29.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/1


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istat NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament tan-NU Nru 45 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem, u ta’ vetturi bil-magna fir-rigward tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem [2020/575]

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 11 għas-serje 01 ta’ emendi — Id-data tad-dħul fis-seħħ: 10 ta’ Ottubru 2017

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta’ applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Markar

5.

Approvazzjoni

6.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

7.

Verifika tal-effiċjenza tat-tindif

8.

Modifiki tat-tip u estensjoni tal-approvazzjoni

9.

Konformità tal-produzzjoni

10.

Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

11.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

12.

Ismijiet u indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

13.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESSI

1.

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem skont ir-Regolament Nru 45

2.

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem skont ir-Regolament Nru 45

3.

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

4.

Proċedura għall-ittestjar tal-prestazzjoni tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem.

F’dan il-każ, skont l-għażla tal-manifattur, huwa possibbli li jiġi installat tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li jkun ġie approvat qabel bħala komponent, iżda din l-approvazzjoni preċedenti mhijiex obbligatorja (1).

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

2.1.

Tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem” tfisser apparat li bih tista’ titnaddaf is-superfiċje kollha li temetti d-dawl, jew parti minnha, ta’ fanal ta’ quddiem jew sistema AFS;

2.2.

Tip ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem” tfisser tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li ma jvarjax f’tali aspetti essenzjali bħal (2):

2.2.1.

L-isem jew il-marka kummerċjali:

(a)

It-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li jkollu l-istess isem jew marka kummerċjali iżda li jiġi prodott minn manifatturi differenti għandu jitqies bħala ta’ tipi differenti;

(b)

It-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li jiġi prodott mill-istess manifattur iżda jkollu biss isem jew marka kummerċjali differenti għandu jitqies bħala tal-istess tip.

2.2.2.

Il-prinċipju tat-tindif użat;

2.2.3.

Dimensjonijiet ġeometriċi differenti tal-fanal ta’ quddiem, jekk dan ikun jimplika xi modifika fil-komponenti tat-tagħmir tat-tindif;

2.3.

Tip ta’ vettura” tfisser vetturi li ma jvarjawx f’tali aspetti essenzjali bħal:

2.3.1.

It-tip ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanal ta’ quddiem;

2.3.2.

L-arranġamenti ġeometriċi tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem, jekk dan ikun jimplika xi modifika fit-tħaddim tiegħu;

2.3.3.

Il-klassi tal-kapaċità tal-kontenitur tal-fluwidu;

2.4.

Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem;

2.5.

Kontenitur tal-fluwidu” tfisser dik il-parti tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li fiha - fil-każijiet xierqa - jinħażen il-fluwidu tat-tindif;

2.6.

Effiċjenza tat-tindif” tfisser il-perċentwal tal-intensità tal-illuminazzjoni mkejla f’punt tal-kejl wara t-tindif fir-rigward tal-valuri mkejla bil-kampjun li jkun kompletament nadif;

2.7.

Perjodu ta’ tindif” tfisser il-perjodu ta’ ħin li jinkludi operazzjoni waħda jew aktar ta’ tindif biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 7 ta’ hawn taħt.

2.8.

Operazzjoni ta’ tindif” tfisser kwalunkwe proċess adattat għat-tindif;

2.9.

Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi tiegħu li kienu fis-seħħ fil-mument tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem għandha titressaq mid-detentur tal-isem jew tal-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant tiegħu rikonoxxut uffiċjalment.

3.2.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu rikonoxxut uffiċjalment.

3.3.

L-applikazzjoni għandha tispeċifika jew in-numru tat-tip jew in-numru tal-approvazzjoni tal-fanal(i) ta’ quddiem jew il-forom u d-dimensjonijiet tal-fanal(i) ta’ quddiem li għalih(om) huwa maħsub it-tagħmir tat-tindif u għandha tkun akkumpanjata bi tliet kopji tad-dokumenti jew kampjuni msemmija hawn taħt li jagħtu d-dettalji li ġejjin:

3.3.1.

Disinji li juru f’biżżejjed dettall l-installazzjoni ma’ vettura, it-twaħħil relattiv bejn il-fanal(i) ta’ quddiem u l-wajper(s), iż-żennuna/i, jew il-partijiet korrispondenti, il-pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni u l-prinċipju tat-tindif użat; fejn xieraq, għandha tintwera wkoll il-parti tas-superfiċje li temetti d-dawl tal-fanal ta’ quddiem rilevanti għat-tagħmir tat-tindif;

3.3.2.

Jew speċifikazzjoni tat-tip(i) jew in-numru(i) tal-approvazzjoni tal-fanal(i) ta’ quddiem li għalih(om) huwa maħsub it-tagħmir tat-tindif jekk titnaddaf biss parti mil-lenti jew speċifikazzjoni tal-miżuri ewlenin (dijametru u raġġ tal-kurvatura tal-lenti) jekk il-lenti titnaddaf b’mod uniformi;

3.3.3.

