52004PC0827

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda l-listi tal-proċeduri dwar l-insolvenza, proċeduri ta’ stralċazzjoni u likwidazzjoni fl-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar il-proċeduri ta’ l-insolvenza /* KUMM/2004/0827 finali */


Brussel 22.12.2004

KUMM(2004) 827 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda l-listi tal-proċeduri dwar l-insolvenza, proċeduri ta’ stralċazzjoni u likwidazzjoni fl-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar il-proċeduri ta’ l-insolvenza

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KONTENUT TAL-PROPOSTA |

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Hemm il-bżonn biex jiġu emendati l-Anessi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 dwar il-proċeduri ta’ l-insolvenza. |

Kuntest ġenerali Anness A għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 iniżżel il-proċeduri ta’ l-insolvenza riferuti fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament. Anness B jniżżel il-proċeduri ta' stralċ riferuti fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament. Anness C jniżżel il-likwidaturi riferuti fl-Artikolu 2(b). Annessi A, B u C għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 kienu emendati bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003 sabiex jinkludu l-proċeduri ta’ l-insolvenza, l-proċeduri ta’ stralċ u l-likwidaturi mill-Istati li qed jaċċedu. Il-Belġju, Spanja, l-Italja, l-Latvja, l-Litwanja, Malta, l-Ungerija, l-Awstrija, l-Polonja, l-Portugall u r-Renju Unit innotifikaw lill-Kunnissjoni bl-emendi għal-listi stabbiliti fl-Annessi A, B u C. |

Disposizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ din il-proposta Regolament (KE) Nru 1346/2000 għandu għalhekk jiġi emendat b’mod konformi mal-Proposta. |

Konsistenza ma’ politiki oħrajn Dan ir-Regolament hu konsistenti mal-politika tal-Komunità. |

KONSULTAZZJONIJIET TA’ PARTIJIET INTERESSATI U EżAMI TA’ L-IMPATT |

Konsultazzjonijiet tal-partijiet interessati |

Mhux relevanti |

Ġabra u użu ta’ l-abbilità |

M’hemmx bżonn ta’ abilità esterna. |

Eżami ta’ l-impatt L-emendar tar-Regolament jista’ jkollu effett posittiv fuq ir-ri-organizazzjoni tan-negozzju. X’aktarx ikolllu impatt pożittiv jew newtrali fuq l-impjieg. X’aktarx ikolllu impatt pożittiv jew newtrali fuq l-ambjent. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

Taqsira ta’ l-azzjoni proposta L-emendar ta’ l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 biex jieħu konjizzjoni ta’ l-emendi tal-liġi ta’ l-insolvenza domestika ta’ l-Istati Membri |

Bażi legali Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 |

Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. |

Prinċipju tal-proporzjonalità Din il-proposta tħares il-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. |

Il-Proposta tal-Kummissjoni tieħu post Annessi A, B u C għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 bl-Annessi l-ġodda A, B u C li jieħdu in konsiderazzjoni l-informazzjoni notifikata mill-Istati Membri. |

Dan ir-Regolament japplika direttament fl-Istati Membri u ma jinħtieġx kwalunkwe miżrura ta’ implimentazzjoni. Huwa ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għalhekk il-kontenuti tiegħu huma aċċessibli lill-partijiet interessati kollha. |

Għażla ta’ l-istrumenti |

Stumenti proposti: regolament. |

Mezzi oħrajn ma jkunux adekwati għar-raġuniji(ijiet) li ġejjin. Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 45 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, l-Annessi għar-Regolament jistgħu jkunu emendati biss mill-Kunsill fuq inizjattiva ta’ l-Istati Membri jew proposta mill-Kummissjoni. |

IMPLIKAZZJONIJIET TAL-BAġIT |

Xejn |

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

Simplifikazzjoni |

Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amminstrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (UE jew nazzjonali), simplifikazzjoni ta’ proċeduri amministrattivi għall-partijiet pubbliċi privati. |

Qrati ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu infurmati fil-ħin dwar il-proċeduri ta’ l-insolvenza li għandhom ikunu rikonoxxuti. |

Kredituri, debituri u prattikanti ta' l-insolvenza għandhom ikunu nfurmati dwar il-proċeduri ta’ l-insolvenza taħt l-iskop tar-Regolament. |

Rivediment/reviżjoni/sunset clause |

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda l-listi tal-proċeduri dwar l-insolvenza, proċeduri ta’ stralċazzjoni u likwidazzjoni fl-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar il-proċeduri ta’ l-insolvenza

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar il-proċeduri ta’ l-insolvenza[1] u b’mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2],

Billi:

(1) L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 jniżżlu n-nominazjoniijiet mogħtija fil-leġislazzjoni nazzjonali ta’ l-Istati Membri għall-proċeduri u l-likwidaturi għal-liema dak ir-Regolament japplika. Anness A għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 jniżżel il-proċeduri ta’ l-insolvenza riferuti f’punt (a) ta’ l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament. Anness B jniżżel il-listi tal-proċeduri ta’ l-istralċ riferuti f’punt (c) ta’ l-Arttikolu 2 u l-Anness C jniżżel il-likwidaturi riferruti f’punt (b) ta’ l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament.

