52004PC0638

Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda, għad-disgħa u għoxrin darba, id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (sustanzi klassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni – k/m/r) /* KUMM/2004/0638 finali - COD 2004/0225 */


Brussel, 07.10.2004

KUM(2004) 638 final

2004/0225 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda, għad-disgħa u għoxrin darba, id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (sustanzi klassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni – k/m/r)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. INTRODUZZJONI U KUNTEST

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/60/KE li temenda għall-erbatax-il darba id-Direttiva 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet[1] perikolużi introduċiet lista ta’ sustanzi klassifikati bħala kategorija 1 jew 2 karċinoġeni, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (k/m/r) fl-Appendiċi ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE. Din tistipula fil-punti 29, 30 u 31 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE li dawn is-sustanzi ma jistgħux jintużaw f’sustanzi jew preparazzjoijiet imqiegħda fis-suq għall-bejgħ għall-pubbliku ġenerali. Dawn huma sustanzi li kienu ġew imniżżla bħala karċinoġeni, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (k/m/r) fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi[2]. L-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE huwa aġġornat regolarment permezz ta’ adattamenti għall-progress tekniku.

Id-Direttiva 94/60/KE tipprovdi wkoll li l-Kummissjoni ser tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ adattament għall-progress tekniku ta’ l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE, proposta għal Direttiva li tirregola is-sustanzi ġodda klassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni fil-kategoriji 1 u 2, sabiex ikun aġġornat l-Appendiċi ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE tad-29 ta’ April 2004 li tadatta għall-progress tekniku għad-disgħa u għoxrin darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE[3], u b’mod partikolari l-Anness I tagħha, inkludiet 146 daħla li fihom sustanzi klassifikati ġodda bħala karċinoġeni kategorija 1, 21 daħla li fihom sustanzi klassifikati ġodda bħala karċinoġeni kategorija 2, 152 daħla li fihom sustanzi klassifikati ġodda bħala mutaġeniċi kategorija 2, u 24 daħla li fihom sustanzi klassifikati ġodda bħala tossiċi għar-riproduzzjoni kategorija 2 fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE. Huwa propost li l-Appendiċi ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE jkun aġġornat sabiex jirregola dawn is-sustanzi klassifikati ġodda fil-qafas tad-Direttiva 67/548/KEE.

Dan id-disgħa u għoxrin emendament ser jinkludi 346-il daħla li fihom sustanzi klassifikati ġodda jew klassifikati mill-ġdid taħt id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE fl-Appendiċi ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE. Madanakollu, fost dawn it-346 daħla, 304 fihom sustanzi li kienu diġà suġġetti għal restrizzjoni tal-bejgħ għall-pubbliku ġenerali minħabba klassifikazzjoni bikrija bħala k/m/r sustanzi tal-kategorija 1 jew 2. Għaldaqstant, 42 biss minn dawn id-daħliet huma dwar sustanzi li ser ikunu suġġetti għall-ewwel darba għal restrizzjoni tal-bejgħ għall-pubbliku ġenerali prevista fil-punti 29, 30 u 31 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE.

Fost il-146 daħla li fihom sustanzi klassifikati ġodda bħala karċinoġeni kategorija 1, 145 ikopru sustanzi li kienu diġà klassifikati bħala karċinoġeni kategorija 2. Għaldaqstant, il-lista dwar karċinoġeni kategorija 2 trid tkun emendata.

Barra minn hekk, numru ta’ daħliet fl-Appendiċi ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE iridu jkunu emendati biex il-kontenut tal-kolonna intitolata “Noti” jkun aġġornat. Dan l-aġġornament jirrigwarda erbgħa daħliet relatati ma’ sustanzi klassifikati bħala karċinoġeni kategorija 1, 36 daħla relatati ma’ sustanzi klassifikati bħala karċinoġeni kategorija 2, sitt daħliet relatati ma’ sustanzi klassifikati sustanzi klassifikati bħala mutaġeniċi kategoija 2, żewġ daħliet relatati ma’ sustanzi klassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni kategorija 1 u tliet daħliet relatati ma’ sustanzi klassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni kategorija 2.

