28.9.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 241/24 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni li twaqqaf il-linji ta' gwida għat-tieni sessjoni ta' l-Inizjattiva tal-Komunità EQUAL dwar il-kooperazzjoni transnazzjonali biex jitmexxew 'il quddiem mezzi ġodda biex ikunu miġġielda l-għamliet kollha ta' diskriminazzjoni u inugwaljanzi b'rabta mas-suq tax-xogħol – Il-moviment ħieles ta' ideat tajbin
(KOM(2003) 840 finali)
(2004/C 241/09)
Fil-5 ta' Jannar 2004 il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, taħt l-Artiklu 262 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, fuq il- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni li twaqqaf il-linji ta' gwida għat-tieni sessjoni ta' l-Inizjattiva tal-Komunità EQUAL dwar il-kooperazzjoni transnazzjonali biex jitmexxew 'il quddiem mezzi ġodda biex ikunu miġġielda l-għamliet kollha ta' diskriminazzjoni u inugwaljanzi b'rabta mas-suq tax-xogħol - “Il-moviment ħieles ta' ideat ġodda”
It-Taqsima għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, li kienet responsabbli għat-tħejjija tax-xogħol tal-Kumitat fuq is-suġġett, addottat l-opinjoni tagħha fil-5 ta' Mejju 2004. Ir-rapporteur kien Mr Sharma.
Fl-409 sessjoni plenarja tiegħu (il-laqgħa tat-2 ta' Ġunju 2004...), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew addotta l-opinjoni li ġejja b'185 vot favur, 1 kontra u 9 astensjonijiet.
1. Il-Kontenut tal-Komunikazzjoni
1.1 |
L-għanijiet ta' din il-Komunikazzjoni huma tnejn. Hija turi wħud mir-riżultati tal-bidu tal-programm EQUAL, li jiffukaw fuq prattiċi tajbin li jgħinu f'diversi modi kif ikunu miġġielda d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza fis-suq tax-xogħol – “il-moviment ħieles ta' ideat tajbin”. Hija tistabbilixxi ukoll ix-xena għat-tieni sessjoni ta' l-EQUAL, li tikkonferma l-prinċipji u t-tfassil, waqt li tintroduċi t-teknika tal-programm. |
1.2 |
F'dan l-istadju bikri, l-iktar suċċess li deher fl-EQUAL kien is-sħubija, li l-għan tagħha hu li jgħaqqad flimkien l-atturi li jaħdmu flimkien fi Sħubija ta' Żvilupp biex jiżviluppaw avviċinament integrat għal problemi multi-dimensjonali. |
1.3 |
It-tfassil ta' l-EQUAL għandu fatturi essenzjali integrati ta' tmexxija tajba minħabba li dan jindirizza punti ta' politika traversali, u jaħdem bejn u lil hinn minn konfini istituzzjonali. |
1.4 |
Il-programm EQUAL jaddotta avviċinament tematiku, u wara li tkun saret il-konsultazzjoni, l-Istati Membri qablu li jżommu t-temi ta' l-EQUAL mhux mittiefsa għat-tieni sessjoni. |
1.5 |
Għall-ewwel darba, it-2 sessjoni tal-programm EQUAL qed iqis it-tkabbir Ewropew. Minħabba f'hekk, l-appoġġ għall-popolazzjoni Roman u għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin hu mistenni li jiġi ttrattat mit-temi kollha, minħabba l-fatt li l-iskala ta' dawn l-isfidi qiegħda dejjem tikber. |
1.6 |
EQUAL jipprovdi opportunità tajba għall-Istati Membri l-ġodda biex dawn jaħdmu ma' l-Istati Membri li hemm bħalissa biex ifittxu prattika tajba dwar l-integrazzjoni soċjali u vokazzjonali ta' dawk li jkun qed ifitxxu kenn. |
1.7 |