Lista, li tispeċifika l-partijiet li jikkostitwixxu t-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem u tpinġijiet tagħhom, (eż. pompi, żennuni, valvijiet, muturi u wajpers);

3.3.4.

Deskrizzjoni teknika qasira li tindika t-tul tal-perjodu tat-tindif, il-konsum tal-fluwidu tat-tindif matul il-perjodu tat-tindif u l-kapaċità minima tal-kontenitur ipprovdut;

3.3.5.

Għal kull tip ta’ fanal ta’ quddiem, kampjun wieħed maħsub għall-installazzjoni fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura u kampjun wieħed maħsub għall-installazzjoni fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura, komplut bil-fanal(i) ta’ quddiem rilevanti installat(i) kif deskritt fil-paragrafu 3.3.1 ta’ hawn fuq, jew fuq tagħmir tat-test xieraq jew fuq vettura/i rappreżentattivi tat-tip(i) li jridu jiġu approvati, b’tali mod li t-tagħmir tat-tindif u l-fanal(i) ta’ quddiem ikunu jistgħu jitħaddmu b’mod normali. Fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem għal sewqan fuq il-lemin u għal sewqan fuq ix-xellug, ikun biżżejjed li jiġi ttestjat sett wieħed biss ta’ fanali ta’ quddiem jew għas-sewqan fuq il-lemin jew għas-sewqan fuq ix-xellug;

3.3.6.

Apparat separat komplut li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem;

3.3.7.

Struzzjonijiet għall-installazzjoni f’każ ta’ approvazzjoni ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem;

3.3.8.

Jekk ikun meħtieġ mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, id-dokumentazzjoni teknika u aktar kampjuni.

3.3.9.

Fil-każ ta’ tip ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li jkun ivarja biss fl-isem jew fil-marka kummerċjali minn tip li diġà jkun ġie approvat, għandu jkun biżżejjed li jiġu ppreżentati:

3.3.9.1.

Dikjarazzjoni mill-manifattur tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li t-tip sottomess huwa identiku (ħlief fl-isem jew fil-marka kummerċjali) għat-tip li diġà ġie approvat u li ġie prodott mill-istess manifattur bħal dak tat-tip li diġà ġie approvat, filwaqt li dan tal-aħħar għandu jiġi identifikat mill-kodiċi tal-approvazzjoni tiegħu;

3.3.9.2.

Żewġ kampjuni li jkollhom l-isem kummerċjali ġdid jew il-marka kummerċjali ġdida jew dokumentazzjoni ekwivalenti.

4.   MARKAR

4.1.

It-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem għandu, mill-inqas fuq parti ewlenija waħda, ikollu dawn il-marki li ġejjin li jinqraw b’mod ċar u li ma jitħassrux:

4.1.1.

L-isem jew il-marka kummerċjali;

4.1.2.

Fil-każ ta’ partijiet li jaħdmu bl-elettriku, il-vultaġġ nominali;

4.2.

Parti ewlenija waħda tat-tagħmir tat-tindif sottomess għall-approvazzjoni għandu jkollha spazju ta’ daqs suffiċjenti għall-marka tal-approvazzjoni; dan l-ispazju għandu jintwera fid-disinn imsemmi fil-paragrafu 3.3.1.

4.3.

Il-vettura mressqa għall-approvazzjoni għandu jkollha spazju ta’ daqs suffiċjenti għall-marka tal-approvazzjoni, skont l-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

5.   APPROVAZZJONI

5.1.

L-approvazzjoni ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem għandha testendi biss għall-prinċipju operattiv użat għat-tindif jew tat-tipi jew tal-forom u l-funzjonijiet tal-fanali ta’ quddiem indikati fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni;

5.2.

Jekk it-tip tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem jew it-tip tal-vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament ikun jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6 u 7 ta’ hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali jew vettura.

5.3.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 01, li jikkorrispondu għas-serje 01 ta’ emendi li daħlu fis-seħħ fid-9 ta’ Frar 1988) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar reċenti li saru lir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem.

5.4.

L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament u tad-disinji pprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni, f’format li ma jeċċedix A4 (210 × 297 mm) jew mitwija f’dak il-format, u fuq skala xierqa.

L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni tat-tip ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament u tad-disinji pprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni, f’format li ma jeċċedix A4 (210 × 297 mm), jew mitwija f’dak il-format u fuq skala xierqa.

5.5.

Ma’ kull vettura jew tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li jikkonformaw ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal b’mod li jolqot l-għajn u f’post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

5.5.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (3);

5.5.2.

Għal tip ta’ vettura, in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 5.5.1;

5.5.3.

Għal tip ta’ vettura, is-simbolu addizzjonali li ġej: rettangolu madwar figura li jesprimi l-klassi tal-kapaċità tal-kontenitur tal-fluwidu; il-klassi tista’ tkun jew 50 jew 25 kif stipulat fil-paragrafu 6.5.2.1;

5.5.4.

Għal tip ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem, numru tal-approvazzjoni.

5.6.

Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat, skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.5.1 ma għandux jiġi ripetut; f’tali każ, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li taħthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jiġu indikati f’kolonni wieqfa fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.5.1.

5.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

5.8.

Għal tip ta’ vettura, il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed jew ħdejn il-fanali ta’ quddiem jew viċin jew fuq il-pjanċa mwaħħla mill-manifattur filwaqt li għandha turi l-karatteristiċi tal-vettura.

5.9.

L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

6.1.

It-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem għandu jiġi ddisinjat u mibni sabiex inaddaf dawk il-partijiet tas-superfiċje li temetti d-dawl tal-fanali ta’ quddiem li jipproduċu r-raġġ baxx ewlieni u, bħala għażla, ir-raġġ tas-sewqan, sabiex mill-inqas jinkiseb l-effett ta’ tindif speċifikat fil-paragrafu 7 ta’ hawn taħt.

6.1.1.

F’każ li r-raġġ baxx jiġi pprovdut b’sistema adattiva tad-dawl ta’ quddiem (AFS): it-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem għandu jiġi ddisinjat u mibni sabiex inaddaf dawk il-partijiet tas-superfiċje li temetti d-dawl tal-AFS li, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.22.9.1 tar-Regolament Nru 48, jeħtieġ li jiġu installati b’apparat tat-tindif.

6.2.

It-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem għandu jkun iddisinjat ukoll b’tali mod li:

6.2.1.

Meta partijiet mit-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem fil-pożizzjoni(jiet) wieqfa jkunu fuq is-superfiċje li ddawwal tal-fanali ta’ quddiem, il-valuri fotometriċi tal-fanali ta’ quddiem, u tal-fanali raggruppati jew reċiprokament inkorporati mal-fanal ta’ quddiem kif sottomessi għat-test, imkejla fil-punti elenkati fir-Regolament xieraq li għalihom huma speċifikati valuri minimi, ma għandhomx jitnaqqsu b’aktar minn 5 fil-mija fi kwalunkwe pożizzjoni(jiet) wieqfa normali ta’ dawk il-partijiet, fir-rigward ta’ dawk imkejla qabel l-installazzjoni tal-apparat tat-tindif; fl-ebda każ dawn il-valuri ma għandhom ikunu inqas mill-valuri preskritti fir-Regolament inkwistjoni;

6.2.1.1.

Il-paragrafu 6.2.1 mhuwiex applikabbli meta l-fanal ta’ quddiem u l-partijiet mit-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem imsemmija fil-paragrafu 6.2.1 jiffurmaw assemblaġġ sħiħ waqt l-approvazzjoni tal-fanal ta’ quddiem;

6.2.2.

Waqt it-tħaddim, ħlief fil-pożizzjoni wieqfa, il-partijiet mekkaniċi ma għandhomx ikopru aktar minn:

6.2.2.1.

20 fil-mija tas-superfiċje li ddawwal ta’ fanal ta’ quddiem li jipproduċi raġġ baxx;

6.2.2.2.

10 fil-mija tas-superfiċje li ddawwal ta’ fanal ta’ quddiem li jipproduċi raġġ tas-sewqan li ma jkunx reċiprokament inkorporat ma’ fanal ta’ quddiem li jipproduċi raġġ baxx;

6.2.3.

Ikun jista’ jaħdem fit-temperaturi kollha ta’ bejn – 10 °C u + 35 °C u jkun jista’ jaħdem b’mod sodisfaċenti b’veloċitajiet ta’ bejn 0 u 130 km/h (jew il-veloċità massima tal-vettura jekk tkun inqas minn 130 km/h); madankollu, dan ma għandux japplika jekk it-tagħmir tat-tindif jiġi mblukkat mill-borra jew mis-silġ; it-tagħmir tat-tindif ma għandux issirlu ħsara jekk ikun espost għal temperatura ta’ – 35 °C u ta’ + 80 °C rispettivament għal perjodu ta’ siegħa;

6.2.4.

Fl-użu normali, minkejja l-vibrazzjoni li għaliha jista’ jkun soġġett, it-tħaddim sodisfaċenti tiegħu għandu jibqa’ jiġi żgurat;

6.2.5.

Ma għandhiex issirlu ħsara mil-ilma, mis-silġ jew mill-borra li jakkumulaw fuqu matul it-tħaddim normali tal-vettura, anke jekk il-likwidu tat-tindif ikun iffriżat; falliment temporanju minħabba l-iffriżar jew id-depożitu tal-borra ma għandux jitqies bħala ħsara, sakemm l-apparat ikun jista’ jerġa’ jitħaddem b’mezzi sempliċi;

6.2.6.

L-elementi kollha li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-fluwidu tat-tindif għandhom ikunu reżistenti għal taħlita li tikkonsisti minn 50 fil-mija ta’ alkoħol metiliku, alkoħol etiliku jew alkoħol isopropiliku u 50 fil-mija ta’ ilma;

6.2.7.

