52004PC0767

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament ewropew b’konformità ma’ l-Artikolu 251, paragrafu 2, it-tieni inċiż, tat-Trattat tal-KE dwar il- pożizzjoni komuni tal-Kunsill sabiex tiġi adottata direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri dwar iċ-ċinturini tas-sigurtà u tas-sistemi tal-lġim fil-vetturi bil-mutur /* KUMM/2004/0767 finali - COD 2003/0130 */


Brussel 25.1.2005

KUMM(2004) 767 finali

2003/0130 (COD)

.

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

b’konformità ma’ l-Artikolu 251, paragrafu 2, it-tieni inċiż, tat-Trattat tal-KE dwar il- pożizzjoni komuni tal-Kunsill sabiex tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri dwar iċ-ċinturini tas-sigurtà u tas-sistemi tal-lġim fil-vetturi bil-mutur

2003/0130 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

b’konformità ma’ l-Artikolu 251, paragrafu 2, it-tieni inċiż, tat-Trattat tal-KE dwar il- pożizzjoni komuni tal-Kunsill sabiex tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri dwar iċ-ċinturini tas-sigurtà u tas-sistemi tal-lġim fil-vetturi bil-mutur

1- L-ISFOND

Data tat-trasmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (KUMM(2003)363 finali – 2003/0130(COD)): | 20.6.2003. |

Data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 10.12.2003 |

Data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew wara l-ewwel qari: | 17.12.2003 |

Data ta’ l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | 24.1.2005. |

2- GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Il-proposta għad-Direttiva tifforma parti minn ġabra ta’ tliet proposti li l-għan tagħhom huwa li jitwaħħlu b’mod obbligatorju ċ-ċinturini tas-sigurtà fil-vetturi kollha. Dawn il-miżuri jsegwu l-adozzjoni tad-Direttiva 2003/20/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE dwar l-ilbies obbligatorju taċ-ċinturin tas-sigurtà.

Din il-proposta b’mod partikolari taħseb biex timponi t-twaħħil taċ-ċinturini tas-sigurtà approvati, li jkunu adattati għal kull kategorija ta’ vettura.

3- KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI

3.1. Rimarki ġenerali dwar il-pożizzjoni komuni

L-emenda ewlenija li għamel il-Kunsill lill-proposta tal-Kummissjoni hija dwar iċ-ċinturini tas-sigurtà għall-persuni b'diżabilità. Meta tqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ din il-kategorija ta’ passiġġieri, il-Kunsill ħaseb li jixraq li dawn iċ-ċinturini ma jkollhomx jgħaddu mid-dispożizzjonijiet tekniċi kollha mitluba għaċ-ċinturini tas-sigurtà waqt perjodu ta’ tranżizzjoni.

Minkejja dan, il-Kunsill għaraf il-ħtieġa li jkunu armonizzati d-dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti f’dan il-qasam u qabbad lill-Kummissjoni biex tistudja din il-kwistjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tapprova din l-emenda.

3.2. Kummenti dwar l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew wara l-ewwel qari

Meta tqieset l-pożizzjoni li adotta dwar il-projbizzjoni eventwali tas-sits laterali fil-kowċis tat-turisti (ara d-dossier 2003/0128(COD)), il-Parlament ippropona, fil-qafas tas-sistema ta’ l-ilġim ta' dawn is-sits, li jintramaw b'ċinturini li jinqaflu minn żewġ naħat. Il-Kunsill m’aċċettax l-emendi tal-Parlament Ewropew u żamm il-proposta tal-Kummissjoni kif kienet.

Il-Kummissjoni, li kienet stqarret wara l-ewwel qari li ma kinitx se temenda l-proposta tagħha, tappoġġja bis-sħiħ il-pożizzjoni adottata mill-Kunsill.

4 - KONKLUŻJONIJIET

Il-Kummissjoni tipproponi li tarma b’mod obbligatorju l-vetturi kollha b’ċintorini tas-sigurtà sabiex tipprevjeni l-periklu li l-passiġġieri jtiru minn posthom. Sabiex iċ-ċinturini tas-sigurtà jkunu jistgħu joffru l-akbar protezzjoni, iridu jkunu ttestjati skond it-tip tagħhom u jkunu adattati għall-mudelli ta’ sits użati fil-kategoriji differenti ta’ vetturi.

Il-Kunsill approva l-ġabra ta' miżuri maħsuba mill-Kummissjoni iżda ddeċieda li jagħmel id-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċinturini għall-persuni b’diżabilità aktar flessibbli. Minkejja dan, huwa qabbad lill-Kummissjoni tistudja din il-kwistjoni aktar fid-dettall.

Il-Kunsill irrifjuta l-emendi mressqa mill-Parlament Ewropew.

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni tappoġġja bis-sħiħ il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill.