Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 kif emendat l-aħħar b'Regolament (KE) Nru 235/2004 li jimponi dazji definittivi kontra d-dumpin fuq l-importazzjoni ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr is-sinjal ta' fejn jitwaħħlu ('seamless') tal-ħadid jew a' l-azzar li mhuwiex liga ('non-alloy') li joriġinaw, inter alia, mir-Russja u mir-Rumanija /* KUMM/2004/0440 finali */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 kif emendat l-aħħar b'Regolament (KE) Nru 235/2004 li jimponi dazji definittivi kontra d-dumpin fuq l-importazzjoni ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr is-sinjal ta' fejn jitwaħħlu ('seamless') tal-ħadid jew a' l-azzar li mhuwiex liga ('non-alloy') li joriġinaw, inter alia, mir-Russja u mir-Rumanija (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI F'Novembru ta' l-2002, il-Kummissjoni ppubblikat avviż dwar il-bidu ta' reviżjoni interim u ta' skadenza tal-miżuri kontra d-dumping applikabbli għall-importazzjoni ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr is-sinjal ta' fejn jitwaħħlu ('seamless'), tal-ħadid jew ta' l-azzar li mhuwiex liga ('non-alloy') li joriġinaw fil-Polonja, fir-Russja, fir-Repubblika Ċeka, fir-Rumanija u fir-Repubblika Slovakka, imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97. Fl-1 ta' Mejju 2004 l-Unjoni Ewropea tkabbret biex tinkludi għaxar Stati Membri ġodda. Minn din id-data il-miżuri kontra d-dumping, infurzati fil-Komunità ta' 15-il Stat Membru kienu awtomatikament estiżi biex jiġu applikati ukoll mill-Istati Membri l-ġodda għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Il-miżuri u l-investigazzjonijiet li kienu għaddejjin kontra l-Istati Membri ġodda waqgħu awtomatikament fl-istess data. Fil-każ tar-reviżjonijiet hawn fuq imsemmija il-miżuri u l-investigazzjoni waqgħu fil-każ tal-Polonja, tar-Repubblika Ċeka u tar-Repubblika Slovakka. Bħala riżultat, wara l-1 ta' Mejju 2004, il-miżuri se japplikaw biss għar-Russja u r-Rumanija. Ir-reviżjonijiet interim u ta' iskadenza jibqgħu għaddejjin fil-każ tar-Russja u tar-Rumanija. Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/382/KE (id-"Deċiżjoni tal-Kompetizzjoni"), ippubblikata f'Ġunju 2003, diversi produtturi tal-Komunità ġew immultati għall-involviment tagħhom f'żewġ każijiet ta' ksur tad-disposizzjonijiet ta' Artikolu 81 (1) tat-Trattat tal-KE. Wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kompetizzjoni, l-impatt u l-konsegwenzi possibbli ta' din l-imġiba anti-kompettitiva fuq il-miżuri kontra d-dumping fis-seħħ ġew eżaminati. Minħabba xi affarijiet komuni fl-iskop tal-prodott, il-kumpaniji involuti u l-perjodu taż-żmien taż-żewġ proċedimenti instabu. Għalhekk, ma jistax jiġi kkonfermat b'ċertezza li l-kundizzjonijiet tas-suq kumplessivi kienu se jkunu l-istess fin-nuqqas ta' din l-imġiba anti-kompettitiva.. Bħala konsegwenza ta' l-istħarriġ ta' l-impatt tad-Deċiżjoni tal-Kompetizzjoni fuq-miżuri eżistenti kontra d-dumping, qiegħed jiġi propost li l-miżuri stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 ma jiġux aktar applikati sakemm joħrog l-eżitu tar-reviżjonijiet interim u ta' iskadenza li għadhom għaddejjin. Huwa meqjus xieraq li jitkomplew l-investigazzjonijiet ta' reviżjoni li għaddejjin bħalissa bbażati fuq perjodu ta' żmien li ma jkun bl-ebda mod affettwat mill-imġiba anti-kompettitiva imsemmija fuq. Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 kif emendat l-aħħar b'Regolament (KE) Nru 235/2004 li jimponi dazji definittivi kontra d-dumpin fuq l-importazzjoni ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr is-sinjal ta' fejn jitwaħħlu ('seamless') tal-ħadid jew a' l-azzar li mhuwiex liga ('non-alloy') li joriġinaw, inter alia, mir-Russja u mir-Rumanija IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni ta' prodotti dumped (dumped) minn pajjiżi li m'humiex membri tal-Komunità Ewropea (ir-'Regolament bażiku') [1], b'mod partikolari l-Artikoli 9, 11 (2) u (3) tiegħu, [1] ĠU L 56,tas-6.ta' Marzu .1996, p.1, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, tat-13.ta' Marzu.2004, p.12). Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv [2], [2] GU C [...] tat [...], p. [...] Billi: A. Proċedura 1. Miżuri fis-seħħ (1) Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 [3], il-Kunsill impona definittivament dazji kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta' certi pajpijiet u tubi mingħajr is-sinjal ta' fejn jitwaħħlu ('seamless'), tal-ħadid jew azzar li mhuwiex liga ('non-alloy'), li joriġinaw mill-Ungerija, mill-Polonja, mir-Russja, mir-Repubblika Ċeka, mir-Rumanija u mir-Repubblika Slovakka. Ir-Regolament kien emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 190/2000 [4] u sussegwentement bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 235/2004 [5]. Garanziji offruti minn produtturi li jesportaw fl-Ungerija, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka kienu aċċettati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/790/KE [6] u garanziji offruti minn produtturi li jesportaw fir-Russja kienu aċċettati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/70/KE [7]. [3] ĠU L 322, tal-25.ta' Novembru.1997, p.1. [4] ĠU L 23, tat-28ta' Jannar.2000, p. 1. [5] ĠU L 40, tat-12 ta' Frar.2004, p.11. [6] ĠU L 322, tal-25 ta' Novembru.1997, p. 63. [7] ĠU L 23, tat- 28 ta' Jannar.2000, p. 78. (2) Fl-1 ta' Mejju 2004 l-Unjoni Ewropea tkabbret biex tinkludi għaxar Stati Membri ġodda. Minn din id-data il-miżuri kontra d-dumping, infurzati fil-Komunità ta' 15-il Stat Membru kienu awtomatikament estiżi biex jiġu applikati ukoll mill-Istati Membri l-ġodda għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Miżuri kontra l-Istati Membri l-ġodda waqgħu awtomatikament fl-istess ġurnata. (3) Il-miżuri li hemm preżentement fis-seħħ japplikaw għall-importazzjoni li toriġina mir-Russja (obbligu kontra d-dumping ta' 26,8 % u tliet garanziji ta' prezzijiet) u fir-Rumanija (obbligi kontra d-dumping li jvarjaw minn 9,8 għal 38,2 % u erba' garanziji ta' prezzijiet). 2. Reviżjonijiet interim u ta' skadenza (4) Fit-23 ta' November 2002, il-Kummissjoni ppublikat avviż tal-bidu ta' reviżjoni interim u ta' skadenza dwar miżuri kontra d-dumping applikkabbli għall-importazzjoni ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr is-sinjal ta' fejn jitwaħħlu ('seamless'), tal- ħadid jew ta' l-azzar li mhuwiex liga ('non-alloy') li joriġinaw mil-Polonja, mir-Russja, mir-Repubblika Ċeka , mir-Rumanija u mir-Repubblika Slovakka [8]. [8] ĠU C 288, tat-23 ta' Novembru.2002, p. 2. (5) Ir-Reviżjoni ntalbet mill-Kumitat għad-Difiża ta' l-industrija tat-tubi ta' l-azzar mingħajr is-sinjal ta' fejn jitwaħħlu ('seamless') ta' l-Unjoni Ewropea f'isem il-produtturi li jirrapreżentaw proporzjon kbir tal-produzzjoni Komunitarja totali ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr is-sinjal ta' fejn jitwaħħlu ('seamless'), tal-ħadid jew ta' l-azzar li mhuwiex liga ('non-alloy') . (6) It-talba għar-reviżjoni ta' skadenza hija bbażata fuq l-allegazzjoni li d-dumping qed ikompli u jirrepeti ruħu bi ħsara għall-industrija Komunitarja. It-talba għar-reviżjoni interim hija bbażata fuq il-fatt li l-forma u l-livell tal-miżuri m'humiex biżżejjed biex ixekklu d-dumping li qiegħed jikkawża l-ħsara. (7) L-investigazzjonijiet ta' reviżjoni għadhom għaddejjin fir-rigward tar-Russja u tar-Rumanija. 