Il-partijiet tiegħu ma għandhomx ixekklu l-aġġustament tal-fanali ta’ quddiem jew it-twaħħil jew it-tibdil tal-bozoz bil-filament; jekk ikun hemm bżonn, it-tagħmir tat-tindif jew partijiet minnu jistgħu jkunu jinqalgħu, jekk ikunu jistgħu jitneħħew b’għodod sempliċi.

6.3.

Il-partijiet mit-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li, fil-pożizzjoni(jiet) wieqfa u/jew waqt it-tħaddim, ikunu jifformaw parti mis-superfiċje esterna tal-vettura, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

6.3.1.

Il-partijiet ma għandhomx juru, fid-direzzjoni ’l barra, kwalunkwe parti ppuntata jew li taqta’ jew kwalunkwe projezzjoni ta’ tali forma, dimensjonijiet, direzzjoni jew ebusija li x’aktarx iżidu r-riskju jew il-gravità ta’ korriment fil-ġisem ta’ persuna li tintlaqat jew tintmess mill-karozzerija;

6.3.2.

L-ebda parti li tisporġi ’l barra fuq is-superfiċje esterna ma għandu jkollha raġġ ta’ kurvatura ta’ inqas minn 2,5 mm; dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal partijiet ta’ ebusija ta’ mhux aktar minn 60 shore A;

6.3.3.

F’każijiet fejn it-tagħmir tat-tindif ikollu wajper, il-paragrafu 6.3.2 ta’ hawn fuq ma għandux japplika għax-xfafar tal-wajper jew għal kwalunkwe element ta’ sostenn. Madankollu, dawn l-unitajiet għandhom ikunu magħmula b’tali mod li ma jkollhom l-ebda angolu li jaqta’ jew partijiet bil-ponta jew li jaqtgħu ta’ natura mhux funzjonali. Kull xaft tal-wajper għandu jkun mgħammar b’kisi protettiv li jkollu raġġ ta’ kurvatura ta’ mhux inqas minn 2,5 mm u superfiċje ta’ mhux inqas minn 50 mm2;

6.3.4.

F’każijiet fejn it-tagħmir tat-tindif ikollu żennuna/i, il-paragrafu 6.3.2 la għandu japplika għall-partijiet funzjonali taż-żennuna/i u lanqas għall-partijiet mhux funzjonali jekk ikunu jisporġu inqas minn 5 mm;

6.3.5.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 6.3.1, 6.3.2 u 6.3.3 ta’ hawn fuq ma għandhomx japplikaw għal dawk il-partijiet tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li jkunu mqiegħda b’tali mod li, f’kundizzjonijiet statiċi, ma jkunux jistgħu jintmissu minn sfera b’dijametru ta’ 100 mm.

6.4.

Il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 6.2.3, 6.2.4, 6.2.5 u 6.2.6 għandha tiġi ċċertifikata mill-applikant. F’każ ta’ dubju, is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni jista’ jivverifika li dawn ir-rekwiżiti ġew issodisfati.

6.5.

F’każ ta’ approvazzjoni ta’ vettura, għandhom jiġu ssodisfati wkoll ir-rekwiżiti li ġejjin:

6.5.1.

It-tindif tal-fanali ta’ quddiem kollha li jipproduċu r-raġġ baxx ewlieni għandu jkun obbligatorju. Jekk ikun hemm aktar minn żewġ fanali ta’ quddiem li jipproduċu r-raġġ tas-sewqan, it-tindif ta’ par wieħed ta’ dawn il-fanali ta’ quddiem għandu jkun biżżejjed;

6.5.2.

Jekk it-tagħmir tat-tindif ikollu kontenitur tal-fluwidu, dan jista’ jiġi kkombinat mal-kontenitur tal-fluwidu tal-apparati għall-ħasil tal-windskrin u tal-ħġieġa ta’ wara u għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

6.5.2.1.

Il-kapaċità tal-kontenitur tal-fluwidu għandha tkun biżżejjed għal mill-anqas 50 perjodu ta’ tindif għat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem tal-klassi tal-kapaċità 50 u għal mill-inqas 25 perjodu ta’ tindif għat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem tal-klassi tal-kapaċità 25. Jekk il-kontenitur ma jkunx iforni biss it-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem iżda anke l-apparat għall-ħasil tal-windskrin u/jew l-apparat għall-ħasil tal-ħġieġa ta’ wara, din il-kapaċità għandha tiżdied b’total ta’ litru wieħed,

6.5.2.2.

Għandu jkun faċli li wieħed jiċċekkja l-livell tal-fluwidu, u l-ftuħ għall-mili għandu jkun faċilment aċċessibbli;

6.5.3.

