52004PC0720




Brussel 28.10.2004

KUMM(2004) 720 finali

2004/0259 (ACC)

.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

fuq il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim tas-Sħubija u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fl-Artikolu 22, il-paragrafu 1, jipprovdi li l-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar għandu jkun is-suġġett ta’ Ftehim speċifiku fuq arranġamenti kwantitattivi. Il-Ftehim bilaterali li hemm bħalissa bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) u l-Gvern ta’ l-Ukraina fuq il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar li kien skada fil-31 ta’ Diċembru 2001. Wara li kien skada t-Trattat tal-KEFA, il-Komunità Ewropea se tkun ħadet taħt idejha d-drittijiet u r-rabtiet kollha tal-Ftehim internazzjonali li kienu ġew miftiehma mal-KEFA.

Fin-nuqqas ta’ Ftehim, kienu ttieħdu miżuri awtonomi li jiffissaw il-limiti kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar għas-snin 2002, 2003 u 2004.

Madankollu, id-diskussjonijiet preliminari bejn il-Partijiet juru li t-tnejn li huma għandhom l-għan li jilħqu Ftehim ġdid għall-2005 u s-snin ta’ wara.

Skond meta jiġi konkluż u d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim il-ġdid, huma meħtieġa miżuri awtonomi li jkunu jiffissaw il-limiti kwantitattivi għas-sena 2005. Meta wieħed iqis li l-kundizzjonijiet li wasslu għat-twaqqif tal-limiti kwantitattivi għas-sena 2004 baqgħu fis-seħħ, ikun xieraq li jkunu stabbiliti limiti kwantitattivi għas-sena 2005 fuq l-istess livell bħalma ġara għas-sena 2004, iżda waqt li jitqies b’mod sħiħ it-tkabbir ta’ l-UE.

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill se titħassar b’mod awtomatiku meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim il-ġdid.

2004/0259 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

fuq il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-aktar l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Ftehim tas-Sħubija u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-parti waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra[1], fl-Artikolu 22 (1) tiegħu jipprovdi li l-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar għandhom ikunu s-suġġett ta’ Ftehim speċifiku fuq arranġamenti kwantitattivi.

(2) Il-Ftehim bilaterali li kien hemm qabel bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) u l-Gvern ta’ l-Ukraina fuq il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar kien skada fil-31 ta’ Diċembru 2001.

(3) Il-Komunità Ewropea tgħabbiet bir-rabtiet internazzjonali tal-KEFA minn mindu skada t-Trattat tal-KEFA. Issa l-miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ tal-prodotti ta’ l-azzar ma’ pajjiżi terzi jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità fil-qasam tal-politika tal-kummerċ.

(4) Id-diskussjonijiet preliminari bejn il-Partijiet juru li t-tnejn għandhom l-għan li dawn jikkonkludu Ftehim ġdid għall-2005 u s-snin ta’ wara.

(5) Kif appena jiġi ffirmat u jidħol fis-seħħ il-Ftehim il-ġdid, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti kwantitattivi għas-sena 2005.

(6) Meta wieħed iqis li l-kundizzjonijiet li wasslu għall-iffissar tal-limiti kwantitattivi għas-sena 2004 baqgħu fis-seħħ, ikun xieraq li jiġu stabbiliti limiti kwantitattivi għas-sena 2005 fuq l-istess livell bħalma kien ġara għas-sena 2004, iżda waqt li jitqies b’mod sħiħ it-tkabbir ta’ l-UE.

(7) Huwa meħtieġ li jkun hemm il-mezzi biex jitmexxa dan ir-reġim fil-Komunità b’tali mod li titħaffef l-implimentazzjoni tal-Ftehim il-ġdid billi jkunu previsti dispożizzjonijiet simili kemm jista’ jkun possibbli.

(8) Huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-oriġini tal-prodotti in kwistjoni tkun ivverifikata u li għal dan il-għan jitwaqqfu metodi xierqa ta’ kooperazzjoni amministrattiva.

(9) Il-prodotti li jitpoġġew f’żona ħielsa jew li jkunu impurtati taħt arranġamenti li jikkontrollaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar ’il ġewwa (sistema ta’ sospensjoni) m’għandhomx jingħaddu kontra l-limiti stabbiliti għall-prodotti in kwistjoni.

