|
22.12.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 318/1 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-Tielet Rapport fuq il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali
(2004/C 318/01)
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,
Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni – It-Tielet Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (COM(2004) 107 final);
Wara li kkunsidra t-talba tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta' Frar 2004 għall-opinjoni tal-Kumitat dwar dan is-suġġett taħt l-Artikolu 265(1) tat-Trattat li jistabilixxi Komunità Ewropea;
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-President tal-Kumitat tas-27 ta' Jannar 2004, biex jaħtar lill-Kummissjoni għall-Politika ta' Koeżjoni Territorjali biex tħejji din l-opinjoni;
Wara li kkunsidra l-opinjoni dwar “l-Istruttura u l-Għanijiet tal-Politika Reġjonali Ewropea fil-kuntest tat-tkabbir u l-globaliżżazzjoni: ftuħ tad-dibattitu” (CdR 157/2000 finali); (1)
Wara li kkunsidra l-opinjoni tiegħu dwar il-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni – it-Tieni Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (CdR 74/2001 finali); (2)
Wara li kkunsidra l-opinjoni tiegħu dwar il-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni – l-Ewwel Rapport ta' Progress dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (CdR 101/2002 fin); (3)
Wara li kkunsidra l-opinjoni tiegħu dwar il-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni – it-Tieni Rapport ta' Progress dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (CdR 391/2002); (4)
Wara li kkunsidra l-opinjoni fuq inizzjattiva tiegħu stess dwar il-Koeżjoni Territorjali ta' l-10 t'April 2003 (CdR 388/2002 finali); (5)
Wara li kkunsidra ir-rapport prospettiv dwar “il-Governanza u s-Simplifikazzjoni tal-Fondi Strutturali wara l-2006” (CdR 389/2002 finali); (6)
Wara li kkunsidra l-abbozz ta' opinjoni (CdR 120/2004 rev.1) adottat fil-5 ta' Mejju 2004 mill-Kummissjoni għall-Politika ta' Koeżjoni Territorjali (relaturi: Vito D'Ambrosio, President tar-Reġjun tal-Marche (IT, PSE) u Michael Schneider, Segretarju ta' l-Istat, rappreżentant tar-Reġjun Saxony-Anhalt għall-Gvern Federali (DE, EPP);
Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 2004 imsemmija Karta ta' Strateġija dwar il-Politika ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-Ġirien tagħha (European neighbourhood policy- Strategy paper)
Adotta din l-opinjoni fis-sessjoni plenarja Nru 55 tas-16 u s-17 ta' Ġunju 2004 (laqgħa tas-16 ta' Ġunju).
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Aspetti Ġenerali
|
1. |
jilqa' b'sodisfazzjon it-Tielet Rapport dwar Koeżjoni Ekonomika u Soċjali. Dan, bħalma kien it-Tieni Rapport, huwa dokument komplet illi fiħ informazzjoni fid-dettal dwar il-politika segwita mill-UE; |
|
2. |
jiġġudika bħala pożittivi r-riżultati miksuba fis-snin li għaddew fil-qasam tal-koeżjoni u fl-impatt pożittiv tal-politika reġjonali ta' l-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mat-tisħiħ tal- koeżjoni ekonomika u soċjali fil-Komunità kollha; il-Kumitat jerġa jsostni li l-politika ta' koeżjoni approvata mit-Trattati hija l-għodda l-aktar b'saħħitha u mportanti biex jiġu mplimentati l-prinċipji ta' solidarjetà u koperazzjoni, u għalhekk hija waħda mill-ġebliet tax-xewka fl-integrazzjoni bejn il-popli u t-territorji ta' l-Unjoni; |
|
3. |
jieħu konjizzjoni tal-fatt li t-tkabbir fl-Unjoni Ewropea ser iwassal għal żieda fil-popolazzjoni tagħha minn 380 miljun (UE-15) għal 454 miljun (UE-25) jew 485 miljun (UE-27). Iżda fil-waqt li l-popolazzjoni ser tiżdied b'madwar 20 %, il-PGN (Prodott Gross Nazzjonali – “GNP”) ser jiżdied biss b'5 %! Il-PGD (Prodott Gross Domestiku – “GDP”) medju per capita ser jonqos bi 12.5 %. Minflok l-84 miljun abitant li hemm bħalissa, fil-futur 123 miljun ċittadin ta' l-UE ser ikunu jgħixu f'reġjuni li għadhom lura; |
|
4. |
jilqa' b'sodisfazzjon li l-politika ta' koeżjoni Ewropea hija mogħtija priorità fl-Istati membri l-ġodda, u dan jikkonferma li l-Unjoni Ewropea qiegħda tagħmel l-almu tagħha biex tnaqqas id-disparità soċjo-ekonomika fl-Unjoni Ewropea wara t-tkabbir. Il-Kumitat tar-Reġjuni kien dejjem favur dan il-metodu li jikostitwixxi turija ta' solidarjetà ma' l-iStati Membri ġodda; |
|
5. |
jinnota l-fatt li minkejja l-progress miksub, ser jifdal ħafna problemi soċjo-ekonomiċi fir-reġjuni ta' dik li qabel kienet l-UE-15, kif muri biċ-ċar fit-Tielet Rapport dwar il-Koeżjoni. Dawn għandhom x'jaqsmu mad-distakk f'termini ta' PGD/per capita, livell ogħli ta' qgħad, tkabbir ekonomiku baxx, nuqqas ta' infiq fl-R&D (“research and development” - Riċerka u Żvilupp) u nuqqas ta' investment barrani dirett; |
|
6. |
jippreċiża li f'Ewropa ta' 25 jew anké 27 Stat Membru l-iżbilanċ soċjo-ekonomiku ser ikun akbar, u joħloq il-bżonn ta' l-osservanza ta' politika territorjali ta' Koeżjoni Ekonomika u Soċjali li tagħti każ ta' l-effetti tal-globaliżżazzjoni fuq l-ekonomija u l-konsegwenzi tagħha fit-termini tal-liberaliżżazzjoni progressiva tal-kummerċ internazzjonali; |
|
7. |
jsostni li d-dimensjoni reġjonali tal-politika ta' koeżjoni, f'termini ta' l-iżvilupp armonjuż ta' l-Unjoni bħala entità waħda bit-tisħiħ tal-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali kif jinsab provdut fl-Artikolu 158 tat-Trattat dwar il-Komunità Ewropea, hija illum valida u f'lokha aktar minn qatt qabel; Inoltre, il-KtR jisħaq fuq l-importanza ta' konċessjoni sistematika għad-dimensjoni reġjonali fil-Komunità u għat-tifsil tal-policies nazzjonali; |
|
8. |
huwa favur il-proposti għat-tisħiħ ta' l-isħubija u koperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Komunitarji fil-proċess sħiħ tal-programmazzjoni, implimentazzjoni u evalwazzjoni tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni; u jssejjaħ lill-Kummissjoni biex tħajjar lill-iStati Membri biex jagħmlu użu mill-possibilitajiet ta' ftehim triangolari, fejn neċessarju; |
|
9. |
jinnota wkoll li x-xogħol sabiex tintlaħaq l-istrateġija ta' Lisbona qiegħed jaqa' lura; |
Riżorsi għall-politika ta' koeżjoni tal-futur
|
10. |
jikkonsidra li l-proposta finanzjarja tal-Kummissjoni biex talloka 0.41 mid-Dħul Gross Nazzjonali (li jista' jiżdied għal 0.46 jekk tiżdied l-għajnuna għall-iżvilupp rurali u s-sajd) u l-allokazzjoni ta' EUR 336.3 biljun biex jiffinanzjaw tlett Objectivei (78 % Objective tal-Konvergenza; 18 % għall-Kompetittività Reġjonali u l-Objective ta' l-Impiegi u 4 % Koperazzjoni Territorjali) huwa kompromess aċċettabbli għall-politika tal-koeżjoni tal-futur; |
|
11. |
jemmen, inoltre, li jekk għandha tinkiseb politika ta' koeżjoni li taqbel ma' l-ambizzjonijiet ta' l-Unjoni għall-iStrateġija ta' Lisbona, mhux anqas minn 0.46 % tad-DGN jista' jiġi allokat għal dan il-għan, kif ġara fl-1999 bl-UE tal-15; |
|
12. |
jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-baġit propost minnha huwa biżżejjed biex titkompla l-għajnuna għar-reġjuni fl-Unjoni Ewropea ta' bħalissa u fl-istess waqt biex tassisti l-iStati Membri ġodda fuq bażi ugwali, jekk jista' jkun garantit li r-riżorsi jitqassmu ġustament u jiġu konċentrati fuq l-aktar problemi serji; |
|
13. |
jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li fit-trasferimenti finanzjarji lill-iStati Membri ġodda jinżamm limitu massimu ta' assorbenza ta' 4 % tal-PGD nazzjonali u li r-riżorsi trasferiti bħala parti mill-politika ta' l-iżvilupp rurali u l-politika tas-sajd jiġu rikonoxxuti f'dak il-kalkolu; |
Objective ta' Konvergenza (1) biex jgħin it-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol fl-iStati Membri u r-reġjuni li l-aktar qegħdin lura
|
14. |
jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta fir-Rapport tal-Koeżjoni li l-Objective ta' Konvergenza ġdid għandu jinkludi mhux biss ir-reġjuni (fil-livell NUTS II) bi PGD/per capita taħt 75 % tal-medja ta' l-UE (UE-25), iżda wkoll ir-reġjuni milqutamill-hekk imsejjaħ effett statistiku; |
|
15. |
jilqa' b'sodisfazzjon ukoll il-fatt li r-regolamenti għall-Objective 1 kurrenti ser jinżammu u ser jiġu applikati fl-Unjoni wara t-tkabbir; |
|
16. |
jaqbel mal-proposta biex jiżdied il-Fond tal-Koeżjoni fl-Objective ta' Konvergenza l-ġdid. Dan jgħodd kemm għall-applikazzjoni tal-kriterju ta' 90 % biex jintgħażlu l-iStati Membri milquta mill-effett statistiku għall-għajnuna mingħand il-Fond tal-Koeżjoni kif ukoll li jingħaqdu flimkien l-programmi ta' l-Objective mal-miżuri tal-Fond tal-Koeżjoni fil-qasam ta' l-infrastruttura. Peress li l-Fond tal-Koeżjoni huwa finanzjat minn fondi ta' l-Objective, irid jittieħed kont tal-ħlasijiet minn dan il-Fond meta jitqassmu l-bqija tar-riżorsi ta' l-Objective 1 għal dawk l-Istati Membri li fil-futur mhux se jibqgħu eliġibbli bħala riżultat tat-tkabbir biex b'hekk tinstab soluzzjoni politika bejn l-Istati Membri. |
|
17. |
jitlob sabiex it-tqassim tar-riżorsi fl-Objective 1 il-ġdid jitkompla billi jittieħed kont ta' kriterji oġġettivi u trasparenti bażati fuq il-problemi u l-bżonnijiet tar-reġjuni li jirċievu l-assistenza. Il-formuli definiti f'Berlin u Copenhagen għall-perjodu ta' finanzjament kurrenti għandhom fil-prinċipju jkomplu jintużaw. Madanakollu għandha tingħata aktar importanza lill-ġid reġjonali u l-qgħad; |
Effett statistiku
|
18. |
jieħu nota ta' l-informazzjoni li hemm bħalissa mingħand il-Kummissjoni Ewropea, skond liema 17 ir-reġjun b'popolazzjoni ta' madwar 19 il-miljun sejrin jitilfu l-għajnuna “tradizzjonali” ta' l-Objective 1 sempliċiment għaliex il-PGD/per capita medju ta' l-UE ser jaqa' minħabba t-tkabbir (l-hekk imsejjaħ effett statistiku); |
|
19. |
jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li ssib soluzzjoni għal dawn ir-reġjuni fil-parametri ta' l-Objective ta' Konverġenza ġdid. |
|
20. |
jinnota l-proposta tal-Kummissjoni biex l-arranġament transitorju għar-reġjuni li qiegħdin lura u huma milquta mill-effett statistiku ser jiġi fi tmiemu fl-2013. Il-Kumitat però jixtieq isostni li fuq bażi ta' trattament ugwali ir-reġjuni milquta m'għandhomx ikunu awtomatikament esklużi mill-possibilità ta' l-għajnuna li ser tiġi introdotta taħt l-Objective il-ġdid tal-Kompetittività u x-Xogħol fil-perjodu ta' finanzjament li jiġi wara l-2013. Kwalunkwe għajnuna li ser tiġi introdotta fil-futur għandha tkun determinata mis-sitwazzjoni soċjo-ekonomika ta' dawn ir-reġjuni fi tmiem il-perjodu ta' finanzjament li jmiss; |