La t-tagħmir tat-tindif u lanqas kwalunkwe parti minnu ma għandhom jipprevjenu l-aġġustament tal-fanal ta’ quddiem u s-sostituzzjoni tal-bozza bil-filament. F’każ ta’ bżonn, it-tagħmir tat-tindif jew parti minnu għandu jitneħħa b’għodda sempliċi. L-ebda apparat ieħor għat-tidwil jew apparat ieħor għas-sinjalar bid-dawl preskritt jew permissibbli ma għandu jiddgħajjef fl-effikaċja tiegħu jew minn partijiet jew mit-tħaddim tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem, ħlief matul il-perjodu tat-tindif; fuq kollox ma għandu jiddepożita b’mod sistematiku l-ebda ħmieġ meta jkun qed jitħaddem b’mod normali, fuq is-superfiċji li jemettu d-dawl ta’ apparati oħra għat-tidwil jew ta’ apparati oħra għas-sinjalar bid-dawl;

6.5.4.

Il-kontroll tal-apparat tat-tindif għandu jitħaddem mis-sit tas-sewwieq u jista’ jiġi akkoppjat mal-kontrolli għal apparati oħra tat-tindif.

Barra minn hekk, meta jkun meħtieġ li l-apparat tat-tindif jitwaħħal skont ir-Regolament Nru 48, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe attivazzjoni awtomatika tal-apparat tat-tindif, dan għandu jaħdem għal mill-inqas perjodu wieħed tat-tindif meta jitħaddmu l-apparati għall-ħasil tal-windskrin, filwaqt li l-fanali ta’ quddiem ikunu diġà mixgħula.

6.6.

Fil-każ meta fuq vettura mressqa għall-approvazzjoni jitwaħħal tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li jkun ġie approvat qabel bħala komponent, għandhom jiġu vverifikati biss ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6.5 sa 6.5.4.

7.   VERIFIKA TAL-EFFIĊJENZA TAT-TINDIF

7.1.

L-effiċjenza tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem għandha tiġi ttestjata skont ir-rekwiżiti tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament. L-effiċjenza tat-tindif fil-punti fuq l-iskrin tal-kejl li huma speċifikati hawn taħt għandha, wara kull perjodu tat-tindif, tammonta għal mill-inqas 70 fil-mija għall-fanal b’raġġ baxx ewlieni u għal 70 fil-mija wkoll għall-fanal tas-sewqan fakultattiv; fil-każ ta’ AFS, din id-dispożizzjoni tapplika għall-proċeduri tat-test fotometriku kif iddefiniti fl-Anness 9 tar-Regolament Nru 123 minn dawk l-unitajiet għat-tidwil fl-istat newtrali indikat fil-paragrafu 6.1.1 ta’ hawn fuq. Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem (ir-Regolament Nru 98 jew 112) li jipprovdi tidwil għal-liwi, il-fanal ta’ quddiem għandu jiġi ssettjat għat-test f’direzzjoni dritta ’l quddiem.

Dijagramma ta’ Punti ta’ Kejl fuq Skrin

Image 1

7.2.

Il-punt tal-kejl għandu jiġi ppożizzjonat kif muri fl-iskeċċ ta’ hawn fuq, fuq skrin li jkun jinsab 25 m mill-fanal ta’ quddiem u perpendikulari għall-assi tiegħu.

7.3.

Punti ta’ kejl għall-fanal ta’ quddiem li jipproduċi r-raġġ baxx

7.3.1.

Fanali ta’ quddiem approvati fir-rigward tar-raġġ baxx biss (marka C jew HC jew XC/V/E/W/T fil-marka tal-approvazzjoni);

Il-punti tal-kejl: 50 R (L) u 50 V (4).

7.3.2.

Fanali ta’ quddiem approvati fir-rigward tar-raġġ baxx u r-raġġ tas-sewqan (marka CR, HCR, C R, C HR, HC R jew HC HR jew XC/V/E/W/R/T).

Il-punti tal-kejl: 50R (L) u 50 V jekk fl-istess fanali ta’ quddiem, jiġu pprovduti sistemi ottiċi differenti għar-raġġ tas-sewqan u għar-raġġ baxx.

7.4.

Il-punt tal-kejl għall-fanal ta’ quddiem li jipproduċi r-raġġ tas-sewqan

Il-punt tal-kejl: HV.

8.   MODIFIKI TAT-TIP U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

8.1.

Kull modifika ta’ tip ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem jew ta’ tip ta’ vettura għandha tkun innotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Imbagħad, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista’ jew:

8.1.1.

Iqis li l-modifiki magħmula mhux probabbli li jkollhom effett ħażin apprezzabbli u li, fi kwalunkwe każ, it-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem jew il-vettura għadhom jikkonformaw mar-rekwiżiti; jew

8.1.2.

Jirrikjedi rapport ieħor tat-test mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

8.2.

Il-konferma jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-bidliet, għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.4 ta’ hawn fuq.

8.3.

L-Awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal tali estensjoni.

9.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.

Kull vettura jew tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li jkollhom marka tal-approvazzjoni kif preskritt skont dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mat-tip approvat u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi 6 u 7 ta’ hawn fuq.

9.2.

Sabiex tiġi vverifikata l-konformità kif preskritt fil-paragrafu 9.1 ta’ hawn fuq, vettura jew tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li jkollhom il-marka tal-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jittieħdu mill-produzzjoni.

