li jibbenefikaw minn taħriġ koordinat, huwa awtorizzat it-taħriġ part-time , mingħajr ma dan jitqies bħala straordinarju u fuq bażi ta’ dispożizzjoni sempliċi u uniformi. Għal dawn l-istess professjonijiet, hu rikonoxxut ir-rwol tal-taħriġ kontinwu. Il-kontenut tal-proposta modifikata fuq dawn iż-żewġ punti ġie mtejjeb. Artikoli 21, 24, 31, 34, 38, 40, 44, 46 u 47 - Emendi 80, 88, 90, 93, 95, 97, 154 u 161 : it-test tal-proposta modifikata ġie mtejjeb u l-listi ta’ l-għarfien u l-kompetenzi għall-professjonijiet li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta’ formazzjoni koordinati ġew trasferiti mill-Annessi għall-parti prinċipali tad-Direttiva, bla ebda modifikazzjoni fondamentali. Artikoli 42 u 45 – Emendi 96 u 162 : il-proposta modifikata ġiet imtejba u l-listi ta’ attivitajiet professjonali ta’ l-ispiżjara u tal-qwiebel ġew trasferiti mill-Annessi għall-parti prinċipali tad-Direttiva, bla ebda modifikazzjoni fondamentali. Artikolu 50 – Emendi 8, 62 u 63 : il-pożizzjoni komuni tmur lil hinn mill-proposta modifikata sakemm tħalli lill-Istat Membru li qed jilqa’ jipproċedi għal xi verifikazzjonijiet ma’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini f’każ ta’ taħriġ eżentat, sabiex jiġu evitati xi frodi eventwalment. Jirriżulta li l-pożizzjoni komuni tirrikonoxxi li ċ-ċertifikati ta’ taħriġ li jkunu akkwistati wara taħriġ eżentat huma bi prinċipju koperti mid-direttiva. Artikolu 56 – Emendi 32, 89 u 110 : il-pożizzjoni komuni terġa tadotta l-metodu tal-proposta modifikata u tisħaq fuq l-importanza ta’ l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-aktar fil-każijiet ta’ fatti serji u speċifiċi li jkollhom konsegwenzi waqt il-qadi ta’ l-attività professjonali. Din id-dispożizzjoni tinsab fit-Titolu relatat mal-kooperazzjoni amministrattiva, li dan jagħmilha applikabbli fil-qafas tal-ħolqien u ta’ l-għoti tas-servizzi. Konsiderazzjoni (28) – Emenda 26 : il-proposta modifikata ttejjeb l-Emenda 26 f’dak li għandu x’jaqsam mat-trasparenza tax-xibka ta’ kommunikazzjoni bejn il-punti ta’ kuntatt u tiċċara r-rwol tal-punti ta’ kuntatt. Din ġiet adottat permezz tal-pożizzjoni komuni, li barra minn hekk tagħmilha ċara li l-għażla ta’ punt ta’ kuntatt ma tippreġudikax għall-Istati Membri l-possibilità li jpoġġu bosta antenni. Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ħolqien u t-tħaddim ta’ Grupp ta’ esperti – Emenda 181 : bid-dikjarazzjoni tagħha annessa mal-pożizzjoni komuni , (cf. hawn taħt), il-Kummissjoni tintrabat li toħloq grupp ta’ esperti u tiċċara r-rwol ta’ l-assoċjazzjonijiet professjonali fil-qafas ta’ sistema b’konsultazzjoni flessibli. 