52004DC0711

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-iżvilupp fil-futur ta’ l-Inizjattiva ta’ l-UE għall-Enerġija u l-modalitajiet għall-istabbiliment ta’ Faċilità għall-Enerġija għall-pajjiżi ACP /* KUMM/2004/0711 finali */


Brussel 26.10.2004

KUMM(2004) 711 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-iżvilupp fil-futur ta’ l-Inizjattiva ta’ l-UE għall-Enerġija u l-modalitajiet għall-istabbiliment ta’ Faċilità għall-Enerġija għall-pajjiżi ACP

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-iżvilupp fil-futur ta’ l-Inizjattiva ta’ l-UE għall-Enerġija u l-modalitajiet għall-istabbiliment ta’ Faċilità għall-Enerġija għall-pajjiżi ACP

1. INTRODUZZJONI

L-enerġija hija kritika għall-attività kollha tal-bniedem, u l-aċċess għal servizzi moderni ta’ l-enerġija huwa prerekwiżit għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku. Madankollu, fid-dinja ta’ llum l-aċċess għall-enerġija m’huwiex mqassam b’mod indaqs u imparzjali.

Filwaqt li l-pajjiżi ta’ l-OECD, li jirrappreżentaw 70% tal-konsum globali ta’ l-enerġija, naqqsu l-vulnerabbiltà tagħhom għall-iskossi fl-enerġija, il-pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw huma iktar u iktar esposti. Ġeneralment huma jiddependu iktar fuq iż-żejt importat u jużaw id-doppju taż-żejt għal kull unità ta’ produzzjoni ekonomika. Barra minn hekk, il-bidliet fil-prezz ta’ l-enerġija għandhom impatt iktar qawwi fuq l-ekonomiji tagħhom minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja fraġli tagħhom. Fl-aħħar, l-aċċess għal servizzi moderni ta’ l-enerġija huwa spiss limitat għall-ibliet u ċ-ċentri industrijali. L-aċċess limitat għal servizzi ta’ l-enerġija ta’ kwalità għolja, u ta’ min joqgħod fuqhom huwa barriera qawwija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-fqar. B’żieda ma’ dan, tniġġis ta’ l-arja minn sorsi tradizzjonali ta’ l-enerġija u standards ta’ installazzjonijiet moderni ta’ enerġija fqar jaffettwaw b’mod partikulari s-saħħa ta’ l-ifqar.

B’rikonoxximent ta’ l-importanza tat-titjib fl-aċċess għall-enerġija għall-fqar, l-UE bdiet l-Inizjattiva ta’ l-UE għall-Enerġija għall-eradikazzjoni tal-povertà u għall-iżvilupp sostenibbli (EUEI) fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (WSSD). L-għan ta’ l-EUEI huwa li tikkontribwixxi għall-kisba tal-Miri tal-Millenju għall-Iżvilupp (MDGs) billi tipprovdi servizzi ta’ l-enerġija sostenibbli, adegwati, u mhux għaljin, lill-fqar. Il-proprjetà minn benefiċjarji hija kritika għas-suċċess.

L-EUEI hija sforz konġunt tal-Kummissjoni u ta’ l-Istati Membri u toħloq sinerġiji bejn il-politika u l-attivitajiet għall-iżvilupp rispettivi tagħhom. Hija implimentata permezz tad-djalogu u sħubiji speċifiċi ma’ pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, inkluża l-koperazzjoni mas-soċjetà ċivili, is-settur privat u l-istituzzjonijiet finanzjarji. L-EUEI għamlet progress minn Johannesburg ’l hawn. Il-konferenza ta’ l-EUEI “Enerġija għall-Afrika”, li saret f’Nairobi f’Novembru tas-sena 2003, ikkontribwixxiet għall-proprjetà Afrikana filwaqt li ddelinjat il-prijoritajiet prinċipali. Id-djalogu mal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw kixef il-bżonn għall-UE li tinvesti b’mod konsiderevoli iktar riżorsi f’dan il-qasam.

L-għan ta’ din il-komunikazzjoni huwa li tispjega kif l-EUEI tista’ ssir iktar operazzjonali fil-futur u tirrispondi għal talbiet mill-pajjiżi ACP. Sabiex l-aġenda dwar l-enerġija u l-povertà tkun iktar iffukata u jkollha iktar viżibilità, il-Kummissjoni tipproponi l-istabbiliment ta’ Faċilità għall-Enerġija ACP-UE ta’ 250 miljun €, suġġetta għal ko-deċiżjoni mill-korpi rilevanti ta’ l-UE u ta’ l-ACP.

2. L-ISFIDI TA’ L-ENERġIJA U TAL-POVERTÀ

Bħalissa, kważi żewġ biljuni ta’ nies fid-dinja – konċentrati prinċipalment fil-partijiet rurali u peri-urbani ta’ pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw – m’għandhomx aċċess għal servizzi moderni ta’ l-enerġija. Il-parti ta’ l-Afrika li qiegħda ’l-isfel mis-Saħara hija eżempju drammatiku tan-nuqqas ta’ ugwaljanza fil-qasam ta’ l-enerġija, b’iktar minn 80% tal-popolazzjoni li għandhom aċċess limitat għall-forom moderni ta’ l-enerġija. L-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-komunitajiet fqar huwa limitat jew saħansitra wieqaf minħabba l-użu preżenti mhux sostenibbli ta’ l-injam u ta’ forom oħra ta’ biomassa għall-għanijiet ta’ l-enerġija, minbarra l-aċċess diffiċli u għali għal forom oħra ta’ l-enerġija, bħal l-elettriku u l-karburanti likwidi.

Tnaqqis ta’ l-enerġija u tal-povertà: L-aċċess għal servizzi ta’ l-enerġija adegwati, mhux għaljin u sostenibbli huwa meħtieġ biex jinkisbu ħafna mill-għanijiet ta’ l-iżvilupp, eż. is-saħħa, l-edukazzjoni, id-dawl, is-sħana, it-trasport, l-agrikoltura, il-produzzjoni industrijali u l-mezzi moderni tal-komunikazzjoni. Din il-konnessjoni kienet rikonoxxuta mill-WSSD fil-Pjan ta’ Johannesburg għall-Implimentazzjoni li stabbilixxiet il-konnessjoni bejn l-aċċess għall-enerġija u l-MDGs, meta kien innotat li l-aċċess għall-enerġija jiffaċilita l-eradikazzjoni tal-povertà.

Aċċess għall-enerġija: L-assigurazzjoni ta’ l-aċċess għas-servizzi ta’ l-enerġija hija sfida kumplessa li ma tistax titħalla biex tkun solvuta mill-forzi tas-suq weħidhom. Hija meħtieġa azzjoni mifthiema tas-settur pubbliku. Barra minn hekk, hemm varjetà kbira f’dawk li għandhom interess, minn komunitajiet fqar għal gvernijiet lokali u nazzjonali u kumpaniji trans-nazzjonali, fl-egħjun ta’ l-enerġija u fl-għażliet tat-teknoloġija li jvarjaw skond il-lokazzjoni. M’hemm l-ebda “forma li tgħodd għal kulħadd” fil-provvediment tas-servizz ta’ l-enerġija.

