|
9.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 82/1 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 153 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-integrità tas-sistema tal-fjuwil u tas-sikurezza tas-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika fil-każ ta’ ħabta fuq wara [2021/386]
Data tad-dħul fis-seħħ: 22 ta’ Jannar 2021
Dan id-dokument huwa maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-test awtentiku u legalment vinkolanti huwa: ECE/TRANS/WP.29/2020/76.
Kontenut
Regolament
|
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Approvazzjoni |
|
5. |
Rekwiżiti |
|
6. |
Test |
|
7. |
Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura |
|
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
11. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
Annessi
|
1 |
Komunikazzjoni |
|
2 |
Eżempji tal-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni |
|
3 |
Proċedura għat-test tal-impatt fuq wara |
|
4 |
Kundizzjonijiet u proċeduri tat-test għall-valutazzjoni tal-integrità tas-sistema tal-fjuwil tal-idroġenu wara l-ħbit |
|
5 |
Proċeduri tat-test għal vetturi mgħammra b’sistema ta’ motopropulsjoni elettrika |
1. Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għal vetturi tal-kategorija M1 (1) b’massa totali permissibbli li ma taqbiżx it3 500 kg u għal vetturi tal-kategorija N1 fir-rigward tal-integrità tas-sistema tal-fjuwil u tas-sikurezza tas-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika li taħdem b’vultaġġ għoli fil-każ ta’ ħabta fuq wara.
2. Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:
|
2.1. |
“Tip ta’ vettura” tfisser kategorija ta’ vetturi motorizzati li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħalma huma: |
|
2.1.1. |
It-tul u l-wisa’ tal-vettura, sa fejn dawn ikollhom effett fuq ir-riżultati tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament. |
|
2.1.2. |
L-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali tal-parti tal-vettura lura mill-pjan trasversali mill-punt “R” tas-sit ta’ wara nett. |
|
2.1.3. |
Il-linji u d-dimensjonijiet ta’ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri, sa fejn dawn ikollhom effett fuq ir-riżultati tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament. |
|
2.1.4. |
Il-post (quddiem, wara jew iċ-ċentru) u l-orjentazzjoni (trasversali jew lonġitudinali) tal-magna, sa fejn dawn ikollhom effett negattiv fuq ir-riżultat tal-proċedura tat-test tal-impatt kif preskritt f’dan ir-Regolament. |
|
2.1.5. |
Il-massa mingħajr tagħbija, sa fejn din ikollha effett negattiv fuq ir-riżultat tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament. |
|
2.1.6. |
Il-postijiet fejn ikunu jinsabu l-REESS, sa fejn dawn ikollhom effett negattiv fuq ir-riżultat tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament. |
|
2.1.7. |
L-istruttura, il-forma, id-dimensjonijiet u l-materjali (metall/plastik) tat-tank(ijiet). |
|
2.1.8. |
Il-pożizzjoni tat-tank(ijiet) fil-vettura sa fejn din ikollha effett negattiv fuq ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.1. |
|
2.1.9. |
Il-karatteristiċi u l-pożizzjoni tas-sistema tal-alimentazzjoni tal-fjuwil (pompa, filtri, eċċ.). |
|
2.2. |
“Kompartiment tal-passiġġieri” tfisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni tal-okkupanti, magħluq permezz tas-saqaf, il-qiegħ, il-ħitan tal-ġnub, il-bibien, il-ħġieġ ta’ barra u l-paratija ta’ quddiem (front bulkhead) u ta’ wara (rear bulkhead, jew rear gate), kif ukoll permezz tal-ostakli u l-kaxex ta’ protezzjoni elettrika provduti biex l-okkupanti jiġu protetti minn kuntatt dirett ma’ partijiet live b’vultaġġ għoli. |
|
2.3. |
“Massa mingħajr tagħbija” tfisser il-massa tal-vettura f’kundizzjoni ta’ sewqan, mhux okkupata u mhux mgħobbija iżda mimlija bil-fjuwil, bil-fluwidu berried, bil-lubrikant, bl-għodod u bi stepni (jekk fornut bħala tagħmir standard mill-manifattur tal-vettura). |
|
2.4. |
“Tank” tfisser it-tank(ijiet) iddisinjat(i) biex jikkontjeni/u l-fjuwil likwidu, kif definit fil-paragrafu 2.6 jew tal-gass tal-idroġenu kkompressat, użat(i) primarjament għall-propulsjoni tal-vettura bl-esklużjoni tal-aċċessorji tiegħu (pajp tal-mili, jekk dan ikun element separat, toqba tal-mili, tapp, gejġ, konnessjonijiet mal-magna jew biex isir kumpens għall-pressjoni interjuri eċċessiva, eċċ); |
|
2.5. |
“Kapaċità tat-tank tal-fjuwil” tfisser il-kapaċità tat-tank tal-fjuwil kif speċifikata mill-manifattur. |
|
2.6. |
“Fjuwil likwidu” tfisser fjuwil li huwa likwidu f’kundizzjonijiet normali ta’ temperatura u pressjoni. |
|
2.7. |
“Vultaġġ għoli” tfisser il-klassifikazzjoni ta’ komponent jew ċirkwit elettriku diment li l-vultaġġ operattiv tiegħu ikun > 60 V u ≤ 1 500 V b’kurrent dirett (DC) jew > 30 V u ≤1 000 V b’kurrent alternat (AC) root-mean-square (rms). |
|
2.8. |
“Sistema rikarikabbli ta’ ħżin tal-enerġija elettrika (REESS)” tfisser is-sistema rikarikabbli ta’ ħżin tal-enerġija li tipprovdi l-enerġija elettrika għall-propulsjoni.
Batterija li l-użu primarju tagħha huwa li tipprovdi l-enerġija għall-istartjar tal-magna u/jew għat-tidwil u/jew sistemi awżiljarji oħra tal-vettura ma titqiesx bħala REESS. [L-użu primarju f’dan il-kuntest ifisser li aktar minn 50 fil-mija tal-enerġija mill-batterija tintuża għall-istartjar tal-magna u/jew għat-tidwil u/jew sistemi awżiljarji oħra tal-vettura tul ċiklu ta’ sewqan xieraq, eż. WLTC għal M1 u N1] |
|
2.9. |
“Ostaklu ta’ protezzjoni elettrika” tfisser il-parti li tipprovdi l-protezzjoni mill-kuntatt dirett mal-partijiet live b’vultaġġ għoli. |
|
2.10. |
“Sistema ta’ motopropulsjoni elettrika” tfisser iċ-ċirkwit elettriku li jinkludi l-mutur(i) tat-trazzjoni, u jista’ jinkludi wkoll l-REESS, is-sistema tal-konverżjoni tal-enerġija elettrika, il-konvertituri elettroniċi, il-kablaġġ u l-konnetturi assoċjati, u s-sistema tal-akkoppjament biex tiġi ċċarġjata l-REESS. |
|
2.11. |
“Partijiet live” tfisser il-parti(jiet) konduttiva/i maħsuba biex jiġu enerġizzati elettrikament f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali. |
|
2.12. |
“Parti konduttiva esposta” tfisser il-parti konduttiva li tista’ tintmess skont id-dispożizzjonijiet tal-grad ta’ protezzjoni IPXXB li normalment ma tkunx enerġizzata, iżda li tista’ tiġi enerġizzata elettrikament f’kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ iżolazzjoni. Din tinkludi partijiet taħt għata li tista’ tinqala’ mingħajr l-użu ta’ għodod. |
|
2.13. |
“Kuntatt dirett” tfisser il-kuntatt ta’ persuni ma’ partijiet live b’vultaġġ għoli. |
|
2.14. |
“Kuntatt indirett” tfisser il-kuntatt ta’ persuni ma’ partijiet konduttivi esposti. |
|
2.15. |
“Grad ta’ protezzjoni IPXXB” tfisser il-protezzjoni minn kuntatt ma’ partijiet live b’vultaġġ għoli provduta minn ilqugħ jew kaxxa ta’ protezzjoni elettrika u li tiġi ttestjata permezz ta’ Saba’ tat-Test Artikolat (grad ta’ protezzjoni IPXXB) kif deskritt fil-paragrafu 4 tal-Anness 5. |
|
2.16. |
“Vultaġġ operattiv” tfisser l-ogħla valur tal-vultaġġ root-mean-square (rms) ta’ ċirkwit elettriku speċifikat mill-manifattur, li jista’ jkun hemm bejn il-partijiet konduttivi f’kundizzjonijiet ta’ ċirkwit miftuħ jew f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali. Jekk iċ-ċirkwit elettriku jkun separat permezz ta’ iżolazzjoni galvanika, il-vultaġġ operattiv jiġi ddefinit għal kull ċirkwit isseparat, rispettivament. |
|
2.17. |
“Sistema ta’ akkoppjament biex tiġi ċċarġjata s-sistema rikarikabbli ta’ ħżin tal-enerġija (REESS)” tfisser iċ-ċirkwit elettriku użat biex tiġi ċċarġjata l-REESS minn provvista esterna tal-enerġija elettrika inkluża l-plakka tal-vettura. |
|
2.18. |
“Xażi elettriku” tfisser sett magħmul minn partijiet konduttivi konnessi flimkien bl-elettriku, li l-potenzjal elettriku tiegħu jittieħed bħala referenza. |
|
2.19. |
“Ċirkwit elettriku” tfisser assemblaġġ ta’ partijiet live b’vultaġġ għoli, konnessi flimkien, iddisinjat biex jiġi enerġizzat elettrikament waqt it-tħaddim normali. |
|
2.20. |
“Sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija elettrika” tfisser sistema (eż. ċellula tal-fjuwil) li tiġġenera u tipprovdi l-enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika. |
|
2.21. |
“Konvertitur elettroniku” tfisser apparat li jista’ jikkontrolla u/jew jikkonverti l-enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika. |
|
2.22. |
“Kaxxa” tfisser il-parti li tagħlaq l-unitajiet interni u li tipprovdi protezzjoni minn kwalunkwe kuntatt dirett. |
|
2.23. |
“Bus ta’ Vultaġġ Għoli” tfisser iċ-ċirkwit elettriku, inkluża s-sistema ta’ akkoppjament biex tiġi ċċarġjata l-REESS li titħaddem b’vultaġġ għoli. Fejn iċ-ċirkwiti elettriċi huma konnessi galvanikament ma’ xulxin u jissodisfaw il-kundizzjoni ta’ vultaġġ speċifiku, il-komponenti jew il-partijiet taċ-ċirkwit elettriku li jaħdmu b’vultaġġ għoli biss huma klassifikati bħala bus ta’ vultaġġ għoli. |
|
2.24. |
“Iżolatur solidu” tfisser il-kisja ta’ insulazzjoni tal-kablaġġ, ipprovduta sabiex tgħatti u tipprevjeni l-partijiet live b’vultaġġ għoli minn kwalunkwe kuntatt dirett. |
|
2.25. |
“Skonnettur awtomatiku” tfisser apparat li meta jitħaddem, jissepara konduttivament is-sorsi ta’ enerġija elettrika mill-bqija taċ-ċirkwit b’vultaġġ għoli tas-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika. |
|
2.26. |
“Batterija ta’ trazzjoni tat-tip miftuħa” tfisser tip ta’ batterija li taħdem bil-likwidu u li tiġġenera l-gass tal-idroġenu li jiġi rilaxxat fl-atmosfera. |
|
2.27. |
“Elettrolit milwiem” tfisser elettrolit ibbażat fuq solvent tal-ilma għall-komposti (eż. aċidi, bażijiet) li jipprovdi joni konduttivi wara d-dissoċjazzjoni tiegħu. |
|
2.28. |
“Tnixxija tal-elettrolit” tfisser it-tnixxija tal-elettrolit mill-REESS fil-forma ta’ likwidu. |
|
2.29. |
“Elettrolit mhux milwiem” tfisser elettrolit li mhux ibbażat fuq l-ilma bħala solvent. |
|
2.30. |
“Kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali” tinkludi modalitajiet u kundizzjonijiet ta’ tħaddim li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom b’mod raġonevoli waqt it-tħaddim normali tal-vettura inkluż sewqan b’veloċitajiet legali, ipparkjar jew idling fit-traffiku, kif ukoll, iċċarġjar bl-użu ta’ ċarġers li huma kompatibbli mal-portijiet tal-iċċarġjar speċifiċi installati fuq il-vettura. Dan ma jinkludix, kundizzjonijiet fejn il-vettura ssirilha ħsara, jew kawża ta’ ħbit, ta’ tifrik tat-triq jew ta’vandaliżmu, tkun soġġetta għan-nar jew mgħaddsa taħt l-ilma, jew fi stat fejn ikunu meħtieġa jew qed jitwettqu servizz u/jew manutenzjoni. |
|
2.31. |
“Kundizzjoni ta’ vultaġġ speċifiku” tfisser il-kundizzjoni li l-vultaġġ massimu ta’ ċirkwit elettriku konness galvanikament bejn parti live DC u kwalunkwe parti oħra live (DC jew AC) ikun ≤ 30 V AC (rms) u ≤ 60 V DC.
|
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-integrità tas-sistema tal-fjuwil u fir-rigward tas-sikurezza tas-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika li taħdem b’vultaġġ għoli fil-każ ta’ ħabta fuq wara għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu skont il-proċedura stabbilita fl-Iskeda 3 tal-Ftehim (E/ECE/TRANS/505/Rev.3). |
|
3.2. |
Mudell tad-dokument ta’ informazzjoni jinsab fl-Anness 1 – Appendiċi 1. |
4. Approvazzjoni
|
4.1. |
Jekk il-vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura għandha tingħata. |
|
4.1.1. |
Is-Servizz Tekniku maħtur skont il-paragrafu 11 ta’ hawn taħt għandu jivverifika li l-kundizzjonijiet meħtieġa jkun ġew issodisfati. |
|
4.1.2. |
F’każ ta’ dubju, meta tkun qed tiġi vverifikata l-konformità tal-vettura mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu kwalunkwe data jew riżultati ta’ testijiet ipprovduti mill-manifattur li jistgħu jitqiesu fil-validazzjoni tat-test tal-approvazzjoni mwettaq mis-Servizz Tekniku. |
|
4.2. |
Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat skont l-Iskeda 4 tal-Ftehim (E/ECE/TRANS/505/Rev.3). |
|
4.3. |
L-avviż ta’ approvazzjoni, jew ta’ estensjoni, rifjut, jew irtirar tal-approvazzjoni jew tal-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.4. |
Ma’ kull vettura li tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, f’post li jidher u li jkun faċilment aċċessibbli speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka internazzjonali tal-approvazzjoni li tikkonforma mal-mudell indikat fl-Anness 2 u li tikkonsisti minn: |
|
4.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2); |
|
4.4.2. |
in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
|
4.5. |
Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat, skont Regolament tan-NU wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti tan-NU kollha li skonthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
|
4.6. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. |
5. Rekwiżiti
|
5.1. |
Meta l-vettura tkun ġiet soġġetta għat-test imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ hawn taħt, id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 5.2 għandhom jiġu ssodisfati.
Vettura bil-partijiet kollha tas-sistema tal-fjuwil installati quddiem il-punt tan-nofs tal-bażi tar-roti titqies li tissodisfa d-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 5.2.1. Vettura bil-partijiet kollha tas-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika li taħdem b’vultaġġ għoli installati quddiem il-punt tan-nofs tal-bażi tar-roti titqies li tissodisfa d-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 5.2.2. |
|
5.2. |
Wara t-test imwettaq skont il-proċedura stabbilita fl-Anness 3, l-Anness 4 u l-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-integrità tas-sistema tal-fjuwil u s-sikurezza tas-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika: |
|
5.2.1. |
Fil-każ ta’ vettura li taħdem bi fjuwil likwidu, għandha tintwera l-konformità mal-paragrafi 5.2.1.1 sa 5.2.1.2.
Fil-każ ta’ vetturi li jaħdmu bl-idroġenu kkompressat, għandha tintwera l-konformità mal-paragrafi 5.2.1.3 sa 5.2.1.5. |
|
5.2.1.1. |
Meta sseħħ il-ħabta ma għandux ikun hemm aktar minn tnixxija ħafifa ta’ likwidu mis-sistema ta’ alimentazzjoni tal-fjuwil. |
|
5.2.1.2. |
Jekk wara l-ħabta jkun hemm tnixxija kontinwa ta’ likwidu mis-sistema ta’ alimentazzjoni tal-fjuwil, ir-rata ta’ tnixxija ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 30 g/min; jekk il-likwidu mis-sistema ta’ alimentazzjoni tal-fjuwil jitħallat ma’ likwidi mis-sistemi l-oħra u l-likwidi differenti ma jistgħux jiġu sseparati u identifikati faċilment, il-likwidi kollha miġbura għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tat-tnixxija kontinwa. |
|
5.2.1.3. |
Ir-rata ta’ tnixxija tal-idroġenu (VH2) iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 4 tal-Anness 4 għall-idroġenu, jew mal-paragrafu 5 tal-Anness 4 għall-elju, ma għandhiex taqbeż medja ta’ 118 NL kull minuta għall-intervall ta’ ħin, Δt minuti, wara l-ħbit. |
|
5.2.1.4. |
Il-konċentrazzjoni tal-gass (idroġenu jew elju kif applikabbli) skont il-volum fil-valuri tal-arja ddeterminata għall-kompartimenti tal-passiġġieri u tal-bagalji f’konformità mal-paragrafu 6 tal-Anness 4, ma għandhiex taqbeż 4,0 fil-mija għall-idroġenu jew 3,0 fil-mija għall-elju, fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu ta’ kejl ta’ 60 minuta wara l-ħbit. Dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat jekk jiġi kkonfermat li l-valv iżolanti ta’ kull sistema tal-ħżin tal-idroġenu jkun ingħalaq fi żmien 5 sekondi mill-ewwel kuntatt tal-vettura mal-impattur u li ma jkun hemm l-ebda tnixxija mis-sistema/i tal-ħżin tal-idroġenu. |
|
5.2.1.5. |
Il-kontenitur(i) (għall-ħżin tal-idroġenu) għandu/għandhom jibqa’/jibqgħu mwaħħal/mwaħħla mal-vettura f’minimu ta’ punt ta’ twaħħil wieħed. |
|
5.2.2. |
Fil-każ ta’ vettura mgħammra b’sistema ta’ motopropulsjoni elettrika li taħdem b’vultaġġ għoli, is-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika u s-sistemi ta’ vultaġġ għoli li huma konnessi galvanikament mal-bus ta’ vultaġġ għoli tas-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.2.2.1 sa 5.2.2.3: |
|
5.2.2.1. |
Protezzjoni minn xokk elettriku
Wara l-impatt, il-buses ta’ vultaġġ għoli għandhom jissodisfaw tal-inqas wieħed mill-erba’ kriterji speċifikati fil-paragrafi 5.2.2.1.1 sa 5.2.2.1.4.2 ta’ hawn taħt. Jekk il-vettura jkollha funzjoni ta’ skonnessjoni awtomatika, jew apparat(i) li jissepara(w) konduttivament iċ-ċirkwit tas-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika waqt il-kundizzjoni tas-sewqan, wara li tiġi attivata l-funzjoni ta’ skonnessjoni, għaċ-ċirkwit skonness jew għal kull ċirkwit isseparat, individwalment, għandu japplika tal-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin. Madankollu, il-kriterji definiti fil-paragrafu 5.2.2.1.4 ta’ hawn taħt ma japplikawx jekk ikun hemm iktar minn reżistenza waħda ta’ parti mill-bus ta’ vultaġġ għoli li ma tkunx protetta bil-kundizzjonijiet tal-grad ta’ protezzjoni IPXXB. Fil-każ li t-test tal-ħbit jitwettaq bil-kundizzjoni li l-parti(jiet) tas-sistema b’vultaġġ għoli ma jkunux enerġizzati u bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe sistema ta’ akkoppjament biex tiġi ċċarġjata l-REESS li ma tkunx enerġizzata waqt is-sewqan, il-protezzjoni minn xokk elettriku għandha tiġi ppruvata jew skont il-paragrafu 5.2.2.1.3 jew il-paragrafu 5.2.2.1.4 għall-parti(jiet) rilevanti. |