(10) L-applikazzjoni effettiva ta’ din id-Deċiżjoni teħtieġ l-introduzzjoni ta’ kriterju ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni tal-Komunità biex il-prodotti in kwistjoni jkunu jistgħu jiddaħħlu f’ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità.

(11) Biex ikun żgurat li l-limiti kwantitattivi ma jinqabżux, huwa meħtieġ li titwaqqaf proċedura ta’ tmexxija li biha l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membru ma joħorġux liċenzji ta’ l-importazzjoni qabel ma jkollhom konferma minn qabel mill-Kummissjoni li ammonti xierqa jibqgħu disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Din id-Deċiżjoni tgħodd mid-data tad-dħul fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2005 għall-importazzjonijiet tal-prodotti ta’ l-azzar imniżżla fl-Anness I li huma ġejjin mill-Ukraina.

2. Il-prodotti ta’ l-azzar għandhom jiġu kklassifikati fi gruppi tal-prodott kif stabbilit fl-Anness I.

3. l-klassifikazzjoni tal-prodotti mniżżla fl-Anness I għandha tkun ibbażata fuq in-nomenklatura magħquda (MN) stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87[2].

4. L-oriġini tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita skond ir-regoli li hemm fis-seħħ fil-Komunità.

Artikolu 2

1. L-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti ta’ l-azzar imniżżla fl-Anness I li huma ġejjin mill-Ukraina għandha tkun suġġetta għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness V. Ir-rilaxx tal-prodotti stabbiliti fl-Anness I għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità li huma ġejjin mill-Ukraina għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni li tinħareġ mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4.

2. Biex ikun żgurat li l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ma jkunux jeċċedu f’kull żmien il-limiti kwantitattivi sħaħ għal kull grupp tal-prodott, l-awtoritajiet kompetenti mniżżla fl-Anness IV għandhom joħorġu liċenzji ta’ l-importazzjoni biss jekk ikollhom konferma mill-Kummissjoni li jkun għad hemm kwantitajiet disponibbli fil-limiti kwantitattivi għall-grupp tal-prodott rilevanti tal-prodotti ta’ l-azzar fejn għandu x’jaqsam il-pajjiż li jforni, li għal dan l-importatur jew l-importaturi jkunu ssottomettew l-applikazzjonijiet tagħhom lill-awtoritajiet imsemmija.

3. L-importazzjonijiet awtorizzati għandhom ikunu magħduda kontra l-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha l-prodotti jkunu ttieħdu fil-pajjiż li qed jesporta. Il-ġarr tal-prodotti għandu jitqies li jkun seħħ fid-data li fiha dawn ikunu tgħabbew fuq il-mezzi ta’ ġarr ta’ l-esportazzjoni.

Artikolu 3

1. Il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness V m’għandhomx jgħoddu għall-prodotti li jkunu tpoġġew f’żona ħielsa jew f’maħżen ħieles jew li jkunu ġew importati taħt l-arranġamenti li jikkontrollaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew inkella l-ipproċessar ’il ġewwa (sistema ta’ sospensjoni).

2. Fejn il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 wara jiġu rrilaxxati għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa, jew fl-istat mhux mibdul tagħhom jew wara x-xogħol jew l-ipproċessar, l-Artikolu 2 (2) għandu jkun jgħodd u l-prodotti li jiġu rilaxxati għandhom jingħaddu kontra l-limitu kwantitattiv relevanti stabbilit fl-Anness V.

Artikolu 4

1. Għall-għan biex ikun applikat l-Artikolu 2 (2), qabel jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri mniżżla fl-Anness IV għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar l-ammonti tat-talbiet li jkollhom għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni, appoġġjati mil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni oriġinali, li huma jkunu rċevew. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tavża jekk l-ammont(i) meħtieġ(a) ta’ kwantitajiet ikunux disponibbli għall-importazzjoni fl-ordni kronoloġika li fiha din tkun irċeviet l-avviżi ta’ l-Istati Membri (“fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”).