Il-karattru dinji tas-swieq ta’ l-enerġija: Filwaqt li l-pajjiżi ta’ l-OECD irnexxielhom inaqqsu l-espożizzjoni tagħhom għall-iskossi fiż-żejt, il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw żiedu l-espożizzjoni tagħhom. Fil-medja, il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw jużaw iktar mid-doppju taż-żejt għal kull unità ta’ produzzjoni ekonomika meta mqabbel mal-pajjiżi ta’ l-OECD. Barra minn hekk, minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom huma inqas kapaċi jgħelbu t-taqlib fis-swieq taż-żejt.

Il-finanzjamwnt ta’ l-enerġija: Kważi nofs l-invesiment dinji meħtieġ biex tittejjeb u tiġi mibdula l-kapaċità tal-provvista sas-sena 2030 huwa attribwit għall-ħtiġijiet tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Iktar minn qatt qabel, il-kapital meħtieġ fis-settur ta’ l-enerġija għandu jinkiseb minn għejun privati u barranin. Madankollu, ir-riskju ta’ l-investiment huwa perċepit bħala wieħed projbittiv, partikolarment meta jikkonċerna t-titjib ta’ l-aċċess għall-enerġija għal konsumaturi fqar. Il-finanzjament pubbliku u ta’ l-ODA għandhom jesploraw mezzi ġodda biex jipproduċu u jiffaċilitaw fluss suffiċjenti ta’ investiment f’dan is-settur.

Ara l-Anness għal iktar dettalji.

3. L-ISFOND TAL-POLITIKA TA’ L-UE

Wasal iż-żmien li tingħata iktar attenzjoni lir-rwol kritiku ta’ l-enerġija fl-eradikazzjoni tal-povertà fl-assistenza ta’ l-iżvilupp. Filwaqt li l-WSSD kisbet ħafna billi reġgħet daħħlet l-enerġija fid-dibattiti internazzjonali dwar l-iżvilupp, il-ħtiġijiet ta’ l-enerġija għadhom ma kienux indirizzati b’mod suffiċjenti fil-livell prattiku. Ir-rabtiet fis-settur ta’ l-enerġija ilhom jonqsu għal dawn l-aħħar għaxar snin u t-tendenza preżenti m’hix lejn iż-żieda. L-għotjiet lis-setturi ta’ l-enerġija tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw naqsu bin-nofs f’dawn l-aħħar ftit snin, meta mqabbla ma’ l-ammonti tas-snin tad-disgħinijiet.

Madankollu, ħafna mill-Istati Membri ta’ l-UE jinkludu l-enerġija f’programmi bilaterali għall-koperazzjoni fl-iżvilupp, ibbażati fuq politika li bħalissa jħarsu l-għanijiet ta’ l-EUEI.

Filwaqt li l-enerġija nnifisha ma tidhirx fost is-sitt prijoritajiet settorali tal-politika tal-Komunità għall-iżvilupp, hija għandha konnessjoni diretta jew indiretta ma’ kull waħda minnhom. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-Politika tal-Komunità Ewropea dwar l-Iżvilupp”[1] tagħraf l-importanza ta’ l-enerġija filwaqt li tikkonċentra fuq it-tnaqqis tal-povertà. B’rigward għall-pajjiżi ACP, l-ebda pajjiż Afrikan jew tal-Karibew ma jindirizza direttament l-enerġija skond id-9 EDF, filwaqt li ħames pajjiżi ACP tal-Paċifiku identifikaw l-enerġija bħala settur fokali għall-koperazzjoni fil-Karti ta’ Strateġija tal-Pajjiż tagħhom.

L-EUEI kienet mħabbra għall-ewwel darba fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dimensjoni esterna ta’ l-iżvilupp sostenibbli (KOM(2002) 82). L-Istati Membri ta’ l-UE ikkonfermaw is-sostenn tagħhom f’diversi deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u fil-Kunsill Ewropew, li wasslu għall-introduzzjoni b’suċċess ta’ l-Inizjattiva ta’ l-Enerġija għall-Eradikazzjoni tal-Povertà u għall-Iżvilupp Sostenibbli (EUEI) fil-WSSD.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-Koperazzjoni fl-Enerġija mal-Pajjiżi li Għadhom qed Jiżviluppaw”[2] stabbilixxiet qafas għall-koperazzjoni fl-enerġija ma’ pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, li jikkonċentra fuq kwistjonijiet bħal riformi meħtieġa fis-settur ta’ l-enerġija, it-trasferiment tat-teknoloġija, il-koperazzjoni bejn it-talba u n-naħa tal-provvista, il-promozzjoni tad-diversifikazzjoni ta’ l-enerġija, il-faċilitazzjoni ta’ l-estenzjonijiet tax-xbieki u ta’ l-interkonnessjonijiet, eċċ. Il-Komunikazzjoni enfasizzat ir-rwol ta’ l-EUEI f’din il-koperazzjoni.

Wara Johannesburg, il-Komunikazzjoni “Is-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli wara sena: nimplimentaw ir-rabtiet tagħna”[3] ħadet kont ta’ l-iżvilupp ta’ l-EUEI fl-aħħar tas-sena 2003. Il-Komunikazzjoni rrikonoxxiet il-progress ta’ l-EUEI u għarfet il-ħtieġa ta’ finanzjament adegwat għall-Inizjattiva. L-iskop għall-ħolqien ta’ sinerġiji bejn l-EUEI u l-Koalizzjoni ta’ Johannesburg għal Enerġija li Tiġġedded (JREC)[4] kien ukoll rikonoxxut.

Fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali (8566/04), ta’ April tas-sena 2004, l-Istati Membri ta’ l-UE ikkonfermaw il-ħtieġa għal provvista ta’ finanzjament adegwat għall-Inizjattiva. Barra minn hekk il-Kunsill għaraf li huwa meħtieġ involviment ikbar mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri biex jirrispondu għall-prijoritajiet tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw kif espressi fil-konferenza ta’ l-EUEI “Enerġija għall-Afrika” f’Nairobi, u talab lill-Kummissjoni biex tieħu t-tmexxija fit-tkomplija ta’ din il-Konferenza.

Il-proposta għall-istabbiliment ta’ Faċilità għall-Enerġija għall-pajjiżi ACP tirrifletti l-kuntest ta’ din il-politika u għandha l-għan li tressaq ir-rabtiet ta’ l-UE iktar viċin ta’ l-implimentazzjoni. Huwa suġġerit li l-fondi tal-Faċilità għall-Enerġija għandhom ikunu allokati mill-“biljun kondizzjonali” tad-9 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF), sakemm tingħata deċiżjoni finali fil-laqgħa tal-Kunsill f’Marzu tas-sena 2005.