10.   PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

10.1.

L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem jew għal tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 9.1 ta’ hawn fuq jew jekk il-kampjun li jkun ittieħed ma jgħaddix mit-testijiet preskritti fil-paragrafu 9.2 t’hawn fuq.

10.2.

Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha mill-ewwel tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell stabbilit fl-Annessi 1 jew 2 ta’ dan ir-Regolament.

11.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ tip ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem jew ta’ vettura approvati skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-Awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell stabbilit fl-Annessi 1 jew 2 ta’ dan ir-Regolament.

12.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni, u lil min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni, jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

13.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

Installazzjoni ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem f’vetturi ġodda

13.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 4 għas-serje 01 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tipprojbixxi t-twaħħil fuq vettura ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem approvat skont dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 4 għas-serje 01 ta’ emendi.

13.2.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu t-twaħħil fuq vettura ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem approvat skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje preċedenti ta’ emendi matul il-perjodu ta’ 24 xahar li jiġi wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 4 għas-serje 01 ta’ emendi.

13.3.

Malli jiskadi perjodu ta’ 48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jipprojbixxu t-twaħħil ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 4 għas-serje 01 ta’ emendi fuq vettura ġdida li għaliha tkun ilha li ngħatat approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew approvazzjoni tat-tip individwali għal aktar minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 4 għas-serje 01 ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament.

13.3.1.

Madankollu, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jipprojbixxu t-twaħħil ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi fuq vetturi li bdew jintużaw aktar minn ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ emendi.

13.3.2.

Madankollu, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jipprojbixxu vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi milli jibdew jintużaw aktar minn ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 01 ta’ emendi.

13.4.

Malli jiskadi perjodu ta’ 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jipprojbixxu t-twaħħil ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 4 għas-serje 01 ta’ emendi fuq vettura ġdida rreġistrata għall-ewwel darba aktar minn 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 4 għas-serje 01 ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament.


(1)  L-aderenza ma’ dan ir-Regolament mhijiex inkompatibbli mal-eżistenza ta’ regolamenti nazzjonali li ma jaċċettawx vetturi approvati b’tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem tal-klassi tal-kapaċità 25.

(2)  It-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem ma għandux jitqies ta’ tip differenti fil-konsum tal-fluwidi, il-perjodu tat-tindif jew it-twaħħil ta’ elementi tat-tindif, sakemm il-konformità ma’ dan ir-Regolament tiġi vverifikata mis-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet tal-approvazzjoni. Dan huwa validu wkoll, jekk il-fanali ta’ quddiem li għandhom jitnaddfu jkunu jvarjaw biss mill-bozza bil-filament użata, id-disinn għas-sewqan fuq ix-xellug jew għas-sewqan fuq il-lemin, il-kulur tad-dawl jew minn partijiet tal-fanal ta’ quddiem li ma jinfluwenzawx l-effettività tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem. Fil-każ ta’ bozoz bil-filament differenti għandha tiġi ttestjata biss il-verżjoni tal-fanal ta’ quddiem bl-ogħla konsum ta’ enerġija.

(3)  In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jingħataw fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html.

(4)  R tirreferi għas-sewqan il-lemin.

L tirreferi għal sewqan fuq ix-xellug.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 2

 

maħruġa minn:

Isem tal-amministrazzjoni:

……

……

……


li tikkonċerna (2):

Approvazzjoni mogħtija

Approvazzjoni estiża

Approvazzjoni rrifjutata

Approvazzjoni rtirata

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ tip ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem skont ir-Regolament Nru 45

Nru tal-Approvazzjoni…

Nru tal-Estensjoni.…

1.   L-isem jew il-marka kummerċjali tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem:…

2.   It-tip tat-tagħmir tat-tindif tal-fanal ta’ quddiem:…

3.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:…

4.   Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur:…

5.   Approvat għall-fanali ta’ quddiem li ġejjin (tip jew numru tal-approvazzjoni) u/jew il-forom u d-dimensjonijiet tal-fanal ta’ quddiem rilevanti:…

6.   Deskrizzjoni qasira tat-tagħmir tat-tindif:…

7.   Imressqa għall-approvazzjoni fi:…

8.   Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni:…

9.   Data tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz:…

10.   In-numru tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz:…

11.   Approvazzjoni mogħtija/miċħuda/estiża/irtirata (1):…

12.   Il-pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni fuq it-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem:…

13.   Post:…

14.   Data:…

15.   Firma:…

16.   Id-dokumenti li ġejjin, li għandhom in-numru ta’ approvazzjoni muri hawn fuq, huma disponibbli meta jintalbu:…

… disinji li juru l-installazzjoni tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem u t-twaħħil relattiv tiegħu li għalih hija valida l-approvazzjoni;

… disinji, dijagrammi u pjanijiet għat-tagħmir tat-tindif;

… ritratti.

(1)

In-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni fir-Regolament).

(1)  Aqta’ dak li ma japplikax.