3.2.2 Emendi mdaħħla mal-proposta modifikata, iżda mhux ikkorreġuti fil-pożizzjoni komuni Artikolu 2 – Emenda 34 : il-pożizzjoni komuni ma tippreċiżax il-fatt li jekk diploma ta’ pajjiż terz tkun rikonoxxuta minn Stat Membru skond ir-regoli nazzjonali tiegħu, din ma tħallix lil min qed igawdi dan ir-rikonoxximent jeżerċita l-professjoni tiegħu f’xi Stat Membru ieħor ; madankollu, dan hu aċċettabbli sakemm jidher ċar li din l-impossibilità tkun ġejja mill-Artikolu 3, paragrafu 3, tad-Direttiva proposta. Artikoli 4 u 52 – Emendi 112 u 139 : il-pożizzjoni komuni neħħiet ir-riferenza għall-possibilità, għall-Istat Membru li qed jilqa’, li tqabbel iċ-ċertifikat professjonali ta’ xi taħriġ apposta f’każ ta’ aċċess parzjali għall-professjoni. Dan hu l-konsegwenza tat-tneħħija ta’ l-Artikolu 4, paragrafu 3, li kellu l-għan ta’ l-aċċess parzjali għall-professjoni hekk kif inhi definita fuq it-territorju ta’ l-Istat Membru li qed jilqa’. Dan hu aċċettabli għall-Kummissjoni sakemm il-ġurisprudenza toffri lill-emigrat il-garanziji adegwati f’dan ir-rigward. (Digriet « Säger » tal-25.7.91 – Każ C-76/90). Konsiderazzjoni (7b) tal-proposta modifikata – Emendi 9 u 58 : il-pożizzjoni komuni ma tikkorreġix il-Konsiderazzjoni (7b) tal-proposta modifikata, waqt li tagħmilha ċara li xi professjonist emigrat ma jistax juża r-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tiegħu mill-Istat Membru li qed jilqgħu biex ikollu, fl-Istat tiegħu ta’ oriġini, xi drittijiet differenti minn dawk li ġejjin mill-kwalifiki professjonali li hu akkwista f’dan l-Istat, waqt li hu ma akkwistax xi kwalifiki supplimentari fl-Istat li laqgħu. Madankollu, din il-prassi minn dejjem kienet ikkunsidrata bħala mhux permessa mid-Direttivi marbuta mar-rikonoxximent tal-kwalifiki (Cf. l-aktar ir-risposta tal-Kummissjoni għall-mistoqsija bil-miktub nru 512/03 ta’ M. Zappalà). Artikolu 14 – Emenda 151 : il-pożizzjoni komuni ma ttejjibx il-proposta modifikata f’dak li għandu x’jaqsam mal-qafas tal-proċedura tad-deroga b’għażla għall-emigrat bejn l-istadju ta’ adattazzjoni u t-turija ta’ ħila. Min-naħa l-oħra, il-pożizzjoni komuni (terġa’) tintroduċi, f’xi każi, deroga awtomatika b’għażla għall-emigrat. Dan hu aċċettat mill-Kummissjoni sakemm minn dan ma jirriżulta l-ebda pass lura fejn jidħol l- acquis communautaire. Artikolu 21, paragrafu 1 – Emendi 152 u 153: din il-modifika li nġiebet bil-proposta modifikata kellha l-għan li tiċċara t-test, imma ma għamlet l-ebda bidla fondamentali għall-prinċipju ta’ rikonoxximent awtomatiku msemmi fl-Artikolu 21. Artikolu 56 – Emendi 52, 116 u 117 : il-pożizzjoni komuni ma tadottax it-terminu «korpi kompetenti » flok « awtoritajiet kompetenti » fil-proposta modifikata. Jibqa’ dejjem il-fatt li l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet /ta’ l-korpi responsabbli mir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali jiddependi mill-organizazzjoni interna ta’ kull Stat membru u allura ma teskludix l-ismijiet ta’ organizzazzjonijiet li ma humiex amminstrazzjonijiet. Konsiderazzjoni (32) – Emenda 29 : Il-proposta modifikata tippreċiża li n-nuqqasijiet amministrattivi attribwiti għal xi Stat Membru m’għandhomx mnejn jiġġustifikaw dewmien fit-transposizzjoni tad-direttiva. Għalkemm din il-Konsiderazzjoni ma tidhirx fil-pożizzjoni komuni hu prinċipju stabbilit mill-Qorti, applikabbli fil-każijiet kollha. 