24.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/4


DEĊIŻJONI (UE) 2021/323 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tad-19 ta’ Frar 2021

li taħtar erba’ Mħallfin u Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta’ erbatax-il Imħallef u sitt Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jiskadu fis-6 ta’ Ottubru 2021.

(2)

Jenħtieġ li jkun hemm ħatriet biex jimtlew dawn il-karigi għall-perijodu li jibda mis-7 ta’ Ottubru 2021 u li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2027.

(3)

Is-Sur Miroslav GAVALEC u s-Sa Octavia SPINEANU-MATEI ġew nominati għall-ewwel mandat tagħhom bħala Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(4)

Ġie propost it-tiġdid tal-mandati tas-Sur Niilo JÄÄSKINEN u s-Sur Lars BAY LARSEN bħala Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(5)

Ġie propost it-tiġdid tal-mandat tas-Sa Juliane KOKOTT bħala Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(6)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dawn il-kandidati għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallef u Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2021 sas-6 ta’ Ottubru 2027:

is-Sur Miroslav GAVALEC,

is-Sa Octavia SPINEANU-MATEI,

is-Sur Niilo JÄÄSKINEN,

is-Sur Lars BAY LARSEN.

Artikolu 2

Is-Sa Juliane KOKOTT hija b’dan maħtura Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2021 sas-6 ta’ Ottubru 2027.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2021.

Il-President

N. BRITO