ANNESS 2

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 3

 

maħruġa minn:

Isem tal-amministrazzjoni:

……

……

……


li tikkonċerna: (2)

Approvazzjoni mogħtija

Approvazzjoni estiża

Approvazzjoni rrifjutata

Approvazzjoni rtirata

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem, skont ir-Regolament Nru 45

Nru tal-Approvazzjoni.…

Nru tal-Estensjoni.…

1.   L-isem jew il-marka kummerċjali tal-vettura:…

2.   Tip ta’ vettura:…

3.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:…

4.   Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur:…

5.   L-isem jew il-marka kummerċjali tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem:…

6.   It-tip tat-tagħmir tat-tindif:…

7.   Numru/i tal-approvazzjoni tat-tip tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem (meta l-vettura tkun mgħammra b’tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li jkun ġie approvat qabel):…

8.   Approvat għall-fanali ta’ quddiem li ġejjin (tip jew numru tal-approvazzjoni jew forom u dimensjonijiet):…

9.   Deskrizzjoni qasira tat-taghmir tat-tindif:…

10.   Klassi tal-kapaċità tal-kontenitur tal-fluwidu: 25/50 (2).…

11.   Imressqa ghall-approvazzjoni fi:…

12.   Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni:…

13.   Data tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz:…

14.   In-numru tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz:…

15.   Approvazzjoni mogħtija/miċħuda/estiża/irtirata (1):…

16.   Il-pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni fuq il-vettura:…

17.   Post:…

18.   Data:…

19.   Firma:…

20.   Id-dokumenti li ġejjin, li għandhom in-numru ta’ approvazzjoni muri hawn fuq, huma disponibbli meta jintalbu:…

… disinji li juru l-installazzjoni tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem u t-twaħħil relattiv tiegħu li għalih hija valida l-approvazzjoni;

… disinji, dijagrammi u pjanijiet għat-tagħmir tat-tindif;

… ritratti.

(1)

In-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni fir-Regolament).

(1)  Aqta’ dak li ma japplikax.


ANNESS 3

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

I.   

Arranġament tal-marka tal-approvazzjoni għal tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem

Image 4

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem tindika li t-tagħmir tat-tindif ġie approvat fin-Netherlands (E 4) bin-numru tal-approvazzjoni 012439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 45 kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi.

Nota:

In-numru tal-approvazzjoni għandu jitqiegħed qrib iċ-ċirku u għandu jkun f’pożizzjoni jew fuq jew taħt l-ittra “E” jew fuq ix-xellug jew fuq il-lemin ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-ittra “E” u għandhom iħarsu lejn l-istess direzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jevitaw li jużaw numri Rumani għall-approvazzjoni, sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma’ simboli oħra.

II.   

L-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni għal vettura fir-rigward tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem

MUDELL A

Image 5

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nru 45 bin-numru tal-approvazzjoni 012439 kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 45 kif emendat mis-serje 01 ta’ emendi. Il-klassi tal-kapaċità hija 50.

MUDELL B

Image 6

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 24 u Nru 45 (*1). L-ewwel żewġ ċifri tan-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 24 kien jinkludi diġà s-serje 02 ta’ emendi u r-Regolament Nru 45 kien jinkludi s-serje 01 ta’ emendi. Il-klassi tal-kapaċità hija 50.


(*1)  L-ewwel numru huwa mogħti biss bħala eżempju.


ANNESS 4

PROĊEDURA GĦALL-ITTESTJAR TAL-PRESTAZZJONI TAT-TAGĦMIR LI JNADDAF IL-FANALI TA’ QUDDIEM

1.   KUMMENTI ĠENERALI

It-testijiet għandhom jitwettqu f’arja wieqfa f’temperatura ambjentali ta’ 23 °C ± 5 °C.

Matul id-diversi fażijiet tat-test, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex jiġi evitat xokk termali fil-ħġieġ tal-fanal ta’ quddiem.

Jekk il-manifattur tat-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem ikun beħsiebu jipprovdi diversi pożizzjonijiet tal-apparat tat-tindif u tal-fanali ta’ quddiem, għandu jiġi ttestjat biss il-fanal ta’ quddiem li jkun fl-agħar pożizzjoni tiegħu fir-rigward tal-apparat tat-tindif. Jekk jintuża fluwidu tat-tindif, iż-żennuni addizzjonali għan-naħa mhux simulata għandhom ikunu preżenti fuq it-tagħmir tat-test biex jiġi ċċekkjat il-konsum tal-fluwidu.

2.   TAGĦMIR TAT-TEST

2.1.   Taħlita tat-test

2.1.1.

