26.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/14


Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar ir-reviżjoni tal-Pjan ta' Ħidma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2022-2024

(2023/C 185/05)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL

FILWAQT LI JFAKKRU LI:

1.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027, tistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea, fl-oqsma tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, biex jimplimentaw b’mod effettiv l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ madwar l-UE u fl-Istati Membri permezz ta’ strumenti speċifiċi, inkluż il-Pjanijiet ta’ Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ.

2.

L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ issegwi perjodi ta’ ħidma triennali tul żewġ triji ta’ presidenzi. Il-prijoritajiet u l-azzjonijiet għall-perjodi ta’ ħidma rispettivi huma ppreżentati fil-Pjanijiet ta’ Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ. Dawn il-pjanijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji gwida u l-prijoritajiet ta’ din l-Istrateġija, u jindirizzaw kwistjonijiet taż-żgħażagħ f’konfigurazzjonijiet u korpi preparatorji oħra tal-Kunsill fl-oqsma ta’ politika rilevanti.

3.

Il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE huwa strument li jaħdem bħala boxxla u jiggwida lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jilħqu l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ.

4.

Il-prijoritajiet u l-azzjonijiet ippreżentati fil-programm ta’ ħidma triennali għandhom jiġu riveduti matul l-ewwel nofs tal-2023 bil-ħsieb li jiġi approvat sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 mill-Kunsill u l-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill.

JIEĦDU NOTA LI:

5.

Il-Kunsill jistipula dawn il-Pjanijiet ta’ Ħidma tal-UE abbażi ta’ informazzjoni preliminari riċevuta mit-triju ta’ presidenzi mill-pajjiżi li ġejjin: Franza, ir-Repubblika Ċeka u l-Iżvezja, kif ukoll Spanja, il-Belġju u l-Ungerija.

6.

Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa u tikkomplementa azzjonijiet mill-Istati Membri deskritti f’dan il-Pjan ta’ Ħidma, b’mod partikolari billi tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni, tappoġġa l-mobbiltà taż-żgħażagħ u ta’ dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ, u billi tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika. L-għodod żviluppati biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ jistgħu jiġu mmobilizzati kif xieraq: dawn jinkludu d-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, il-Pjattaforma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, il-Koordinatur tal-UE għaż-Żgħażagħ u attivitajiet ta’ tagħlim reċiproku (gruppi ta’ esperti, attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari u konsulenza bejn il-pari). Dan huwa mirfud minn aġġornamenti regolari tal-Pjanifikaturi tal-Attivitajiet Nazzjonali Futuri, il-Wiki taż-Żgħażagħ, l-indikaturi taż-żgħażagħ, stħarriġ, studji u riċerka. L-appoġġ huwa msaħħaħ aktar permezz ta’ sħubijiet u kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, b’mod partikolari l-Kunsill tal-Ewropa, u permezz ta’ programmi fil-qasam taż-żgħażagħ (b’mod partikolari l-Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà).

7.

Punt fokali partikolari ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma huwa s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 (EYY). L-eżiti u l-legat tagħha ser jinżammu, jiġu promossi u msaħħa peress li l-evalwazzjoni tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ ser tintuża sabiex jittejjeb u jissaħħaħ il-Pjan fil-futur. Dan ser ikompli jistimula liż-żgħażagħ jippreżentaw kontributi għat-tiswir tal-iżvilupp tal-Unjoni u tas-soċjetà inġenerali, inkluż bħala parti mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u l-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Dan ser iżid l-għarfien dwar l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ kif ukoll l-appoġġ ipprovdut għalihom fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali, reġjonali u lokali.

ANNESS

Reviżjoni tal-Pjan ta' Ħidma għall-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2022-2024 (1)

FR, CZ, SE

Suġġett ġenerali: “Naħdmu flimkien għal Ewropa sostenibbli u inklużiva”

Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ #3 SOĊJETAJIET INKLUŻIVI u #10 EWROPA EKOLOĠIKA SOSTENIBBLI

Data

Metodu ta’ ħidma/strument

Mira indikattiva u riżultati

Għanijiet relatati għaż-żgħażagħ

Rabta mal-Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (2)

Propost minn

2022 (l-ewwel nofs)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-trawwim tal-involviment fost iż-żgħażagħ bħala atturi tal-bidla sabiex jitħares l-ambjent (5 ta’ April 2022)

Approvazzjoni mill-Kunsill

Tħeġġiġ ta' dawk li jfasslu l-politika u l-partijiet ikkonċernati fis-settur taż-żgħażagħ biex iqisu l-fehmiet taż-żgħażagħ u jippermettulhom ikunu atturi fil-politiki pubbliċi u l-programmi relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima

Ewropa ekoloġika sostenibbli

§10a

FR

2022 (l-ewwel nofs)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobilità ta’ voluntiera żgħażagħ madwar l-Unjoni Ewropea (5 ta’ April 2022)

Adozzjoni mill-Kunsill

Aġġornament tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobbiltà ta' voluntiera żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea adottata taħt il-Presidenza Franċiża tal-UE fl-2008, biex jiġi ffaċilitat il-volontarjat taż-żgħażagħ f'perjodu ta' wara l-pandemija

Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd

Konnessjoni tal-UE maż-Żgħażagħ

Organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u Programmi Ewropej

 

FR, (COM)

2022 (l-ewwel nofs)

Konferenza Ewropea dwar iż-Żgħażagħ (Strasburgu, 24-26 ta’ Jannar 2022)

Konferenza Ewropea dwar iż-Żgħażagħ

Soċjetajiet inklużivi

Ewropa ekoloġika sostenibbli

 

FR, COM

2022 (l-ewwel nofs)

Laqgħa informali tal-ministri għaż-żgħażagħ u għall-edukazzjoni: “għal Ewropa aktar ekoloġika u aktar sostenibbli” (Strasburgu, 27 ta’ Jannar 2022)

Skambji tal-aħjar prattiki

Parteċipazzjoni ta' delegati taż-żgħażagħ minn kull Stat Membru biex jaqsmu l-opinjoni taż-żgħażagħ

Involviment taż-żgħażagħ fi kwistjonijiet ta' żvilupp sostenibbli

Ewropa ekoloġika sostenibbli

§10a

FR

2022 (l-ewwel nofs)

Laqgħa informali tad-Diretturi Ġenerali għall-affarijiet relatati maż-żgħażagħ (Bordeaux, 5-6 ta’ Mejju 2022)

Temi:

Is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (EYY)

Il-mobilità u r-rikonoxximent tal-ħiliet tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

Sinerġiji u komplementarjetajiet bejn l-attivitajiet ta' volontarjat nazzjonali u tranżnazzjonali

Konnessjoni tal-UE maż-Żgħażagħ

 

FR

2022 (l-ewwel nofs)

Seminar dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proġett Ewropew: “Nagħtu l-Ħajja lill-Ewropa: Flimkien maż-żgħażagħ u għalihom” (Strasburgu, 9-10 ta’ Ġunju 2022)

Skambji tal-aħjar prattiki bejn l-esperti dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ

Segwitu għat-tmien ċiklu u għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd

Konnessjoni tal-UE maż-Żgħażagħ

§10e

FR

2022 (it-tieni nofs)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tad-dimensjoni interġenerazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ biex jitrawmu d-djalogu u l-koeżjoni soċjali (28 ta’ Novembru 2022)

Approvazzjoni mill-Kunsill

Integrazzjoni tat-tħassib taż-żgħażagħ tal-lum u tal-ġenerazzjonijiet futuri b'mod aktar sistematiku fit-tfassil tal-politika

Iffaċilitar tar-rikonoxximent tal-importanza tal-promozzjoni tad-djalogu interġenerazzjonali għat-trawwim tas-solidarjetà u l-ġustizzja interġenerazzjonali għal Ewropa b'saħħitha, reżiljenti, ekoloġika u inklużiva

Soċjetajiet inklużivi

 

CZ

2022 (it-tieni nofs)

Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ (Praga, 11-13 ta’ Lulju 2022)

Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ

Soċjetajiet inklużivi

Ewropa ekoloġika sostenibbli

 

CZ, COM

2022 (it-tieni nofs)

Laqgħa informali tad-Diretturi Ġenerali għall-affarijiet relatati maż-żgħażagħ: Rabtiet bejn it-tagħlim mhux formali u l-edukazzjoni formali fil-qasam taż-żgħażagħ: ir-reazzjonijiet tal-ħidma fost iż-żgħażagħ għat-telf ta’ apprendiment matul il-COVID-19 u għall-ħtiġijiet tal-edukazzjoni tar-refuġjati Ukreni (Praga, 19-20 ta’ Settembru 2022)

Skambji tal-aħjar prattiki

Soċjetajiet inklużivi

 

CZ

2022 (it-tieni nofs)

Nieħdu Pussess tal-Futur (Konferenza tal-Għeluq tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, Brussell, 6 ta’ Diċembru 2022)

Diskussjoni dwar il-legat tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ

Saħħa u Benessri Mentali

Tagħlim ta' Kwalità

 

CZ, COM, EP

2023 (l-ewwel nofs)

Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ (Växjö, 20-22 ta’ Marzu 2023)

Sommarju u konklużjoni tad-Disa' Ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ

Riflessjonijiet dwar id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ bħala proċess

Soċjetajiet inklużivi

Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd

Ewropa ekoloġika sostenibbli

 

SE, COM

2023 (l-ewwel nofs)

Laqgħa informali tad-Diretturi Ġenerali għall-affarijiet relatati maż-żgħażagħ (Växjö, 22-23 ta’ Marzu 2023)

Riflessjonijiet dwar id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ bħala proċess

Diskussjoni dwar il-governanza u l-implimentazzjoni tal-politika dwar iż-żgħażagħ u l-eżiti tal-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ

Skambju tal-aħjar prattiki

Soċjetajiet inklużivi

Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd

 

SE

2023 (l-ewwel nofs)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-dimensjoni soċjali ta’ Ewropa sostenibbli għaż-żgħażagħ (Mejju 2023)

Approvazzjoni mill-Kunsill

Rakkomandazzjonijiet ta' politika dwar id-dimensjoni soċjali ta' Ewropa ekoloġika sostenibbli, li tippromwovi l-inklużjoni tal-ilħna u l-ideat taż-żgħażagħ kollha dwar l-iżvilupp sostenibbli

Ewropa ekoloġika sostenibbli

Soċjetajiet inklużivi

§10a

§26

SE

2023 (l-ewwel nofs)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-eżiti tad-disa’ ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ (Mejju 2023)

Approvazzjoni mill-Kunsill

Sommarju, riflessjoni u evalwazzjoni tad-disa' ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ. Tisħiħ tal-kapaċità li l-informazzjoni tasal għand iż-żgħażagħ emarġinati, żvilupp ulterjuri tal-proċess/il-governanza tal-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ u d-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ għat-titjib tal-inklużjoni u l-feedback

Ewropa ekoloġika sostenibbli

Soċjetajiet inklużivi

Informazzjoni u djalogu kostruttiv

Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd

 

SE

2023 (l-ewwel nofs)

Reviżjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Ħidma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2022-2024 (Mejju 2023)

Approvazzjoni mill-Kunsill

Reviżjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-Pjan ta' Ħidma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2022-2024

Soċjetajiet inklużivi

 

SE

2023 (l-ewwel nofs)

Konferenza dwar l-integrazzjoni tal-politika dwar iż-żgħażagħ f’oqsma oħra ta’ politika (Brussell, 19 ta’ Ġunju 2023)

Konferenza tal-Presidenza dwar il-legat tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, ir-raba’ objettiv: l-integrazzjoni tal-politika dwar iż-żgħażagħ

Informazzjoni u djalogu kostruttiv

Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd

Il-konnessjoni tal-UE maż-żgħażagħ

 

SE


ES, BE, HU

Suġġett ġenerali: “GĦANDNA BŻONN IŻ-ŻGĦAŻAGĦ”

Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ # 3 SOĊJETAJIET INKLUŻIVI (3)

Data

Metodu ta’ ħidma/Strument

Mira indikattiva u riżultati

Għanijiet relatati għaż-żgħażagħ

Rabta mal-Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ

Propost minn

2023 (it-tieni nofs)

Konklużjonijiet tal-Kunsill biex tiġi promossa Aġenda Ewropea għaż-Żgħażagħ, li tiżgura t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet taż-żgħażagħ u tpoġġihom fil-qalba tal-impenn Ewropew

Approvazzjoni mill-Kunsill

Kontribut għad-definizzjoni ta' Aġenda Ewropea għad-Drittijiet taż-Żgħażagħ

Tisħiħ tad-drittijiet taż-żgħażagħ

Kontribut għad-definizzjoni tal-isfidi taż-żgħażagħ

Kontribut għall-iżvilupp ta' politiki mmirati lejn l-estensjoni tad-drittijiet u l-garanzija ta' ħajja sħiħa ħielsa mill-vjolenza

Soċjetajiet inklużivi

 

ES

2023 (it-tieni nofs)

Laqgħa informali tal-ministri għaż-żgħażagħ, l-universitajiet u l-edukazzjoni

Skambji tal-aħjar prattiki

Żvilupp ta' aġenda Ewropea ffukata fuq iż-żgħażagħ

Soċjetajiet inklużivi

 

ES

2023 (it-tieni nofs)

(poss.) Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-għan tar-rieżami tal-programmi Erasmus+ (Żgħażagħ) u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà biex titrawwem l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ

Approvazzjoni mill-Kunsill

Riflessjoni u evalwazzjoni tal-programmi, l-għanijiet, l-objettivi u l-azzjonijiet taż-żgħażagħ. Opportunitajiet għal solidarjetà. Riflessjoni dwar il-Qafas Pluriennali