|
5.2.2.1.1. |
Assenza ta’ vultaġġ għoli
Il-vultaġġi Ub, U1 u U2 tal-buses ta’ vultaġġ għoli għandhom ikunu daqs jew inqas minn 30 VAC jew 60 VDC sa 60 sekonda wara l-impatt meta mkejla skont il-paragrafu 2 tal-Anness 5. |
|
5.2.2.1.2. |
Livell baxx ta’ enerġija elettrika
L-Enerġija Totali (TE) fil-buses ta’ vultaġġ għoli għandha tkun inqas minn 0,2 J meta mkejla skont il-proċedura tat-test kif speċifikat fil-paragrafu 3 tal-Anness 5 bil-formula (a). Alternattivament, l-Enerġija Totali (TE) tista’ tiġi kkalkulata bil-vultaġġ imkejjel Ub tal-bus ta’ vultaġġ għoli u l-kapaċitanza tal-X-capacitors (Cx) speċifikata mill-manifattur skont il-formula (b) tal-paragrafu 3 tal-Anness 5. Anke l-enerġija maħżuna fil-Y-capacitors (TEy1, TEy2) għandha tkun inqas minn 0,2 J. Din għandha tiġi kkalkulata billi jitkejlu l-vultaġġi U1 u U2 tal-buses ta’ vultaġġ għoli u tax-xażi elettriku, u l-kapaċitanza tal-Y-capacitors speċifikata mill-manifattur skont il-formula (c) tal-paragrafu 3 tal-Anness 5. |
|
5.2.2.1.3. |
Protezzjoni fiżika
Għall-protezzjoni minn kuntatt dirett ma’ partijiet live b’vultaġġ għoli, għandu jiġi provdut grad ta’ protezzjoni IPXXB. Il-valutazzjoni għandha titwettaq skont il-paragrafu 4 tal-Anness 5. Barra minn hekk, għall-protezzjoni minn xokk elettriku li jista’ jirriżulta minn kuntatt indirett, ir-reżistenza bejn il-partijiet konduttivi esposti kollha ta’ ostakli/kaxex ta’ protezzjoni elettrika u x-xażi elettriku għandha tkun inqas minn 0,1 Ω u r-reżistenza bejn kwalunkwe żewġ partijiet konduttivi esposti li jistgħu jintlaħqu simultanjament ta’ ostakli/kaxex ta’ protezzjoni elettrika li jkunu inqas minn 2,5 m minn xulxin għandha tkun inqas minn 0,2 Ω meta jkun hemm fluss ta’ kurrent ta’ mill-inqas 0,2 A. Din ir-reżistenza tista’ tiġi kkalkulata bl-użu tar-reżistenzi mkejla separatament tal-partijiet rilevanti taċ-ċirkwit elettriku. Dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat jekk il-konnessjoni galvanika tkun saret bl-iwweldjar. Fil-każ ta’ dubju jew ta’ konnessjoni stabbilita b’mezzi oħra għajr l-iwweldjar, il-kejl għandu jsir billi tintuża waħda mill-proċeduri tat-test deskritti fil-paragrafu 4 tal-Anness 5. |
|
5.2.2.1.4. |
Reżistenza tal-iżolazzjoni
Għandhom jiġu ssodisfati l-kriterji speċifikati fil-paragrafi 5.2.2.1.4.1 u 5.2.2.1.4.2 ta’ hawn taħt. Il-kejl għandu jitwettaq skont il-paragrafu 5 tal-Anness 5. |
|
5.2.2.1.4.1. |
Sistema ta’motopropulsjoni elettrika magħmula minn buses DC jew AC separati
Jekk il-buses ta’ vultaġġ għoli AC u l-buses ta’ vultaġġ għoli DC ikunu iżolati minn xulxin galvanikament, ir-reżistenza tal-iżolament bejn il-bus ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (Ri, kif definit fil-paragrafu 5 tal-Anness 5) għandu jkollha valur minimu ta’ 100 Ω/V tal-vultaġġ operattiv għall-buses DC, u valur minimu ta’ 500 Ω/V tal-vultaġġ operattiv għall-buses AC. |
|
5.2.2.1.4.2. |
Sistema ta’ motopropulsjoni elettrika li tikkonsisti minn buses DC u AC ikkombinati
Jekk il-buses ta’ vultaġġ għoli AC u l-buses ta’ vultaġġ għoli DC ikunu konnessi konduttivament, dawn għandhom jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
5.2.2.2. |
Tnixxija tal-elettrolit |
|
5.2.2.2.1. |
Fil-każ ta’ REESS b’elettrolit milwiem.
Għall-perjodu bejn il-waqt tal-impatt sa 60 minuta wara l-impatt, ma għandu jkun hemm l-ebda tnixxija tal-elettrolit mill-REESS għal ġewwa l-kompartiment tal-passiġġieri, filwaqt li t-tnixxija tal-elettrolit mill-REESS ’il barra mill-kompartiment tal-passiġġieri ma għandhiex tkun aktar minn 7 fil-mija, skont il-volum, tal-elettrolit, bi tnixxija massima ta’ 5,0 l. L-ammont ta’ elettrolit li jitnixxa jista’ jitkejjel bit-tekniki tas-soltu għad-determinazzjoni tal-volumi ta’ likwidu wara l-ġbir tiegħu. Għal kontenituri li fihom Stoddard, fluwidu berried ikkulurit u elettrolit, il-fluwidi għandhom jitħallew jisseparaw skont id-densità relattiva tagħhom u b’hekk ikunu jistgħu jitkejlu separatament. |
|
5.2.2.2.2. |
Fil-każ ta’ REESS b’elettrolit mhux milwiem.
Għall-perjodu bejn il-waqt tal-impatt sa 60 minuta wara l-impatt, ma għandu jkun hemm l-ebda tnixxija tal-elettrolit mill-REESS għal ġewwa l-kompartiment tal-passiġġieri jew il-kompartiment tal-bagalji u l-ebda tnixxija ta’ likwidu tal-elettrolit ’il barra mill-vettura. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi vverifikat permezz ta’ spezzjoni viżwali mingħajr ma tiġi żarmata kwalunkwe parti tal-vettura. Il-manifattur għandu juri l-konformità skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6 tal-Anness 5. |
|
5.2.2.3. |
Retenzjoni tal-REESS
L-REESS għandha tibqa’ mwaħħla mal-vettura mill-inqas permezz ta’ ankraġġ wieħed, bracket waħda, jew kwalunkwe struttura li tittrasferixxi t-tagħbijiet mill-REESS għall-istruttura tal-vettura, u l-REESS li tinsab barra l-kompartiment tal-passiġġieri ma għandhiex tkun tista’ tippenetra fil-kompartiment tal-passiġġieri. Il-manifattur għandu juri l-konformità mal-paragrafu 7 tal-Anness 5. |
6. Test
|
6.1. |
Il-konformità tal-vettura mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5 ta’ hawn fuq għandha tiġi verifikata skont il-metodi stipulati fl-Annessi 3, 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament. |
7. Modifiki u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura
|
7.1. |
Kull modifika tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li approva dak it-tip ta’ vettura. Imbagħad, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista’ jew:
|
|
7.1.1. |
Reviżjoni
Meta d-dettalji rreġistrati fid-dokumenti ta’ informazzjoni tal-Anness 1 - Appendiċi 1 ikunu nbidlu u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li se jkollhom effett avvers apprezzabbli u li, fi kwalunkwe każ, il-vettura għadha tikkonforma mar-rekwiżiti, il-modifika għandha tiġi ddeżinjata bħala “reviżjoni”. F’dan il-każ, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha toħroġ il-paġni riveduti tad-dokumenti ta’ informazzjoni tal-Anness 1 - Appendiċi 1 kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex turi b’mod ċar in-natura tal-modifika u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Verżjoni konsolidata u aġġornata tad-dokumenti ta’ informazzjoni tal-Anness 1 - Appendiċi 1, flimkien ma’ deskrizzjoni dettaljata tal-modifika, għandha titqies li tissodisfa dan ir-rekwiżit. |
|
7.1.2. |
Estensjoni
Il-modifika għandha tiġi deżinjata “estensjoni” jekk, minbarra l-bidla fid-dettalji reġistrati fil-pakkett ta’informazzjoni:
|
|
7.2. |
Avviż ta’ konferma, estensjoni jew rifjut tal-approvazzjoni għandu jiġi kkomunikat permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta’ hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-indiċi tad-dokumenti ta’ informazzjoni u tar-rapporti tat-test, mehmuż mad-dokument ta’ komunikazzjoni tal-Anness 1, għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex jindika d-data tar-reviżjoni jew l-estensjoni l-aktar reċenti. |
|
7.3. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din. |
8. Konformità tal-Produzzjoni
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stipulati fil-Ftehim, Skeda 1 (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), bir-rekwiżiti li ġejjin:
|
8.1. |
Kull vettura li jkollha marka ta’ approvazzjoni kif previst skont dan ir-Regolament għandha tikkonforma mat-tip ta’ vettura approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 5 ta’ hawn fuq. |
9. Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni
|
9.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tkun irtirata jekk ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 8.1 ta’ hawn fuq ma jkunx rispettat. |
|
9.2. |
Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hija għandha tavża minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar tagħha jkollha, f’ittri kbar, l-annotazzjoni “APPROVAZZJONI RTIRATA” iffirmata u datata. |
10. Produzzjoni mwaqqfa għalkollox
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura tat-tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tavża lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar tagħha jkollha, f’ittri kbar, l-annotazzjoni “PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX” iffirmata u datata.
11. Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li taw l-approvazzjoni, u għand min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew rifjut, jew estensjoni jew irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2. –
www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(2) T In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jinsabu fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6, Anness 3- www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html.
ANNESS 1
Komunikazzjoni
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm)
|
|
Maħruġa minn: |
Isem tal-amministrazzjoni: … … … |
|
Li tikkonċerna (2): |
Approvazzjoni mogħtija Approvazzjoni estiża Approvazzjoni rifjutata Approvazzjoni rtirata Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-integrità tas-sistema tal-fjuwil u fir-rigward tas-sikurezza tas-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika fil-każ ta’ ħabta fuq wara, skont ir-Regolament Nru 153 tan-NU
|
Nru tal-Approvazzjoni: … |
Nru tal-Estensjoni: … |
1.
L-isem kummerċjali jew il-marka tal-vettura motorizzata …
2.
It-tip ta’ vettura …
3.
L-isem u l-indirizz tal-manifattur ……
4.
Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur……
…
5.
Deskrizzjoni fil-qosor tat-tip ta’ vettura ……
5.1.
Deskrizzjoni tas-sistema tal-fjuwil installata fil-vettura……
5.2.
Deskrizzjoni tas-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika ……
6.
Il-post tal-magna: quddiem/wara/ċentrali (2)
7.
Propulsjoni: tingrana fuq quddiem/wara (2)
8.
Il-massa tal-vettura mressqa għall-ittestjar:Il-fus ta’ quddiem: …
Il-fus ta’ wara: …
It-total: …
9.
Il-vettura tressqet għall-approvazzjoni fi …
10.
Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni …
11.
Data tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz …
12.
Numru tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz …
13.
Approvazzjoni mogħtija/rifjutata/estiża/irtirata (2)
14.
Il-pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni fuq il-vettura …
15.
Post …
16.
Data …
17.
Firma …
18.
Id-dokumenti li ġejjin, li jkollhom fuqhom in-numru tal-approvazzjoni li jidher hawn fuq, huma annessi ma’ din il-komunikazzjoni: …
19.
Rimarki (eż. applikazzjoni ta’ metodu ta’ ttestjar alternattiv skont l-Anness 3, paragrafu 3.) …
(Ritratti u/jew dijagrammi u disinji li jippermettu l-identifikazzjoni bażika tat-tip(i) ta’ vettura u l-varjanti possibbli tagħha li huma koperti mill-approvazzjoni)
(1) In-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni fir-Regolament).
(2) Ħassar dak li ma japplikax.
Appendiċi 1 tal-Anness 1
Dokument ta’ informazzjoni
0.
ĠENERALI
0.1.
Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur):
0.2.
Tip:
0.2.1.
Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli):
0.3.
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura (1):
0.3.1.
Fejn tinsab din il-marka:
0.4
Kategorija tal-vettura (2):
0.5.
L-isem tal-kumpanija u l-indirizz tal-manifattur:
0.8.
L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:
0.9.
L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm):
1.
IL-KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA
1.1.
Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva
1.3.
Għadd ta’ fusien u roti:
1.3.3.
Fusien motorizzati (numru, pożizzjoni, interkonnessjoni):
1.6.
Pożizzjoni u arranġament tal-magna:
2.
MASES U DIMENSJONIJIET (f’kg u mm) (B’referenza għal disinji fejn applikabbli)
2.1.
Bażi(jiet) tar-roti (b’tagħbija sħiħa)
2.1.1.
Vetturi b’żewġ fusien:
2.1.2.
Vetturi bi tliet fusien jew aktar
2.1.2.2.
Spazju totali bejn il-fusien:
2.4.
Medda tad-dimensjonijiet tal-vettura (globali)
2.4.1.
Għax-xażi mingħajr karozzerija
2.4.1.1.
Tul (mm):
2.4.1.2.
Wisa’ (mm):
2.4.2.
Għal xażi bil-karozzerija
2.4.2.1.
Tul (mm):
2.4.2.2.
Wisa’ (mm):
2.6.
Il-massa f’kundizzjoni ta’ sewqan (kg):
3.
KONVERTITUR TAL-ENERĠIJA TAL-PROPULSJONI
3.2.2.
Fjuwil
3.2.2.1.
Vetturi light-duty: Diżil/Petrol/LPG/NG jew Bijometan/Etanol (E 85)/Bijodiżil/Idroġenu
3.2.3.
Tank(ijiet) tal-fjuwil
3.2.3.1.
Tank(ijiet) tal-fjuwil tas-servizz
3.2.3.1.1.
Numru u kapaċità ta’ kull tank:
3.2.3.1.1.1.
Materjal
3.2.3.1.2.
Disinn u deskrizzjoni teknika tat-tank(ijiet) bil-konnessjonijiet kollha u l-linji kollha tas-sistema ta’ arja u ta’ ventijiet, lokkijiet, valvi, mezzi ta’ rbit
3.2.3.1.3.
Disinn li juri b’mod ċar il-pożizzjoni tat-tank(ijiet) fil-vettura
3.2.3.2.
Tank(ijiet) tal-fjuwil ta’ riżerva
3.2.3.2.1.
Numru u kapaċità ta’ kull tank:
3.2.3.2.1.1.
Materjal
3.2.3.2.2.
Disinn u deskrizzjoni teknika tat-tank(ijiet) bil-konnessjonijiet kollha u l-linji kollha tas-sistema ta’ arja u ta’ ventijiet, lokkijiet, valvi, mezzi ta’ rbit
3.2.3.2.3.
Disinn li juri b’mod ċar il-pożizzjoni tat-tank(ijiet) fil-vettura
3.3.2.
REESS
3.3.2.4.
Pożizzjoni
3.4.
Kombinazzjonijiet ta’ konvertituri tal-enerġija tal-propulsjoni
3.4.1.
Vettura elettrika ibrida: iva/le
3.4.2.
Kategorija tal-vettura elettrika ibrida: iċċarġjar mhux fuq il-vettura/iċċarġjar fuq il-vettura:
(1) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tal-vettura, jiġifieri tipi koperti biċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (e.g. ABC??123??).
(2) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2. –www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
ANNESS 2
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni
Mudell A
(Ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)
a = 8 mm, minimu
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq, imwaħħla mal-vettura, turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti fil-każ ta’ ħabta fuq wara, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nru. 153 tan-NU bin-numru tal-approvazzjoni 001424. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 153 tan-NU fil-forma oriġinali tiegħu.
Mudell B
(Ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)
a = 8 mm, minimu
L-ewwel żewġ ċifri tan-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 153 tan-NU kien fil-verżjoni oriġinali tiegħu u r-Regolament Nru 11 tan-NU kien jinkorpora s-serje ta’ emendi 03.
ANNESS 3
Proċedura għat-test tal-impatt fuq wara
1.
Skop
1.1.
L-iskop tat-test huwa li jissimula l-kundizzjonijiet ta’ impatt fuq wara minn vettura oħra li tkun miexja.
2.
Installazzjonijiet, proċeduri u strumenti tal-kejl
2.1.
L-art tat-testIż-żona tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkommoda s-sistema ta’ propulsjoni tal-impattur (ħabbat) u biex tippermetti l-ispostament ta’ wara l-impatt tal-vettura milquta u l-installazzjoni tat-tagħmir tat-test. Il-parti li fiha jseħħu l-impatt u l-ispostament tal-vettura għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa u rappreżentattiva ta’ superfiċe ta’ triq normali, xotta u mhux ikkontaminata.
2.2.
Impattur (ħabbat)
2.2.1.
L-impattur għandu jkun tal-azzar u jkollu kostruzzjoni riġida.
2.2.2.
Is-superfiċe tal-impatt għandu jkun ċatt, wiesgħa mhux inqas minn 2 500 mm, għoli mhux inqas minn 800 mm, u t-truf tiegħu għandhom ikunu ttondjati b’raġġ tal-kurvatura ta’ bejn 40 u 50 mm. Għandu jkun mgħotti b’boards tal-plywood ta’ħxuna ta’ 20 ± 2 mm.
2.2.3.
Fil-mument tal-impatt għandhom jiġu ssodisfati dawn ir-rekwiżiti:
2.2.3.1.