(2) Annessi A, B u C għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 kienu emendati bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003 sabiex jinkludu l-proċeduri ta’ l-insolvenza, l-proċeduri ta’ l-istalċar u l-likwidaturi mill-Istati li qed jaċċedu.

(3) Il-Belġju, Spanja, l-Italja, l-Latvja, l-Litwanja, Malta, l-Ungerija, l-Awstrija, l-Polonja, l-Portugall u r-Renju Unit innotifikaw lill-Kunnissjoni, skond Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, ta’ l-emendi għal-listi stabbiliti fl-Annessi A, B u C ta’ dak ir-Regolament.

(4) Regolament (KE) Nru 1346/2000 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Regolament (KE) Nru 1346/2000 hu emendat kif ġej:

(1) Annes A hu mibdul bit-test stabbilit fl-Anness A ma’ din ir-Regolament;

(2) Annes B hu mibdul bit-test stabbilit fl-Anness B ma’ din ir-Regolament;

(3) Annes C hu mibdul bit-test stabbilit fl-Anness C ma’ din ir-Regolament;

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS A Proċeduri ta’ l-Insolvenza riferuti f’punt (a) ta’ l-Artikolu 2

BELGIË/BELGIQUE

- Het faillissement / La faillite

- Het gerechtelijk akkoord / Le concordat judiciaire

- De collectieve schuldenregeling / Le règlement collectif de dettes

- De vrijwillige vereffening / La liquidation volontaire

- De gerechtelijke vereffening / La liquidation judiciaire

- De voorlopige ontneming van beheer, bepaald in artikel 8 van de faillissementswet / Le dessaisissement provisoire, visé à l’article 8 de la loi sur les faillites

ČESKÁ REPUBLIKA

- Konkurs

- Nucené vyrovnání

- Vyrovnání

DEUTSCHLAND

- Das Konkursverfahren

- Das gerichtliche Vergleichsverfahren

- Das Gesamtvollstreckungsverfahren

- Das Insolvenzverfahren

EESTI

- Pankrotimenetlus

ΕΛΛΑΣ

- Πτω΄χευση

- Η ειδικη΄ εκκαθα΄ριση

- Η προσωρινη΄ διαχει΄ριση εταιρει΄ας. Η διοι΄κηση και η διαχει΄ριση των πιστωτω΄ν

- Η υπαγωγη΄ επιχει΄ρησης υπο΄ επι΄τροπο µε σκοπο΄ τη συ΄ναψη συµβιβασµου΄ µε τους πιστωτε΄ς

ESPAÑA

- Concurso

FRANCE

- Liquidation judiciaire

- Redressement judiciaire avec nomination d'un administrateur

IRELAND

- Compulsory winding up by the court

- Bankruptcy

- The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent

- Winding-up in bankruptcy of partnerships

- Creditors' voluntary winding up (with confirmation of a Court)

- Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the Official Assignee for realisation and distribution

- Company examinership

ITALIA

- Fallimento

- Concordato preventivo

- Liquidazione coatta amministrativa

- Amministrazione straordinaria

ΚΥΠΡΟΣ

- Υποχρεωτική εκκαθάριση από το Δικαστήριο / (Compulsory winding up by the court)

- Εκούσια εκκαθάριση από πιστωτές κατόπιν Δικαστικού Διατάγματος / (Creditor's voluntary winding up by court order)

- Εκούσια εκκαθάριση από μέλη / (Company's (members) voluntary winding up)

- Εκκαθάριση με την εποπτεία του Δικαστηρίου / (Winding up subject to the supervision of the court)

- Πτώχευση κατόπιν Δικαστικού Διατάγματος / (Bankruptcy by court order)

- Διαχείριση της περιουσίας προσώπων που απεβίωσαν αφερέγγυα / (The administration of the estate of persons dying insolvent)