3.Il-prodott ikkonċernat (8) Il-kategoriji tal-prodotti koperti mir-reviżjonijiet interim u ta' skadenza (Artikolu 11 (2) u (3) tar-Regolament bażiku) huma l-istess bħal dawk li hemm fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97, i.e. (9) (10) (a) Pajpijiet mingħajr is-sinjal ta' fejn jitwaħħlu ('seamless'), tal-ħadid jew ta' l-azzar li mhuwiex liga ('non-alloy'), ta' kwalità użata għall-pajpijiet taż-żejt u l-gass, ta' diametru estern li ma jaqbiżx l-406,4 mm; (11) (12) (b) Tubi mingħajr is-sinjal ta' fejn jitwaħħlu ('seamless') bi cross-section ċirkulari tal-ħadid jew azzar li mhuwiex liga ('non-alloy'), cold-drawn jew cold-rolled, għajr tubi ta' preċiżjoni; (13) (14) (c) Tubi oħra ta' cross-section ċirkulari, tal-ħadid jew azzar li mhuwiex liga ('non-alloy') , minbarra threaded jew threadable, ta' diametru estern li ma jaqbiżx l- 406,4 mm (15) (16) ("il-prodott konċernat") preżentement ikklassifikat fil-kodiċi NM ex 7304 10 10, ex 7304 10 30, 7304 31 99, 7304 39 91 u 7304 39 93. Dawn il-kodiċi NMhuma mogħtija biss bħala informazzjoni. B. Evalwazzjoni tar-relazzjoni bejn id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/382/EC u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 1. Proċediment dwar l-imġiba kompetittiva taħt Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE (17) Fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/382/KE (id-"Deċiżjoni tal-Kompetizzjoni"), datata minn Diċembru 1999, ippubblikata fis-6 ta' Ġunju 2003 [9], diversi produtturi tal-Komunità kienu mmultati għall-involviment f'żewġ każijiet ta' ksur tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 81 (1) tat-Trattat tal-KE. [9] ĠU L 140, tas-6 ta' Ġunju.2003, p. 1. (18) Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kompetizzjoni, fil-bidu kien ikkunsidrat li r-rabta potenzjali mar-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 2320/97, jekk kien hemm, ma kinitx tali li tirrikjedi li jerġa' jkun hemm stħarriġ tas-sejbiet ta' dan ir-Regolament. Mankollu, wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kompetizzjoni, wieħed mill-partijiet interessati qajjem il-kwistjoni ta' l-impatt possibbli minħabba l-imġiba anti-kompettitiva fuq il-miżuri ta' kontra d-dumping li hemm fis-seħħ, u ġiet ipprovduta aktar informazzjoni rigward kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sejbiet dwar il-ħsara u l-kawżazzjoni tar-Regolament tal- Kunsill (KE) Nru 2320/97. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jeżamina jekk id-Deċiżjoni tal-Kompetizzjoni għandhiex ikollha xi konsegwenza fuq il-miżuri kontra d-dumping li hemm digà fis-seħħ. 2. Il-prodott ikkonċernat mid-Deċiżjoni tal-Kompetizzjoni (19) Il-prodotti kkonċernati suġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kompetizzjoni huma pajpijiet utubi mingħajr is-sinjal ta' fejn jitwaħħlu ('seamless') tal-karbon-azzar, partikolarment dawk użati fl-industrija taż-żejt u l-gass. Dawn jinkludu żewġ kategoriji maġġuri, i.e. pajpijiet