7.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 302/38


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-għoti ta' liċenzji lill-intrapriżi tal-linji tal-ferroviji (verżjoni kodifikata)”

COM(2004) 232 finali - 2004/0074 (COD)

(2004/C 302/09)

Fis-27 t'April 2004, il-Kunsill iddeċieda li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, skond Artikolu 71 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, dwar “Il-Proposta ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-għoti ta' liċenzji lill-intrapriżi tal-linji tal-ferroviji (verżjoni kodifikata)”.

Is-Sezzjoni għat-Trasport, Enerġija, Infrastruttura u s-Soċjetà ta' l-Informatika, li kienet responsabbli għat-tħejjija tax-xogħol tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha fl-10 ta' Ġunju. Ir-rapporteur kien Is-Sur Chagas.

Waqt is-sessjoni plenarja nru. 410 tat-30 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju 2004 (laqgħa tat-30 ta' Ġunju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta l-opinjoni segwenti, b'160 voti favur u 10 astensjonijiet.

1.

L-iskop tal-proposta hi l-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar l-għoti ta' liċenzji lill-intrapriżi tal-linji tal-ferroviji (1).

2.

Is-simplifikazzjoni u kjarifikazzjoni tal-liġi Komunitarja hi materja ta' importanza kbira fil-kuntest ta' Ewropa tal-popli. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għaldaqstant irrimarkaw il-bżonn li jiġu kodifikati atti leġislattivi li kienu emendati ta' spiss, u intlaħaq qbil inter-istituzzjonali, fl-20 ta' Diċembru 1994, li dan jista' jsir bi proċedura mgħaġġla. L-ebda bidliet sostanzjali ma jistgħu jsiru meta l-atti jiġu kodifikati.

3.

Il-proposta tal-Kummissjoni tosserva din il-ħtieġa, u l-KESE għalhekk m'għandu l-ebda oġġezzjonijiet xi jqajjem.

Brussel, 30 ta' Ġunju, 2004.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Roger BRIESCH


(1)  ĠU L143 of 27.6.1995, p. 70 – Opinjoni KESE: ĠU C393 tal-31.12.1994, p. 56.