Is-superfiċe tal-impatt għandu jkun vertikali u perpendikolari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta;
2.2.3.2.
Id-direzzjoni tal-moviment tal-impattur għandha tkun sostanzjalment orizzontali u parallela mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta;
2.2.3.3.
Id-devjazzjoni laterali massima tollerata bejn il-linja medjana vertikali tas-superfiċe tal-impattur u l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta għandha tkun ta’ 300 mm. Barra minn hekk, is-superfiċe tal-impatt għandu jestendi fuq il-wisa’ kollha tal-vettura milquta;
2.2.3.4.
L-għoli mill-art tat-tarf ta’ isfel tas-superfiċe tal-impatt għandu jkun ta’ 175 ± 25 mm.
2.3.
Il-propulsjoni tal-impatturL-impattur għandu jiġi marbut ma’ karru (ostaklu mobbli).
2.4.
Dispożizzjonijiet għat-test tal-ostaklu mobbli
2.4.1.
Jekk l-impattur jiġi marbut ma’ karru (ostaklu mobbli) permezz ta’ element tat-trażżin, dan l-element irid ikun riġidu u ma għandux ikun jista’ jiġi deformat mill-impatt; il-karru għandu, fil-mument tal-impatt, ikun jista’ jiċċaqlaq liberament u ma għandux jibqa’ soġġett għall-azzjoni tal-apparat propulsur.
2.4.2.
Il-veloċità tal-impatt għandha tkun ta’ 50,0 ± 2,0 km/h.
2.4.3.
Il-massa aggregata tal-karru u tal-impattur għandha tkun ta’ 1 100 ± 20 kg.
2.5.
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-massa u l-veloċità tal-impatturJekk it-test ikun twettaq b’veloċità tal-impatt ogħla minn dawk preskritti fil-paragrafu 2.4.2 u l-vettura tkun issodisfat ir-rekwiżiti preskritti, it-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti.
2.6.
Stat tal-vettura li qed tiġi ttestjata
2.6.1.
Il-vettura li qed tiġi ttestjata għandha tkun mgħammra bil-komponenti u t-tagħmir normali kollha inklużi fil-massa mingħajr tagħbija tagħha jew tkun fi stat tali li tissodisfa dan ir-rekwiżit fir-rigward tal-komponenti u t-tagħmir relatati mal-kompartiment tal-passiġġieri u d-distribuzzjoni tal-massa tal-vettura kollha kemm hi, f’kundizzjoni ta’ sewqan.
2.6.2.
It-tank għall-fjuwil likwidu għandu jkun mimli sa mill-inqas 90 fil-mija tal-kapaċità tiegħu bil-fjuwil jew b’likwidu li ma jaqbadx li jkollu densità u viskożità qrib dawk tal-fjuwil użat normalment. Is-sistemi l-oħra kollha (it-tankijiet tal-fluwidu tal-brejkijiet, ir-radjatur, ir-reaġenti tar-riduzzjoni katalitika selettiva, eċċ.) jistgħu jkunu vojta.Is-sistema/i tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat u l-ispazji magħluqa ta’ vetturi li jaħdmu bl-idroġenu kkompressat għandhom jiġu ppreparati f’konformità mal-paragrafu 3 tal-Anness 4.
2.6.3.
Il-brejk tal-parking għandu jkun diżattivat u l-gear leaver/it-trażmissjoni fil-pożizzjoni newtrali.
2.6.4.
Jekk jitlob il-manifattur, għandhom ikunu permessi dawn id-derogi:
2.6.4.1.
Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-test jista’ jippermetti li l-istess vettura li tintuża għal test preskritt minn Regolamenti oħrajn tan-NU (inklużi t-testijiet li jistgħu jaffettwaw l-istruttura tagħha) tintuża għat-testijiet preskritti minn dan ir-Regolament.
2.6.4.2.
Il-vettura tista’ titgħabba sa piż tali ta’ mhux aktar minn 10 fil-mija tal-massa mingħajr tagħbija tagħha b’mases addizzjonali mwaħħla sod mal-istruttura b’tali mod li dawn ma jaffettwawx l-integrità tas-sistema tal-fjuwil u s-sikurezza tas-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika matul it-test.
2.6.5.
L-aġġustament tas-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika
2.6.5.1.
L-REESS għandha tkun fi kwalunkwe stat ta’ ċċarġjar, li jippermetti t-tħaddim normali tas-sistema ta’ motopropulsjoni kif rakkomandat mill-manifattur.
2.6.5.2.
Is-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika għandha tiġi enerġizzata bit-tħaddim tas-sorsi oriġinali tal-enerġija elettrika jew mingħajru (eż. il-ġeneratur tal-magna, l-REESS jew is-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija elettrika), madankollu:
2.6.5.2.1.
Bi ftehim bejn is-Servizz Tekniku u l-manifattur, għandu jkun possibbli li t-test jitwettaq bis-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika kollha, inkella b’partijiet tagħha li ma jkunux qegħdin jiġu enerġizzati sa fejn dan ma jħallix effett negattiv fuq ir-riżultat tat-test. Għall-partijiet tas-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika mhux enerġizzati, il-protezzjoni minn xokk elettriku għandha tintwera bi protezzjoni fiżika jew b’reżistenza tal-iżolament u b’mezzi oħra xierqa.
2.6.5.2.2.
Fil-każ fejn ikun hemm skonnettur awtomatiku, fuq talba tal-manifattur għandu jkun permessibbli li t-test jitwettaq waqt li l-iskonnettur awtomatiku jiġi attivat. F’dan il-każ irid jintwera li l-iskonnettur awtomatiku kien jiffunzjona waqt it-test tal-impatt. Dan jinkludi s-sinjal ta’ attivazzjoni awtomatika kif ukoll is-separazzjoni galvanika, fejn jitqiesu l-kundizzjonijiet osservati waqt l-impatt.
2.7.
Strumenti tal-kejlL-istrumenti użati biex tiġi rreġistrata l-veloċità msemmija fil-paragrafu 2.4.2 ta’ hawn fuq, għandu jkollhom akkuratezza ta’ sa 1 fil-mija.
3.
Metodi ta’ ttestjar alternattivifuq talba tal-manifattur, il-metodu ta’ ttestjar li ġej jista’ jintuża bħala alternattiva għall-metodu ta’ ttestjar preskritt fil-paragrafu 2 ta’ hawn fuq.
3.1.
Test ta’ impatt offset fuq wara ma’ ostaklu mobbli deformabbli jiġi aċċettat bħala alternattiva għall-proċedura deskritta fil-paragrafu 2 ta’ dan l-anness jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3.1.1 sa 3.1.3 jiġu ssodisfati.
3.1.1.
Veloċità tal-impattIl-veloċità tal-impatt għandha tkun bejn 78,5 km/h u 80,1 km/h.
3.1.2.
Offset bejn il-vettura u l-ostakoluIs-superfiċe komuni bejn il-vettura u l-ostakolu għandu jkun ta’ 70 fil-mija.
3.1.3.
Ostaklu Mobbli Deformabbli (MDB - Movable Deformable Barrier)L-ostaklu mobbli deformabbli għandu jissodisfa dawn l-ispeċifikazzjonijiet:
|
(a) |
Il-piż totali tal-MDB kontra s-superfiċe tal-impatt għandu jkun ta’ 1 361 ± 4,5 kg; |
|
(b) |
It-tul totali tal-MDB kontra s-superfiċe tal-impatt għandu jkun ta’ 4 115 mm ± 25 mm; |
|
(c) |
It-tul totali tal-MDB eskluż is-superfiċe tal-impatt għandu jkun ta’ 3 632 mm (jinkludi blokka tal-immuntar bi ħxuna ta’ 50,8 mm); |
|
(d) |
Il-wisa’ totali tal-karru tal-qafas għandha tkun ta’ 1 251 mm; |
|
(e) |
Il-wisa’ tal-karreġġjata (il-linja tan-nofs sal-linja tan-nofs tar-roti ta’ quddiem jew ta’ wara) għandha tkun ta’ 1 880 mm; |
|
(f) |
Il-bażi tar-roti għall-karru tal-qafas għandha tkun ta’ 2 591 mm ± 25 mm; |
|
(g) |
Proprjetajiet inerzjali tal-MDB (b’żewġ kameras u l-appoġġi tagħhom, b’assorbitur tad-dawl u b’ballast imnaqqas); iċ-ċentru tal-gravità (CG) huwa kif ġej: X = (1 123 ± 25 ) mm wara l-fus ta’ quddiem Y = (7,6 ± 25) mm fuq ix-xellug tal-linja tan-nofs lonġitudinali Z = (450 ± 25) mm mill-art Il-mumenti ta’ inerzja (tolleranza ta’ 5 fil-mija għal skopijiet ta’ ttestjar) huma kif ġej: Xengil = 2 263 kg-m2 Rrolljar = 508 kg-m2 Imbardata = 2 572 kg-m2 |
|
(h) |
Il-forma tas-superfiċe b’arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali: Wisa’ =1 676 mm ± 6 mm Għoli = 559 mm ± 6 mm Għoli mill-art = 229 mm ± 3 mm Fond fl-Għoli tal-Bamper = 483 mm ± 6 mm Fond fil-parti ta’ fuq tas-superfiċe tal-impatt =381 mm ± 6 mm |
|
(i) |
Il-proprjetajiet ta’ forza-diflessjoni (reżistenza għat-tfarrik) għandhom ikunu 310 kPa ± 17 kPa għas-superfiċe tal-impatt b’arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali u 1 690 kPa ± 103 kPa għall-bamper. |
Parametri u settings oħra jistgħu jkunu simili għad-definizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan ir-Regolament.