użati għall-project line biex iġorru żejt u gass għal distanzi medji w qosra ("LP") fuq naħa waħda u pajpijiet u tubi borehole, magħrufin bħalal oil country tubular goods ("OCTG pajpijiet u tubi") fuq in-naħa l-oħra. Filwaqt li LP huma kklassifikati fil-kodiċi NM ex 7304 10, 'il-pajpijiet u tubi OCTG' huma kklassifikati fil-kodiċi NM 7304 21. (20) L-iskop tal-prodott ta' l-investigazzjoni ta' kontra d-dumping huwa usa' mill-prodotti kkonċernati suġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kompetizzjoni. Madankollu, paragun juri jidher li l-kategoriji ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7304 10 10 u kodiċi NM ex 7304 10 30, i.e. line pipe ta' l-għamla użati għall-pipelines taż-żejt u l-gass b'diametru estern li ma jaqbiżx l-406,4 mm jidher li jkun affettwat kemm mill-investigazzjoni kontra d-dumping kif ukoll mill-ksur tal-kompetizzjoni, anke jekk din tapplika biss għall-parti limitata tas-suq tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat. 3. Il-produtturi kkonċernati (21) Fl-investigazzjoni kontra d-dumping għaxar produtturi tal-Komunità kkooperaw, li jirrapreżenta aktar minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott suġġett għall-investigazzjoni. Tlieta mill-għaxar kumpaniji kienu wkoll involuti fil-ksur ta' l-Artikolu 81 (1) tat-Trattat tal-KE. 4. Ksur waqt il-perjodu ta' l-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat (22) Il-perjodu ta' l-istħarriġ tad-dumping u l-ħsarat dam mill-1 ta' Settembru1995 sal-31 ta'Awwissu 1996 ("il-perjodu ta' l-investigazzjoni") filwaqt li l-istħarriġ relevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsarat fl-investigazzjoni ta' kontra d-dumping kien għal perjodu minn Jannar 1992 sa l-aħħar tal-perjodu investigattiv, i.e. 31 t'Awissu 1996 ("perjodu kkunsidrat"). (23) Kien hemm żewġ każi ksur tar-Regolament waqt il-perjodu ta' l-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat. (24) (25) (a) Fil-kartell UE-il-Ġappun, il-produtturi kkonċernati kisru d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 81 (1) tat-Trattat tal-KE billi pparteċipaw flimkien ma' produtturi oħrajn fi ftehim li jipprovdi, inter alia, għall-ħarsien tas-swieq domestiċi rispettivi tagħhom għal pajpijiet u tubi standard threaded mingħajr is-sinjal ta' fejn jitwaħħlu ('seamless') " OCTG" u "LP". Il-ksur baqa' sejjer mill-1990 sa l-1995, għalkemm ma jistax ikun ippruvat b'ċertezza meta waqfu eżatt l-operazzjonijiet fl-1995. (26) (27) (b) F'kartell Ewropew parallel il-produtturi kisru d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 81 (1) tat-Trattat tal-KE billi kkonkludew, fil-kuntest ta' l-imġiba anti-kompettitiva imsemmija taħt reċitazzjoni 15(a), kuntratti li rriżultaw fit-tqassim tal-kunsinni "pajpijiet u tubi OCTG" plain end. Dan il-ksur dam mill-1991 sal- 1999 u mill- 1993 sal- 1997 għal wieħed mill-produtturi nvolut fl-investigazzjoni ta' kontra d-dumping. (28) Il-ksur imsemmi taħt reċitazzjoni 15(b) ma jaffetwax direttament l-investigazzjoni ta' kontra d-dumping minħabba li l-prodott ikkonċernat jaqa' taħt Kodiċi NM 7304 21, i.e. barra l-iskop ta' l-investigazzjoni ta' kontra d-dumping. (29) Fir-rigward tal-ksur imsemmi taħt reċitazzjoni 15(a) il-perjodu komuni fiż-żmien bejn il-perjodu ta' l-investigazzjoni tal-proċediment ta' kontra d-dumping u l-operazzjoni tal-kartell UE-il-Ġappun jibda jgħodd mill-1 ta' Settembru 1995 sal-31 ta' Diċembru 1995. Fir-rigward tal-perjodu kkunsidrat il-perjodu komuni huwa minn Jannar 1992 sal- 31 ta' Diċembru 1995. 