4. IL-PROGRESS SA LLUM – IT-TRADUZZJONI TAL-POLITIKA F’AZZJONI

L-EUEI stabbilixxiet segretarjat fid-DĠ għall-Iżvilupp biex jistimola s-sinerġija u l-koperazzjoni. Il-Grupp ta’ Konsulenza, ifformat mill-Istati Membri, uffiċjali tal-Kummissjoni u esperti, huwa l-forum prinċipali għad-djalogu u l-kordinazzjoni Ewropea. Fil-kuntest Ewropew, id-djalogu ta’ l-EUEI sar bl-involviment attiv ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE u l-Kummissjoni Ewropea, u inkluda ukoll il-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (EIB). Il-EIB wera’ interess biex ikunu esplorati possibbiltajiet għall-għaqda ta’ l-għotjiet ta’ l-EDF u s-self ta’ l-EIB.

Billi proprjetà qawwija mill-benefiċjarji hija meħtieġa għas-suċċess, il-prijorità ta’ l-EUEI wara il-WSSD kienet li tibda djalogu mal-pajjiżi u r-reġjuni li għadhom qed jiżviluppaw.

L-Afrika: prijorità urġenti

Jidher ċar li l-parti ta’ l-Afrika l-isfel mis-Saħara se ssibha diffiċli biex tilħaq l-MDGs jekk ma jsirux sforzi sostanzjali żejda, inkluż fil-qasam ta’ l-enerġija. Numru ta’ Stati Membri huma attivi fis-settur ta’ l-enerġija fl-Afrika l-isfel mis-Saħara, u bnew esperjenza u kapaċità siewja, kemm fl-iżvilupp tal-politika u ta’ l-istrateġija kif ukoll fl-implimentazzjoni. F’dawn il-pajjiżi huma jaġixxu bħala faċilitaturi ta’ l-EUEI. Il-gvernijiet Afrikani qegħdin jindirizzaw ftit ftit il-kwistjonijiet ta’ l-enerġija fl-istrateġiji tagħhom għat-tnaqqis tal-povertà, u b’hekk iżidu l-kapaċità tagħhom biex jippjanaw u jimplimentaw attivitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-enerġija.

Il-konferenza ta’ l-EUEI “Enerġija għall-Afrika” li saret f’Nairobi f’Novembru tas-sena 2003 tirrappreżenta mira importanti fid-djalogu ta’ l-EUEI ma’ l-Afrika u attendew għaliha rappreżentatnti tal-gvernijiet minn madwar 40 pajjiż Afrikan l-isfel mis-Saħara. L-għan prinċipali kien li jkunu identifikati azzjonijiet ta’ prijorità fil-livell nazzjonali u dak sub-reġjonali. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-konferenza jirriflettu l-proprjetà tal-pajjiżi Afrikani ta’ din l-aġenda u kienu suġġeriti il-prijoritajiet li ġejjin:

- L-enerġija rurali b’mod ġenerali u partikolarment l-elettriċizzar rurali

- L-enerġija għad-djar, il-biomassa u s-sostituti

- Strateġiji u politika għas-settur, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak reġjonali

- Il-bini ta’ kapaċità fil-livelli kollha.

Se jkunu organizzati laqgħat ta’ tkomplija ta’ l-EUEI biex jgħinu fl-identifikazzjoni ta’ mudelli għall-kunsinna tas-servizzi ta’ l-enerġija li jagħmlu suċċess u kif jistgħu ikunu ffinanzjati u implimentati fuq skala iktar wiesa’. Attivitajiet oħrajn iffinanzjati mill-Kummissjoni għandhom jistimolaw iktar id-djalogu u jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ qafas għall-azzjoni:

- Il-proġetti reġjonali għandhom ikunu ffinanzjati mill-allokazzjoni għall-enerġija intra-ACP.

- Il-komponent COOPENER tal-programm Ewropa-Enerġija Intelliġenti, amministrat mid-DĠ għall-Enerġija u t-Trasport, jikkofinanzja proġetti immirati lejn il-ħolqien tal-kondizzjonijiet istituzzjonali għal aċċess aħjar għall-enerġija fl-Afrika l-isfel mis-Saħara.

- B’mod simili, id-DĠ għar-Riċerka isostni sħubija għall-enerġija li tiġġedded għall-eradikazzjoni tal-povertà u għall-iżvilupp sostenibbli fl-Afrika (“Sħab għall-Afrika”) li tinvolvi numru ta’ sħab Ewropej u Afrikani.

- Id-DĠ Ambjent jisponsorja bosta proġetti fil-kuntest tal-Koalizzjoni għal Enerġija Rinnovabbli ta’ Johannesburg li ssostni u ttejjeb id-djalogu EUEI, inkluż ix-xogħol fuq mekkaniżmi finanzjarji innovattivi (jiġifieri il- Patient Capital Initiative ), u fuq bażi ta’ data għal politika ta’ enerġija rinnovabbli u miżuri u databases

Il-Karibew u l-Paċifiku

Pajjiżi li huma gżejjer żgħar huma partikolarment sensittivi għall-kwistjonijiet ta’ l-enerġija. Il-prezz għali għat-trasport bil-baħar tal-karburanti lejn gżejjer imferrxin ifisser li l-elettriku jiswa medja ta’ 20–50 €c/kWh, mqabbla ma’ prezzijiet internazzjonali ta’ 5 €c/kWh filwaqt li hemm potenzjal li għadu mhux sfruttat għal effiċjenza ikbar ta’ l-enerġija u l-użu ta’ enerġija li tiġġeded.

L-istati li huma gżejjer fil-Karibew u fil-Paċifiku ħadu interess kmieni fil-EUEI, u pparteċipaw b’mod attiv fid-djalogu qabel il-WSSD. L-attivitajiet ta’ wara tal-KE u tad-Danimarka ma’ l-organizzazzjonijiet reġjonali fl-istati gżejjer tal-Paċifiku ta’ l-ACP wasslet għall-istabbiliment ta’ sħubija mal-Pajjiżi Gżejjer tal-Paċifiku, filwaqt li l-KE u l-Ġermanja bdew attivitajiet simili fil-Karibew.

Ara l-Anness għal iktar dettalji.

5. L-ISFIDA FINANZJARJA U L-ĦTIEġA GħAL MEKKANIżMI ĠODDA

Mill-WSSD ’l hawn kien hemm ħtieġa rikonoxxuta għal żieda sostanzjali fil-finanzjament għall-enerġija u l-povertà sabiex jinkisbu l-Miri tal-Millenju għall-Iżvilupp. S’issa, il-provvista ta’ servizzi ta’ l-enerġija lill-fqar rnexxielha tiġbed biss investiment privat marġinali. Mekkaniżmi innovattivi u flessibbli għall-finanzjament huma meħtieġa b’mod urġenti biex jintuża l-effett ta’ l-influwenza tar-riżorsi pubbliċi u ta’ l-ODA u jinġibdu iktar riżorsi mis-settur privat, mill-banek ta’ l-iżvilupp u mill-istituzzjonijiet finanzjarji. L-isħubiji privati-pubbliċi (PPPs) huma strument ċentrali fl-istrateġija ta’ l-EUEI, u s-settur ta’ l-enerġija joffri ħafna possibbiltajiet għall-UE u l-isħab tagħha li huma pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jaħdmu flimkien f’dawn l-isħubiji mas-settur privat, ma’ l-istituzzjonijiet finanzjarji u mas-soċjetà ċivili. Madankollu, huma meħtieġa sforzi ikbar fil-livell politiku għall-provvista ta’ riżorsi u strumenti adegwati, iktar malajr u iktar flessibbli, inkluża l-provvista ta’ kapital tal-bidu.