Għalkemm ix-xogħol jinsab għaddej, u s'issa għadhom ma nkisbux riżultati ippruvati, l-ewwel sessjoni tal-programm EQUAL, li bdiet fl-2001, diġà qed turi prattiċi tajbin ta' modi ġodda kif ikunu miġġielda d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza, inter alia dwar: id-diżabbiltà u l-orjentazzjoni sesswali, xejriet biex il-ħaddiem jinżammu aktar fl-impjieg tagħhom, it-twaqqif ta' negozju b'nies qiegħda jew li mhumiex attivi, il-kontribuzzjoni ta' l-immigranti lejn ix-xogħol u t-tkabbir ekonomiku, mezzi biex titmexxa 'l quddiem l-addattabbiltà fis-suq tax-xogħol, il-bini ta' blokki għal strateġiji ta' tagħlim għal ħajja, it-tneħħija tal-firda tal-ġeneru fl-oqsma kollha u f'kull tip ta' xogħol, il-qsim ta' kura u responsabbiltajiet fid-dar, ir-responsabbiltà soċjali konġunta, l-integrazzjoni mill-ġdid biex tkun miġġielda l-esklużjoni, kif ukoll l-ekonomija soċjali biex jinħolqu aktar impjiegi u tinżamm il-kwalità tagħhom. |
1.8 |
Waqt li l-avviċinament tematiku jibqa' wieħed stabbli, EQUAL xorta jindirizza sfidi li żgur se jkunu hemm fit-tieni sessjoni, l-aktar wara t-tkabbir, bħalma huwa l-punt tad-diskriminazzjoni li qed jiffaċċjaw il-popolazzjoni Roman kif ukoll il-vittmi tat-traffikar. |
1.9 |
Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri huwa aspett importanti ħafna tal-programm EQUAL u taħdem sew, waqt li tidher f'numru ta' livelli: bejn is-Sħubiji ta' Żvilupp u x-xbieki Tematiċi. |
1.10 |
Ix-xejra dominanti, i.e. l-integrazzjoni u l-inkorporazzjoni ta' ideat u avviċinamenti ġodda fil-politika u l-prattika, hija ta' sfida kbira, iżda biex jinżamm l-ogħla impatt mill-programm EQUAL, ir-riżultati l-ewwel jeħtieġ jiġu analizzati, jitqiegħdu f'livelli u mxerrda biex ikollhom effett fl-Istati Membri u fl-Unjoni kollha. |
1.11 |
Il-valutazzjoni hija magħmula minn żewġ taqsimiet: reviżjoni għal perjodu ta' żmien medju u valutazzjoni li tibqa' sejra. Ta' l-ewwel għandha ssir b'rapporti ta' valutazzjoni nazzjonali għal perjodu ta' żmien medju li jintbagħtu lill-Kummissjoni f'Diċembru 2003, waqt li din tkun qed tinbena fuq il-valutazzjoni ta' livell Ewropew li kienet tħejjiet. Il-valutazzjonijiet wesgħin ta' l-UE ta' l-EQUAL ma jurux xi tibdil fit-tfassil ġenerali għall-programm EQUAL. Madankollu, fuq il-bażi tar-rapporti tal-valutazzjonijiet nazzjonali, u fuq l-istħarriġ u l-analiżi tagħhom stess, tqajjmu numru ta' punti li jistgħu jillimitaw kemm il-programm EQUAL ikun wieħed effettiv, u għalhekk tfassal sett ta' rakkomandazzjonijiet biex l-effettività ta' dan il-programm tkun tista' tissaħħaħ. Wara li tkun saret din il-valutazzjoni ta' perjodu ta' żmien medju, l-Istati Membri li hemm bħalissa għandhom jissuktaw jipproduċu rapporti annwali interim. |
2. Kummenti ġenerali
2.1 |
L-entużjażmu għas-sħubija (it-Taqsima 3) qed tintlaqa', waqt li l-għarfien ta' l-importanza li din titmexxa 'l quddiem bejn il-gruppi li qabel ma kinux ikkollaboraw qed ikun approvat uffiċjalment. Dan huwa wieħed mill-fatturi l-aktar importanti fis-suċċess tal-programm EQUAL, u għandhom jitfasslu proċessi amministrattivi u ta' appoġġ biex is-sħubija tkun tista' tabilħaqq tinżamm taħdem bħala l-ogħla prijorità. |
2.2 |
L-intenzjoni ta' l-Azzjoni 1 (deskritta fit-Taqsima 3, il-paragrafu 4) għandha sisien sodi. Li l-proċessi għat-tmexxija 'l quddiem lejn xogħol ta' żvilupp ikunu mħaffa jgħin biex jinżamm bilanċ biex ikun żgurat li s-suċċess tal-programm ma jkunx qed jistrieħ wisq fuq in-nies stess li jkunu ħolquh. |
