52004PC0804

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta’ konsultazzjonijiet mar-Repubblika tal-Gujana taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim Cotonou /* KUMM/2004/0804 finali */


Brussel 10.12.2004

KUMM(2004) 804 finali

.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta’ konsultazzjonijiet mar-Repubblika tal-Gujana taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim Cotonou

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Fit-30 ta’ Marzu 2004, l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li tiftaħ il-konsultazzjonijiet mar-Repubblika tal-Gujana taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim Cotonou. Din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba d-deterjorazzjoni tad-demokrazija u tar-regoli tal-liġi, tan-nuqqas ta' rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fondamentali u tan-nuqqas ta' gvernar ekonomiku tajjeb. Id-degradazzjoni progressiva ta' l-ambjent demokratiku kienet l-aktar qawwija fl-elezzjonijiet presidenzjali ta’ Diċembru 2003, li saru f’kundizzjonijiet kontenzjużi u mingħajr kompetizzjoni elettorali vera.

Il-laqgħa tal-ftuħ tal-konsultazzjoniji mħabbra fil-bidu għall-15 ta’ April 2004 saret fl-20 ta’ Lulju 2004. Waqt il-laqgħa, l-Unjoni Ewropea osservat b’sodisfazzjoni li l-Gujana ħadet ċerti impennji u pproponiet elementi pożittivi għal, min naħa tisħiħ ta’ l-ambjent demokratiku u tar-regola tal-liġi, u min-naħa l-oħra, it-twaqqif tal-kundizzjonijiet strutturali għal stabbilita makro-ekonomika u żvilupp sostenibbli fil-pajjiż. Dawn l-impennji ġew stipulati fil-Memorandum li l-Gvern tal-Gujana ppreżenta waqt il-laqgħa. Fi ftit kliem, l-impennji involvu:

- Ritorn għad-demokrazija bit-teħid mill-ġdid ta' djalogu nazzjonali ma' l-oppożizzjoni tradizzjonali u s-soċjetà ċivili, f'dan il-kuntest, ir-rivediment tal-qafas elettorali ;

- Imsejsa fuq il-qafas elettorali l-ġdid, l-organizzazzjoni ta’ l-elezzjonijiet lokali u leġislattivi f’Ġunju 2004 u Ġunju 2007 rispettivament ;

- Il-garanzija li tiġi rrispetata l-Kostituzzjoni u l-liġijiet li b’hekk jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-bnedmin u l-libertajiet fondamentali, kif ukoll id-drittijiet li għandhom il-partiti politiċi biex jorganizzaw ruħhom, li jiltaqgħu, li jagħmlu dimostrazzjonijiet u li jitkellmu fil-pubbliku; it-tnehid ta’ diskussjoni dwar il-ħolqien ta’ qafas ġuridiku għal-liberalizzazzjoni ta’ frekwenzi radjuteleviżivi ;

- Il-promozzjoni ta’ proċess ta’ deċentralizzazzjoni ;

- It-tisħiħ tat-tmexxija makro-ekonomika u l-implimentazzjoni ta’ riformi settorjali.

L-Unjoni Ewropea kienet saħqet li n-natura u l-iskop ta’ kwalunkwe miżuri xierqa li sejrin, jekk hemm bżonn, ikunu adottati fl-aħħar tal-perijodu ta’ tliet xhur ta’ djalogu u konsultazzjonijiet fuq il-post, sejrin jiddependu, b’mod kritiku, fuq l-iskop u l-impennji meħudha mill-awtoritajiet tal-Gujana.

Il-Konklużjonijiet tal-laqgħa stipulaw ukoll li l-Unjoni Ewropea sejra tkompli d-djalogu biex tiżgura tisħiħ mill-aktar fis possibbli tad-demokrazija u tar-regoli tal-liġi fir-Repubblika tal-Gujana, li jkun prerekwiżit għal normalizzazjoni sħiħa tar-relazzjonijiet tagħha ta’ kooperazzjoni ma’ dan il-pajjiż. Djalogu kontinwu sar bejn il-gvern tal-Gujana u r-rappreżentanti ta’ l-Unjoni Ewropea fuq il-post.