|
21. |
jqis bħala kompromess aċċettabbli l-proposta tal-Kummissarju Barnier li dawn ir-reġjuni jkunu ntitolati, fil-bidu tal-perjodu ta' finanzjament li jmiss, għal 85 % mill-allokazzjoni għar-reġjuni “klassiċi” ta' l-Objective 1, li jonqos għal 60 % sa tmiem il-perjodu jekk dan ifisser l-allokazzjoni ta' rizorsi baġitarji adegwati, skond il-proposti tal-Kummissjoni għall-perspettiva finanzjarja 2007-2013. Fl-istess ħin japprova wkoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni li fil-proposta għal-regolament futur tagħha tinkludi dispożizzjoni li permezz tagħha dawn ir-reġjuni jkunu jistgħu jiksbu 100 % f'fondi jekk dawk imqiegħda għad-dispożizzjoni minn Objective 1 ma jkunux intużaw kollha; tali fondi mhux użati jinżammu bħala riserva li tkun tista' titqassam f'kull Stat Membru f'nofs il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013. |
Kontroll ta' l-Għajnuna Statali
|
22. |
jsemmi l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li dawk ir-reġjuni fl-iStati Membri antiki u ġodda li jaqgħu taħt l-Objective ta' Konverġenza l-ġdid ser ikomplu jkunu eliġibbli għall-għajnuna statali skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat UE; |
|
23. |
isejjaħ biex ir-reġjuni kollha milquta mill-effett statistiku jkunu koperti mill-Artikolu 87(3)(a) għall-perjodu kollu ta' assistenza; |
|
24. |
isejjaħ biex ir-reġjuni kollha milquta mill-effett naturali (ir-reġjuni 'phasing-in') jkollhom perjodu ta' transizzjoni mill-Artikolu 87(3)(a) sal-Artikolu 87(3)(c) matul iż-żmien li jkunu qed jirċievu l-assistenza. |
Kompetittività reġjonali u l-Employment Objective (2)
|
25. |
japprova l-proposta tal-Kummissjoni biex jinħoloq Objective għar-reġjuni kollha li ma jaqgħux taħt it-tipoloġiji ta' l-Objective ta' Konvergenza u li tista' tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni li għandhom problemi soċjo-ekonomiċi importanti u kondizzjonijiet ta' tranġar u strutturali maġġuri li għandhom jiġu definiti għal-bażi ta' kriterji uniformi; japprova wkoll il-fatt li dan l-għan il-ġdid għandu japplika fuq il-livell reġjonali kollu; |
|
26. |
jaqbel ma' l-għażla tal-Kummissjoni li ssejjes l-intervent ta' l-Objective tal-Kompetittività u tax-Xogħol ġodda fuq metodu li jinvolvi it-territorju kollu reġjonali u fuq kwistjonijiet relatati ma' l-istrateġiji ta' Lisbona u Gothenburg, mingħajr ma jintesew is-servizzi ta' interess ġenerali; madankollu, il-varjetà ta' miżuri possibli għandha tkun wiesa' biżżejjed biex tilqa' l-varjetà u d-diversità tar-reġjuni Ewropew f'approċ integrat għall-politika reġjonali; |
|
27. |
isejjaħ lill-Kummissjoni, fil-ħidma lejn l-istrateġiji ta' Lisbona, biex tidentifika u tapplika prattiċi tajba mitgħallma fil-programmi ta' Azzjoni Innovattiva preċedenti bħala gwida għall-“innovazzjoni u l-ekonomija bażata fuq l-għerf” u dan sabiex jiġu evitati spejjeż inutili biex isir xogħol li diġà sar; |
|
28. |
japprova l-fatt li r-reġjuni li ma jibqgħux eliġibbli għall-għajnuna taħt l-Objective ta' Konvergenza l-ġdid minħabba l-iżvilupp pożittiv tagħhom, għandhom jiġu issa nkorporati fl-Objective tal-Kompetittività u x-Xogħol il-ġdid taħt it-titolu “phasing in”; il-Kumitat jitlob li tiġi applikata proċedura simili għal dik stabbilita fl-istess ċirkostanza għall-perjodu 2000-2006 għar-reġjuni li naturalment jaqbżu l-limitu ta' 75 % tal-PGD medju per capita ta' l-UE tal-15. Dan jagħti lok għal użu aktar flessibli tal-fondi, b'tali mod li l-iżvilupp ekonomiku milħuq mir-reġjuni b'mod naturali jkun jista' jiġi msaħħaħ. |
