19.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/3


DEĊIŻJONI (UE) 2021/798 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-21 ta’ April 2021

li taħtar żewġ Imħallfin u żewġ Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta' erbatax-il Imħallef u sitt Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jiskadu fis-6 ta' Ottubru 2021.

(2)

Jenħtieġ li jkun hemm ħatriet biex jimtlew dawn il-karigi għall-perijodu li jibda mis-7 ta' Ottubru 2021 u li jiskadi fis-6 ta' Ottubru 2027.

(3)

Ġie propost it-tiġdid tal-mandat tas-Sur Eugene REGAN bħala Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(4)

Ġie propost it-tiġdid tal-mandat tas-Sur Athanasios RANTOS bħala Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(5)

Is-Sur Dimitrios GRATSIAS ġie nominat għall-ewwel mandat tiegħu bħala Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(6)

Is-Sur Nicholas EMILIOU ġie nominat għall-ewwel mandat tiegħu bħala Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(7)

Il-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta' dawn il-kandidati għall-qadi tal-funzjonijiet ta' Mħallef u Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2021 sas-6 ta' Ottubru 2027:

Is-Sur Eugene REGAN,

Is-Sur Dimitrios GRATSIAS.

Artikolu 2

Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2021 sas-6 ta' Ottubru 2027:

Is-Sur Athanasios RANTOS,

Is-Sur Nicholas EMILIOU.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2021.

Il-President

N. BRITO