LATVIJA

- Bankrots

- Izlīgums

- Sanācija

LIETUVA

- įmonės restruktūrizavimo byla

- įmonės bankroto byla

- įmonės bankroto procesas ne teismo tvarka

LUXEMBOURG

- Faillite

- Gestion contrôlée

- Concordat préventif de faillite (par abandon d'actif)

- Régime spécial de liquidation du notariat

MAGYARORSZÁG

- Csődeljárás

- Felszámolási eljárás

MALTA

- Xoljiment

- Amministrazzjoni

- Stralc volontarju mill-membri jew mill-kredituri

- Stralc mill-Qorti

- Falliment f’kaz ta’ negozzjant

NEDERLAND

- Het faillissement

- De surséance van betaling

- De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen

ÖSTERREICH

- Das Konkursverfahren

- Das Ausgleichsverfahren

POLSKA

- Postępowanie upadłościowe

- Postępowanie układowe

- Upadłość obejmująca likwidację

- Upadłość z możliwością zawarcia układu

PORTUGAL

- O processo de insolvência

- O processo de falência

- Os processos especiais de recuperação de empresa, ou seja:

- A concordata- A reconstituição empresarial- A reestruturação financeira- A gestão controlada

SLOVENIJA

- Stečajni postopek

- Skrajšani stečajni postopek

- Postopek prisilne poravnave

- Prisilna poravnava v stečaju

- Likvidacija pravne osebe pred sodiščem

SLOVENSKO

- Konkurzné konanie

- Nútené vyrovnanie

- Vyrovnanie

SUOMI/FINLAND

- Konkurssi / konkurs

- Yrityssaneeraus / företagssanering

SVERIGE

- Konkurs

- Företagsrekonstruktion

UNITED KINGDOM

- Winding up by or subject to the supervision of the court

- Creditors' voluntary winding up (with confirmation by the court)

- Administration (including appointments under paragraph 14 and 22 of Schedule B1 to the Insolvency Act 1986)

- Voluntary arrangements under insolvency legislation

- Bankruptcy or sequestration

ANNESS B

Proċeduri ta’ l-istarlaċ riferruti f’punt (c) ta’ l-Artikolu 2

BELGIË/BELGIQUE

- Het faillissement / La faillite

- De vrijwillige vereffening / La liquidation volontaire

- De gerechtelijke vereffening / La liquidation judiciaire

ČESKÁ REPUBLIKA

- Konkurs

- Nucené vyrovnání

DEUTSCHLAND

- Das Konkursverfahren

- Das Gesamtvollstreckungsverfahren

- Das Insolvenzverfahren

EESTI

- Pankrotimenetlus

ΕΛΛΑΣ

- Πτω΄χευση

- Η ειδικη΄ εκκαθα΄ριση

ESPAÑA

- Concurso

FRANCE

- Liquidation judiciaire

IRELAND

- Compulsory winding up

- Bankruptcy

- The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent

- Winding-up in bankruptcy of partnerships

- Creditors' voluntary winding up (with confirmation of a court)

- Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the Official Assignee for realisation and distribution

ITALIA

- Fallimento

- Liquidazione coatta amministrativa

- Concordato preventivo con cessione dei beni

ΚΥΠΡΟΣ

- Υποχρεωτική εκκαθάριση από το Δικαστήριο / (Compulsory winding up by the court)

- Εκκαθάριση με την εποπτεία του Δικαστηρίου / (Winding up subject to the supervision of the court)

- Εκούσια εκκαθάριση από πιστωτές (με την επικύρωση του Δικαστηρίου) / (Creditor's voluntary winding up (with confirmation by the court))

- Πτώχευση / (Bankruptcy)

- Διαχείριση της περιουσίας προσώπων που απεβίωσαν αφερέγγυα / (The administration of the estate of persons dying insolvent)

LATVIJA

- Bankrots

LIETUVA

- įmonės bankroto byla

- įmonės bankroto procesas ne teismo tvarka

LUXEMBOURG

- Faillite

- Régime spécial de liquidation du notariat

MAGYARORSZÁG

- Felszámolási eljárás

MALTA

- Stralc volontarju

- Stralc mill-Qorti

- Falliment inkluz il-hrug ta’ mandat ta’ qbid mill-Kuratur f’kas ta’ negozzjant fallut

NEDERLAND

- Het faillissement

- De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen

ÖSTERREICH

- Das Konkursverfahren

POLSKA

- Postępowanie upadłościowe

- Upadłość obejmująca likwidację

PORTUGAL

- O processo de insolvência

- O processo de falência

SLOVENIJA

- Stečajni postopek

- Skrajšani stečajni postopek

- Likvidacija pravne osebe pred sodiščem

SLOVENSKO

- Konkurzné konanie

- Nútené vyrovnanie

- Vyrovnanie

SUOMI / FINLAND

- Konkurssi / konkurs

SVERIGE

- Konkurs

UNITED KINGDOM

- Winding up by or subject to the supervision of the court (including appointments under paragraph 14 and 22 of Schedule B1 to the Insolvency Act 1986)