3.2.3 Punti ta’ diverġenza bejn il-proposta modifikata u l-pożizzjoni komuni Konsiderazzjoni (5) u Artikolu 5 – Emendi 4 u 45 : l-Emendi 4 u 45 kellhom l-għan li jżommu r-referenza għal suppożizzjoni ta’ sittax-il ġimgħa biex jiddistingwu l-għoti ta’ servizzi u ta’ stabbiliment. Il-pożizzjoni komuni tejbet l-emendi tal-Parlament u żammet ir-riferenza għas-suppożizzjoni bbażata fuq il-kriterju taż-żmien ta’ sittax-il ġimgħa. Artiklu 6 u Konsiderazzjoni (8) – Emendi 5, 141, 143 u 189 : il-pożizzjoni komuni tmur għall-istess direzzjoni ta’ l-Emendi 5, 141 u 189 peress li hi testendi l-fakultà lill-Istati Membri li jitolbu r-reġistrazzjoni pro forma għall-professjonijiet regolati kollha sabiex tħaffef l-applikazzjoni tar-regoli dixxiplinarji li jkunu fis-seħħ fit-territorju tagħhom, hekk kif huma preċiżati, barra minn hekk, fil-Konsiderazzjoni (8) u fl-Artikolu 5, paragrafu 3. Dan hu aċċettabli sakemm il-pożizzjoni komuni tagħmilha ċara li hija r-responsabilità ta’ l-Awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li qed jilqgħu biex tittrasmetti kopja tad-dikjarazzjoni ta’ l-għoti tas-servizzi lill-organizazzjoni professjonali, u b’hekk jiġi evitat kull obbligu amministrattiv supplimentari għal min qed joffri s-servizz. Artikoli 7 u 8 u Konsiderazzjoni (7) – Emendi 5, 6, 50, 136, 145 u 146 : il-pożizzjoni komuni tmur għad-direzzjoni mixtieqa mill-Parlament Ewropew li jiggarantixxi d-disponibilità ta’ l-informazzjoni għall-Istat Membru li qed jilqa’ u tipprevedi minn issa ‘l-quddiem, fuq l-istess linji ta’ l-Emenda 5, li d-dikjarazzjoni għandha tiġi ndirizzata minn min qed joffri s-servizzi, direttament lill-Awtorità kompetenti ta’ l-Istat membru li qed jilqa’ għal professjonijiet regolati kollha. Din l-ewwel dikjarazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn numru ta’ dokumenti u tkun aġġornata kull sena b’mod eħfef (il-prova ta’ l-assigurazzjoni professjonali biss għandha tkun imġedda bl-istess mod kull sena). Il-kooperazzjoni amministrattiva prevista fl-Artikolu 8 tillimita ruħha, skond il-pożizzjoni komuni, li tħalli lill-Istat membru li qed jilqa’, jivverifika jekk l-informazzjoni li qed jagħmel użu minnha hux eżatta. Id-dikjarazzjoni minn qabel prevista fl-Artikolu 7, paragrafi 1 u 2, tal-pożizzjoni komuni m’għandhiex effett li tissospendi l-għoti tas-servizzi, u dan imur ukoll sostanzjalment ma’ dak li hemm fl-Emendi 146 u 50. L-Emendi 6 u 136 kellhom il-għan li jintroduċu riferenza għall-prova tal-kwalifiki professjonali/ ħiliet ta’ min qed joffri s-servizzi. Il-pożizzjoni komuni tmur ma’ dak li hemm f’dawn l-Emendi waqt li tipprevedi, fl-Artikolu 7, pragrafu 4, il-possibilità għall-Istat membru li qed jilqa’, li jagħmlu kontroll ex ante tal-kwalifiki professjonali ta’ min qed joffri s-servizzi, imma dan biss għall-professjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet fuq is-saħħa jew is-sigurtà pubbliċi li ma jibbenefikawx minn koordinazzjoni tal-kundizzjonijiet minimi ta’ taħriġ u għal sakemm dan il-kontroll ikun fi proporzjon ma’ l-għan biex jevita xi ħsarat serji għas-saħħa jew is-sigurtà ta’ min qed jieħu s-servizzi minħabba nuqqas ta’ kwalifiki