2. ĠUSTIFIKAZZJONI GĦALL-PROPOSTA U KONSIDERAZZJONIJIET TA’ SUSSIDJARJETÀ

X’inhuma l-għanijiet tal-proposta fir-rigward ta’ l--obbligi tal-Komunità?

Fil-qafas għall-azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw pjan ta’ azzjoni biex jikkumbatti l-kanċer (Deċiżjoni Nru 646/1996/KE[4] u Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE[5]). F’dan il-kuntest, il-Komunità hija impenjata li tippromwovi u ttejjeb is-saħħa, tieħu passi kontra l-mard, u tieħu passi kontra theddid potenzjali għas-saħħa, bil-għan li tonqos il-mortalità evitabbli u l-mortalità prematura u diżabilità li tnaqqas l-attività. Minħabba l-fatt li l-użu minn konsumaturi ta’ sustanzi klassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1 jew 2 ma jistgħux ikunu ikkontrollati, is-sigurtà tista’ tkun assigurata biss billi jkunu rregolati dawn is-sustanzi permezz ta’ restrizzjonijiet fuq it-tqiegħid fis-suq ta’ sustanzi u preparazzjonijiet li fihom sustanzi k/m/r.

Wara l-addozzjoni tad-Direttiva 94/60/KE il-Kummissjoni hi mistiedna tipproponi direttivi li jirrestrinġu l-użu mill-pubbliku ġenerali tas-sustanzi klassifikati ġodda bħala k/m/r kategoriji 1 jew 2.

L-għan tal-proposta huwa li jiġi mħares is-Suq Intern. Meta l-Istati Membri jadottaw dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrestrinġu l-marketing u l-użu ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, inklużi sustanzi u preparazzjonijiet k/m/r, ser ikun hemm ostakli għall-kummerċ minħabba differenzi fil-leġislazzjoni bejn Stati Membri. L-għan ta’ din il-proposta huwa jitjiebu l-kondizzjonijiet għall-funzjonament tas-Suq Intern għall-benefiċċju tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi.

Dawn l-inizjattivi jirriżultaw minn kompetenza esklussiva tal-Komunità jew minn kompetenza mqassma?

L-azzjoni biex jiġi mħares is-Suq Intern għal sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Din il-kompetenza kienet stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE.

X’inhuma l-metodi ta’ azzjoni disponibbli għall-Komunità?

L-uniku metodu ta’ azzjoni disponibbli huwa li titressaq proposta għall-emenda tad-Direttiva 76/769/KEE, id-disgħa u għoxrin emenda, li tipprovdi għall-armonizzazzjoni ta’ regoli li jirregolaw l-użu ta’ sustanzi klassifikati bħala k/m/r kategoriji 1 jew 2 billi jkun restritt it-tqegħid fis-suq għall-bejgħ għall-pubbliku ġenerali ta’ sustanzi jew preparazzjonijiet li fihom dawn is-sustanzi k/m/r.

Huma neċessarji regoli uniformi? Mhux biżżejjed li jkunu stabbiliti għanijiet biex ikunu implimentati mill-Istati Membri?

Id-disgħa u għoxrin emenda proposta tistabbilixxi regoli uniformi għall-użu ta’ sustanzi klassifikati ġodda bħala k/m/r kategorija 1 jew 2 billi jkun restritt it-tqegħid fis-suq għall-bejgħ għall-pubbliku ġenerali ta’ sustanzi jew preparazzjonijiet li fihom dawn is-sustanzi k/m/r. Din għalhekk tiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u sigurtà tal-konsumaturi. Id-disgħa u għoxrin emenda proposta huma l-uniku mezz sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet. L-għanijiet biss m’humiex biżżejjed.

3. IL-LOĠIKA TAL-PROPOSTA

Id-disgħa u għoxrin emenda proposta ser tirregola s-sustanzi klassifikati ġodda jew klassifikati mill-ġdid bħala k/m/r kategorija 1 jew kategorija 2 fid-disgħa u għoxrin adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva 67/548/KEE billi jiddaħħlu fl-Appendiċi ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE sabiex ikun restritt l-użu tagħhom f’sustanzi u preparazzjonijiet mqiegħda fis-suq għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali.