- Creditors' voluntary winding up (with confirmation by the court)

- Bankruptcy or sequestration

ANNESS C

Likwidaturi riferruti f’punt (b) ta’ l-Artikolu 2

BELGIË/BELGIQUE

- De curator / Le curateur

- De commissaris inzake opschorting / Le commissaire au sursis

- De schuldbemiddelaar / Le médiateur de dettes

- De vereffenaar / Le liquidateur

- De voorlopg bewindvoerder / L’administrateur provisoire

ČESKÁ REPUBLIKA

- Správce podstaty

- Předběžný správce

- Vyrovnací správce

- Zvláštní správce

- Zástupce správce

DEUTSCHLAND

- Konkursverwalter

- Vergleichsverwalter

- Sachwalter (nach der Vergleichsordnung)

- Verwalter

- Insolvenzverwalter

- Sachwalter (nach der Insolvenzordnung)

- Treuhänder

- Vorläufiger Insolvenzverwalter

EESTI

- Pankrotihaldur

- Ajutine pankrotihaldur

- Usaldusisik

ΕΛΛΑΣ

- Ο συ΄νδικος

- Ο προσωρινο΄ς διαχειριστη΄ς. Η διοικου΄σα επιτροπη΄ των πιστωτω΄ν

- Ο ειδικο΄ς εκκαθαριστη΄ς

- Ο επι΄τροπος

ESPAÑA

- Administradores concursales

FRANCE

- Représentant des créanciers

- Mandataire liquidateur

- Administrateur judiciaire

- Commissaire à l'exécution de plan

IRELAND

- Liquidator

- Official Assignee

- Trustee in bankruptcy

- Provisional Liquidator

- Examiner

ITALIA

- Curatore

- Commissario

- Liquidatore giudiziale

ΚΥΠΡΟΣ

- Εκκαθαριστής και Προσωρινός Εκκαθαριστής / (Liquidator and Provisional liquidator)

- Επίσημος Παραλήπτης / (Official Receiver)

- Διαχειριστής της Πτώχευσης / (Trustee in bankruptcy)

- Εξεταστής / (Examiner)

LATVIJA

- Maksātnespējas procesa administrators

LIETUVA

- Bankrutuojančių įmonių administratorius

- Restruktūrizuojamų įmonių administratorius

LUXEMBOURG

- Le curateur

- Le commissaire

- Le liquidateur

- Le conseil de gérance de la section d'assainissement du notariat

MAGYARORSZÁG

- Vagyonfelügyelő

- Felszámoló

MALTA

- Amministratur Provizorju

- Recevitur Ufficjali

- Stralcjatarju

- Manager specjali

- Kuraturi f’kas ta’ proceduri ta’ falliment

NEDERLAND

- De curator in het faillissement

- De bewindvoerder in de surséance van betaling

- De bewindvoerder in de schuldsaneringsregeling natuurlijke personen

ÖSTERREICH

- Masseverwalter

- Ausgleichsverwalter

- Sachverwalter

- Treuhänder

- Besondere Verwalter

- Konkursgericht

POLSKA

- Syndyk

- Nadzorca sądowy

- Zarządca

PORTUGAL

- Administrador da insolvência

- Gestor judicial

- Liquidatário judicial

- Comissão de credores

SLOVENIJA

- Poravnalni senat (senat treh sodnikov)

- Upravitelj prisilne poravnave

- Stečajni senat (senat treh sodnikov)

- Stečajni upravitelj

- Upniški odbor

- Likvidacijski senat (kot stečajni senat, če sodišče ne odloči drugače)

- Likvidacijski upravitelj (kot stečajni upravitelj, če sodišče ne odloči drugače)

SLOVENSKO

- Predbežný správca

- Konkurzný správca

- Vyrovnací správca

- Osobitný správca

SUOMI / FINLAND

- Pesänhoitaja//boförvaltare

- Selvittäjä//utredare

SVERIGE

- Förvaltare

- God man

- Rekonstruktör

UNITED KINGDOM

- Liquidator

- Supervisor of a voluntary arrangement

- Administrator

- Official Receiver

- Trustee

- Provisional Liquidator

- Judicial factor

[1] ĠU L 160, 30.6.2000, p 1. Regolament kif emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

[2] ĠU C , , p. .