Minn Johannesburg ’l hawn l-EUEI bniet bażi solida għal azzjonijiet speċifiċi u issa hija lesta għal qabża kbira. Biex iżżomm il-momentum u biex tassew tagħti riżultati fil-fatt, huma meħtieġa riżorsi addizzjonali sostanzjali. Dawn ir-riżorsi għandhom ikunu pprovduti mill-UE bħala dimostrazzjoni tar-rabtiet tagħha għall-MDGs u għall-Pjan ta’ Johannesburg għall-Implimentazzjoni.

Ara l-Anness għal iktar dettalji.

6. FAċILITÀ GħALL-ENERġIJA GħALL-PAJJIżI ACP

Il-Kummissjoni tipproponi li l-ewwel pass f’din id-direzzjoni għandu jkun l-allokazzjoni ta’ fondi sinifikanti għal Faċilità ta’ l-Enerġija ACP-UE. Huwa suġġerit li, fl-ewwel fażi, ammont ta’ 250 miljun € ikun xieraq, meta jitqiesu r-riżorsi disponibbli ta’ l-EDF u l-ewwel riżultati tad-djalogu ma’ dawk li għandhom interess. Il-Faċilità għandha tkun strument flessibbli, miftuħa għal finanzjament konġunt ma’ l-Istati Membri u donaturi oħrajn u kapaċi tadotta mezzi innovattivi għall-implimentazzjoni. Il-Faċilità għandha tkun, minn naħa waħda, katalista li tippromwovi inizjattivi, tipprovdi informazzjoni, taġixxi bħala clearing-house , tibni l-kapaċità għar-riċerka u l-amministrazzjoni fil-pajjiżi ACP u, min-naħa l-oħra, strument li jistà jipprovdi il-ħolqa nieqsa fil-finanzjament ta’ proġetti u attivitajiet sostenibbli.

6.1. Prinċipji Ewlenin

Miri: Il-Faċilità għall-Enerġija għandha tkun immirata lejn il-kisba tal-miri tal-WSSD u ta’ l-MDG u għandha tikkonċentra l-attivitajiet tagħha f’dawk il-pajjiżi ta’ l-ACP li diġà għandhom politika nazzjonali stabbli dwar l-enerġija jew dawk li ntrabtu b’mod qawwi li jiżviluppaw dik il-politika, bbażata fuq il-prinċipji ta’ l-igvernar tajjeb u bħala parti minn Strateġija għat-Tnaqqis tal-Povertà jew simili. Il-Faċilità għall-Enerġija għandha, fost l-oħrajn, tgħin lill-pajjiżi biex jistabbilixxu il-qafas istituzzjonali u regolatorju tagħhom u biex jattiraw riżorsi finanzjarji addizzjonali għal sħubiji pubbliċi-privati. Il-parteċipazzjoni attiva u l-kontribuzzjoni parallela ta’ l-Istati Membri li diġà qegħdin jaħdmu fil-pajjiż isaħħu l-Faċilità.

Proprjetà: Il-kunċett tal-proprjetà huwa ċentrali għall-approċċ tal-Faċilità għall-Enerġija. Numru ta’ pajjiżi ta’ l-ACP jagħtu prijorità lill-aġenda ta’ l-enerġija u tal-povertà u talbu li jsiru sħab fl-EUEI. L-azzjonijiet ta’ l-EUEI għandhom ikunu koerenti mal-politika u r-rabtiet nazzjonali, u idealment għandhom jirriżultaw mill-proċess kontinwu ta’ l-Istrateġija għat-Tnaqqis tal-Povertà. Uħud mill-pajjiżi huma avvanzati sew fl-iżvilupp tal-qafas tal-politika u huma lesti għall-implimentazzjoni. F’pajjiżi oħra għad hemm il-ħtieġa għall-iżvilupp tal-politika u ta’ l-istrateġija. Hemm kuxjenza li qed tiżdied dwar il-fatt li l-enerġija ma kinitx rikonoxxuta b’mod suffiċjenti bħala element importanti fil-proċess għat-tnaqqis tal-povertà u li jeħtieġ li tkun inkorporata d-dimensjoni ta’ l-enerġija fl-Istrateġiji għat-Tnaqqis tal-Povertà. Fil-livell nazzjonali, l-azzjonijiet għandhom ikunu mmirati lejn il-kunsinna tas-servizzi ta’ l-enerġija lill-fqar. Fil-livell ta’ bejn il-fruntieri ma’ l-ACP il-Faċilità għandha toħloq djalogu ma’ istituzzjonijiet Afrikani u inizjattivi ta’ natura globali, bħal Sħubija Ġdida għall-Iżvilupp Afrikan (NEPAD) u l-Unjoni Afrikana (AU). Proċessi simili qegħdin ikunu żviluppati fir-reġjuni tal-Gżejjer ACP.

Flessibilità: Sabiex tkun effettiva, huwa essenzjali li l-Faċilità jkollha approċċ flessibbli għall-finanzjament u li tkun miftuħa għal finanzjament konġunt ma’ Stati Membri li huma attivi f’dan is-settur, u li tkun kapaċi tikkopera ma’ istituzzjonijiet tas-self, is-settur privat, utilitajiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili.

Il-Faċilità tipprovdi primarjament għotjiet ta’ fondi, li, minħabba n-natura tagħhom, għandhom fattur għoli ta’ influwenza, u jistgħu jiġbdu kapital addizzjonali mill-EIB u minn EDFIs u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFIs) oħrajn, partikolarment il-Bank Afrikan għall-Iżvilupp (AfDB), il-Grupp Dinji tal-Banek (inklużi il-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali u l-Aġenzija għall-Garanzija ta’ Investiment Multilaterali) u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali reġjonali oħra.

Effett massimu ta’ influwenza għandu jinkiseb permezz ta’ kombinazzjonijiet ta’ għotjiet u ta’ għejun oħra, b’sostenn għall-preparazzjoni ta’ proġetti u l-iżvilupp ta’ ambjent li jippermetti l-investiment, bi rwol dinamiku fil-ħolqien ta’ sħubiji ġodda bejn komunitajiet, NGOs, setturi pubbliċi u privati, u fil-provvista ta’ informazzjoni u sostenn lil-fornituri lokali u Ewropej tas-sevizz ta’ l-enerġija li huma interessati li jinvestu fis-settur.