Il-gvern tal-Gujana ppreżenta rapport ta’ progress fit-30 ta’ Settembru 2004. Wara l-preżentazzjoni ta' dan ir-rapport, missjoni ta' segwitu konġunta tal-Presidenza ta' l-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni maret Conakry li, flimkien mar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea fuq il-post, stabbilit evalwazzjoni ta' l-implimentazzjonijiet ta' l-impennji. Min-naħa l-oħra, dawn l-impennji ġew mgħarrfa lill-President tal-Laqgħa Nazzjonali, lill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali, lill-membri tal-Kunsill Nazzjonali Elettorali ta’ qabel, lir-rappreżentanti differenti tax-xena politika u tas-soċjetà ċivili, kif ukoll l-istampa, kif ukoll lill-Ambaxxaturi tal-pajjiżi ACP fil-Gujana.

Minn din il-missjoni, jirriżulta li l-awtoritajiet tal-Gujana urew disponibbiltà kbira minn naħa biex ikomplu u biex jidħlu aktar fil-fond fid-diskussjonijiet u min-naħa l-oħra biex jiffaċilitaw il-missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.

Jirriżulta wkoll li ċerti impennji wasslu għall-inizjattivi ta’ inkoraġġiment min-naħa ta’ l-awtoritajiet tal-Gijana. Ninnutaw b’mod partikolari li :

Il-Gvern wera volontà biex iniedi mill-ġdid id-djalogu politiku mar-rappreżentanti politiċi bl-għan li jerġa’ jiġi rivedut il-qafas elettorali. Iċ-ċerimonja uffiċjali tat-tnehid mill-ġdid tad-djalogu seħħet fil-31 ta’ Awissu 2004 u uffiċċju ta’ koordinazzjoni bejn il-partiti twaqqaf biex id-djalogu jiġi ffaċilitat.

Il-Gvern ikkonferma d-deċiżjoni tiegħu li jorganizza elezzjonijiet lokali f'Ġunju 2005 kif ukoll l-intenzjonijiet tiegħu li jsaħħaħ il-proċess ta' deċentralizzazzjoni. L-abbozzi differenti ta' testi leġislattivi li qegħdin jitfasslu, sejrin, meta jasal l-ħin, jiġu diskussi ma’ dawk involuti fil-proċess kif ukoll ma’ dawk li jipprovdu l-fondi.

Il-Gvern ikkonferma d-deċiżjoni tiegħu li jorganizza elezzjonijiet leġislattivii fiż-żmien impost mill-Kostituzzjoni, jiġifieri f'Ġunju 2007. Il-Gvern wera li hu lest jeżamina l-possibbiltà li jressaq għal qabel id-data ta’ l-elezzjonijiet jekk l-oppożizzjoni titlob dan u jekk ikun hemm kunsens politiku bejn il-partijiet politiċi.

Il-Gvern ħabbar l-iskeda tax-xogħol għal-liberalizzazzjoni tal-frekwenzi radjuteleviżivi.

Il-Gvern ikkonferma l-attivitajiet u l-iskeda tax-xogħol għall-implimentazzjoni, fil-qasam tat-tmexxija makro-ekonomika u tar-riformi settorjali.

Madankollu, il-parti kbira ta' dawn l-impennji sejrin jiġu implimentati waqt perijodu estiż se jeħtieġ li jiġi segwit ir-rispett ta' dawn l-impennji maż-żmien. Minbarra dan, il-kwistjonijiet ta’ inkwiet serji jibqgħu jinqalgħu b’mod partikolari fil-qasam tad-demokrazija. Minkejja r-rieda għal djalogu, iddikjarata mill-gvern u l-oppożizzjoni, it-tnehid mill-ġdid tad-djalogu hu problematiku. Minħabba dan, il-Gvern isibha diffiċli jistipula skeda tax-xogħol għall-fażijiet differenti tad-djalogu u, aktar importanti, għar-rivediment tal-qafas elettorali. Dan jista’ jqiegħed fid-dubju r-rispett ta’ l-impennji dwar l-organizzazzjoni ta’ l-elezzjonijiet lokali u leġislattivi.

Wara l-konsultazzjonijiet, li jagħrfu l-impennji mwettqa f’dan l-istadju u wara l-miżuri importanti li għad iridu jiġu implimentati, il-Kummissjoni tipproponi li jiġu adottati miżuri xierqa taħt l-Artikolu 96(2), subparagrafu c tal-Ftehim Cotonou, bħal ma ġie stipulat fid-Deċiżjoni annessa : Il-miżuri huma proposti biex min-naħa jsaħħu l-proċess billi jgħarfu l-progress li sar, u min-naħa l-oħra jimmotivaw lill-gvern sabiex jikkonsolida il-progress u jippromwovi t-twettiq ta’ l-impennj marbuta mal-proċess ta’ demokratizzazzjoni.