2. It-talbiet inklużi fl-avviżi lill-Kummissjoni għandhom ikunu validi jekk dawn jistabbilixxu b’mod ċar f’kull każ il-pajjiż esportatur, il-kowd tal-prodott ikkonċernat, l-ammonti li għandhom ikunu impurtati, in-numru tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, is-sena tal-kwota u l-Istat Membru li fih il-prodotti huma maħsuba li se jitpoġġew f’ċirkulazzjoni ħielsa.

3. Kemm jista’ jkun possibbli, il-Kummissjoni għandha tikkonferma ma’ l-awtoritajiet l-ammont sħiħ muri fit-talbiet li jkunu ġew innotifikati għal kull grupp ta’ prodotti.

4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom javżaw lill-Kummissjoni minnufih wara li jkunu ġew mgħarrfa dwar kull kwantità li ma tintużax matul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni. Dawn il-kwantitajiet mhux użati għandhom jiġu ttrasferiti b’mod awtomatiku fil-kwantitajiet li jibqa’ tal-limitu kwantitattiv sħiħ tal-Komunità għal kull grupp tal-prodott.

5. In-notifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 fuq għandhom jiġu kkomunikati elettronikament fin- network integrat stabbilit għal dan il-għan, sakemm għal raġunijiet tekniċi ta’ bilfors ma jkunx meħtieġ li temporanjament jintużaw mezzi oħrajn ta’ komunikazzjoni.

6. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu skond l-Artikoli 12 sa 16.

7. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar kull tħassir ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti li jkunu nħarġu diġà, f’każijiet fejn il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni li jikkorrispondu jkunu tneħħew jew ġew ikkanċellati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina. Madankollu, jekk il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ikunu ġew infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina dwar it-tneħħija jew it-tħassir ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni wara li l-prodotti relatati jkunu ġew impurtati fil-Komunità, il-kwantitajiet in kwistjoni għandhom jinqatgħu kontra l-limitu kwantitattiv għas-sena li matulha jkun seħħ il-ġarr tal-prodotti.

Artikolu 5

1. Fejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet li l-prodotti mniżżla fl-Anness I li jkunu ġejjin mill-Ukraina jkunu nġarru, għaddew minn rotot oħra jew ikunu ġew impurtati mod ieħor fil-Komunità bi ksur tal-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 2 u li jkun hemm il-ħtieġa biex isiru l-aġġustamenti meħtieġa, din għandha titlob li jsiru konsultazzjonijiet biex jintlaħaq ftehim fuq l-aġġustament meħtieġ tal-limiti kwantitattivi li jikkorrispondu li għandhom isiru.

2. Kif appena joħroġ ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Ukraina biex tieħu l-miżuri ta’ prekawzjoni meħtieġa biex ikun żgurat li l-aġġustamenti għal-limiti kwantitattivi li jkunu ġew miftiehma wara dawn il-konsultazzjonijiet ikunu jistgħu jitwettqu.

3. Jekk il-Komunità u l-Ukraina ma jaslux għal soluzzjoni sodisfaċenti u jekk il-Kummissjoni tinnota li jkun hemm xhieda ċara ta’ ksur, din għandha tnaqqas mil-limiti kwantitattivi volum ekwivalenti ta’ prodotti li jkunu ġejjin mill-Ukraina.

Artikolu 6

1. Liċenzja ta’ l-esportazzjoni (li għandha tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina) hija meħtieġa għal kull kunsinna ta’ prodotti ta’ l-azzar li tkun suġġetta għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness V sal-livell ta’ dawn il-limiti.

2. L-oriġinal tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tiġi ppreżentata mill-importatur biex tkun tista’ tinħareġ il-liċenzja ta’ l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12.

Artikolu 7

1. Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għal-limiti kwantitattivi għandha tkun konformi mal-kampjun muri fl-Anness II u għandha tiċċertifika, inter alia , li l-kwantità ta’ oġġetti in kwistjoni kienet inqatgħet kontra l-limitu kwantitattiv stabbilit għall-grupp tal-prodott ikkonċernat.

2. Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tkopri biss wieħed mill-gruppi ta’ prodotti mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 8

L-esportazzjonijiet għandhom jinqatgħu kontra l-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha l-prodotti koperti bil-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jkunu nġarru fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2 (3).

Artikolu 9

1. Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 tista’ tinkludi fiha kopji żejda murija sew bħala tali. Dawn għandhom jimtlew bl-Ingliż.