Innovazzjoni: Il-Faċilità għandha l-intenzjoni li tagħti risposti innovattivi għall-isfidi tal-fornitura ta’ servizzi ta’ enerġija sostenibbli lill-fqar, inklużi tipi ġodda ta’ finanzjament b’diversi għejun ta’ finanzjament (lokali/internazzjonali, privat/pubbliku), attenzjoni speċjali għall-użu ta’ l-enerġija għall-produzzjoni u għall-ġenerazzjoni ta’ l-introjtu, u approċċi ġodda li jaqsmu s-setturi li japplikaw diversi għażliet istituzzjonali u tekniċi, adattati għall-qasam speċifiku fil-mira. Dawn jinkludu li jingħata l-elettriku fiż-żoni rurali; sistemi deċentralizzati ta’ l-enerġija; użu ikbar ta’ enerġija li tiġġedded; u iktar effiċjenza ta’ l-enerġija, inkluż l-użu iktar nadif u effiċjenti ta’ teknoloġiji ta’ kombustibbli magħmula mill-fossili, strumenti effiċjenti u użu iktar effiċjenti ta’ biomassa tradizzjonali. F’dan il-kuntest se jkunu esplorati bir-reqqa s-sinerġiji possibbli bejn il-Faċilità għall-Enerġija u l-Faċilità għall-Ilma, kif ukoll kull opportunità ta’ sinerġiji ma’ inizjattivi oħrajn fil-qasam ta’ l-enerġija. Is-sinerġiji mal-Faċilità ta’ l-Ilma huma partikolarment interessanti, billi ż-żewġ faċilitajiet jindirizzaw il-fqar, u hemm ħafna skop għal programmi ta’ enerġija-ilma magħquda flimkien.

6.2. Oqsma ta’ Prijorità għall-Attivitajiet li għandhom ikunu finanzjati mill-Faċilità għall-Enerġija

L-obbjettiv fuq żmien twil tal-Faċilità huwa żieda sinifikanti fl-użu ta’ servizzi ta’ l-enerġija sostenibbli għal għanijiet produttivi u soċjali għall-popolazzjoni fil-mira fil-pajjiżi ACP, u li jittieħdu passi sinifkanti li jistgħu ikunu mkejjlin, lejn il-kisba tal-Miri tal-Millenju għall-Iżvilupp, partikolarment il-mira dwar il-povertà. Skond ir-riżultat tad-djalogu ta’ l-EUEI mal-pajjiżi ta’ l-ACP, is-sinsla tal-Faċilità għandha ssostni attivitajiet li jikkonċentraw fuq iż-żieda fl-aċċess għal servizzi moderni ta’ l-enerġija f’partijiet rurali fl-Afrika. Fl-istati Gżejjer ta’ l-ACP, il-Faċilità għandha twassal il-produzzjoni fl-oqsma ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija u l-enerġija li tiġġedded. Id-distribuzzjoni tal-fondi bejn ir-reġjuni ta’ l-ACP għandha ssegwi l-prinċipji ġenerali tal-Ftehim ta’ Cotonou.

6.2.1. Qasam ta’ Prijorità għall-Attività 1: Il-Kunsinna ta’ Servizzi ta’ l-Enerġija

L-ikbar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Faċilità għandha tkun iddiżinjata biex tilħaq numru sostanzjali ta’ nies rurali u biex ittejjeb l-aċċess tagħhom għal servizzi moderni ta’ l-enerġija. Għandha tingħata prijorità lil dawk li bħalissa ma jintlaħqux, li jgħixu f’kolonji żgħar imferrxin, f’villaġġi, fi rħula rurali, f’partijiet peri-urbani u fuq gżejjer imbiegħedin. Il-Faċilità għandha tappoġġa l-finanzjament konġunt ta’ proġetti għall-investiment indirizzati lejn il-kusinna, li jinfluwenzaw l-għoti ta’ fondi mill-Istati Membri, donaturi oħra, IFIs u s-settur privat. Dan il-komponent tal-Faċilità huwa intiż biex jgħin lil dawk il-pajjiżi u r-reġjuni li għandhom jew li qegħdin fil-proċess li jimplimentaw politika nazzjonali stabbli dwar l-enerġija, bbażata fuq il-prinċipji ta’ l-iggvernar tajjeb u l-għoti ta’ prijorità lill-enerġija u l-povertà, eż. skond l-istrateġija tagħhom għat-tnaqqis tal-povertà. Il-proposti għandhom jassiguraw is-sostennibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali ta’ l-investiment, jekk meħtieġa, permezz tal-possibbiltà ta’ finanzjament ta’ sostenn istituzzjonali u t-tisħiħ ta’ miżuri tal-kapaċitajiet ta’ l-amministrazzjoni. Jistà jingħata bidu għal approċċi innovattivi, sabiex ikunu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ l-enerġija, per eżempju, b’mod integrat u li jaqsam diversi setturi. Il-proposti jridu jkunu partikolarment attenti li investiment f’infrastruttura għall-enerġija mal-medda taż-żmien ser torbot lill-pajjiżi msieħba għal għexieren ta’ snin f’dak li għandu x’jaqsam mat-taħlit enerġetiku f’dak li jirrigwarda l-istrateġiji tagħhom tal-futur dwar is-sigurtà u l-emissjonijiet tal-gassijiet li jżidu s-sħana atmosferika.

6.2.2. Qasam ta’ Prijorità għall-Attività 2: Il-Ħolqien ta’ Ambjent li Jagħmel dan kollu Possibbli

Fejn il-kondizzjonijiet ta’ l-iggvernar ma jippermettux intervenzjoni indirizzata lejn il-kunsinna fil-qasam, sa 20% tal-Faċilità għandha tappoġġa l-iżvilupp ta’ ambjent li jippermettiha għas-settur ta’ l-enerġija bbażat fuq il-prinċipji ta’ ggvernar tajjeb. L-attivitajiet jiddependu fuq il-livell ta’ l-iżvilupp tal-politika u l-qafas istituzzjonali, li jvarjaw fl-Istati ACP. Il-Faċilità għandha tgħin lill-pajjiżi li għandhom bżonn it-titjib biex ikunu żviluppati jew implimentati politika u strateġiji nazzjonali tajbin dwar l-enerġija, eż. b’sostenn għall-istrateġiji għat-tnaqqis tal-povertà, biex jittejjeb il-qafas istituzzjonali, legali u regolatorju, biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ dawk li għandhom interess importanti, partikolarment għall-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ programmi dwar l-enerġija li huma indirizzati lejn il-kunsinna, u biex tittejjeb il-kapaċità tal-kontroll u ta’ l-evalwazzjoni.