4. SPEJJEŻ U VANTAĠĠI

4.1. Spejjeż

Rigward is-sustanzi klassifikati ġodda bħala karċinoġeni, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1 jew 2 fid-disgħa u għoxrin adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva 67/548/KEE, l-ispejjeż huma stmati li jkunu baxxi minħabba l-użu limitat ta’ dawk is-sustanzi mill-pubbliku ġenerali. Skond l-informazzjoni disponibbli, numru kbir ta’ dawn is-sustanzi klassifikati ġodda bħala k/m/r huma wżati bħala materja prima, intermedji ta’ sinteżi organika jew għal applikazzjonijiet professjonali speċifiċi.

Barra minn hekk, il-parti l-kbira tas-sustanzi mniżżlin fid-disgħa u għoxrin emenda proposta kienu diġà suġġetti għal restrizzjoni mill-bejgħ lill-pubbliku ġenerali minħabba l-klassifikazzjoni li kellhom bħala sustanza k/m/r tal-kategorija 1 jew 2 u huma suġġetti biss għal riklassifikazzjoni jew ingħataw notamenti ġodda. Fil-prattika, 42 biss mit-346 daħla li fihom sustanzi klassifikati ġodda ser jirrelataw mas-sustanzi li ser ikunu suġġetti għal restrizzjonijiet ġodda fuq il-bejgħ lill-pubbliku ġenerali.

Il-proposta hija effettiva taħt il-profil ta’ ġestjoni u ta’ spejjeż minħabba li ser tiżgura li s-saħħa tal-konsumatur hija protetta b’mod iktar effettiv mingħajr ma jkun hemm impatt sostanzjali f’termini ekonomiċi u f’termini ta’ telf ta’ impjiegi, peress li l-użu ta’ dawn is-sustanzi perikolużi mill-pubbliku ġenerali huwa limitat.

4.2. Benefiċċji

Rigward it-42 daħla li fihom sustanzi klassifikati ġodda bħala karċinoġeni, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni, ir-restrizzjoni fuq il-bejgħ lill-pubbliku ġenerali proposta ser tiżgura li s-sustanzi klassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategoriji 1 u 2 m’humiex użati f’sustanzi u preparazzjonijiet imqiegħda fis-suq għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali. Il-benefiċċju tal-proposta huwa l-livell għola ta’ protezzjoni lill-konsumaturi.

5. PROPORZJONALITÀ

Id-Direttiva 94/60/KEE tipprovdi li l-proposta mill-Kummissjoni għal Direttiva li tirregola s-sustanzi klassifikati ġodda bħala karċinoġeni, mutaġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni fil-kategoriji 1 u 2 ser tieħu in konsiderazzjoni r-riskji u l-vantaġġi tas-sustanzi klassifikati ġodda kif ukoll id-dispożizzjonijiet leġislattivi tal-Komunità fuq l-analiżi tar-riskji.

Fl-elaborazzjoni ta’ din il-proposta, il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni disponibbli kollha dwar l-użi ta’ dawn is-sustanzi sabiex issib il-bilanċ xieraq. F’dan il-kuntest, għandu jiġi mfakkar li l-parti l-kbira ta’ dawn is-sustanzi kienu diġà suġġetti għal restrizzjoni fuq il-bejgħ lill-pubbliku ġenerali minħabba l-klassifikazzjoni li kellhom bħala sustanza k/m/r tal-kategorija 1 jew 2 u qed jiġu biss suġġetti għal klassifikazzjoni mill-ġdid jew ingħataw annotamenti ġodda. Għaldaqstant, il-proposta preżenti ma għandha l-ebda impatt.