2. Jekk id-dokumenti msemmija fuq jimtlew bl-idejn, l-entrati għandhom ikunu bil-linka u b’ittri kbar.

3. Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom ikollhom qies ta’ 210 x 297 mm. Il-karta għandha tkun bajda tal-kitba, skond il-qies muri fuq, ma jkollhiex polpa mekkanika u tkun tiżen inqas minn 25 g/m². Fl-isfond ta’ kull parti għandu jkun hemm stampat ix-xbieha ta’ guilloche . Dan għandu jirrendi kwalunkwe falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi viżibbli għall-għajn.

4. Skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni l-oriġinal biss għandu jkun aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità bħala validi għall-importazzjoni.

5. Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew dokument ekwivalenti għandu jkollu fuqu numru tas-serje standardizzat, kemm jekk ikun stampat jew le, li bih dan ikun jista’ jiġi identifikat mill-ewwel.

6. Dan in-numru għandu jkun magħmul mill-elementi li ġejjin:

- żewġ ittri li jkunu juru l-pajjiż li qed jesporta, kif ġej: UA = Ukraina

- żewġ ittri li jkunu juru l-Istat Membru tad-destinazzjoni maħsuba, kif ġej:

BE = Il-Belġju

CZ = Ir-Repubblika Ċeka

DK = Id-Danimarka

DE = Il-Ġermanja

EE = L-Estonja

EL = Il-Greċja

ES = Spanja

FR = Franza

IE = L-Irlanda

IT = L-Italja

CY = Ċipru

LV = Il-Latvja

LT = Il-Litwanja

LU = Il-Lussemburgu

HU = L-Ungerija

MT = Malta

NL = L-Olanda

AT = L-Awstrija

PL = Il-Polonja

PT = Il-Portugall

SI = Is-Slovenja

SK = Is-Slovakkja

FI = Il-Finlandja

SE = L-Isvezja

GB = Ir-Renju Unit,

- numru b’figura waħda li jkun juri s-sena tal-kwota li tikkorrispondi għall-aħħar figura fis-sena in kwistjoni, eż ‘4’ għas-sena 2004;

- numru b’żewġ figuri li jkun juri l-uffiċċju li jkun qed joħroġ il-liċenzji fil-pajjiż li jesporta;

- numru b’ħames figuri bejn 00001 sa 99999 li jiġi allokat għall-Istat Membru speċifiku tad-destinazzjoni.

Artikolu 10

Il-liċenzja ta’ l-esportazjoni tista’ tinħareġ wara l-ġarr tal-prodotti li magħhom din ikollha x’taqsam. F’dawn il-każijiet dawn għandhom ikollhom il-konferma “maħruġa retrospettivament”.

Artikolu 11

F’każ li liċenzja ta’ l-esportazzjoni tinsteraq, tintilef jew tinqered, l-esportatur jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet id-dokument biex jakkwista kopja dupplikata. Din għandha ssir fuq il-bażi tad-dokumenti ta’ l-esportazzjoni li dan ikollu fil-pussess tiegħu. Il-liċenzja dupplikata li tinħareġ b’dan il-mod għandu jkollha fuqha l-konferma “dupplikata”.

Il-kopja ddupplikata għandu jkollha fuqha d-data tal-liċenzja oriġinali.

Artikolu 12

1. Safejn skond l-Artikolu 4 il-Kummissjoni tkun ikkonfermat li l-ammont meħtieġ ikun disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzja ta’ l-importazzjoni f’mhux aktar minn ħames t’ijiem ta’ xogħol wara li l-importatur ikun ippreżenta l-oriġinal tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni li tikkorrispondi. Din il-preżentazzjoni għandha ssir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena wara dik li fiha l-oġġetti koperti bil-liċenzja jkunu nġarru. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru, irrispettivament mill-Istat Membru muri fuq il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, sakemm il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 4, tkun ikkonfermat li l-ammont meħtieġ ikun disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni.

2. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba’ xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom. Fuq raġuni mmotivata kif suppost mill-importatur, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jwessgħu l-perjodu tal-validità għal perjodu ieħor li ma jkunx jeċċedi l-erba’ xhur.

3. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jitfasslu fil-mudell stabbilit fl-Anness III u għandhom ikunu validi fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.