5. Analiżi (30) Kif intqal hawn fuq, hemm element komuni parzjali bejn il-proċediment ta' kontra d-dumping u s-seħħ ta' l-imġiba anti-kompettitiva. Il-prodott suġġett għall-imġiba anti-kompettitiva jaqa' parzjalment fl-iskop tal-prodott ta' l-investigazzjoni ta' kontra d-dumping (reċitazzjoni 12). Il-perjodu ta' l-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat fil-proċediment ta' kontra d-dumping u l-perjodu li fih instab il-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, jikkorrispondu f'parti minnhom. (reċitazzjoni 17). Fl-aħħar, parti mill-produtturi tal-Komunità involuti fl-imġiba anti-kompettitiva kienu wkoll jagħmlu parti mill-industrija tal-Komunita' kif definita fil-proċediment ta' kontra d-dumping. (reċitazzjoni 13). (31) Jekk wieħed iqis l-elementi koumni fl-iskop tal-prodott, il-kumpaniji involuti u li l-perjodu ta' żmien taż-żewġ proċedimenti huwa biss parzjali, instab li l-impatt ta' din l-imġiba anti-kompettitiva affetwat f'termini limitati l-investigazzjoni ta' kontra d-dumping li fuqha ġew ibbażati l-obbligi definittivi imposti fl-1997. Barra minn hekk, meta jiġi eskluż it-tagħrif dwar il-kumpaniji li nstabu li kienu kisru l-Artikolu 81 (1) tat-Trattat tal-KE, ir-riżultati jidhru li se jibqgħu komparabbli ma' dawk ikkalkulati fuq il-bażi tat-tagħrif ta' l-għaxar produtturi tal-Komunità li kkoperaw, li jinkludu dawk li qed jipparteċipaw fl-imġiba anti-kompettitiva hawn fuq imsemmija, i.e. dumping offensiv xorta jibqa' jeżisti. Għalhekk, ma jistax ikun li l-aġir anti-kompettitiv tal-produtturi tal-Komunità ħalla xi impatt materjali fuq is-sejbiet oriġinali ta' l-investigazzjoni ta' kontra d-dumping. Madankollu, ma jistax ikun ikkonfermat b'ċertezza jekk il-kundizzjonijiet tas-suq globali kienux ikunu l-istess fin-nuqqas ta' dan l-imġiba anti-kompettitiva. 6. Konklużjoni (32) In vista ta' dak li ntqal hawn fuq, huwa meqjus xieraq li ma jkunux applikati aktar il-miżuri stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97. Dan jaqbel mal-prinċipji ta' amministrazzjoni soda u prassi amministrattiva tajba. Barra minn hekk, għandu jkun innotat li fil-kuntest tar-reviżjonijiet interim u ta' skadenza li għadhom għaddejjin, sejbiet ġodda għandhom ikunu disponibbli fil-futur qarib biex jippermettu evalwazzjoni għall-futur abbażi ta' tagħrif ċar mhux affetwat mill-imġiba anti-kompettitiva. Sakemm ir-reviżjonijiet li għaddejin jintemmu, id-dazji m'għandhomx jinġabru aktar. Jagħmel sens ukoll minn dak li ntqal hawn fuq li l-garanziji li huma preżentement fis-seħħ ma jiġux aktar applikati sakemm ikun hemm ir-riżultati tar-reviżjonijiet interim u dawk ma' l-iskadenza. (33) Il-partijiet interessati kienu mgħarrfa bl-intenzjoni li ma japplikawx il-miżuri stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97. Huma ingħataw ukoll perjodu li fih jistgħu jagħmlu ir-rappreżentazzjonijiet sussugwenti għal dan il-kxif ta' tagħrif. (34) L-argumenti verbali u miktuba sottomessi mill-partijiet tqiesu u fejn kien xieraq, ġew ikkunsidrati. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 235/2004 huwa hawnhekk emendat kif ġej: Wara l-Artikolu 7 jiddaħħal Artikolu Nru 8 ġdid: Artikolu 8 L-Artikoli 1 sa l-Artikolu 3 ma jkunux applikati aktar. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' L-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, [...] Għall-Kunsilll Il-Presiden