|
29. |
japprova n-ness bejn l-istrateġija Ewropea dwar ix-xogħol u l-miżuri ta' l-ESF; jafferma, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-bżonn ta' involviment akbar u aħjar tar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali fil-programmazzjoni u implimentazzjoni ta' miżuri ta' l-ESF. Dawn l-interventi għandhom ikunu konsistenti ma' l-iStrateġija Ewropea tax-Xogħol u l-parti nazzjonali tagħha, il-Pjan Nazzjonali tax-Xogħol. Għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-pjanijiet reġjonali l-oħra li għandhom impatt fuq is-swieq tax-xogħol nazzjonali u jinkludu inizzjattivi li bħalissa qed jiġu mplimentati taħt il-programm “Equal”. |
|
30. |
jitlob sabiex ir-riżorsi allokati għal-klassi l-ġdida ta' kompetittività jkunu mqassma bejn l-iStati Membri skond kriterji oġġettivi u trasparenti soċjali, ekonomiċi u territorjali, skond il-problemi u l-bżonnijiet tar-reġjuni assistiti; isejjaħ għat-tqassim tar-riżorsi ta' kompetittività ta' l-Istati Membri u l-pjaga ta' l-impjiegi fost ir-reġjuni tagħhom sabiex jiġi kkunisdrat l-iżvilupp territorjali, il-kompetittività reġjonali u l-indikaturi ekonomiċi u soċjali ta' l-UE. |
Kontroll ta' l-Għajnuna ta' l-Istat
|
31. |
jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex b'urġenza tissottometti proposti dwar il-futur ta' l-għajnuna ta' l-istat prevista fl-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u biex tikkunsidra kif id-differenzazzjoni territorjali tista' tintegra ruħha fir-regoli u regolamenti permeżż ta' l-użu ta' indikaturi ta' min jafda fuqhom, għaliex huwa neċessarju li d-differenzazzjoni territorjali tinżamm bħala parti mill-politika ta' l-għajnuna statali, illi tippermetti investiment pubbliku ffukat fejn dan jista' jikkoregi l-iżbalji tas-suq u dan sabiex jintlaħaq l-għan tal-koeżjoni terrirtorjali. Għalhekk għandha ssir attenzjoni biex jiġu evitati diskrepanzi kbar bejn il-limitu ta' għajnuna permissibli stipulati għar-reġjuni tal-qrib; |
|
32. |
isejjaħ sabiex jiġu stabbiliti, għar-reġjuni li ma jinkwadrawx ruħhom fl-Objective tal-Konverġenza, regoli dwar dan is-suġġett li jirregolaw l-għajnuna, sabiex anke huma, bis-saħħa tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, ikunu jistgħu jiżviluppaw strutturalment aktar u jnaqssu d-differenzi reġjonali. Dan jippresupponi li jinżammu d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 87(3)(ċ) għar-reġjuni li għandhom bżonn għajnuna strutturali, definit skond kriterja uniformi; |
|
33. |
jisħaq li, fil-każ ta' reġjuni bi żvantaġġi strutturali li jitqajjmu mis-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom, dawn għandhom jibbenefikaw minn dispożizzjoni skond l-Artikolu 87(3) c tat-Trattat ta' l-UE. |
Koperazzjoni Territorjali Ewropea (3)
|
34. |
jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-ħolqien ta' Objective speċifiku għall-koperazzjoni transnazzjonali, bejn fruntiera u oħra u interreġjonali u għat-tqassim ta' l-approprazzjonijiet proposti għall-kooperazzjoni territorjali; |
|
35. |
huwa favur ir-rikonoxximent tal-fruntieri marittimi fi ħdan il-qafas ta' koperazzjoni bejn fruntiera u oħra u jqis li r-reġjuni għandhom jipparteċipaw, flimkien ma' l-Istati Membri, fil-proċess ta' definizzjoni u għażla tal-limiti marittimi eliġibbli għall-għajnuna; |