3.2.
Jekk jintuża metodu differenti minn dak deskritt fil-paragrafu 2 jew fil-paragrafu 3.1 ta’ hawn fuq, għandha tintwera l-ekwivalenza tiegħu.
ANNESS 4
Kundizzjonijiet u proċeduri tat-test għall-valutazzjoni tal-integrità tas-sistema tal-fjuwil tal-idroġenu wara l-ħbit
1.
SkopId-determinazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.1 ta’ dan ir-Regolament.
2.
DefinizzjonijietGħall-finijiet ta’ dan l-anness:
2.1.
“Spazji magħluqa” tindika l-volumi speċjali fi ħdan il-vettura (jew il-profil tal-vettura minn fetħa għal oħra) li huma esterni għas-sistema tal-idroġenu (sistema tal-ħżin, sistema taċ-ċelluli tal-fjuwil u sistema tal-ġestjoni tal-fluss tal-fjuwil) u l-housings tagħha (jekk ikun hemm) fejn jista’ jakkumula l-idroġenu (u b’hekk joħloq periklu), bħall-kompartiment tal-passiġġieri, il-kompartiment tal-bagalji u l-ispazju taħt il-bonit.
2.2.
“Kompartiment tal-bagalji” tfisser l-ispazju fil-vettura għall-akkomodazzjoni ta’ bagalji u/jew ta’ oġġetti, magħluq bis-saqaf, il-bonit, l-art, il-ġnub, u separat mill-kompartiment tal-passiġġieri bil-paratiji ta’ quddiem u ta’ wara.
2.3.
“Pressjoni operattiva nominali (NWP)” hija l-pressjoni tal-gejġ li tikkaratterizza l-operazzjoni tipika ta’ sistema. Għal kontenituri tal-gass tal-idroġenu kkompressat, in-NWP hija l-pressjoni stabbilizzata tal-gass ikkompressat f’sistema tal-ħżin jew kontenitur mimli bil-fjuwil f’temperatura uniformi ta’ 15 °C.
3.
Preparazzjoni, strumentazzjoni u kundizzjonijiet tat-test
3.1.
Sistemi tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat u piping downstream
3.1.1.
Qabel ma jitwettaq test tal-ħbit, fis-sistema tal-ħżin tal-idroġenu jiġi installat strument biex iwettaq il-kejl meħtieġ tal-pressjoni u tat-temperatura sakemm il-vettura standard ma jkollhiex diġà strument bħal dan bl-akkuratezza meħtieġa.
3.1.2.
Jekk ikun meħtieġ, is-sistema tal-ħżin tal-idroġenu mbagħad tiġi mnaddfa, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, biex jitneħħew impuritajiet mill-kontenitur qabel il-mili tas-sistema tal-ħżin b’gass tal-elju jew tal-idroġenu kkompressat. Minħabba li l-pressjoni tas-sistema tal-ħżin tvarja mat-temperatura, il-pressjoni tal-mili fil-mira hija funzjoni tat-temperatura. Il-pressjoni fil-mira għandha tiġi ddeterminata permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:Ptarget = NWP × (273 + To) / 288
fejn NWP hija l-pressjoni operattiva nominali (MPa), To hija t-temperatura ambjentali li fiha mistennija tistabbilizza s-sistema tal-ħżin, u Ptarget hija l-pressjoni tal-mili fil-mira wara li tistabbilizza t-temperatura.
3.1.3.
Il-kontenitur jimtela sa minimu ta’ 95 % tal-pressjoni tal-mili fil-mira u jitħalla jistabbilizza ruħu qabel ma jitwettaq it-test tal-ħbit.
3.1.4.
Il-valv iżolanti ewlieni u l-valvi iżolanti għall-gass tal-idroġenu, li jinsabu fil-piping tal-gass tal-idroġenu downstream, ikunu f’kundizzjoni ta’ tħaddim normali immedjatament qabel l-impatt.
3.2.
Spazji magħluqa.
3.2.1.
Jintgħażlu sensuri biex ikejlu jew l-akkumulazzjoni tal-gass tal-idroġenu jew tal-elju jew it-tnaqqis fl-ossiġenu (minħabba l-ispostament tal-arja permezz tat-tnixxija tal-idroġenu/elju).
3.2.2.
Is-sensuri jiġu kkalibrati għal referenzi traċċabbli sabiex tiġi żgurata akkuratezza ta’ ±5 % fil-kriterji fil-mira ta’ 4 % idroġenu u 3 % elju skont il-volum fl-arja, u kapaċità ta’ kejl fuq skala sħiħa ta’ tal-anqas 25 % ’il fuq mill-kriterji fil-mira. Is-sensur għandu jkollu kapaċità ta’ rispons ta’ 90 % għal bidla fuq skala sħiħa fil-konċentrazzjoni f’10 sekondi.
3.2.3.
Qabel l-impatt tal-ħbit, is-sensuri jitqiegħdu fil-kompartimenti tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-vettura kif ġej:|
(a) |
F’distanza ta’ 250 mm mill-headliner fuq is-sit tas-sewwieq jew qrib iċ-ċentru ta’ fuq tal-kompartiment tal-passiġġieri; |
|
(b) |
F’distanza ta’ 250 mm mill-art quddiem is-sit ta’ wara (jew dak li jinsab l-aktar fuq wara) fil-kompartiment tal-passiġġieri; u |
|
(c) |
F’distanza ta’ 100 mm minn fuq nett tal-kompartimenti tal-bagalji fil-vettura li ma jiġux affettwati direttament mill-impatt tal-ħbit partikolari li għandu jitwettaq. |
3.2.4.
Is-sensuri jiġu mmuntati b’mod sikur mal-istruttura tal-vettura jew mas-sits u jiġu protetti għat-test tal-ħbit ippjanat minn trab, gass tal-egżost tal-air bags u projettili. Il-kejl wara l-ħbit jiġi rreġistrat permezz ta’ strumenti lokalizzati fil-vettura jew permezz ta’ trażmissjoni remota.
3.2.5.
It-test jista’ jitwettaq jew fuq barra f’żona protetta mir-riħ u minn effetti solari possibbli jew fuq ġewwa fi spazju li jkun kbir biżżejjed jew ventilat biex tiġi impedita akkumulazzjoni tal-idroġenu ta’ aktar minn 10 % tal-kriterji fil-mira fil-kompartimenti tal-passiġġieri u tal-bagalji.
4.
Kejl tat-test tat-tnixxija ta’ wara l-ħbit għal sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat mimlija bl-idroġenu kkompressat
4.1.
Il-pressjoni tal-gass tal-idroġenu, P0 (MPa), u t-temperatura, T0 (°C), jitkejlu immedjatament qabel l-impatt u mbagħad f’intervall ta’ ħin, Δt (min), wara l-impatt.
4.1.1.
L-intervall ta’ ħin, Δt, jibda meta l-vettura tieqaf wara l-impatt u jkompli għal mill-anqas 60 minuta.
4.1.2.
L-intervall tal-ħin, Δt, għandu jiġi miżjud jekk ikun meħtieġ sabiex jakkomoda l-akkuratezza tal-kejl għal sistema tal-ħżin b’volum kbir u li topera sa 70 MPa; f’dak il-każ, Δt jista’ jiġi kkalkulat permezz ta’ din il-formula:Δt = VCHSS × NWP /1 000 × ((-0,027 × NWP +4) × Rs – 0,21) - 1,7 × Rs
fejn Rs = Ps / NWP, Ps hija l-medda tal-pressjoni tas-sensur tal-pressjoni (MPa), NWP hija l-Pressjoni Operattiva Nominali (MPa), VCHSS huwa l-volum tas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat (L), u Δt huwa l-intervall ta’ ħin (min).
4.1.3.
Jekk il-valur ikkalkulat ta’ Δt ikun inqas minn 60 minuta, Δt jiġi stabbilit għal 60 minuta.
4.2.
Il-massa inizjali ta’ idroġenu fis-sistema tal-ħżin tista’ tiġi kkalkulata kif ġej:Po' = Po × 288 / (273 + T0)
ρo' = – 0,0027 × (P0')2 + 0,75 × P0' + 0,5789
Mo = ρo' × VCHSS
4.3.
B’mod korrispondenti, il-massa finali tal-idroġenu fis-sistema tal-ħżin, Mf, fi tmiem l-intervall ta’ ħin, Δt, tista’ tiġi kkalkulata kif ġej:Pf' = Pf × 288 / (273 + Tf)
ρf' = – 0,0027 × (Pf')2 + 0,75 × Pf' + 0,5789
Mf = ρf' × VCHSS
fejn Pf hija l-pressjoni finali mkejla (MPa) fi tmiem l-intervall ta’ ħin, u Tf hija t-temperatura finali mkejla (°C).
4.4.
Għalhekk, ir-rata medja tal-fluss tal-idroġenu matul l-intervall tal-ħin hija:VH2 = (Mf-Mo) / Δt × 22,41 / 2,016 × (Ptarget /Po)
fejn VH2 hija r-rata medja tal-fluss volumetriku (NL/min) matul l-intervall tal-ħin u t-terminu (Ptarget/Po) jintuża biex jikkumpensa għad-differenzi bejn il-pressjoni inizjali mkejla (Po) u l-pressjoni tal-mili fil-mira (Ptarget).
5.
Kejl tat-test tat-tnixxija ta’ wara l-ħbit għal sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat mimlija bl-elju kkompressat
5.1.