2.3 |
Il-firxa vasta ta' imsieħba involuti fil-programm EQUAL tfisser li l-parteċipazzjoni attiva tagħhom x'aktarx tinkuraġġixxi l-iżvilupp ta' tmexxija tajba. Li tiġi inkuraġġita l-awtorizzazzjoni fil-prinċipji u t-tfassil tal-programm EQUAL hija ta' importanza kbira biex ikun hemm tmexxija tajba, u opportunità bżonnjuża biex ikun enfasizzat li din kienet nieqsa għal kollox fit-Taqsima 3.1. It-tkomplija tax-xbieki li nħolqu bil-programm EQUAL (it-Taqsima 3.1, il-paragrafu 4) titstrieħ fuq l-awtorizzazzjoni tal-partijiet kollha biex jinfluwenzaw il-politika u l-prattika ta' partijiet interessati oħra. Id-diskussjoni fuq l-inklużjoni ta' dawk li huma affettwati direttament bid-diskriminazzjoni hija milqugħa, iżda huwa fatt magħruf li l-implimentazzjoni tal-programm EQUAL fuq livelli Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali hija ħafna drabi, kemm-il darba dawn il-problemi ma jkunux imħarsa minn qabel u evitati, waħda ġerarkika li tista' żżid il-burokrazija u tnaqqas id-dritt tal-pussess. L-aktar, il-kontroll ta' l-iffinanzjar għandu jiġi enfasiżżati bħala mekkanniżmu li ħafna drabi jaffettwa l-awtorizzazzjoni. |
2.4 |
Id-diskussjoni dwar l-Istrateġija Ewropea fuq l-Impjiegi, il-Proċess ta' l-Inklużjoni Soċjali, it-Trattat, il-Fond Ewropew dwar ir-Refuġjati u strumenti ta' politika oħrajn tkun milqugħa bħala mezz biex ikun hemm kuntest għall-programm EQUAL kif ukoll opportunità importanti għall-gruppi li s-soltu ma jkunux involuti fit-tfassil tal-politika Ewropea, biex dawn jifhmuha u jagħmlu rabta magħha. Aktar qari jew tagħrif u referenzi jistgħu jinkuraġġixxu aktar stħarriġ minn dawn il-partijiet. Id-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza huma fatturi ewlenin fl-esklużjoni, iżda l-familjarizzazzjoni mal-burokrazija tat-tibdil mill-gruppi u l-individwi li ma jkollhomx esperjenza fl-influwenzar tal-politika hija importanti għax-xejra ewlenija tal-programm EQUAL. Dawn il-linji ta' gwida jistgħu jkunu l-ewwel punt ta' kuntatt għal ċerti gruppi. |
2.5 |
L-enfasi ta' l-EQUAL fuq l-innovazzjoni (it-Taqsima 5) huwa diskuss b'rabta ma' avviċinamenti ġodda lejn it-twettiq ta' politika. Il-linji ta' gwida ta' l-EQUAL fuq l-innovazzjoni (it-Taqsima 11.4, il-punt 17) tiddiskuti wkoll proċessi ġodda ta' żvilupp ta' politika. Il-potenzjal ta' sħubiji ta' żvilupp biex tinħoloq awtorizzazzjoni u tmexxija tajba fl-iżvilupp tal-politika kif ukoll fit-twettiq tagħha m'għandux ikun wieħed li jitħalla jgħaddi. |
2.6 |
L-infurzar tal-ħidmiet tax-xejra ewlenija jagħraf l-importanza tiegħu. Il-ħolqien ta' proġetti ġodda minn “multiplikaturi” jista' jwassal għal biex ikun hemm aktar innovazzjoni. Huwa importranti li wieħed jagħraf li l-proċess ta' l-innovazzjoni li titwettaq fi sħubiji ta' żvilupp mhux bilfors jinvolvi n-nies addattati biex iwettqu xejra ewlenija lir-riżultati. |
2.7 |