|
36. |
jitlob li l-koperazzjoni interreġjonali tkompli tkun fil-mira ta' l-UE. Huwa ta' tħassib li r-Rapport tal-Koeżjoni jipprevedi l-għajnuna għall-koperazzjoni interreġjonali biss fil-qafas tal-programmi reġjonali. Ir-referenza għall-possibilità t'għajnuna taħt il-programmi reġjonali m'hix t'għajnuna kbira u l-promozzjoni ta' programmi ta' koperazzjoni kumplessi jiddependi mid-definizzjoni ta' l-istrateġiji interni tal-politika reġjonali. Barra minn hekk iru jittieħdu passi biex jiżguraw li l-koperazzjoni bejn fruntiera u oħra tkun possibbli wkoll fil-fruntieri esterni w interni, inklużi l-fruntierí“il-qodma”; |
|
37. |
jitlob li, minkejja l-punt 36, r-reġjuni jkunu jistgħu, jekk jixtiequ, jintegraw l-immaniġjar tal-programmi li jaqdu l-għan tal-koperazzjoni mal-programmi regolari tagħhom. |
|
38. |
jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tat-tfassil ta' “strument legali ġdid” dwar il-koperazzjoni bejn fruntiera u oħra, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiddefinixxi b'mod aħjar l-kompiti u l-importanza tagħha u wkoll sabiex jiġi żgurat li dan ma jwassalx għal dewmien fit-tnedija u l-implimentazzjoni ta' programmi ġodda u li l-isforzi ta' kooperazzjoni eżistenti jkomplu jsiru; |
|
39. |
iqis il-ħolqien ta' “istrument ġdid dwar il-konvivenza tal-ġirien” bħala ħaġa pożittiva u jenfasizza l-importanza li dan l-istrument ġdid jiġi attivat malajr kemm jista' jkun sabiex jintuża fil-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid, ibbażat fuq l-esperjenza li qiegħda tinġemgħa taħt il-programm INTERREG; |
|
40. |
isejjaħ il-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi istrument legali ġdid biex jiffaċilita koperazzjoni deċentraliżżata u interreġjonali li tiġi deċiża fuq bażi reġjonali u lokali; |
|
41. |
jirrakkomanda li d-diversi strumenti ta' koperazzjoni territorjali jippromwovu l-ħolqien u t-tisħiħ tan-networks ta' bliet u l-estensjoni ta' inizzjattivi li jistabilixxu koperazzjoni deċentraliżżata bejn l-awtoritajiet lokali |
Miżuri għal karatteristiċi speċifiċi territorjali
|
42. |
jilqa' l-fatt li kif ġara fil-passat il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tipproponi, skond l-Artikolu 299(2) tat-Trattat (a) inklużjoni fil-Convergence Objective il-ġdid ta' programm speċifiku biex jikkumpensa għan-nuqqasijiet tar-reġjuni li jinsabu fuq barra u (b) il-ħolqien ta' dak li hu magħruf bħala “Grand Voisinage Action” għal dawn ir-reġjuni fil-programmi tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea” ġodda, bil-għan li jingħatawlhom ir-riżorsi ekonomiċi bżonnjużi sabiex jaqdu kif xieraq id-dmir tagħhom bħala fruntieri attivi ta' l-UE u b'hekk jgħinu fil-kontribuzzjoni ta' l-integrazzjoni Ewropea. Madanakollu jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel proposti ċari fuq il-kordinazzjoni ta' dawn il-provvedimenti mal-proposta l-ġdida ta' l-Inizzjattiva “l-Qraba l-Kbar” u l-Objective tal-koperazzjoni territorjali; |
|
43. |
jesprimi l-apprezzament għall-isforzi li saru biex jiġu kkunsidratu l-problemi urbani fil-qafas ta' strateġija reġjonali u nazzjonali aktar wiesa', iżda tistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiddefinixxi aħjar il-kriterji li bihom wieħed ikun eliġibbli bħala żona urbana, fil-waqt li wieħed iżomm f'moħħu r-rwol li jilgħabu l-ibliet tat-tieni u t-tielet kategorija biex jassiguraw żvilupp bilanċjat fir-reġjuni; |
|
44. |