Waqt perijodu ta’ segwitu ta’ sitta u tletin xhar, djalogu politiku msaħħaħ sejjer iseħħ mal-gvern tal-Gujana sabiex jiġi żgurat li jkomplu l-azzjonijiet diġà mwettqa u jistabbilixxu mill-ġdid id-demokrazija u r-regoli tal-liġi u jitkomplew u jiġi kkonsolidati l-isforzi fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fondamentali. Id-djalogu ser jinvolvi lill-Presidenza ta' l-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni Ewropea u verifiki politiċi li jsiru kull sitt xhur sejrin jitwettqu waqt il-perijodu ta’ segwitu.

Fil-każ ta’ implimentazzjoni aktar mgħaġġla ta’ l-impennji meħudha mill-awtoritajiet tal-Gujana jew, bil-kontra, fil-każ ta’ tħassir, l-Unjoni Ewropea għandha d-dritt li tbiddel il-miżuri xierqa permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill ġdida li temenda din il-proposta.

Fid-dawl ta’ dan li ntqal u skond l-Artikolu 9 u 96 tal-Ftehim Cotonou, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jagħlaq il-konsultazzjonijiet imwettqa mar-Repubblika tal-Gujana u li tadottata d-deċizjoni mehmuża hawnhekk.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta’ konsultazzjonijiet mar-Repubblika tal-Gujana taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim Cotonou

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 96 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE, [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tieghu,

Wara li qies il-proposta tal-Kummissjoni [3]

Billi:

L-elementi essenzjali tal-Ftehim ta’ Cotonou, imniżżla fl-Artikolu 9 tiegħu ġew miksura;

Skond l-Artikolu 96 tal-Ftehim Cotonou, konsultazzjonijiet inbdew fl-20 ta’ Lulju 2004 mal-pajjiżi ACP u r-Repubblika tal-Gujana, fejn l-Awtoritajiet tal-Gujana ħadu l-impennji speċifiċi li jsolvu l-problemi identifikati mill-Unjoni Ewropea u li jimplimentawhom waqt perijodu ta’ djalogu profond ta’ tliet xhur.

Fl-aħħar ta’ dan il-perijodu, jidher li ċerti impennji li diġà ġew imsemmija wasslu għal inizjattivi konkreti u ftit minnhom ġew issodisfatti ; madankollu bosta miżuri importanti dwar l-elementi essenzjali tal-Ftehim Cotonou għad iridu jiġu implimentati.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-konsulazzjonijiet mar-Repubblika tal-Gujana skond l-Artikolu 96 tal-Ftehim Cotonou ġew konklużi.

Artikolu 2

Il-miżuri li diġà ġew imsemmija fl-abbozz ta’ l-ittra msemmija fl-Anness ġew adottati taħt il-miżuri xierqa mniżżla fl-Artikolu 96(2)(c), tal-Ftehim Cotonou.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni ser tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha. Id-Deċiżjoni ser tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Sejra tgħodd għal sitta u tletin xhar mid-data ta’ l-adozzjoni tagħhom mill-Kunsill. Hi sejra tiġi eżaminata mill-ġdid mill-anqas kull 6 xhur.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

Abbozz ta’ ittra

Sur Ministru,

L-Unjoni Ewropea tiddedika importanza kbira lid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9 tal-Ftehim Cotonou. Ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u r-regola tal-liġi, fuq liema hija msejsa l-isħubija ACP-UE huma elementi essenzjali ta’ dan il-ftehim u, għaldaqstant, tat-twaqqif tar-relazzjonijiet tagħna.

F’dan l-ispirtu, l-Unjoni Ewropea kienet inkwetata dwar id-deterjorazzjoni tad-demokrazija u tar-regoli tal-liġi, b’mod partikolari mir-Referendum kostituzzjonali ta’ l-2001 u wara l-elezzjonijiet leġislattivi (2002) u presidenzjali (2003). L-Unjoni Ewropea kienet inkwetata ukoll dwar in-nuqqas ta' rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fondamentali kif ukoll tan-nuqqas ta' gvernar amministrattiv, politiku, ekonomiku u finanzjarju tajjeb.

Qieset li din is-sitwazzjoni politika tal-Gujana tikkostitwixxi ksur ta’ l-elementi essenzjali mniżżla fl-Artikolu 9 tal-Ftehim Cotonou. Fid-dawl ta’ dan l-Artikolu u tal-waqfa politika fil-Gujana, iddeċidiet fil-31 ta’ Marzu 2004, li tiftaħ konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 tal-Ftheim sabiex teżamina f’mod aktar dettaljat is-sitwazzjoni u, jekk hemm bżonn, li tirranġaha.