Il-proċess tal-valutazzjoni jħeġġeġ għal aktar attenzjoni fuq iż-żamma ta' l-impjiegi, il-kwalità ta' l-impjiegi u l-ħolqien dirett tax-xogħol. Li individwi li jaħdmu f'impriżi żgħar u medji jkunu miġbuda biex jieħdu sehem f'ħidmiet, bħalma huma t-tagħlim għall-ħajja u t-tfassil tal-karriera għal nies li għandhom aktar minn 30 u 40 sena, jista' jkun jeħtieġ mezzi ġodda ta' ingaġġ. Huwa importanti li wieħed jaħdem ma' organizzazzjonijiet ta' networks (bħalma huma t-trejd unjons) u li l-burokrazija titmexxa biex jiġi ċċentralizzat kemm jista' jkun ix-xogħol tal-kitba. |
2.8 |
Għall-impriżi żgħar u medji u għall-organizzazzjonijiet non-governattivi l-isfidi burokratiċi tal-programm EQUAL huma magħrufa sew, iżda l-istess sfidi huma ffaċċjati wkoll mill-awtoritajiet lokali. L-Istati Membri l-ġodda diġà qed iqisu l-amministrazzjoni tal-Fondi Strutturali. Il-problemi amministrattivi fost l-awtoritajiet lokali x'aktarx se jgħaddu fuq l-imsieħba ta' l-impriżi żgħar u medji u ta' l-organizzazzjonijiet non-governattivi, u dan jista' jwassal biex jitgerrex l-iżvilupp minn dawn il-gruppi. Is-sejbien ta' soluzzjonijiet għall-impriżi żgħar u medji u l-organizzazzjonijiet non-governattivi jista' jwassal biex dawn l-organizzazzjonijiet jkunu jistgħu jgawdu mis-sistema kollha. |
2.9 |
L-iffissar tajjeb taż-żmien ta' din l-inizjattiva jgħin biex ikun magħruf l-iżvilupp tal-politika u l-istrateġija Ewropea. Il-proċess ta' Lisbona se jiġi rivedut għal żmien medju f'Lulju ta' l-2005, u l-Istrateġija ta' l-UE dwar l-Impjiegi hija element ewlieni ta' dan. Fondi Strutturali Ġodda wkoll se jiġu proposti f'Lulju ta' l-2004, u r-rapport tal-Koeżjoni Ewropea jipprovdi wkoll xi ftit opportunità biex il-produzzjoni tingħata xejra ewlenija mill-programm EQUAL. |
3. Kummenti speċifiċi
3.1 |
Il-kunċetti li fuqhom huwa mwaqqaf il-programm EQUAL huma aċċettati. Għalhekk, kummenti speċifiċi qed jiffukaw aktar fuq il-mekkaniżmi. |
3.2 |
Fl-ewwel sessjoni tal-programm EQUAL, it-transizzjoni bejn il-fażi Azzjoni 1 dwar il-bini tas-sħubija u l-fażi ta' żvilupp Azzjoni 2 ħolqot telf ta' momentum għal uħud mill-programmi. Qed ikun propost “stadju ta' konferma” ġdid li jnaqqas l-amministrazzjoni ta' l-approvazzjoni għall-Azzjoni 2, waqt li jiżgura li n-nefqa tibqa' eliġibbli tul it-transizzjoni kollha. |
3.3 |
L-enfasi tat-transizzjoni mill-Azzjoni 1 għall-Azzjoni 2 huwa l-formazzjoni tal-Ftehim tas-Sħubija ta' Żvilupp bl-għanijiet, il-miri u bil-pjan ta' azzjoni tiegħu. It-tkomplija hija importanti u s-sħubiji għandhom jifhmu kif il-ħidmiet ta' l-awtorizzazzjoni tagħhom, il-proċeduri ta' l-amministrazzjoni u l-provvediment ta' nies jistgħu jappoġġjaw dik it-tkomplija. Hemm inugwaljanza sostanzjali fl-appoġġ mogħti mill-Awtoritajiet tat-Tnmexxija lill-Isħubija ta' Żvilupp, li dawn mhux dejjem jaħdmu tajjeb. L-Istati Membri għandhom jitgħallmu minn xulxin dwar l-għamla ta' appoġġ li huwa meħtieġ biex tkun żviluppata Sħubija ta' Żvilupp effettiva. It-tkomplija tal-provvediment ta' nies tista' tkun problema speċjali fl-Istati Membri l-ġodda, fejn l-impjegati jistgħu jiċċaqalqu b'mod aktar regolari minħabba l-opportunitajiet ġodda li qed jinfetħu. |
3.4 |
L-iżvilupp ta' sħubiji transnazzjonali hija parti importanti u ta' ġid tal-programm EQUAL. Is-sħubiji għandhom jiġu nkuraġġiti biex ikunu flessibbli, biex jirreaġixxu għal u jibnu fuq it-tibdiliet mistennija fil-pjani tal-programm li jkunu ġejjin mill-innovazzjonijiet li jkunu saru. Il-flessibbiltà fl-estmi hija importanti ħafna għal dan. |