4. Id-dikjarazzjoni jew it-talba li tkun saret mill-importatur biex jikseb il-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandu jkun fiha:

(a) l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ l-esportatur;

(b) l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ l-importatur;

(ċ) id-deskrizzjoni eżatta ta’ l-oġġetti u l-kowd(s) TARIC;

(d) il-pajjiż ta’ l-oriġini ta’ l-oġġetti;

(e) il-pajjiż tal-kunsinna;

(f) il-grupp tal-prodott xieraq u l-kwantità għall-prodotti in kwistjoni;

(ġ) il-piż nett skond l-intestatura TARIC;

(g) il-valur cif tal-prodotti fil-fruntieri tal-Komunità skond l-intestatura TARIC;

(għ) jekk il-prodotti kkonċernati humiex ta’ sekonda kwalità jew inkella ta’ kwalità inferjuri;

(h) fejn xieraq, id-dati tal-ħlas u t-twassil u kopja tal-polza tat-tagħbija u tal-kuntratt tax-xiri;

(ħ) id-data u n-numru tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni;

(i) kull kowd intern użat għal għanijiet amminstrattivi;

(ie) id-data u l-firma ta’ l-importatur.

5. L-importaturi mhumiex obbligati li jimportaw il-kwantità sħiħa koperta minn liċenzja ta’ l-importazzjoni f’kunsinna waħda.

Artikolu 13

Il-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri għandha tiddependi mill-validità tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u l-kwantitajiet murija fil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina, li fuq il-bażi ta’ dawn ikunu nħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni.

Artikolu 14

Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri skond l-Artikolu 2 (2) u bla diskriminazzjoni lejn kull importatur fil-Komunità, ikun fejn ikun il-post ta’ l-istabbiliment tiegħu fil-Komunità, u mingħajr preġudizzju għall-konformità ma’ kundizzjonijiet oħrajn meħtieġa taħt ir-regoli preżenti.

Artikolu 15

1. Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kwantitajiet totali koperti bil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-Ukraina għal grupp partikolari tal-prodott ikunu ferm aktar mil-limitu kwantitattiv stabbilit għal dak il-grupp tal-prodott, l-awtoritajiet kompetenti li joħorġu l-liċenzji fl-Istati Membri għandhom ikunu mgħarrfa minnufih biex jieqfu milli joħorġu aktar liċenzji ta’ l-importazzjoni. Fdan il-każ, il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew mill-ewwel mill-Kummissjoni.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom jirrifjutaw milli joħorġu aktar liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti li jkunu ġejjin mill-Ukraina li ma jkunux koperti bil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 6 sa 11.

Artikolu 16

1. Il-formoli li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni muri fl-Anness III.

2. Il-formoli tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-estratti tagħhom għandhom ikunu f’kopji dupplikati, kopja minnhom immarkata “Kopja tal-pussessur” u jkollha n-numru 1 u tingħata lill-applikant, u l-oħra mmarkata “Kopja għall-awtorità tal-ħruġ” li jkollha fuqha n-numru 2, li din għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Għal għanijiet amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu kopji addizzjonali għall-formola 2.

3. Il-formoli għandhom ikunu stampati fuq karta bajda li tkun ħielsa minn kull polpa mekkanika, tajba għall-kitba u li tkun tiżen bejn 55 u 65 g/m². Il-qies tagħhom għandu jkun 210 x 297 mm; l-ispazju tat-tipa bejn il-linji għandu jkun 4,24 mm(sitta minn wieħed ta’ pulzier); il-format tal-formoli għandu jkun segwit b’mod preċiż. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hija l-liċenzja nfisha, għandu jkollha fl-isfond tagħha xbieha ta’ guilloche ta’ lewn aħmar li tirrendi kull falsifikazzjoni li tista’ ssir b’mezzi mekkaniċi jew kimikali viżibbli għall-għajn.

4. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu jiġu stampati minn stampaturi li jintgħażlu mill-Istat Membru li fih dawn ikunu stabbiliti. Fil-każ ta’ l-aħħar, ir-referenza għall-għażla mill-Istat Membru għandha tkun tidher fuq kull formola. Kull formola għandu jkollha fuqha l-identifikazzjoni ta’ l-isem u l-indirizz ta’ l-istampatur jew marka li biha jkun jista’ jingħaraf l-istampatur.