Dawn il-konsultazzjonijiet saru fi Brussell fl-20 ta’ Lulju 2004. F’din l-okkażjoni, numru ta’ mistoqsijiet fondamentali ġew diskussi u inti stajt tippreżenta l-opinjoni tiegħek u tanaliżża s-sitwazzjoni fil-pajjiż tiegħek. Inti ppreżentajt ukoll Memorandum li jinkludi Pjan ta’ azzjoni għal-konsolidazzjoni tad-demokrazija, għar-rispett tad-drittijiet tal-bneidem, u għar-Regola tal-Liġi u ta’ gvernar tajjeb.

Wara l-preżentazzjoni ta' dan ir-rapport, missjoni ta' segwitu konġunta tal-Presidenza ta' l-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni maret Conakry li, flimkien mar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea fuq il-post, stabbilit evalwazzjoni ta' l-implimentazzjonijiet ta' l-impennji.

L-Unjoni Ewropea tosserva li l-awtoritajiet tal-Gujana urew disponibbiltà kbira minn naħa biex ikompli u biex jidħlu aktar fil-fond fid-diskussjonijiet u min-naħa l-oħra biex jiffaċilitaw il-missjoni ta’ segwitu ta’ l-Unjoni Ewropea. Tosserva wkoll li ċerti impennji wasslu għall-inizjattivi ta' inkoraġġiment min-naħa tiegħek. Ninnutaw b’mod partikolari li :

Il-Gvern tiegħek wera rieda biex iniedi mill-ġdid id-djalogu politiku mar-rappreżentanti politiċi bl-għan li jerġa’ jiġi rivedut il-qafas elettorali. Iċ-ċerimonja uffiċjali tat-tnehid mill-ġdid tad-djalogu seħħet fil-31 ta’ Awissu 2004 u uffiċju ta’ koordinazzjoni bejn il-partiti twaqqaf biex d-djalogu jiġi ffaċilitat.

Il-Gvern ikkonferma d-deċiżjoni tiegħu li jorganizza elezzjonijiet lokali f'Ġunju 2005 kif ukoll l-intenzjonijiet tiegħu li jsaħħaħ il-proċess ta' deċentralizzazzjoni. L-abbozzi differenti ta' testi leġislattivi li qegħdin jitfasslu, sejrin, meta jasal l-ħin, jiġu diskussi ma’ dawk involuti fil-proċess kif ukoll ma’ dawk li jipprovdu l-fondi.

Il-Gvern ikkonferma d-deċiżjoni tiegħu li jorganizza elezzjonijiet lokali fiż-żmien impost mill-Kostituzzjoni, jiġifieri f'Ġunju 2007. Madankollu, il-Gvern hu lest jeżamina l-possibbiltà li jressaq għal qabel id-data ta’ l-elezzjonijiet jekk l-oppożizzjoni titlob dan u jekk ikun hemm kunsens politiku bejn il-partiti politiċi.

Il-Gvern ħabbar l-iskeda tax-xogħol għal-liberalizzazzjoni tal-frekwenzi radjuteleviżivi.

Il-Gvern ikkonferma l-attivitajiet u l-iskeda tax-xogħol ta’ l-implimentazzjoni fil-qasam tat-tmexxija makro-ekonomika u tar-riformi settorjali.

M’hemmx dubju li dawn l-inizjattivi sejrin iwasslu għal tisħiħ tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fondamentali fil-pajjiż tiegħek. Madankollu, il-parti kbira ta' dawn l-impennji sejrin jiġu implimentati waqt perijodu estiż u se jeħtieġ li jiġi segwit ir-rispett ta' numru ta' impennji maż-żmien. Minbarra dan, il-prinċipji ta’ inkwiet serji jibqgħu jinqalgħu b’mod partikolari fil-qasam tar-restawrazzjoni tad-demokrazija. F’dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea qegħda tistenna li l-miżuri konkreti mniżżla fir-rapport tiegħek tal-progress tal-fażi fuq l-implimentazzjoni tal-memorandum tat-30 ta’ Settembru 2004 u li l-elementi tiegħu ewlenien huma mniżżla hawn isfel, huma meħudha, b’mod partikolari:

It-twaqqif ta’ skeda tax-xogħol u struttura ta’ djalogu nazzjonali kif ukoll il-bidu reali ta’ dan id-djalogu għal rivediment tal-qafas elettorali li jiggarantixxi proċess ta' elezzjonijiet trasparenti u demokratiċi ;