6.2.3. Qasam ta’ Prijorità għall-Attività 3: Il-Faċilitazzjoni ta’ Proġetti Futuri għal Investiment Kbir

Sa 20% tal-Faċilità għandha tkun iddedikata għall-attivitajiet ta’ preparazzjoni meħtieġa biex ikunu ffaċilitati pjanijiet essenzjali ta’ investiment fil-futur għal-interkonnessjonijiet bejn il-fruntieri, estensjonijiet tax-xbieki u d-distribuzzjoni rurali, bħala preparazzjoni għal finanzjament minn IFIs, partikolarment l-EIB u l-EDFIs kif ukoll il-ħidma flimkien mal-Bank Dinji, il-Bank Afrikan għall-Iżvilupp u s-settur privat. Fil-kuntest Afrikan, għandha tingħata l-konsiderazzjoni xierqa lill-prijoritajiet ta’ l-Unjoni Afrikana/NEPAD. B’dan il-mod, il-Faċilità tistà tikkontribwixxi għall-mobilizzazzjoni fil-futur ta’ investiment addizzjonali sinifikanti fis-settur ta’ l-enerġija fir-reġjuni ta’ l-Afrika ’l-isfel mis-Saħara u l-Gżejjer. Hemm ħafna skop għall-Faċilità biex taġixxi bħala influwenza biex tkabbar l-ammont nett tal-kapital li jmur għall-enerġija u l-iżvilupp.

7. L-AMMINISTRAZZJONI TAL-FAċILITÀ GħALL-ENERġIJA ACP-UE

L-amministrazzjoni għandha tirrifletti l-approċċ politiku ġenerali wara l-Faċilità għall-Enerġija. L-ewwel, il-proprjetà ta’ l-isħab ACP u d-dritt tagħhom għall-inizjattiva huma kruċjali f’dan il-proċess. It-tieninett, il-proċedura għall-implimentazzjoni għandha tħares l-għan iktar importanti tal-promozzjoni ta’ l-aċċess tal-fqar għas-servizzi moderni ta’ l-enerġija. Dan jeħtieġ li, it-tielet, isir l-aħjar użu mill-għotjiet ta’ finanzjament u li jkun immirat lejn effett massimu ta’ influwenza, inkluż l-użu ta’ mekkaniżmi innovattivi għat-taħlit ta’ riżorsi finanzjarji.

L-amministrazzjoni tal-Faċilità għall-Enerġija għandha tkun ġewwa l-Kummissjoni, mgħammar bl-uffiċjali u bil-possibbiltà li jkunu attirati esperti esterni, bħal Esperti Nazzjonali Sekondati, Aġenti tal-Kuntratti jew simili. Il-proċessi eżistenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet stabbiliti bejn l-istituzzjonijiet ta’ l-UE u ta’ l-ACP għandhom japplikaw.

L-Istati Membri għandhom ikunu involuti fl-iżvilupp u l-gwida ġenerali tal-Faċilità u jkunu jistgħu jassiguraw il-kordinazzjoni meħtieġa ta’ l-attivitajiet bilaterali tagħhom ma’ dawk tal-Faċilità. L-istruttura preżenti ta’ l-iggvernar ta’ l-EUEI, inkluż il-Grupp ta’ Konsulenza tagħha, għandha tkompli tiġi żviluppata f’korp ta’ konsulenza prinċipali tal-Faċilità, li għalih l-Istati Membri jibgħatu r-rappreżentanti tagħhom. L-Istati Membri se jkunu involuti ukoll permezz tax-xogħol tal-Kumitat ta’ l-EDF. B’rigward għall-ilma, għandu jkun ifformalizzat taħt l-umbrella ta’ l-EUEI, forum għal dawk kollha li għandhom interess, li jipprovdi informazzjoni interattiva lill-kostitwenzi iktar wiesgħa tal-parteċipanti kollha fil-funzjonament tal-Faċilità u li jdaħħal fil-proċess l-informazzjoni li huma jagħtu.

Modalitiajiet għall-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Enerġija għandhom ikunu żviluppati skond l-istess linji tal-Faċilità għall-Ilma. Il-prinċipji għandhom jinkludu is-sostennibbiltà ta’ l-azzjonijiet, il-fattur ta’ l-influwenza, is-sostenn disponibbli minn dawk li għandhom interess li diġà huma preżenti fil-qasam (MS, inizjattivi oħra, eċċ.). L-istrumenti li se jintużaw għandhom jinkludu:

- Talbiet għal proposti (prinċipalment għal proġetti ta’ investiment fuq livell nazzjonali u sotto-nazzjonali). Il-Kumitat ta’ l-EDF għandu jkun konsultat dwar it-talbiet għal proposti qabel ma jsiru. Il-proġetti u l-programmi li jintgħażlu jridu jkunu koerenti mal-politika fis-settur nazzjonali fejn dawn jeżistu. Huwa mistenni li l-Istati Membri li diġà huma preżenti f’dan il-qasam, is-settur privat u l-inizjattivi l-oħrajn dwar l-enerġija se jgħinu fil-faċilitazzjoni tal-proposti għall-proġetti jew fl-attivitajiet meħtieġa magħhom. Delegazzjonijiet tal-KE ikollhom jagħtu pariri dwar il-proposti għall-proġetti u jinkarigaw ruħhom mill-kontroll ta’ l-implimentazzjoni.

- Proġetti tat-TA, prinċipalment għal studji u għal proġetti għall-bini ta’ kapaċità u ta’ istituzzjonijiet. Talbiet minn pajjiżi ACP għandhom ikunu analizzati bl-għajnuna ta’ sħab f’dan il-qasam. Talbiet immirati lejn il-ħolqien ta’ ambjent tajjeb li jippermetti l-konċentrazzjoni sussegwenti fuq proġetti indirizzati lejn il-kunsinna għandhom jingħataw prijorità.

- Studji u attivitajiet oħra meħtieġa biex jikbru l-mezzi futuri għall-fluss tal-finanzi mill-EIB, l-EDFIs, il-WB u s-settur privat għandhom isiru fuq talbiet mill-IFIs u l-qbil tal-pajjiżi li jibbenefikaw.

Perċentwali żgħira mill-Faċilità għall-Enerġija għandha tintuża biex tikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ l-ispejjeż amministrattivi għall-amministrazzjoni tal-Faċilità għall-Enerġija ACP/UE, inkluż ir-reklutaġġ ta’ esperti esterni u attivitajiet għall-promozzjoni, l-organizzazzjoni ta’ seminars u laqgħat ta’ diskussjoni u xogħol prattiku, il-kontroll u l-evalwazzjoni, eċċ.

8. KONKLUżJONI

Bil-għan ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-500 miljun € li fadal mill-“biljun kondizzjonali” tad-9 EDF, u sabiex ikun assigurat it-twettiq tar-rabtiet ta’ l-UE f’Johannesburg, il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea biex jaqbel mal-ħolqien ta’ Faċilità għall-Enerġija ACP-UE ta’ 250 miljun €, u dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed fil-futur mill-Komunità fil-Kunsill tal-Ministri ACP-KE dwar il-ħolqien ta’ Faċilità għall-Enerġja ACP-UE.