5. Meta jinħarġu, il-liċenzji ta’ l-importazzjoni jew l-estratti għandhom jingħataw numru ta’ ħruġ li jkun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru. In-numru tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandu jkun avżat lill-Kummissjoni b’mod elettroniku fin- network integrat stabbilit taħt l-Artikolu 4.

6. Il-liċenzji u l-estratti għandhom jimtlew fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, ta’ l-Istat Membru tal-ħruġ.

7. Fil-kaxxa 10 l-awtoritajiet kompetenti għandhom juru l-grupp tal-prodott ta’ l-azzar xieraq.

8. Il-marki ta’ l-aġenziji tal-ħruġ u ta’ l-awtoritajiet tad-debitu għandhom ikunu applikati bl-użu ta’ timbru. Madankollu, pressa ibbuzzata magħquda ma’ ittri jew figuri miksuba b’perforazzjoni, jew l-istampar fuq il-liċenzja jista’ jintuża minflok it-timbru ta’ l-awtorità tal-ħruġ. L-awtoritajiet tal-ħruġ għandhom jużaw kwalunkwe metodu ta’ kontra l-qerq biex il-kwantità allokata tiġi rreġistrata b’tali mod li jkun impossibbli li jitniżżlu figuri jew referenzi oħrajn.

9. Il-parti ta’ wara tal-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2 għandu jkollha kaxxa li fiha jitniżżlu l-kwantitajiet, jew mill-awtoritajiet tad-dwana meta jkunu tlestew il-formalitajiet ta’ l-importazzjoni, jew mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti meta jinħareġ estratt. Jekk l-ispazju maħsub għad-debiti fuq liċenzja jew estratt tagħha ma jkunx biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jehmżu paġni ta’ estensjoni oħrajn li jkollhom fuqhom kaxxi li jkunu jixbhu lil dawk li jkun hemm fuq in-naħa ta’ wara tal-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2 tal-liċenzja jew l-estratt. L-awtoritajiet tad-debitu għandhom jittimbraw b’tali mod li nofs il-marka tat-timbru tkun fuq il-liċenzja jew l-estratt tagħha u n-nofs l-ieħor fuq il-paġna ta’ estensjoni. Jekk ikun hemm aktar minn paġna waħda ta’ estensjoni, marka oħra ta’ timbru għandha titpoġġa bl-istess mod f’kull paġna u fil-paġna ta’ qabel.

10. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-estratti li jinħarġu, u t-tagħrif u l-konfermi li jitniżżlu fihom, mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru għandu jkollhom l-istess effett legali f’kull Stat Membru bħad-dokumenti maħruġa, u l-entrati u l-konfermi li jkunu saru mill-awtoritajiet ta’ dawn l-Istati Membri.

11. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, fejn ikun indispensabbli, jitolbu biex il-kontenut tal-liċenzji jew l-estratti jiġu maqluba fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 17

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Din għandha tkun tgħodd mill-1 ta’ Jannar 2005.

Magħmula fi Brussel, […]

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

+++++ TABLE +++++

+++++ TABLE +++++

ANNESS II

LIĊENZJA TA’ L-ESPORTAZZJONI

+++++ TABLE +++++

LIĊENZJA TA’ L-ESPORTAZZJONI

+++++ TABLE +++++

ANNESS III

Liċenzja ta’ l-Importazzjoni tal-Komunità Ewropea

+++++ TABLE +++++

+++++ TABLE +++++

LIĊENZJA TA’ L-IMPORTAZZJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA

+++++ TABLE +++++

+++++ TABLE +++++

ANNESS IV

LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ

LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI

ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

LISTE DES AUTORITES NATIONALES COMPETENTES

ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITA NAZIONALI

VALSTU KOMPETENTO IESTAŽU SARAKSTS

ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS

AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA

LISTA TA' L-AWTORITAJIET KOMPETENTI NAZZJONALI

LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES

LISTA WLAŒCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH

LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV

SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV

LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER

+++++ TABLE +++++

ANNESS V

LIMITI KWANTITATTIVI

(tunnellati)

+++++ TABLE +++++

[1] ĠU L 49, id-19.2.1998, p.3

[2] ĠU L 256, is-7.9.1987 p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2344/2003 (ĠU L 346 , il-31.12.2003 p. 38)