It-tkomplija u l-konsolidazzjoni ta’ l-impenn biex jiġu rrispetati l-liġijiet dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fondamentali li jippermettu b’mod partikolari lill-partiti politiċi li jħaddmu d-drittijiet u l-prerogattivi tagħhom biex jorganizzaw laqgħat, biex jagħmlu dimostrazzjonijiet u biex jiksbu aċċess għax-xandir tar-Radju u t-televixin ta' l-Istat ;

Il-liberalizzazzjoni tal-mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi skond l-iskeda tax-xogħol ippreżentata lill-missjoni ta’ segwitu ta’ l-Unjoni Ewropea f’Ottubru 2004 li tippermetti l-implimentazzjoni tal-mezzi ta’ komunikazzjoni eletronniċi privati qabel l-elezzjonijiet lokali ;

L-organizzazzjoni ta’ l-iskedi tal-vot għall-elezzjonijiet lokali u leġislattivi skond il-qafas elettorali emendat ;

It-tkomplija tal-proċess ta’ deċentralizzazzjoni ;

It-tkomplija ta’ l-attivitajiet li jsaħħu t-tmexxija makro-ekonomika u l-implimentazzjoni tar-riformi settorjali..

Wara l-konsultazzjonijiet, u fid-dawl ta’ l-impennji mwettqa f’dan l-istadju u wara l-miżuri importanti li għad iridu jiġi implimentati, ġie deċiż li jitwaqqfu il-miżuri xierqa li ġejjin taħt l-Artikolu 96(2), subparagrafu c tal-Ftehim Cotonou :

Il-Kooperazzjoni ffinanzjata mis-sitt, seba’ u tmien bilanċ tal-Fondi Ewropew għall-Iżvilupp kif ukoll fuq l-Envelop B tad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp sabiex jippermettu għall-implimentazzjoni tal-programmi li għandhom l-għan itejjbu l-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-popli l-anqas vantaġġjati jew vittimi tal-kriżi politika tas-sotto reġjun ;

Programmi li jippromwovu l-emerġenza u l-emanċipazzjoni tas-soċjetà ċivili (kif ukoll mhux organizzata), ir-rispett u t-tisħiħ tad-demokrazja, tad-drittijiet tal-bniedem u ta’ l-iggvernar tajjeb kif ukoll ta’ l-emerġenza u l-konsolidazzjoni tal-mezzi tal-komunikazzjoni ħielsa jistgħu jiġu appoġjati ;

Il-kontribuzzjonijietr għal proġetti reġjunali sejrin jiġu eżaminati każ b’każ ;

L-azzjonijiet ta’ tip umanitarju, il-kooperazzjoni kummerċjali u l-preferenzi fl-oqsma marbuta mal-kummerċ sejrin jitkomplew ;

Appoġġ għat-tħejjija ta’ l-elezzjonijiet tista’ tingħata, jew fuq is-sitt, seba’ u tmien bilanċ tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp; jew fuq l-Envelop B, la darba l-qafas elettoralli, li jiggarantixxi proċess elettorali transparenti u demokratiku, u aċċetat mill-partiti kollha, ikun stabbiliti ;

L-Envelop A tad-disa’ EDF, imnaqqas b’ammont ta’ €65 miljun skond id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-qafas ta’ eżami ta’ nofs-il mandat, sejjer ikun disponibbli għall-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet sitpulati fil-Programm Indikattiv Nazzjonali la darba l-elezzjonijiet leġislattivi ħielsa u regolari iseħħu.

Eżaminijiet regolari, għandhom jitwettqu mill-Presidenza ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea. L-ewwel wieħed sejjer iseħħ fis-sitt xhur li ġejjin.

L-Unjoni Ewropea ser tkompli ssegwi s-sitwazzjoni fil-Gujana mill-qrib u waqt perijodu ta’ segwitu ta’ sitta u tletin xhar, djalogu politiku msaħħaħ sejjer jitmexxa mal-gvern tiegħek sabiex tiġi stabbilta mill-ġdid id-demokrazija u r-regoli tal-liġi u jitkomplew u jiġu kkonsolidati l-isforzi fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fondamentali.

Dejjem tiegħek,

Għall-Kummissjoni | Għall-Kunsill |

[1] ĠU L 317, tal-15.12.2002, p. 3.

[2] ĠU L 317, tal-15.12.2002, p. 376.

[3] ĠU L […], […], p. […].