professjonali. Il-fakultà, għall-Istat membru li qed jilqa’, li jagħmel kontroll fuq il-benefiċċji li saru fuq it-territorju tiegħu, hi aċċettabbli għall-Kummissjoni sakemm hu previst f’Konsiderazzjoni (kif ukoll f’dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fi proċess tal-Kunsill, Cf. Anness), li terġa’ tkun eżaminata kultant il-ħtieġa ta’ kontroll bħal dan fid-dawl tal-ħafna progress imwettaq fejn tidħol kooperazzjoni amminstrattiva. Artikolu 21 – Emendi 75 u 77 : Il-pożizzjoni komuni tintroduċi fl-Artikolu 21, paragrafu 7, għaċ-ċertifikati ta’ taħriġ ta’ perit, notifika lill-Kummissjoni u lill-Istati membri l-oħra. F’dikjarazzjoni annessa, il-Kummissjoni tintrabat, f’kas ta’ dubji dwar jekk xi ċertifikat ta’ perit jirrispettax il-kundizzjonijiet ta’ taħriġ fl-Artikolu 46 tad-Direttiva, li tippreżentah lill-Grupp ta’ esperti li hi għandha toħloq sabiex iġġib il-fehma esperta meħtieġa biex, jekk ikun hemm bżonn, iżżomm il-pubblikazzjoni tiegħu. Din is-soluzzjoni hi aċċettabbli sakemm tkun tixxiebah mal-garanziji tad-dritt permanenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-pubblikazzjoni taċ-ċertifikati ta’ taħriġ għall-professjonijiet li jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet minini ta’ taħriġ koordinati. Artikoli 21, 26, 35 u 37 u Konsiderazzjoni (17) – Emendi 16, 134, 135, 156, 158 u 179, kif ukoll l-Emendi 127, 132, 133, 178rev/2, u 215 : il-pożizzjoni komuni tagħti lill-Konsiderazzjoni (17) kif ukoll lill-Artikoli 21, paragrafu 1, u 26, il-prinċipju tar-rikonoxximent awtomatiku għall-ispeċjalizzazzjonijiet fil-mediċina u fid-dentistrija li huma komuni għal 2/5 ta’ l-Istati membri. B’hekk, l-Artikolu 35 itejjeb xi kundizzjonijiet minimi ta’ taħriġ koordinati eżistenti għal dawk li jipprattikaw id-dentistrija speċjalizzata, u d-drittijiet akkwIstati msemmija fl-Artikolu 37 jkunu aġġustati. L-annessi li jmissu ma’ dan huma mibdula biss sakemm huma jtejbu d-dritt eżistenti, hekk kif deher mill-adozzjoni tal-proposta mill-Kummissjoni. Dan il-pass hu aċċettabbli għax ir-rikonoxximent awtomatiku infirex waqt li qed iżomm is-sistema simplifikata. Artikolu 21 - Emendi 18, 104, 162 u 163 : il-pożizzjoni komuni terġa’ tintroduċi fl-Artikolu 21, paragrafu 4, id-deroga għar-rikonoxximent awtomatiku taċ-ċertifikati ta’ spiżjara fil-każ ta’ ħolqien ta’ spiżeriji ġodda. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta din id-dispożizzjoni sakemm din teżisti fil-leġislatura li hemm fis-seħħ. Artikolu 53 – Emenda 114 : il-pożizzjoni komuni, waqt li tnaqqas ir-riferenzi tal-proposta modifikata mir-rwol ta’ l-Istati membri fil-qasam tat-tagħrif lingwistiku u li tħalli barra espressament eżami sistematiku ta’ dan it-tagħrif, taqbel fil-pożizzjoni li ħa l-Parlament. Il-Kummissjoni tista’ taċċettaha sakemm din id-dispożizzjoni jkollha, fil-każijiet kollha, tkun interpretata fid-dawl tal-ġurisprudenza. Artikolu 55 – Emenda 115 : il-pożizzjoni komuni ttejjeb il-leġislazzjoni eżistenti u tillimita, għall-professjonijiet tat-tobba u dawk tad-dentistrija, l-obbligu ta’ l-Istati Membri li ma jitolbux mill-emigrati la taħriġ u lanqas esperjenza professjonali għal ftehim li għandhom ma’ xi ħlas ta’ assigurazzjoni għall-mard. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta dan il-metodu sakemm id-dispożizzjoni konċernata ttejjeb il-leġislazzjoni li hemm fis-seħħ. 3.3 Dispożizzjonijiet ġodda 3.3.1 Dispożizzjonijiet li ma jgħaddux minn emendi u li reġgħu ġew miktuba fil-pożizzjoni komuni jew li jikkostitwixxu estensjoni tad-dispożizzjonijiet li huma ġa previsti fil-proposta inizjali. Artikolu 10 : il-pożizzjoni komuni tikkjarifika l-proposta tal-Kummissjoni rigward il-każijiet ta’ applikazzjoni sussidjarja tar-regola ġenerali ta’ rikonoxximent billi telenka s-sitwazzjonijiet speċifiċi konċernati li, fil-preżent, jibbenefikaw kemm minn xi regoli ad hoc , kemm mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat, kif ukoll mis-sistema ġenerali tar-rikonoxximent. Din il-kjarifika ma timplika l-ebda bdil fondamentali. Artikolu 15 : il-pożizzjoni komuni tiċċara l-idea ta’ pjattaforma komuni kif ukoll il-mod kif inhuma stabiliti d-differenzi sostanzjali li jkun jaqbel li jitneħħew u testendi l-fakultà li tippreżenta pjattaformi komuni lill-Istati membri. Dawn il-kjarifiki huma konformi mal-ħsieb tal-proposta tad-direttiva li kellha l-għan, b’din id-dispożizzjoni, li tintroduċi aktar awtomatiċità fil-proċedura tar-rikonoxximent billi l-pjattaforma toffri l-garanzija li min qed jagħmel it-talba, filwaqt li jissodisfa l-kriterji stabbiliti, biex jeħles mid-differenzi li jistgħu jeżistu bejn it-taħriġ tiegħu u dak mitlub fl-Istat membru li qed jilqgħu. Il-pożizzjoni komuni barra minn hekk, tispiċċa l-Artikolu 15 b’paragrafu 6 ġdid, billi tistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim ta’ din id-dispożizzjoni kif ukoll, jekk ikun hemm bżonn, dwar xi proposti ta’ emendi għal dan l-Artikolu. Artikoli 20, 25 u 26 : il-pożizzjoni komuni tinkorpora aktar id-delegazzjoni tal-kompetenzi li jidhru fl-Artikoli 20 ; 25, paragrafu 5; u 26, linja 2, il-bidla ta’ l-Annessi IV u V, punt 5.1.4. Artikolu 51 : il-pożizzjoni komuni terġa’ tintroduċi, fl-Artikolu 51, paragrafu 2, it-terminu ta’ erba’ xhur għar-rikonoxximent mogħti lill-Istat membru li qed jilqa’ fil-qafas tal-professjonijiet li ma jibbenefikawx minn kundizzjonijiet koordinati ta’ taħriġ. 3.3.2 Dispożizzjonijiet sostantivi ġodda Artikolu 3 : il-pożizzjoni komuni ttejjeb l’ acquis billi terġa’ tintroduċi fl-Artikolu 3, paragrafi 1 u 2, bosta definizzjonijiet li jidhru fid-direttivi eżistenti. Barra minn hekk, id-definizzjoni tal-forom ta’ « taħriġ regolamentat » ġiet trasferita mill-Artikolu 11 għall-Artikolu 3, paragrafu 1. Artikoli 11 u 13 : fejn il-Kummissjoni kienet ipproponiet li l-Annessi II u III (li jikkorrispondu ma’ l-Annessi preżenti Ċ u D tad-direttiva 92/51/CEE) għandhom karatteristika indikattiva, il-pożizzjoni komuni tintroduċi fl-istess linja ma’ l- acquis , fl-Artikolu 11, paragrafu 4, punt b) u fl-Artikolu 13, paragrafu 2, linja 3, proċedura ta’ komitoloġija konformi mad-Deċiżjoni 1999/468/CE tal-Kunsill. Il-Kummissjoni