jemmen li d-dimensjoni urbana tal-politika reġjonali m'għandhiex tindirizza biss ir-reġenerazzjoni urbana iżda wkoll ir-rwol taż-żoni urbani bħala muturi ekonomiċi għar-reġjun, flimkien mar-relazzjoni urbana-rurali; |
|
45. |
huwa favur il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea li tiżdied il-parteċipazzjoni ta' l-ibliet fl-implimentazzjoni tad-dimensjoni urbana, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà; |
|
46. |
jilqa' b'approvazzjoni l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reġjuni b'nuqqasijiet strutturali, marbuta mas-sitwazzjoni ġeografika u demografika tagħhom, bħal reġjuni li jinsabu fuq muntanji, li għandhom popolazzjoni baxxa ħafna u gżejjer. Il-Kumitat iħajjar ukoll li, fejn hu ġustifikat u b'attenzjoni xierqa għas-serjetà tal-kondizzjonijiet partikolari, miżuri speċifiċi għandhom ikunu adottati bil-għan li dawn ir-reġjuni jiġi integrati fis-suq intern b'kondizzjonijiet tajba. In-nefqa kbira tal-garanzija ta' servizzi essenzjali lill-popolazzjoni ta' ċerti reġjuni, minħabba l-karatteristiċi territorjali u demografiċi tagħhom, għandha tkun ikkunsidrata bħala kriterja; |
Nessi mal-politika oħra bbażata fuq settur
|
47. |
jafferma li l-politika ta' koeżjoni għandha tkun ikkunsidrata bħala politika oriżżontali li tgħin it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali fuq il-bażi ta' l-iżvilupp sostenibbli u li għandha rwol essenzjali fil-proċess ta' integrazzjoni bejn il-popli u t-territorji ta' l-Unjoni. Il-politika kollha Komunitarja għandha tagħmel il-parti tagħha biex jinkiseb l-għan tal-koeżjoni. |
|
48. |
jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tintegra l-inizzjattiva “Leader +” fl-iskop prinċipali, iżda jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-inklużjoni ta' l-iżvilupp rurali fit-tieni pilastru tal-Politika ta' l-Agrikoltura Komuni (PAK) minħabba l-livell modest tar-reġjonaliżżazzjoni u r-rwol predominanti tal-produzzjoni agrikola u jinsisti mal-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura li firxa usa' ta' żoni rurali jingħataw l-ogħla inkoraġġiment biex jieħdu sehem fil-miżuri maħsuba fil-qafas ta' l-Aċċessibilità u Servizzi ta' Interess Ġenerali fil-qasam tal-kompetittività. |
|
49. |
hu tal-fehma li l-programmazzjoni għanda tkun kordinata bejn l-infiq għall-iżvilupp rurali taħt it-tieni pilastru tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) u l-infiq taħt l-Objective 2 il-ġdid (kompetittività reġjonali u x-xogħol), u li din il-kordinazzjoni għandha sseħħ fuq livell reġjonali; |
|
50. |
jilqa' b'approvazzjoni il-fatt li strument wieħed ser jintiseġ għall-iżvilupp rurali u z-zoni ta' sajd; l-Kumitat isejjaħ lill-Kummissjoni biex tikkjarifika kif dan l-istrument ser jopera barra mill-Objective ta' Konvergenza u jemmen li dan l-istrument għandu jagħti priorità lill-miżuri li jieħdu ħsieb l-aspetti l-aktar milquta ħażin taż-żoni rurali, bħalma huma d-depopolazzjoni, iż-żieda fl-età tal-popolazzjoni, u n-nuqqas ta' potenzjal għall-iżvilupp ġenerat lokalment |
|
51. |
jitlob sabiex il-miżuri previsti fil-qafas tar-Regolamenti Ewropej dwar l-iżvilupp tal-qasam rurali jitwessgħu lil hinn miż-żamma tal-produzzjoni agrikola sabiex jinkludu magħhom is-setturi agrikoli u dawk viċin ta' l-agrikoltura. Meta jitqassmu r-riżorsi, għandhom jittieħdu passi biex jiżguraw li jittieħed kont ta' l-Objective ta' Konvergenza u l-bżonn li r-riżorsi jħallsu għall-miżuri li joħorġu minn xogħol assenjat taħt ir-riforma tal-PAK; |