Rigward is-sustanzi li jifdal (li jinstabu fi 42 mit-364 daħla) li ma kienux suġġetti diġà għal restrizzjoni fuq l-użu f’sustanzi u preparazzjonijiet imqiegħda fis-suq għall-bejgħ stabbiliti fil-punti 29, 30 u 31 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE, skond l-informazzjoni disponibbli u r-riżultat tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati, jidher li numru kbir minn dawn is-sustanzi huma wżati bħala materja prima, intermedji ta’ sinteżi organika jew għal applikazzjonijiet u preparazzjonijiet professjonali speċifiċi mqiegħeda fis-suq għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali u li ma hemmx bżonn ta’ deroga speċifika fil-proposta preżenti.

Għaldaqstant, id-disgħa u għoxrin emenda ġġib benefiċċji f’termini ta’ protezzjoni tas-saħħa umana u l-ambjent. Dawn ser jintlaħqu bi spiża żgħira.

6. KONSULTAZZJONIJIET LI SARU FIL-PREPARAZZJONIJIET TA’ L-ABBOZZ TAD-DISGĦA U GĦOXRIN EMENDA

Numru ta’ organizzazzjonijiet ġew ikkonsultati, inter alia is-CEFIC (Il-Kunsill ta’ l-Industrija Kimika Ewropea), il-CONCAWE (Konservazzjoni ta’ l-arja u l-ilmijiet nodfa fl-Ewropa), l-Eurometaux (Assoċjazzjoni Ewropea tal-metalli) u l-BLIC (Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-industrija tal-gomma) kif ukoll l-organizzazzjoni tal-Konsumaturi Ewropea (BEUC). L-esperti mill-Istati Membri kienu kkonsultati fil-15 ta’ Lulju 2004.

7. KONFORMITÀ MAT-TRATTAT

Din il-proposta hija intiża biex tippreserva s-Suq Intern u fl-istess waqt tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi u ta’ l-ambjent u għalhekk hija konformi ma’ l-Artikolu 95(3) tat-Trattat.

8. IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI

Skond l-Artikolu 95 tat-Trattat, il-proċedura ta’ kodeċiżjoni mal-Parlament Ewropew hija applikabbli. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jiġi ikkonsultat.

2004/0225 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda, għad-disgħa u għoxrin darba, id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (sustanzi klassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni – k/m/r)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[6],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7],

B’ħidma skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[8],

Billi:

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva jaqgħu taħt il-qafas tal-pjan ta’ azzjoni adottat bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tadotta programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008)[9]. Skond din id-deċiżjoni il-Komunità hija kommessa li tippromwovi u ttejjeb is-saħħa, tipprevjeni l-mard, u tikkumbatti perikli potenzjali għas-saħħa, bil-għan li tnaqqas il-mortalità evitabbli u l-mortalità prematura u d-diżabbiltà li tnaqqas l-attività.

Is-sustanzi li jidhru fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi[10] u huma klassifikati bħala karċinoġeni kategorija 1 jew 2 jistgħu jikkawżaw il-kanċer. Is-sustanzi li jidhru fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE u huma klassifikati bħala mutaġeniċi kategorija 1 jew 2 jistgħu jikkawżaw danni ġenetiċi li jintirtu. Is-sustanzi li jidhru fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE u huma klassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni kategorija 1 jew 2 jistgħu jikkawżaw difetti fit-twelid jew jagħmlu l-ħsara lill-fertilità.

Sabiex tkun imtejba l-protezzjoni tas-saħħa umana u s-sigurtà tal-konsumatur, l-użu ta’ sustanzi klassifikati ġodda bħala karċinoġeni, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1 jew 2 għandu jkun irregolat u t-tqegħid fis-suq tas-sustanzi u l-preparazzjonijiet li fihom dawn is-sustanzi għandhom ikunu suġġetti għal restrizzjoni fuq il-bejgħ lill-pubbliku ġenerali.

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi[11] tistabbilixxi restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, bil-għan, fost l-oħrajn, li ttejjeb il-protezzjoni tas-saħħa umana u s-sigurtà tal-konsumatur.

Id-Direttiva 94/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1994 li temenda għall-14 ’il darba id-Direttiva 76/769/KEE[12] tistabbilixxi, fil-forma ta’ l-appendiċi ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE, lista li fiha sustanzi klassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1 jew 2. Dawn is-sustanzi u preparazzjonijiet li jikkontjenuhom għandhom ikunu suġġetti għal restrizzjoni mill-bejgħ lill-pubbliku ġenerali.