3.5 |
Ir-regoli finanzjarji huma l-istess għall-Fondi Strutturali kollha, iżda l-proċessi tal-kontabbilità għall-finanzi u l-attivitajiet għandhom jitmexxew sew biex il-piż amministrattiv ma jgerrix lil dawk li jkunu fl-aħjar pożizzjoni li joffru opportunitajiet ta' awtorizzazzjoni. |
3.6 |
L-esperjenza tal-Kummissjoni li kisbet qabel turi li 85 % tal-fondi allokati biss se jintnefqu. Qed ikun issuġġerit li l-infiq li ma jsirx jintuża biex ikun hemm aktar xejriet ewlenin. Il-flus li jkunu ġejjin minn infiq li ma jkunx sar m'għandhomx iwasslu biex il-programmi jbatu minn tnaqqis fil-valur jew minn xi tibdil billi jew tkun meħtieġa amministrazzjoni żejda li tnaqqas l-akkwist, jew billi jitnaqqas l-iffinanzjar b'mod mhux maħsub sew minn qabel. |
3.7 |
Il-lista ta' ħidmiet ta' xejriet ewlenin li hemm fit-Taqsima 9a mhix waħda dettaljata, iżda huwa importanti ħafna li wieħed jagħraf l-irwol ta' l-appoġġ tan-negozju flimkien mal-konsulenza. Atturi bħalma huma l-imsieħba soċjali, inklużi t-trade unions, huma importanti ħafna. L-iżvilupp tal-proposti tas-Sessjoni 2 tal-programm EQUAL huwa wkoll parti importanti biex ikunu żviluppati fejn jeħtieġ ir-riżultati li kienu ħarġu mis-Sessjoni 1. |
3.8 |
Ix-xejriet ewlenin huma avviċinament jew strateġija u m'għandhomx jitqiesu bħala għan fih innifsu. Ix-xejriet ewlenin ma jżidux il-valur, iżda għandhom ikunu appoġġjati mill-bażi ta' strumenti ta' ugwaljanza, bħalma huma l-leġislazzjoni l-ġdida fuq it-trattament l-istess jew il-politika ta' azzjoni pożittiva. Mhuwiex aċċettabbli li numru ta' Stati Membri għad iridu jagħmlu liġijiet biex ikunu konformi mad-direttivi ta' kontra d-diskriminazzjoni u biex f'dawn il-pajjiżi ikun hemm tabilħaqq livell komuni ta' ugwaljanza. |
3.9 |
Il-gwida tidentifika “Opportunitajiet l-istess” bħala li għandhom aċċettazzjoni baxxa (it-Taqsima 10.1, para. 3) u li dawn huma mifhuma b'mod limitat jew tradizzjonali (it-Taqsima 10.1, para 6). Il-komunikazzjoni tal-modi differenti ta' kif wieħed jinterpreta u jittratta dawn l-Opportunitajiet l-istess fl-Istati Membri tista' tkun ta' ġid kbir għall-iżvilupp ta' programmi ġodda. Per eżempju, l-inugwaljanzi tal-ġeneru huma indirizzati f'tema waħda minn numru żgħir ta' gruppi, iżda tul il-programm ħafna mill-gruppi qed jaħdmu fuq dan. |
3.10 |
L-effett negattiv ta' tqassim taż-żmien/proċessi differenti bejn l-Istati Membri (it-Taqsima 10.1, il-paragrafu 5) imur lil hinn mit-twaqqif ta' sħubiji transnazzjonali fejn dan kien ġie indirizzat fis-Sessjoni 2. It-twaqqif ta' proċeduri ta' amministrazzjoni u monitoraġġ, l-iffissar taż-żmien ta' l-Azzjoni 3, u kemm idum il-proġett b'mod ġenerali jistgħu kollha jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor, u għalhekk jistgħu jkunu kontro-produttivi f'ħidmiet transnazzjonali. |
3.11 |
Il-proċeduri ta' l-għażla għall-programmi tas-Sessjoni 2 jistgħu jkunu ta' ġid biex iż-żewġ pajjiżi ewlenin għal kull tema jkunu jistgħu jgħinu lill-awtoritajiet tat-tmexxija biex dawn igawdu minn xi ftit koordinazzjoni bejn l-Istati Membri. |
Brussel, it-2 ta' Ġunju 2004.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Roger BRIESCH