ANNEX

THE ENERGY AND POVERTY CHALLENGES

At present, nearly two billion people in the world – concentrated mainly in rural and peri-urban areas of developing countries - do not have access to modern energy services. A modern, sustainable energy service means that the energy needed to deliver essential services, such as lighting, cooling, heating, cooking, pumping, motive power, telecommunication etc., is provided in a way that is safe, affordable, efficient, reliable, equitable and environmentally sound. On average, per capita electricity consumption in developing countries is barely one-tenth of the consumption in the EU. Sub-Sahara Africa is a dramatic example of inequality in the energy field, with over 80% of the population having limited access to modern forms of energy. Large populations in Asia, particularly South Asia, and in Latin America live under similar conditions. The social and economic development of poor communities is limited or even deadlocked by the present unsustainable use of wood and other forms of biomass for energy purposes, over and above the difficult and expensive access to other forms or energy, such as electricity and liquid fuels.

Energy and poverty reduction: Energy is a sine qua non of the action to combat poverty. Access to adequate, affordable and sustainable energy services is necessary for a good life and to fulfil most development objectives - within health, education, light, heating, transport, agriculture, industrial production and modern means of communication.

The critical connection between energy and poverty alleviation was recognised by the international community at the WSSD in 2002 in Johannesburg. More specifically, the Johannesburg Plan of Implementation (JPOI) established the link between access to energy and the Millennium Development Goals, including the goal on poverty, noting that access to energy facilitates the eradication of poverty. Among the most important links are:

- MDGs 1 and 7: Reduce poverty and hunger, and improve access to safe drinking water. Access to energy services facilitates economic development and creates incomes and employment e.g. in agriculture, shops and small enterprises. Energy services can improve access to pumped water for drinking and irrigation of gardens and fields. And energy is needed to cook nearly all human food.

- MDGs 2 and 3: Achieve universal primary education and eliminate gender disparity at all levels of education. Improved access to energy services allows women and children (especially girls) to reduce time on gathering firewood, fetching water and cooking food. Electric lighting enables home study and evening classes, and electricity is needed to use educational media and modern communication (ICT) in schools and homes.

- MDGs 4, 5 and 6: Reduce child mortality, improve maternal health and combat major diseases. Access to energy is needed for a modern health system, e.g. for refrigeration of vaccines, sterilisation and lighting operating theatres. Cleaner fuels for cooking will reduce indoor air-pollution and the related respiratory diseases, that, according to WHO, kills 1.5 - 2 million women and children every year.

- MDG 7: Ensure environmental sustainability. Improved energy efficiency and the use of cleaner and renewable sources of energy can help to achieve a more sustainable use of natural resources, such as woodlands and other types of biomass, and reduce emissions, thus protecting the local and the global environment.

The important role of energy in poverty alleviation is increasingly recognised also by African governments, e.g. in the context of poverty reduction strategies.

Energy access: Ensuring access to energy services to poor communities is a complex challenge, and, as experience over the past years has shown, it cannot be left to market forces alone to resolve. Concerted action of the public sector is required. Energy, like water, is not a commodity comparable to, for example, industrial or agricultural products. Provision of energy services depends on a multitude of economic and social preconditions, policy frameworks, political circumstances and international, national or local market situations. Many stakeholders are involved, ranging from poor communities to local and national governments and trans-national companies. Energy services can be delivered from many sources and technologies. Geographical conditions are different, even within a country. There is no ‘one size fits all’ recipe to provide energy services to a particular community.

The global character of energy markets: Internationally traded hydrocarbons have been and still remain the overwhelming mainstay of energy economies of most developed and developing countries. While OECD countries have managed to decrease their exposure to oil shocks, developing countries are more directly exposed to their negative macroeconomic impacts. In addition to being dependent on imported hydrocarbons, their economies are also more energy-intensive than those of developed economies. On average, oil-importing developing countries use more than twice as much oil to produce a unit of economic output as do OECD countries. Moreover, their financial situation (high levels of debt, fragile balances of payment) means that they are less able to weather turmoil on oil markets. Current sustained high prices on oil markets, price volatility and insecurity of supply affect developing countries more than others. Some of these countries spend up to 50% of their trade surpluses on energy imports – with devastating results for their national economies. A mere 10 US$ per oil barrel price increase can result in a 3% loss of GDP in some Sub-Saharan countries in the first year after the hike.

Energy finance: Energy demand is rising fast in developing countries. Almost half of the global investment required for improving supply capacity and replacing existing and future supply facilities in the period up to the year 2030 is attributed to the needs of developing countries (including China and India). The required investment for Africa alone is approx. 1.2 trillion US$, as calculated by the IEA. And this is a conservative estimate which would still leave 1.4 billion people without access to electricity in the year 2030. Financing is a huge challenge for the sector, with a marked trend away from financing energy investments from public and ODA budgets. More than ever before, the capital needed in the energy sector will have to be raised from private and foreign sources. However, most investors perceive the risks of energy investment in developing countries as being prohibitive, in particular when it comes to improving access to energy for poor consumers. Public and ODA funding must explore new dimensions and design new approaches if they are to catalyse and facilitate a sufficient flow of investment including the risk capital.

PROGRESS TO DATE - TRANSLATING POLICY INTO ACTION

SINCE WSSD, THE EUEI HAS MADE PROGRESS ON THE ORGANISATIONAL FRONT AND IN ESTABLISHING A DIALOGUE WITH KEY STAKEHOLDERS, IN PARTICULAR DEVELOPING COUNTRIES.

The EUEI has established a secretariat within DG Development to stimulate synergy and cooperation. The EUEI Advisory Group, made up of Member States and Commission officials and experts in energy and development, is the main forum for dialogue and coordination of the Initiative. Working groups are established under the Advisory Group, such as the Finance Working Group, which has compiled the strategic paper “Development Capital for Energy Access: Opportunities to Reach the Energy-Poor”.

In the European context, the EUEI dialogue has been undertaken with the active involvement of EU Member States and the European Commission, and has also included the European Investment Bank (EIB).

In this dialogue, EIB has expressed interest in exploring possibilities with the EUEI for combining EDF grants and EIB loans, e.g. where the grant element would be used for identification and preparation of projects, and/or for the drafting of Master Plans and provision of Technical Assistance in support of local administration for the management of EIB financed projects.

In line with the partnership approach and recognising the importance of strong local ownership, the immediate priority for the EUEI after WSSD has been to engage in a dialogue with developing countries and regions that have expressed an interest in the EUEI. A short summary of the progress of the EUEI in different developing country regions is given below.

Africa: an urgent priority

Nearly ten years before the MDG time target, it seems clear that Sub-Saharan Africa will have difficulty in reaching the MDGs unless substantial extra efforts are undertaken, including in the energy field.

ACP Africa is a major priority area for the EUEI, and conditions for increased action are improving. A number of Member States are active in the energy sector in Sub-Saharan Africa, and have built up valuable experience and capacity, both in the development of policies and strategies and in actual implementation. Some of these Member States play the role of EUEI facilitators in the countries where they have energy programmes. Likewise, the World Bank and non-EU donors are active in a number of countries, also with a poverty focus. After Johannesburg, African governments are gradually integrating energy issues into their poverty reduction strategies. And there is an increasing, albeit still limited, capacity in African institutions, NGOs and private sector to plan and implement energy-related activities.