Id-Direttiva 94/60/KE tistabbilixxi li l-Kummissjoni ser tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea ta’ adattament għall-progress tekniku ta’ l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE, li fih sustanzi klassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni fil-kategorija 1 jew 2, proposta għal Direttiva li tirregola dawn is-sustanzi klassifikati ġodda, sabiex ikun aġġornat l-Appendiċi ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE. Din il-proposta tal-Kummissjoni ser tieħu in konsiderazzjoni r-riskji u l-vantaġġi tas-sustanzi klassifikati ġodda kif ukoll id-dispożizzjonijiet leġislattivi Komunitarji dwar l-analiżi tar-riskji.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE tad-29 ta’ April 2004 li tadatta għall-progress tekniku għad-disgħa u għoxrin darba d-Direttiva tal-Kummissjoni 67/548/KEE[13], u b’mod partikolari l-Anness I tagħha, tinkludi 146 daħla li fihom sustanzi klassifikati ġodda bħala karċinoġeni kategorija 1, 21 daħla li fihom sustanzi klassifikati ġodda bħala karċinoġeni kategorija 2, 152 daħla li fihom sustanzi klassifikati ġodda bħala mutaġeniċi kategorija 2 u 24 daħla li fihom sustanzi klassifikati ġodda bħala tossiċi għar-riproduzzjoni kategorija 2.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE temenda wkoll in-noti dwar l-identifikazzjoni, il-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar għal erbgħa sustanzi klassifikati bħala karċinoġeni kategorija 1, 36 daħla li fihom sustanzi klassifikati bħala karċinoġeni kategorija 2, sitt daħliet li fihom sustanzi klassifikati bħala mutaġeniċi kategorija 2, żewġ daħliet li fihom sustanzi klassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni kategorija 1 u tliet daħliet li fihom sustanzi klassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni kategorija 2. Il-listi fl-Appendiċi ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE għandhom b’hekk ikunu emendati.

Ir-riskji u l-vantaġġi tas-sustanzi klassifikati ġodda, permezz tad-Direttiva 2004/73/KE, bħala karċinoġeni, mutaġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1 jew 2 ittieħdu in konsiderazzjoni, b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu mas-sustanzi li ma kinux għadhom suġġetti għal restrizzjoni mill-użu f’sustanzi u preparazzjonijiet imqiegħda fis-suq għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali (permezz ta’ klassifikazzjoni li kellhom qabel). Din l-analiżi ikkonkludiet li dawn is-sustanzi klassifikati ġodda jistgħu jiġu inklużi fl-Appendiċi ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE.

Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni Komunitarja li tistabbilixxi ħtiġijiet minimi għall-protezzjoni ta’ ħaddiema li jinstabu fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol[14], u Direttivi individwali ibbażati fuq dan, b’mod partikolari id-Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1990 dwar il-protezzjon ta’ ħaddiema mir-riskji relatati ma’ l-espożizzjoni għall-karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol[15].

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Appendiċi ta’ l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE hija b’dan emendata kif stabbilit fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa[[16]] l-iktar tard, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-[[17]]

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-[…] jum wara l-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Parlamt Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […] ANNESS

1. L-intestatura “Noti” tal-Prefazzjoni hija emendata kif ġej:

(a) In-noti li ġejjin huma mdaħħlin:

“Nota A:

L-isem tas-sustanza jrid jidher fuq it-tikketta fil-forma ta’ waħda mid-denominazzjonijiet mogħtija fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE (ara l-Artikolu 23(2)(a)).

Fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE, xi kultant hija użata deskrizzjoni ġenerali bħal ‘…komposti’ jew ‘…imluħ’. F’dan il-każ, il-fabbrikant jew kull persuna oħra li tqiegħed fis-suq din is-sustanza hi meħtieġa tiddikjara fuq it-tikketta l-isem korrett, wara li jittieħed in konsiderazzjoni il-kapitolu intitolat ‘Nomenklatura’ tal-Prefazju.