Il-pressjoni P0 (MPa) u t-temperatura T0 (°C) tal-gass tal-elju, jitkejlu immedjatament qabel l-impatt u mbagħad f’intervall ta’ ħin predeterminat wara l-impatt.
5.1.1.
L-intervall ta’ ħin, Δt, jibda meta l-vettura tieqaf wara l-impatt u jkompli għal mill-anqas 60 minuta.
5.1.2.
L-intervall ta’ ħin, Δt, għandu jiġi miżjud jekk ikun meħtieġ sabiex jakkomoda l-akkuratezza tal-kejl għal sistema tal-ħżin b’volum kbir u li topera sa 70 MPa; f’dak il-każ, Δt jista’ jiġi kkalkulat permezz ta’ din l-ekwazzjoni:Δt = VCHSS × NWP /1 000 × ((- 0,028 × NWP +5,5) x Rs – 0,3) – 2,6 x Rs
fejn Rs = Ps / NWP, Ps hija l-medda tal-pressjoni tas-sensur tal-pressjoni (MPa), NWP hija l-Pressjoni Operattiva Nominali (MPa), VCHSS huwa l-volum tas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat (L), u Δt huwa l-intervall ta’ ħin (min).
5.1.3.
Jekk il-valur ta’ Δt ikun inqas minn 60 minuta, Δt jiġi stabbilit għal 60 minuta.
5.2.
Il-massa inizjali tal-elju fis-sistema tal-ħżin tiġi kkalkulata kif ġej:Po' = Po × 288 / (273 + T0)
ρo' = – 0,0043 × (P0')2 + 1,53 × P0' + 1,49
Mo = ρo' × VCHSS
5.3.
Il-massa finali tal-elju fis-sistema tal-ħżin fi tmiem l-intervall tal-ħin, Δt, tiġi kkalkulata kif ġej:Pf' = Pf × 288 / (273 + Tf)
ρf' = – 0,0043 × (Pf')2 + 1,53 × Pf' + 1,49
Mf = ρf' × VCHSS
fejn Pf hija l-pressjoni finali mkejla (MPa) fi tmiem l-intervall ta’ ħin, u Tf hija t-temperatura finali mkejla (°C).
5.4.
Għalhekk, ir-rata medja tal-fluss tal-elju matul l-intervall tal-ħin hija:VHe = (Mf-Mo) / Δt × 22,41 / 4,003 × (Ptarget/ Po)
fejn VHe hija r-rata medja tal-fluss volumetriku (NL/min) matul l-intervall tal-ħin u t-terminu (Ptarget/Po) jintuża biex jikkumpensa għad-differenzi bejn il-pressjoni inizjali mkejla (Po) u l-pressjoni tal-mili fil-mira (Ptarget).
5.5.
Il-konverżjoni tal-fluss volumetriku medju tal-elju għall-fluss medju tal-idroġenu tiġi kkalkulata permezz ta’ din il-formula:VH2 = VHe / 0,75
fejn VH2 huwa l-fluss volumetriku medju korrispondenti tal-idroġenu.
6.
Il-kejl tal-konċentrazzjoni ta’ wara l-ħbit għal spazji magħluqa
6.1.
Il-ġbir tad-data ta’ wara l-ħbit fi spazji magħluqa jibda meta l-vettura tieqaf. Id-data mis-sensuri installati f’konformità mal-paragrafu 3.2 ta’ dan l-anness tinġabar mill-inqas kull 5 sekondi u tkompli tinġabar għal perjodu ta’ 60 minuta wara t-test. Perjodu latenti (kostant tal-ħin) tal-ewwel klassi sa massimu ta’ 5 sekondi jista’ jiġi applikat għall-kejl biex jiġi pprovdut “irfinar” u jiġu ffiltrati l-effetti ta’ punti tad-data qarrieqa.
ANNESS 5
Proċeduri tat-test għal vetturi mgħammra b’sistema ta’ motopropulsjoni elettrika
Dan l-anness jiddeskrivi l-proċeduri tat-test għall-wiri tal-konformità mar-rekwiżiti dwar is-sikurezza elettrika tal-paragrafu 5.2.2 ta’ dan ir-Regolament.
1.
Il-konfigurazzjoni u t-tagħmir tat-testJekk tintuża l-funzjoni ta’ skonnessjoni ta’ vultaġġ għoli, il-kejl irid jittieħed miż-żewġ naħat tal-apparat li minnu tintuża l-funzjoni ta’ skonnessjoni. Madankollu, jekk il-funzjoni ta’ skonnessjoni ta’ vultaġġ għoli tkun integrata fl-REESS jew fis-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija, u l-bus ta’ vultaġġ għoli tal-REESS jew is-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija tkun protetta skont il-grad ta’ protezzjoni IPXXB wara t-test tal-impatt, il-kejl jista’ jittieħed biss bejn l-apparat li jwettaq il-funzjoni ta’ skonnessjoni u t-tagħbijiet elettriċi.
Il-voltmetru użat f’dan it-test għandu jkejjel valuri DC u għandu jkollu reżistenza interna ta’ mill-anqas 10 ΜΩ.
2.
Meta jitkejjel il-vultaġġ, jistgħu jintużaw dawn l-istruzzjonijiet li ġejjin:Wara t-test tal-impatt, iddetermina l-vultaġġi tal-bus ta’ vultaġġ għoli (Ub, U1, U2) (ara l-Illustrazzjoni 1 ta’ hawn taħt).
Il-kejl tal-vultaġġ għandu jitwettaq bejn 10 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt.
Din il-proċedura ma tapplikax jekk it-test jitwettaq f’kundizzjoni fejn is-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika ma tkunx enerġizzata.
3.
Il-proċedura ta’ valutazzjoni għal livell baxx ta’ enerġija elettrikaQabel l-impatt, swiċċ S1 u discharge resistor magħruf Re jiġu konnessi b’mod parallel mal-kapaċitanza rilevanti (ara l-Illustrazzjoni 2 ta’ hawn taħt).
|
(a) |
Bejn 10 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt, is-swiċċ S1 għandu jkun magħluq filwaqt li jitkejlu u jiġu rreġistrati l-vultaġġ Ub u l-kurrent Ie. Il-prodott tal-multiplikazzjoni tal-vultaġġ Ub u l-kurrent Ie għandu jiġi integrat fuq perjodu tal-ħin; jibda mill-mument meta jingħalaq is-swiċċ S1 (tc) sakemm il-vultaġġ Ub jiġi taħt il-limitu ta’ vultaġġ għoli ta’ 60 V DC (th). Il-valur riżultanti tal-integrazzjoni huwa ekwivalenti għall-Enerġija Totali (TE) f’Joules.
|
|
(b) |
Meta Ub jitkejjel f’ħin ta’ bejn 10 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt u l-kapaċitanza tal-X-capacitors (Cx) tkun speċifikata mill-manifattur, l-enerġija totali (TE) għandha tiġi kkalkulata permezz ta’ din il-formula: TE = 0,5 × Cx × Ub2 |
|
(c) |
Meta U1 u U2 (ara l-Illustrazzjoni 1 ta’ hawn fuq) jitkejlu f’ħin ta’ bejn 10 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt u l-kapaċitanzi tal-Y-capacitors (Cy1, Cy2) ikunu speċifikati mill-manifattur, l-Enerġija Totali (TEy1,TEy2) għandha tiġi kkalkulata permezz ta’ dawn il-formuli: TEy1 = 0,5 × Cy1 × U12 TEy2 = 0,5 × Cy2 × U22 |
Din il-proċedura ma tapplikax jekk it-test jitwettaq f’kundizzjoni fejn is-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika ma tkunx enerġizzata.
4.
Protezzjoni fiżikaWara t-test tal-impatt tal-vettura, kwalunkwe partijiet li jista’ jkun hemm madwar il-komponenti b’vultaġġ għoli għandhom jinfetħu, jiżżarmaw u jitneħħew mingħajr l-użu ta’ għodod. Il-partijiet kollha li jifdal madwar il-komponenti għandhom jitqiesu bħala parti mill-protezzjoni fiżika.
Is-saba’ tat-test artikolat deskritt fl-Illustrazzjoni 3 għandu jiddaħħal fl-ispazji jew fil-fetħiet tal-protezzjoni fiżika b’forza tat-test ta’ 10 N ± 10 fil-mija, għall-valutazzjoni tas-sikurezza elettrika. Jekk isseħħ xi penetrazzjoni parzjali jew sħiħa fil-protezzjoni fiżika mis-saba’ tat-test artikolat, is-saba’ tat-test artikolat għandu jitqiegħed f’kull pożizzjoni speċifikata hawn taħt.
Minn pożizzjoni wieqfa, iż-żewġ artikolazzjonijiet tas-saba’ tat-test għandhom jiddawru progressivament f’angolu li jasal sa 90° mal-assi tas-sezzjoni li tmiss tas-saba’ u għandhom jitqiegħdu f’kull pożizzjoni possibbli.
L-ostakli interni għall-protezzjoni elettrika jitqiesu parti mill-kaxxa.
Jekk ikun xieraq, provvista b’vultaġġ baxx (ta’ mhux inqas minn 40 V u mhux aktar minn 50 V) għandha titqabbad f’serje ma’ bozza adatta, bejn is-saba’ tat-test artikolat u l-partijiet live b’vultaġġ għoli fl-ostaklu jew fil-kaxxa ta’ protezzjoni elettrika.
