24.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/5


DEĊIŻJONI (UE) 2021/324 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tad-19 ta’ Frar 2021

li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara l-ħatra tas-Sur Jan PASSER bħala Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja, jenħtieġ li jinħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandat tas-Sur Jan PASSER, jiġifieri sal-31 ta’ Awwissu 2025.

(2)

Is-Sur David PETRLÍK ġie nnominat għall-kariga li saret vakanti.

(3)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dan il-kandidat għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallef fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur David PETRLÍK huwa b’dan maħtur Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2021.

Il-President

N. BRITO