Id-Direttiva 67/548/KEE teħtieġ ukoll li s-simboli, indikazzjonijiet ta’ periklu, frażijiet R- u S- li jkunu wżati għal kull sustanza jkunu dawk li jidhru fl-Anness I (Artikolu 23(2)(ċ), (d) u (e)).

Għal sustanzi li jappartjenu għall - grupp ta’ sustanzi partikolari inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE, is-simboli, indikazzjonijiet ta’ periklu, frażijiet R- u S- li għandhom jintużaw għal kull sustanza huma dawk murija fid-daħla xierqa fl-Anness I.

Għal sustanzi li japprtjenu f’iktar minn grupp ta’ sustanzi wieħed inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE, is-simboli, indikazzjonijiet ta’ periklu, frażijiet R- u S- li għandhom jintużaw għal kull sustanza għandhom ikunu dawk li jidhru fiż-żewġ daħliet xierqa mogħtija fl-Anness I. F’każijiet fejn żewġ klassifiki differenti huma mogħtija f’żewġ daħliet għall-istess periklu, għandha tintuża l-klassifika li tirrifletti l-iktar periklu gravi.”

“Nota D:

Ċerti sustanzi li huma suxxettibbli għal polimerizzazzjoni jew dekompożizzjoni spontanja huma ġeneralment imqiegħda fis-suq f’forma stabbilizzata. Din hi fil-forma mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE.

Madanakollu, dawn is-sustanzi huma xi kultant imqiegħda fis-suq f’forma mhux stabbilizzata. F’dan il-każ, il-fabbrikant jew il-persuna li tqiegħed din is-sustanza fis-suq trid tiddikjara fuq it-tikketta l-isem tas-sustanza segwita bil-kliem ‘mhux stabbilizzata’.”

“Nota E:

Sustanzi b’effetti speċifiċi fuq is-saħħa umana (ara l-kapitolu 4 ta’ l-Anness VI tad-Direttiva 67/548/KEE) li huma klassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeniċi u/jew tossiċi għar-riproduzzjoni fil-kategoriji 1 jew 2 huma attribwiti in-Nota E jekk huma klassifikati wkoll bħala tossiċi ħafna(T+), tossiċi (T) jew perikolużi (Xn). Għal dawn is-sustanzi, il-frażijiet ta’ riskju R20, R21, R22, R23, R24, R25, R26, R27, R28, R39, R68 (perikoluż), R48 u R65 huma kollha kombinazzjonijiet ta’ dawn il-frażijiet ta’ riskju għandhom ikunu preċeduti bil-kliem ‘Kif Ukoll’.”

“Nota H:

Il-klassifikazzjoni u t-tikketta murija għal din is-sustanza tapplika għall-propjetà(jiet) perikolużi indikati mill-frażi(jiet) ta’ riskju flimkien mal-kategorija/i ta’ periklu indikat. L-obbligi ta’ l-artikolu 6 tad-Direttiva 67/548/KEE fuq il-fabbrikanti, distributuri, u importaturi ta’ din is-sustanza japplikaw għall-aspetti l-oħrajn kollha tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar. It-tikketta finali għandha tirrispetta l-obbligi tas-sezzjoni 7 ta’ l-Anness VI tad-Direttiva 67/548/KEE.

Din in-nota tapplika għal ċerti sustanzi derivati mill-faħam u żejt u għal ċerti daħliet għal gruppi ta’ sustanzi fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE.”

“Nota S:

Din is-sustanza taf ma tirrikjedix tikketta skond l-Artikolu 23 tad-Direttiva 67/548/KEE (ara s-sezzjoni 8 ta’ l-Anness VI).”