Simplikazzjoni ta' l-immaniġjar tal-Fondi Strutturali
|
52. |
jilqa' b'approvazzjoni l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li żżomm l-elementi ċentrali tas-sistema ta' programmazzjoni u mmaniġjar fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali tal-futur, bħalma huma l-qafas multi-annwali, metodu strateġiku f'qafas koerenti uniku u l-promozzjoni ta' sħubija pubblika-privata fuq livell reġjonali u t-tisħiħ ta' l-isħubija bejn l-isferi differenti tal-gvern: lokali, reġjonali, nazzjonali u ta' l-Ewropa; |
|
53. |
jitlob sabiex ir-reġjuni jkunu nvoluti aktar mill-viċin f'sistema effettiva u trasparenti biex tissorvelja l-għoti, it-tqassim u l-użu tal-flejjes tal-Fondi Strutturali; |
|
54. |
jinnota li l-Kummissjoni addottat diversi proposti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex l-amministrazzjoni tal-Fondi tiġi ssimplifikata billi:
|
|
55. |
isostni li s-simplifikazzjoni tal-proċedura ta' programmazzjoni għall-Kummissjoni m'għandiex twassal għal diffikultajiet għall-awtoritajiet reġjonali u lokali jew għas-sidien ta' proġett. Għalhekk il-ħolqien ta' programmi b'fond uniku fl-Objective 1 il-ġdid jistgħu, per eżempju, iwasslu għat-tfassil ta' aktar programmi, li ma jagħmiliex aktar faċli għar-reġjuni. Ikun aħjar jekk jinżammu r-regoli attwali għall-programi operazzjonali u li jitneħħa biss ir-rekwiżit ta' l-integrazzjoni tal-Fondi fil-każ ta' temi prioritarji u miżuri tal-programmi. Barra minn hekk, programmi operazzjonali għandhom ikomplu jkunu permessi biex ikopru reġjuni qraba, inkluż l-ippjanar finanzjarju konġunt; |
|
56. |
jinsisti mal-Kummissjoni biex tieħu kont tal-“veduta ta' l-utent” fis-simplifikazzjoni tal-politika reġjonali; |
|
57. |
jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkjarfika xi rwol ser ikollu d-dokument ta' qafas politiku li qed jiġi propost f'dak li għandu x'jaqsam mal-fażi ta' programmazzjoni fil-livell nazzjonali/reġjonali, u x'konsegwenzi ser ikollu l-abbozzar annwali tar-rapporti nazzjonali ta' progress; il-KtR jassumi li ser tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni kostituzzjonali ta' l-iStati Membri u jitlob għal assigurazzjoni li t-tħejjija ta' dawn id-dokumenti ta' qafas politiku jkunu bbażati fuq sħubija ugwali skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà; |
|
58. |
jikkunsidra li huwa biżżejjedgħall-istituzzjonijiet Ewropej li jindirizzaw il-prioritajiet u r-riżultati mhux aktar minn darba kull sentejn. Din l-eżaminazzjoni tista' ssir fis-Summit Ewropew tar-Rebbiegħa, li għandu jiffoka fuq l-Aġenda ta' Lisbona u Gothenburg. B'dan il-mod l-implimentazzjoni tal-programmi fuq livell reġjonali ma jaqax lura u ma titbiddilx l-istruttura tagħhom; |
|
59. |
jinnota li l-Kummissjoni Ewropea ma adottatx il-proposta tal-KtR biex timmodifika r-regola n+2 b'regola n+3 peress li dan inaqqas il-problemi marbuta ma' l-implimentazzjoni ta' proġetti fuq skala kbira u jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra dawn il-proposti (ta' awtoritajiet lokali u reġjoanli) u fil-każ li hi tiddeċiedi li tirrifjuthom, hu jipprevi għal spjegazzjoni sħiħa: |
Brussel, 16 ta' Ġunju 2004
Il-President
tal-Kumitat tar-Reġjuni
Peter STRAUB
(1) ĠU C 148 tat-18.5.2001, p. 25.
(2) ĠU C 107 tat-03.5.2002, p. 27.
(3) ĠU C 66 tad-19.3.2003, p. 11.
(4) ĠU C 256 ta' l-24.10.2003, p. 13.
(5) ĠU C 244 ta' l-10.10.2003, p. 23.
(6) ĠU C 256 ta' l-24.10.2003, p. 1.