Soċjetajiet inklużivi

 

ES (COM)

2023 (it-tieni nofs)

Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ (Alicante, 2-4 ta’ Ottubru 2023)

Is-suġġett ser jiġi determinat minn fost dawk identifikati mill-konferenzi/seminars

Soċjetajiet inklużivi

 

ES, COM

2023 (it-tieni nofs)

Laqgħa informali tad-Diretturi Ġenerali għall-affarijiet relatati maż-żgħażagħ (Alicante, mill-4 sal-5 ta’ Ottubru 2023)

 

 

 

ES

2024 (l-ewwel nofs)

(poss.) Laqgħa tad-Diretturi Ġenerali dwar iż-Żgħażagħ u Skambju ta’ Livell Għoli mad-diretturi tal-aġenziji nazzjonali

Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019-2027; riflessjonijiet dwar Erasmus+ 2021-2027 - il-Kapitolu taż-Żgħażagħ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà 2021-2027

L-għanijiet kollha għaż-żgħażagħ

§13 (a) Awtonomizzazzjoni/kwalità, innovazzjoni, rikonoxximent

§36

COM u BE

2024 (l-ewwel nofs)

(poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura (titolu preliminari)

Approvazzjoni mill-Kunsill

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar li ħadd ma jitħalla jibqa' lura: inwittu t-triq lejn l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ kollha (4)

Soċjetajiet Inklużivi

§3, §4, §5, §6, §10 (d), §13 (b), §16, §19, §20, §21, §22, §33, §34

BE

2024 (l-ewwel nofs)

(poss.) Konferenza dwar soċjetajiet inklużivi għaż-żgħażagħ

Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ

Soċjetajiet Inklużivi

§3, §4, §5, §6, §10 (d), §13 (b), §16, §19, §20, §21, §22, §33, §34

BE

2024 (l-ewwel nofs)

(poss.) Konferenza dwar il-ħidma fost iż-żgħażagħ (5) (b’attenzjoni fuq il-livell lokali u d-demokrazija: Normalment l-esperjenza taż-żgħażagħ tal-qasam tal-ħidma fost iż-żgħażagħ tibda hawnhekk, u l-livell lokali huwa fejn issir il-biċċa l-kbira tal-ħidma fost iż-żgħażagħ.)

Rakkomandazzjonijiet ta' politika

Kompendju tal-aħjar prattiki

Allinjament mal-Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ/Proċess ta' Bonn

F'kooperazzjoni ma' “Europe goes local” u “Democracy reloading”

Sinjalizzazzjoni għall-Futur fejn l-“offerta tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fuq livell lokali” hija delineata bħala l-ewwel punt minn tlieta taħt l-intestatura “Forniment ta' ħidma fost iż-żgħażagħ”. Is-seba' punt tad-Dikjarazzjoni Finali tat-tielet Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ jgħid li offerta bażika ta' ħidma fost iż-żgħażagħ għandha għalhekk tinkludi strateġija ċara biex jittejbu l-inklużjoni soċjali u d-diversità fost iż-żgħażagħ li jkunu qed jieħdu sehem (6)

Organizzazzjonijiet taż-Żgħażagħ u Programmi Ewropej

Soċjetajiet Inklużivi

§3, §8, §10 (a), §10 (c), §10 (e), §13 (b), §13 (c) §14, §16, §17, §18, §19, §20, §21, §22, §23, §24, §25, §27, §34, §38, §39

BE

2024 (l-ewwel nofs)

(poss.) Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ f’Ewropa ġdida

Approvazzjoni mill-Kunsill

(poss.) Rakkomandazzjonijiet ta' politika dwar ir-rwol tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fi bliet adatti għat-tfal u għaż-żgħażagħ u r-rwol tal-ispazju pubbliku (eż. il-ħidma lokali fost iż-żgħażagħ u l-bliet adatti għaż-żgħażagħ)

Skambji tal-aqwa prattiki bil-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar il-ħidma relatata mat-tikketta tal-bliet adatti għaż-żgħażagħ u l-Kapitali Ewropej taż-Żgħażagħ dwar l-“ispazji pubbliċi għaż-żgħażagħ”, “id-dritt għal-logħob” u r-rabta mat-tagħlim (tagħlim formali, mhux formali u informali) fil-qafas ta' “Żona Ewropea tat-Tagħlim”

L-għanijiet kollha għaż-żgħażagħ

§3, §8, §10 (a), §10 (c), §10 (e), §13 (b), §13 (c), §14,§16, §17, §18, §19, §20, §21, §22, §23, §24, §25, §27, §34, §38, §39