Materjal: metall, għajr meta speċifikat mod ieħor
Dimensjonijiet lineari f’millimetri
Tolleranzi fuq id-dimensjonijiet mingħajr tolleranza speċifika:|
(a) |
Fuq l-angoli: + 0°0′0″/- 0°0′10″; |
|
(b) |
Fuq id-dimensjonijiet lineari:
|
Iż-żewġ artikolazzjonijiet għandhom jippermettu moviment fl-istess pjan u l-istess direzzjoni f’angolu ta’ 90° b’tolleranza ta’ bejn 0 u + 10°.
Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.2.1.3 ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati jekk is-saba’ tat-test artikolat deskritt fl-Illustrazzjoni 3 ma jkunx jista’ jiġi f’kuntatt mal-partijiet live b’vultaġġ għoli.
Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jintużaw mera jew fibroskopju biex jiġi spezzjonat jekk is-saba’ tat-test artikolat ikunx qed imiss il-buses ta’ vultaġġ għoli.
Jekk dan ir-rekwiżit jiġi vverifikat permezz ta’ ċirkwit ta’ sinjali bejn is-saba’ tat-test artikolat u l-partijiet live b’vultaġġ għoli, il-bozza ma għandhiex tixgħel.
4.1.
Metodu ta’ ttestjar għall-kejl tar-reżistenza elettrika:|
(a) |
Metodu ta’ ttestjar bl-użu ta’ tester tar-reżistenza. It-tester tar-reżistenza jiġi konness mal-punti tal-kejl (tipikament, ix-xażi elettriku u l-kaxxa elettrokonduttiva / l-ostaklu ta’ protezzjoni elettrika) u r-reżistenza titkejjel bl-użu ta’ tester tar-reżistenza li jissodisfa din l-ispeċifikazzjoni:
|
|
(b) |
Metodu ta’ ttestjar bl-użu ta’ provvista tal-enerġija DC, voltmetru u ammetru. Il-provvista tal-enerġija DC, il-voltmetru u l-ammetru jiġu konnessi mal-punti tal-kejl (tipikament, ix-xażi elettriku u l-kaxxa elettrokonduttiva / l-ostaklu ta’ protezzjoni elettrika). Il-vultaġġ tal-provvista tal-enerġija DC jiġi aġġustat sabiex il-fluss tal-kurrent isir mill-inqas 0,2 A. Jitkejlu l-kurrent “I” u l-vultaġġ “U”. Ir-reżistenza “R” tiġi kkalkulata permezz ta’ din il-formula: R = U / I Ir-reżistenza R għandha tkun inqas minn 0,1 Ω.
Eżempju ta’ metodu ta’ ttestjar bl-użu ta’ provvista tal-enerġija DC, voltmetru u ammetru huwa indikat hawn taħt.
|
5.
Reżistenza tal-iżolazzjoni
5.1.
ĠeneraliIr-reżistenza tal-iżolament għal kull bus ta’ vultaġġ għoli tal-vettura titkejjel jew għandha tiġi ddeterminata billi jiġu kkalkulati l-valuri tal-kejl ta’ kull parti jew kull komponent ta’ bus ta’ vultaġġ għoli.
Il-kejl kollu għall-kalkolu tal-vultaġġ(i) u tal-iżolament elettriku jsir wara minimu ta’ 10 s wara l-impatt.
5.2.
Metodu tal-kejl.Il-kejl tar-reżistenza tal-iżolament jitwettaq billi jintgħażel metodu tal-kejl xieraq minn fost dawk elenkati fil-paragrafi 5.2.1 sa 5.2.2 ta’ dan l-Anness, skont iċ-ċarġ elettriku tal-partijiet live jew ir-reżistenza tal-iżolament.
Il-medda taċ-ċirkwiti elettriċi li trid titkejjel għandha tiġi ċċarata minn qabel, bl-użu ta’ dijagrammi ta’ ċirkwiti elettriċi. Jekk il-buses ta’ vultaġġ għoli jkunu iżolati konduttivament minn xulxin, għandha titkejjel ir-reżistenza tal-iżolament għal kull ċirkwit elettriku.
Barra minn hekk, jistgħu jsiru l-modifiki meħtieġa għall-kejl tar-reżistenza tal-iżolament, bħal pereżempju billi jitneħħa l-għata biex jintlaħqu l-partijiet live, il-ħażż ta’ linji tal-kejl u t-tibdil fis-softwer.
F’każijiet fejn il-valuri mkejla mhumiex stabbli minħabba t-tħaddim tas-sistema ta’ monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament abbord il-vettura, il-modifiki meħtieġa għat-twettiq tal-kejl jistgħu jsiru billi jitwaqqaf it-tħaddim tal-apparat ikkonċernat jew bit-tneħħija tiegħu. Barra minn hekk, jekk jitneħħa l-apparat, jintuża sett ta’ disinji biex jintwera li r-reżistenza tal-iżolament bejn il-partijiet live u x-xażi elettriku ma tinbidilx.
Dawn il-modifiki ma għandhomx jinfluwenzaw ir-riżultati tat-test.
Għandha tingħata attenzjoni kbira biex jiġu evitati xi xort fiċ-ċirkwit jew xi xokk elettriku billi din il-konferma tista’ teħtieġ it-tħaddim dirett taċ-ċirkwit ta’ vultaġġ għoli.
5.2.1.
Metodu tal-kejl bl-użu ta’ vultaġġ DC minn sorsi esterni.
5.2.1.1.
Strument tal-kejl.Għandu jintuża strument tal-ittestjar tar-reżistenza tal-iżolament li jista’ japplika vultaġġ DC ogħla mill-vultaġġ operattiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli.
5.2.1.2.
Metodu tal-kejl.Strument tal-ittestjar tar-reżistenza tal-iżolament għandu jitwaħħal bejn il-partijiet live u x-xażi elettriku. Wara dan, ir-reżistenza tal-iżolament titkejjel bl-applikazzjoni ta’ vultaġġ DC li jkun tal-inqas nofs il-vultaġġ operattiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli.
Jekk is-sistema għandha aktar minn medda waħda ta’ vultaġġi (eż minħabba l-konvertitur) f'ċirkwiti konnessi konduttivament u xi wħud mill-komponenti ma jifilħux il-vultaġġ operattiv taċ-ċirkwit kollu, ir-reżistenza tal-iżolament bejn dawn il-komponenti u x-xażi elettriku tista’ titkejjel separatament bl-applikazzjoni ta’ mill-inqas nofs il-vultaġġ operattiv tagħhom b’dawk il-komponenti mhux konnessi.
5.2.2.
Metodu tal-kejl bl-użu tal-REESS tal-vettura stess bħala sors ta’ vultaġġ DC.
5.2.2.1.
Kundizzjonijiet tat-test tal-vettura.Il-bus ta’ vultaġġ għoli għandu jiġi enerġizzat mill-REESS u/jew mis-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija tal-vettura stess, u l-vultaġġ tal-REESS u/jew tas-sistema ta’ konversjoni tal-enerġija matul it-test kollu għandu tal-inqas ikun il-vultaġġ operattiv nominali kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.
5.2.2.2.
Metodu tal-kejl.
5.2.2.2.1.
L-ewwel pass.Kejjel il-vultaġġ kif muri fl-Illustrazzjoni 1 u rreġistra l-vultaġġ tal-bus ta’ vultaġġ għoli (Ub).
5.2.2.2.2.
It-tieni pass.Kejjel u rreġistra l-vultaġġ (U1) bejn il-pol negattiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Illustrazzjoni 1).
5.2.2.2.3.
It-tielet pass.Kejjel u rreġistra l-vultaġġ (U2) bejn il-pol pożittiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Illustrazzjoni 1).
5.2.2.2.4.
Ir-raba’ pass.Jekk U1 ikun ikbar minn jew daqs U2, daħħal reżistenza magħrufa standard (R0) bejn il-pol negattiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. Bir-reżistenza R0 installata, kejjel il-vultaġġ (U1') bejn il-pol negattiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Illustrazzjoni 5).
L-iżolament elettriku (Ri) jiġi kkalkulat permezz ta’ din il-formula:
Ri = R0*Ub*(1/U1' – 1/U1)
Jekk U2 ikun ikbar minn U1, daħħal reżistenza magħrufa standard (R0) bejn il-pol pożittiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. Bir-reżistenza R0 installata, kejjel il-vultaġġ (U2’) bejn il-pol pożittiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Illustrazzjoni 6).
L-iżolament elettriku (Ri) jiġi kkalkulat permezz ta’ din il-formula:
Ri = R0*Ub*(1/U2' – 1/U2)
5.2.2.2.5.
Il-ħames pass.Il-valur ta’ iżolament elettriku Ri (f’Ω) diviż bil-vultaġġ operattiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli (f’V) jagħti r-reżistenza tal-iżolament (f’Ω/V).
|
Nota: |
Ir-reżistenza magħrufa standard R0 (f’ Ω) għandha tkun il-valur tar-reżistenza tal-iżolament minima meħtieġa (Ω/V) multiplikat bil-vultaġġ operattiv (V) tal-vettura ± 20 fil-mija. Mhux meħtieġ li l-valur ta’ R0 ikun eżatt daqs dan il-valur peress li l-ekwazzjonijiet huma validi għal kwalunkwe Ro; madankollu, valur ta’ R0 f’din il-medda ta’ valuri għandu jagħti riżoluzzjoni tajba għall-kejl tal-vultaġġ. |
6.
Tnixxija tal-elettrolitJekk ikun meħtieġ, il-protezzjoni fiżika tista’ tingħata kisja adatta biex jiġi vverifikat ikunx hemm xi tnixxija tal-elettrolit mill-REESS wara t-test tal-impatt.
7.
Retenzjoni tal-REESSIl-konformità għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ spezzjoni viżwali.