52004PC0513

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 1469/2002/KEFA dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mir-Repubblika tal-Każakstan /* KUMM/2004/0513 finali - ACC 2004/0174 */


Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 1469/2002/KEFA dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mir-Repubblika tal-Każakstan

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Gvern tar-Repubblika tal-Każakstan laħqu ftehim fit-22 ta' Lulju 2002 dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta'l-azzar.

L-Artikolu 2 paragrafu 6 tal-Ftehim jistipula li f' każ li l-pajjiżi kandidati għas-sħubija fl-UE jissieħbu qabel it-tmiem ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet jiftiehmu li jikkunsidraw iż-żjieda ta' limiti kwantitattivi stipulati f'Anness II". Konsegwentement, il-Partijiet ftehmu li jiżdiedu l-limiti kwantitattivi u ġie ffirmat mill-Partijiet ftehim ġdid li jinkludi dawn iż-żidiet.

Din il-proposta għar-Regolament tal-Kunsill tipprovdi għall-implimentazzjoni ta' leġislazzjoni meħtieġa għall-Ftehim il-ġdid.

2004/0174 (ACC)

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 1469/2002/KEFA dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mir-Repubblika tal-Każakstan

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

[1] ĠU C [.], [.], p. [.].

Billi:

(1) Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Kooperazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Każakstan, min-naħa l-oħra [2], daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999.

[2] ĠU L 196, tat-28.7.1999, p.3

(2) L-Artikolu 17(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Kooperazzjoni jipprovdi li l-kummerċ fi prodotti tal-Komunità Ekonomika tal-Faħam u l-Azzar (minn hawn 'il quddiem imsejħa 'KEFA') ser jiġi ggvernat mit-Titolu III ta' dak il-Ftehim, ħlief għall-Artikolu 11 tiegħu, u mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim fuq arranġamenti kwantitattivi li jikkonċernaw l-iskambju ta' prodotti tal-KEFA.

(3) Fit-22 ta' Lulju 2002 il-KEFA u l-Gvern tar-Repubblika tal-Każakstan ikkonkluda dan il-Ftehim dwar kummerċ għal ċertu prodotti ta' l-azzar [3] (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim'), approvat f'isem il-KEFA mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/654/KEFA [4].

[3] ĠU L 222, tad-19.8.2002, p. 20

[4] ĠU L 222, tad-19.8.2002, p. 19

(4) It-Trattat tal-KEFA ntemm fit-23 ta' Lulju 2002 u l-Komunità Ewropea ħadet id-drittijiet u l-obbligi kkostitwiti mill-Komunità Ekonomika tal-Faħam u l-Azzar.

(5) Il-Partijiet ftehmu li skond l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim irid ikun komplut u li d-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Partijiet taħt dan għandhom jinżammu wara li dan jintemm.

(6) Il-Partijiet daħlu f' konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 2(6) tal-Ftehim u ftehmu li jżidu l-limiti kwantitattivi li msemmija hemm sabiex jieħdu in konsiderazzjoni t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea. Iż-żidiet kienu s-suġġett ta' ftehim ġdid li daħal fis-seħħ fil-jum ta' l-iffirmar tiegħu [5].

[5] Ara paġna ...ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 1469/2002/ECSC tat-8 ta' Lulju 2002 dwar il-ġestjoni ta' ċerti restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mir-Repubblika tal-Każakstan [6] li għandhom jiġu emendat kif meħtieġ,

[6] ĠU L 222, tad-19.8.2002, p. 1

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness IV tad-Deċiżjoni Nru 1469/2002/KEFA, il-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena 2004 huma sostitwiti mil-limiti kwantitattivi li jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-jum l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

LIMITI KWANTITATTIVI

Kejl: tunnellati

Prodotti // 2004

//

SA. Prodotti ċatti //

//

SA1. Kojls // 55 228

//

SA1a. Kojls għar-re-rolling // 5 500

//

SA2. Heavy plate // 852

//

SA3. Prodotti ċatti oħra // 80 082

//

//