BE

2024 (l-ewwel nofs)

(poss.) Seminar dwar l-evalwazzjoni u l-aġġornament tal-aġenda Ewropea u dik internazzjonali dwar it-tfal, iż-żgħażagħ u d-drittijiet tat-tfal

Evalwazzjoni u rakkomandazzjonijiet

Aġġornament tal-konklużjonijiet tal-Kunsill

Esplorazzjoni tas-suġġett “id-dritt għal-logħob” u r-rabta mat-tagħlim formali, mhux formali u informali

Informazzjoni u djalogu kostruttiv

 

BE (u poss. COM)

2024 (l-ewwel nofs)

Kapitali Ewropea taż-Żgħażagħ

Il-Presidenza BE ser tenfasizza r-rwol ta’ Ghent bħala l-Kapitali Ewropea taż-Żgħażagħ fl-2024

 

§10 (c), §39

BE

2024 (it-tieni nofs)

(poss.) Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-għaxar ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ

Approvazzjoni mill-Kunsill

Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd

§1, §2, §6, §21, §22

HU

2024 (it-tieni nofs)

(poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ kondizzjonijiet li jippermettu liż-żgħażagħ jilħqu l-potenzjal tagħhom f’żoni rurali

Approvazzjoni mill-Kunsill

Appoġġ għall-iżvilupp taż-żgħażagħ rurali

§1, §2, §5,

§13 (d), §21, §26

HU

2024 (it-tieni nofs)

Konferenza dwar il-prijoritajiet tat-triju ta’ presidenzi/metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni

Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ u laqgħa tad-Diretturi Ġenerali

Eżitu finali taċ-ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ taħt it-triju ta' presidenzi ES-BE-HU

Soċjetajiet inklużivi

Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd

Appoġġ għall-iżvilupp taż-żgħażagħ rurali

§1, §2, §6, §13(b)

§19, §21

HU

2024 (it-tieni nofs)

(poss.) Laqgħa informali tal-ministri għaż-żgħażagħ

Skambji tal-aħjar prattiki

Soċjetajiet inklużivi

Appoġġ għall-iżvilupp taż-żgħażagħ rurali

 

HU

2024 (it-tieni nofs)

(Konferenza) Il-ġabra fil-qosor, ir-rieżami u l-evalwazzjoni tal-avveniment għall-ewwel għaxar ċikli tad-Djalogu (Strutturat) tal-UE maż-Żgħażagħ

Ħarsa ġenerali lejn l-għaxar ċikli tad-Djalogu (Strutturat) tal-UE maż-Żgħażagħ

Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd

Informazzjoni u djalogu kostruttiv

§1, §2, §6, §26

HU, ES, BE, (poss. COM)

2024 (it-tieni nofs)

(Seminar) Għodod biex jinħolqu kondizzjonijiet li jippermettu liż-żgħażagħ jilħqu l-potenzjal tagħhom f’żoni rurali

Skambji tal-aħjar prattiki fil-livell intersettorjali u dak interistituzzjonali

Formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet.

Appoġġ għall-iżvilupp taż-żgħażagħ rurali

Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd

Organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u programmi Ewropej taż-żgħażagħ

Tagħlim ta' kwalità.

§1, §5, § 11,

§13 (a), §24, §33, §37.

HU (u poss. COM)


(1)  Ikkompilat mill-Presidenza Slovena abbażi tad-dokument tal-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet possibbli għal Pjan ta' Ħidma futur tal-UE għaż-Żgħażagħ għall-2019-2021 (dok. ST-9264/18-ADD-1) u l-informazzjoni aġġornata fl-2023 mit-triji ta' presidenzi FR-CZ-SE u ES-BE-HU.

(2)  Ara r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar il-Qafas għall-istabbiliment ta' Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (2020/C 415/01).

(3)  Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (2018/C 456/01).

(4)  Pass 'il quddiem possibbli fil-kooperazzjoni transsettorjali mas-settur soċjali, tal-impjiegi, tal-edukazzjoni, tas-saħħa eċċ. Dokumenti ta' sfond ta' appoġġ mitluba mill-Grupp ta' Riċerkaturi Ewropej dwar iż-Żgħażagħ (PEYR).

(5)  Il-konferenza Ewropea ser tesplora wkoll is-suġġett tad-“dritt għal-logħob” u r-rabta mat-tagħlim formali, mhux formali u informali.

(6)  F'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħubija bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa fil-qasam taż-żgħażagħ u l-Komunità ta' prattika dwar l-Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (EYWA). Intalab ukoll appoġġ mingħand il-PEYR.