(b) Nota K hija mibdula bit-test li ġej:

“Nota K:

Il-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni jew mutaġeniċi ma għandhiex tapplika jekk jista’ jkun indikat li s-sustanza fiha inqas minn 0.1% w/w 1,3-butadiene (Einecs Nru 203-450-8). Jekk is-sustanza mhix klassifikata bħala karċinoġena jew mutaġenika, ta’ l-inqas il-frażijiet S (2-)9-16 għandhom japplikaw. Din in-nota tapplika għal ċerti sustanzi kumplessi derivati miż-żejt fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE.” 2. Il-lista taħt l-intestatura “Punt 29 – Karċinoġeni: kategorija 1” hi emendata kif ġej:

(a) Id-daħliet li ġejjin huma mdaħħlin:

+++++ TABLE +++++

(b) Id-daħliet bin-numri ta’ l-indiċi 024-001-00-0, 601-020-00-8, 612-022-00-3 u 612-042-00-2 huma mibdula b’dawn li ġejjin:

+++++ TABLE +++++

3. Il-lista taħt l-intestatura “Punt 29 - Karċinoġeni: kategorija 2” hi emendata kif ġej:

(a) Id-daħliet li ġejjin huma miżjuda:

+++++ TABLE +++++

(b) Id-daħliet bin-numri ta’ l-indiċi 007-008-00-3, 007-013-00-0, 016-023-00-4, 024-002-00-6, 024-003-00-1, 024-004-00-7, 024-004-01-4, 027-004-00-5, 027-005-00-0, 048-002-00-0, 048-006-00-2, 048-008-00-3, 048-009-00-9, 602-010-00-6, 602-073-00-X, 603-063-00-8, 605-020-00-9, 608-003-00-4, 609-007-00-9, 609-049-00-8, 611-001-00-6, 611-063-00-4, 612-035-00-4, 612-051-00-1, 612-077-00-3, 613-033-00-6, 648-043-00-X, 648-080-00-1, 648-100-00-9, 648-102-00-X, 648-138-00-6, 649-001-00-3, 649-002-00-9, 649-003-00-4, 649-004-00-X, 649-005-00-5 u 649-006-00-0 huma mibdula b’dawn li ġejjin:

+++++ TABLE +++++

(c) Fid-daħla bin-numru ta’ l-indiċi 611-063-00-4, in-numru “164058-22-4” hu inkluż fil-kolonna intestata “Numru CAS”.

d) Id-daħliet bin-numri ta’ l-indiċi 649-062-00-6, 649-063-00-1, 649-064-00-7, 649-065-00-2, 649-066-00-8, 649-067-00-3, 649-068-00-9, 649-069-00-4, 649-070-00-X, 649-071-00-5, 649-072-00-0, 649-073-00-6, 649-074-00-1, 649-075-00-7, 649-076-00-2, 649-077-00-8, 649-078-00-3, 649-079-00-9, 649-080-00-4, 649-081-00-X, 649-082-00-5, 649-083-00-0, 649-084-00-6, 649-085-00-1, 649-086-00-7, 649-087-00-2, 649-089-00-3, 649-090-00-9, 649-091-00-4, 649-092-00-X, 649-093-00-5, 649-094-00-0, 649-095-00-6, 649-096-00-1, 649-097-00-7, 649-098-00-2, 649-099-00-8, 649-100-00-1, 649-101-00-7, 649-102-00-2, 649-103-00-8, 649-104-00-3, 649-105-00-9, 649-106-00-4, 649-107-00-X, 649-108-00-5, 649-109-00-0, 649-110-00-6, 649-111-00-1, 649-112-00-7, 649-113-00-2, 649-114-00-8, 649-115-00-3, 649-116-00-9, 649-117-00-4, 649-120-00-0, 649-121-00-6, 649-122-00-1, 649-123-00-7, 649-124-00-2, 649-125-00-8, 649-126-00-3, 649-127-00-9, 649-128-00-4, 649-129-00-X, 649-130-00-5, 649-131-00-0, 649-132-00-6, 649-133-00-1, 649-134-00-7, 649-135-00-2, 649-136-00-8, 649-137-00-3, 649-138-00-9, 649-139-00-4, 649-140-00-X, 649-141-00-5, 649-142-00-0, 649-143-00-6, 649-144-00-1, 649-145-00-7, 649-146-00-2, 649-147-00-8, 649-148-00-3, 649-149-00-9, 649-150-00-4, 649-151-0-X, 649-152-00-5, 649-153-00-0, 649-154-00-6, 649-155-00-1, 649-156-00-7, 649-157-00-2, 649-158-00-8, 649-159-00-3, 649-160-00-9, 649-161-00-4, 649-162-00-X, 649-163-00-5, 649-164-00-0, 649-165-00-6, 649-166-00-1, 649-167-00-7, 649-168-00-2, 649-169-00-8, 649-170-00-3, 649-171-00-9, 649-172-00-4, 649-173-00-X, 649-174-00-5, 649-177-00-1, 649-178-00-7, 649-179-00-2, 649-180-00-8, 649-181-00-3, 649-182-00-9, 649-183-00-4, 649-184-00-X, 649-185-00-5, 649-186-00-0, 649-187-00-6, 649-188-00-1, 649-189-00-7, 649-190-00-2, 649-191-00-8, 649-193-00-9, 649-194-00-4, 649-195-00-X, 649-196-00-5, 649-197-00-0, 649-198-00-6, 649-199-00-1, 649-199 -00-5, 649-200-00-5, 649-201-00-0, 649-202-00-6, 649-203-00-1, 649-204-00-7, 649-205-00-2, 649-206-00-8, 649-207-00-3, 649-208-00-9, 649-209-00-4 u 649-210-00-X huma mħassra. 4. Il-lista taħt l-intestatura “Punt 30 - Mutaġeniċi: kategorija 2” hi emendata kif ġej:

(a) Id-daħliet li ġejjin huma inseriti:

+++++ TABLE +++++

(b) Id-daħliet bin-numri ta’ l-indiċi 024-002-00-6, 024-003-00-1, 024-004-00-7, 024-004-01-4, 048-006-00-2 u 048-008-00-3 huma mibdula b’dawn li ġejjin:

+++++ TABLE +++++

5. Fil-lista taħt l-intestatura “Punt 31 - Tossiċi għar-riproduzzjoni: kategorija 1”, id-daħliet bin-numri ta’ l-indiċi 082-001-00-6 u 082-002-00-1 huma mibdula b’dawn li ġejjin:

+++++ TABLE +++++

6. Il-lista taħt l-intestatura “Punt 31 - Tossiċi għar-riproduzzjoni: kategorija 2” hija emendata kif ġej:

(a) Id-daħliet li ġejjin huma inseriti:

+++++ TABLE +++++

(b) Id-daħliet bin-numri ta’ l-indiċi 048-006-00-2, 048-008-00-3 u 603-063-00-8 huma mibdula b’dawn li ġejjin:

+++++ TABLE +++++

[1] ĠU L 365, 31.12.1994, pġ. 1.

[2] ĠU L 196, 16.8.1967, pġ. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE(ĠU L 152, 30.4.2004, pġ. 1).

[3] ĠU L 152, 30.04.2004, pġ. 1.

[4] Deċiżjoni Nru 646/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 1996 li taddotta pjan ta’ azzjoni biex jikkumbatti l-kanċer fil-qafas għall-azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika (1996 sal-2000) (ĠU L 95, 16.4.1996, p. 9), kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 521/2001/KE (ĠU L 79, 17.3.2001, pġ. 1), li estendiet il-pjan ta’ azzjoni sal-aħħar tal-2002.

[5] Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li taddotta programm ta’ azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (ĠU L 271, 9.10.2002, pġ. 1).

[6] ĠU C […], […], pġ. […].

[7] ĠU C […], […], pġ. […].

[8] ĠU C […], […], pġ. […].

[9] ĠU L 271, 9.10.2002, pġ. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 786/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, pġ. 7).

[10] ĠU L 196, 16.8.1967, pġ. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE(ĠU L 152, 30.4.2004, pġ. 1).

[11] ĠU L 262, 27.9.1976, pġ. 201.

[12] ĠU L 365, 31.12.1994, pġ. 1.

[13] ĠU L 152, 30.4.2004, pġ. 1.

[14] ĠU L 183, 29.6.1989, pġ. 1.

[15] ĠU L 196, 26.7.1990, pġ. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 1999/38/KE (ĠU L 138, 1.6.1999, pġ. 66).

[16] [12 xahar wara d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]

[17] [18-il xahar wara d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]