tikkonsidra li, sakemm id-direttiva tkun addottata, il-bidliet ta’ l-Annesssi għandhom isegwu l-proċeduri speċifiċi li jkunu attwalment fis-seħħ. Artikolu 14 : il-pożizzjoni komuni terġa’ tintroduċi fl-Artikolu 14, paragrafu 3, xi elementi ta’ l- acquis (deroga awtomatika b’għażla għall-emigrat għall-professjonijiet li jeħtieġu xi tagħrif preċiż tal-liġi nazzjonali u li l-forniment tal-pariri tagħhom u/jew ta’ għajnuna ġuridiċi jikkostitwixxu aspett essenzjali ; regola partikolari ta’ deroga awtomatika għall-attivitajiet koperti mid-direttiva 1999/42/CE), kif ukoll il-possibilità ta’ deroga awtomatika b’għażla għall-emigrat għall-każijiet li attwalment ma jibbenefikawx mis-sistema ġenerali ta’ rikonoxximent u li, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 10 tal-proposta, ser jibbenefikaw mir-regola ġenerali fil-futur. Artikoli 23, 33, 37, 39, 43 u 49 : il-pożizzjoni komuni tintroduċi d-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Ċipru, l-Estonja, l-Ungerija, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakja u s-Slovenja u li huma relatati mad-drittijiet akkwIstati. Artikoli 33 u 43 : il-Polonja adottat leġislazzjoni nazzjonali bil-għan li tħalli lill-infermiera responsabbli minn tipi ta’ kura ġenerali u lill-qwiebel, li t-taħriġ tagħhom ma jkunx jikkorrispondi mal-kundizzjonijiet minimi ta’ taħriġ, jgħollu l-livell tagħhom fuq bażi ta’ xi taħriġ kumplimentari. Il-pożizzjoni komuni tinkorpora xi dispożizzjonijiet b’derogi, u b’hekk twassal għall-akkwist ta’ drittijiet, sabiex tiżgura r-rikonoxximent awtomatiku tan-nies professjonali li jkunu għaddew minn l-imsemmi taħriġ kumplimentari. Artikolu 45 : il-pożizzjoni komuni terġa’ tintroduċi fl-Artikolu 45, paragrafu 4, id-deroga li minnha jibbenefika attwalment il-Lussemburgu f’dak li għandu x’jaqsam mar-rikonoxximent ta’ l-esperjenza professjonali akkwIstata f’xi Stat membru ieħor għall-għotja ta’ għotja mill-Istat għal spiżerija miftuħa għall-pubbliku. Artikolu 59 : il-pożizzjoni komuni tipprevedi, fl-Artikolu 59, paragrafu 2, li l-Kummissjoni ser tħejji rapport kull ħames snin dwar it-twettiq tad-Direttiva.. 4 - KONKLUŻJONIJIET Il-Kummissjoni tikkalkula li t-test tal-pożizzjoni komuni jtejjeb fit-totalità tiegħu l-elementi prinċipali li hemm fil-proposta inizjali tagħha u fl-emendi tal-Parlament Ewropew hekk kif inhuma kkorreġuti fil-proposta modifikata tiegħu. Fejn jidħol l-għoti tas-servizzi, għalkemm jiddispjaċiha li l-pożizzjoni komuni ma tħaffifx aktar il-kundizzjonijiet imposti fuq dak li qed joffri s-servizzi tiegħu, il-Kummssjoni aċċettat il-prinċipju ta’ kontroll mill-Istat Membru li qed jilqa’. Hi tikkonsidra fil-fatt li, fl-Istat preżenti tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri, it-test tal-pożizzjoni komuni jikkostitiwixxi bilanċ aċċettabbli bejn li jkun aktar faċli jingħataw s-servizzi u min-naħa l-oħra l-verifika, mill-Istat Membru li qed jilqa’, ta’ l-għoti ta’ servizzi li jkunu saru fuq it-territorju tiegħu. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni iżżomm mal-pożizzjoni komuni li hi adottata mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata. AnnessDikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-libertà li jingħataw is-servizzi Il-Kummissjoni tqis li l-ħtieġa li jitfasslu kriterji speċifiċi għall-għoti ta' servizzi minn professjonisti kkwalifikati, inkluż in-notifika ta’ dikjarazzjoni lill-Istat Membru li fih irid jingħata s-servizz, kif iddeċieda l-Kunsill, se tkun rivalutata kull tant żmien fid-dawl tal-progress li sar fit-twaqqif ta’ qafas komunitarju ta’ kooperazzjoni fl-amministrazzjoni bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, dan il-ftehim m’għandux iwaqqaf milli jitkomplew l-isforzi sabiex jitwettaq il-potenzjal konsiderevoli tas-suq intern tas-servizzi sabiex titkabbar il-kompettività ta’ l-Unjoni Ewropea. Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ħolqien u l-operat ta’ grupp ta’ esperti, partikolarment fil-qafas ta’ l-Artikoli 58, 15 u 21(7), Il-Kummissjoni biħsiebha toħloq grupp ta' esperti li r-rwol tiegħu jkun li jagħtiha informazzjoni u pariri dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tħaddim tad-Direttiva. Huwa maħsub partikolarment li l-grupp ikun jista’ jiddiskuti l-kwistjonijiet li l-Kummissjoni tkun qed tistħarreġ fir-rigward ta’ l-eżerċizzju tas-setgħat li ngħatawlha mil-leġislatur Komunitarju qabel ma tiġi ppreżentata lill-Kumitat maħluq mid-Direttiva kull tip ta’ proposta għall-azzjoni . Il-grupp ta’ esperti għandhom jkun magħmul minn membri ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri nnominati mill-Kummissjoni, mingħajr preġudizzju għall-possibilità li l-esperti jkunu akkumpanjati, fejn meħtieġ, minn parteċipanti oħra li jkollhom għarfien partikolari ta' temi speċifiċi skond l-aġenda. Il-grupp ta’ esperti għandu jkun il-qafas ta’ metodu flessibbli u modern ta’ konsultazzjoni ma’ korpi Ewropej rappreżentattivi ta' assoċjazzjonijiet ta’ professjonisti u ta’ istituzzjonijiet ta’ tagħlim, speċjalment għall-professjonijiet soġġetti għal koordinazzjoni minima ta’ taħriġ li jwassal għall-għarfien awtomatiku tal-kwalifiki. Meta jkun hemm xi suġġerimenti għall-azzjoni, li jkunu ġew ikkomunikati mill-partijiet interessati, u li jidhru fl-aġenda ta’ xi laqgħa, rappreżentanti ta’ dawn il-partijiet jistgħu jiġu mistiedna jippreżentaw dawn is-suġġerimenti u jwieġbu għall-mistoqsijiet tal-membri tal-grupp. Il-grupp ta' esperti se jkun ikkonsultat ukoll dwar il-pjattaformi komuni ppreżentati lill-Kummissjoni bi qbil ma' l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva sabiex jiksbu l-fehmiet ta’ l-esperti ta’ l-Istati Membri li ma jirregolawx il-professjonijiet indirizzati f’dawn il-pjattaformi. Jekk Stat Membru jkollu dubji serji dwar jekk l-evidenza tal-kwalifiki ta' perit, ippubblikati bi qbil ma' l-Artikolu 21(7) tad-Direttiva, tilħaqx il-kriterji msemmija fl-Artikolu 46 tad-Direttiva, il-Kummissjoni biħsiebha tippreżenta l-kwistjoni lill-grupp ta’ esperti. Dan se jipprovdi lill-Kummissjoni b’fehmiet tekniċi li hi teħtieġ sabiex, fejn meħtieġ, tirtira l-kwalifika ta' perit.