The EUEI “Energy for Africa” conference held in Nairobi, Kenya, in November 2003 was a milestone in EUEI dialogue between Africa and the EU, and was attended by government representatives from about 40 countries from Sub-Sahara Africa. The main objective of the event was to identify priorities for actions at national or sub-regional level in Africa. In preparation for the conference, the EUEI undertook scouting missions or desk studies in several African countries, which prepared the ground for further action. The debate in Nairobi was stimulated by a keynote statement by Commissioner Nielson, linking energy to poverty alleviation and development, and highlighting the problems relating to the traditional use of biomass and the need for rural electrification.

In the Nairobi recommendations, adopted at the conclusion of the conference, the African countries took ownership of this agenda and suggested the following priorities for the EUEI:

- Rural energy in general and rural electrification in particular

- Energy for households, biomass and substitutes

- Strategies and policies for the sector, both at national and at regional level

- Capacity building at all levels.

In order to continue the dialogue and make the Nairobi recommendations operational in a number of countries, sub-regional EUEI workshops will take place in Southern Africa and in West Africa during the coming months. The workshops will focus on successful models for delivery of energy services to rural areas and on how such models can be financed and implemented on a wider scale.

A number of Commission-funded activities further stimulate the EUEI dialogue and contribute to the creation of a framework for action in Africa. These include regional projects to be financed by the intra-ACP allocation to energy with SADC and ECOWAS, as well EUEI-linked projects supported by other Commission services. The COOPENER component of the Intelligent Energy-Europe programme, managed by DG Energy and Transport, co-finances projects aiming at creating the institutional conditions for improved access to energy in Sub-Saharan Africa with a special emphasis on renewable energy and demand management. COOPENER projects are implemented by consortia of African and European partners. Similarly, RTD supports a renewable energy partnership for poverty eradication and sustainable development in Africa (‘Partners for Africa’) involving a number of European and African partners.

The Caribbean and Pacific

Their remoteness and small markets make small island countries particularly vulnerable in the energy field. The further development of their societies depends to a large extent on access to transportation, ICT and energy. The high cost of shipping diesel oil to dispersed islands brings electricity production costs up to an average of 0.2–0.5 €/kWh, compared to international costs of 0.05 €/kWh. Some islands spend over 75% of their foreign currency earnings on fuel imports. At the same time there is untapped potential for increased energy efficiency and the use of renewable energy.

The island states in the Caribbean and the Pacific took an early interest in the EUEI, and participated actively in the dialogue before WSSD. The “Sustainable energy seminar for ACP Island States within the framework of EC development co-operation”, held in June 2001 in the Dominican Republic was an early opportunity to exchange views and establish dialogue.

After WSSD the EC and Denmark engaged in active and positive follow-up dialogue with regional organisations in ACP Pacific island states, leading to the establishment of an EUEI partnership with the Pacific Island Countries. Parallel-financed activities by Denmark and the Commission (the Danish part is already under implementation) will help to establish national energy policies and action plans and will improve the efficiency of national electricity utilities.

A dialogue with the Caribbean Island Countries, through their regional organisation CARICOM, was also initiated, in cooperation between the EC and Germany. The development of a regional energy policy and support for the execution of the Caribbean Renewable Energy Development Programme, co-financed by Germany, are the targets of this cooperation, which is currently under preparation. There is also increased interest to convert existing central energy generation systems towards a decentralized renewable-based energy system to reduce islands’ vulnerability.

Other Regional Components in the EU Energy Initiative

The EUEI is also generating interest outside the ACP area. In the Sustainable Energy Systems programme, DG RTD stimulated a strong North African participation in research related to the quantification and awareness raising of energy external costs, particularly concerning the impacts of energy pollution on human health. The Finnish-sponsored programme “Energy and Environment Partnership with Central America” is the first EUEI activity outside the ACP area, and Austria, through cooperation with the Austrian-sponsored “Global Forum on Sustainable Energy”, has involved the EUEI in district heating activities in the Western Balkans. The Global Forum is also involving the EUEI in its activities in Himalayan countries.

THE FINANCIAL CHALLENGE AND THE NEED FOR INNOVATIVE MECHANISMS

SINCE WSSD THERE has been a recognised need for a significant increase in funding for energy and poverty in order to achieve the Millennium Development Goals. Work done by the International Energy Agency and the EUEI Finance Working Group has shown that public funding from governments and the international donor community is not sufficient to cover investment needs. And so far, the provision of energy services to the poor has not been able to attract private investment. Innovative and flexible funding mechanisms are urgently required to use the leverage effect of ODA and attract more resources from the private sector, development banks and financial institutions. While the creation of an enabling environment through, for example, regulatory reform and government capacity building remains a key to attracting more energy investment, there are already concrete opportunities to blend public and private capital and make delivery of energy services for the poor happen. These include: energy infrastructure funds, SME support and/or consumer credit programmes, smart subsidies, rural energy funds, market and product development, etc. Furthermore, developing renewable energy sources and transfer of state-of-the-art technologies will considerably contribute to the financial sustainability of actions.

Public-private partnerships (PPPs) are considered to be a promising instrument for growth and economic development in developing countries, and are a core instrument in the EUEI strategy. Infrastructure and especially the energy sector offer numerous possibilities for blending public and private funds. A feasibility study for the creation of an innovative public-private financing mechanism is being finalized by the Commission together with interested Member States and other stakeholders[5]. PPPs will enable the EU and its developing country partners to work together in partnership with the private sector, financial institutions and civil society towards effective delivery of energy services to the poor.

However, with no resources of its own and no significant energy-sector allocations in the development cooperation budgets of the Community, the roll-out of the EUEI may prove too slow to maintain momentum and make a real contribution towards the MDGs. Unless greater efforts are undertaken at the political level to provide adequate, faster and more flexible resources and instruments, the impact of the EUEI will be limited to the possibilities for tapping into resources already allocated to other sectors. This will prevent it from reaching its objectives in the foreseeable future.

Since Johannesburg the EUEI has built a solid base for specific actions and is now ready for a quantum leap. To maintain the momentum and to actually deliver on the ground, substantial additional resources are needed. Such resources should be provided by the EU as a demonstration of its commitments to the MDGs and the Johannesburg Plan of Implementation.

[1] KOM (2000) 212

[2] KOM(2002) 408

[3] KOM(2003) 829

[4] Minn Ġunju tas-sena 2004, il-JREC kellha 88 gvern membru, inklużi 54 pajjiż li għadhom qed jiżviluppaw. Il-membri ffirmaw id-Dikjarazzjoni tal-JREC u ntrabtu li jikkoperaw biex “…b’sens ta’ urġenza, iżidu sostanzjalment is-sehem globali ta’ l-egħjun ta’ l-enerġija li tiġġedded …”.

[5] This feasibility study is commonly referred to as the JREC Patient Capital Initiative