Għal fanal ta’ quddiem bil-lenti ta’ barra tal-ħġieġ:

It-taħlita ta’ ilma u ta’ aġent li jniġġes li għandha tiġi applikata fuq il-fanal ta’ quddiem għandha tkun magħmula minn:

(a)

9 partijiet skont il-piż ta’ ramel tas-silika b’daqs tal-partikoli ta’ 0-100 μm,

(b)

parti waħda skont il-piż ta’ trab tal-karbonju veġetali prodott mill-injam tal-fagu b’daqs tal-partikoli ta’ 0-100 μm,

(c)

0,2 ta’ parti skont il-piż ta’ NaCMC1, u

(d)

5 partijiet skont il-piż ta’ klorur tas-sodju (pur sa 99 fil-mija);

(e)

Kwantità xierqa ta’ ilma distillat b’konduttività ta’≤ 1 μS/m.

2.1.2.

Għall-fanal ta’ quddiem bil-lenti ta’ barra tal-plastik:

It-taħlita ta’ ilma u ta’ aġent li jniġġes li għandha tiġi applikata fuq il-fanal ta’ quddiem għandha tkun magħmula minn:

(a)

9 partijiet skont il-piż ta’ ramel tas-silika b’daqs tal-partikoli ta’ 0-100 μm,

(b)

parti waħda skont il-piż ta’ trab tal-karbonju veġetali prodott mill-injam tal-fagu b’daqs tal-partikoli ta’ 0-100 μm,

(c)

0,2 ta’ parti skont il-piż ta’ NaCMC (1),

(d)

5 partijiet skont il-piż ta’ klorur tas-sodju (pur sa 99 fil-mija);

(e)

13-il parti skont il-piż ta’ ilma distillat b’konduttività ta’ ≤ 1 mS/m;

(f)

2 ± 1 qatriet ta’ aġent tensjoattiv (2).

2.1.3.

It-taħlita għandha tkun adatta biex tiġi applikata fuq il-fanal ta’ quddiem bi spray gun speċifikati fil-paragrafu 2.3 aktar ’l isfel. It-taħlita ma għandhiex tintuża qabel sagħtejn u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li titħejja. Għandha tiddaħħal fil-gun immedjatament qabel l-użu.

2.2.   It-tagħmir tal-kejl fotometriku għandu jkun ekwivalenti għal dak użat b’rabta mal-approvazzjoni tal-fanali ta’ quddiem.

2.3.   Provvista tal-enerġija ta’ kapaċità suffiċjenti (matul il-perjodu tat-tindif it-tnaqqis fil-vultaġġ ma għandux ikun aktar minn 1 fil-mija), voltmetru għal kejl ta’ ħin qasir (oxxillografu), spray gun bi pressjoni operattiva ta’ madwar 500 kPa b’tazza għall-fluss u żennuna b’dijametru ta’ 1,5 mm.

2.4.   Jekk ma jkunux ġew ittestjati fuq il-vettura, il-fanal(i) ta’ quddiem u t-tagħmir għat-tindif għandhom jiġu mmuntati fuq tagħmir tat-test li jirriproduċi l-installazzjoni fuq il-vettura u li jippermetti t-tħaddim normali kemm tat-tagħmir għat-tindif kif ukoll tal-fanal(i) ta’ quddiem.

2.5.   Għall-fini tat-test fuq apparati li jaħdmu bl-elettriku, il-provvista tal-enerġija għandha tiġi aġġustata b’tali mod li meta jkun hemm tagħbija fil-kuntatti tal-akbar konsumatur, il-vultaġġ ikun ta’ 13,0 V fil-każ ta’ sistemi ta’ 12 V u ta’ 27,0 V fil-każ ta’ sistemi ta’ 24 V.

Fir-rigward tal-kejl tal-illuminazzjoni, dawn għandhom jitwettqu abbażi tat-testijiet tal-approvazzjoni għall-fanali ta’ quddiem. F’każ ta’ dubju, il-kejl li jsir b’bozza bil-filament standard biss huwa validu.

3.   KEJL FOTOMETRIKU TAL-FANAL TA’ QUDDIEM META JKUN NADIF

Is-superfiċje li temetti d-dawl tal-fanal ta’ quddiem għandha tkun nadifa u t-tagħmir li jnaddaf il-fanal ta’ quddiem għandu jkun fil-pożizzjoni wieqfa. Il-kejl fotometriku għandu jsir f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament rilevanti, kif ukoll il-kejl preskritt fil-paragrafu 4 ta’ hawn taħt. L-illuminazzjoni għandha mbagħad titkejjel fil-punti tal-kejl speċifikati fil-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament.

4.   EVALWAZZJONI TAL-EFFIĊJENZA TAT-TINDIF

4.1.

Wara li l-fanal(i) ta’ quddiem ikun(u) ilu/ilhom jaħdem/jaħdmu għal 10 minuti, it-taħlita tal-ħmieġ għandha tiġi applikata b’mod ugwali fuq is-superfiċje kollha li temetti d-dawl permezz tas-spray gun imsemmi hawn fuq. It-taħlita għandha mbagħad titnixxef jew billi jitħaddem il-fanal ta’ quddiem jew billi tintuża arja sħuna. Din il-proċedura għandha tiġi ripetuta, jekk ikun meħtieġ sakemm l-intensità luminuża fil-punti kollha tal-kejl tkun tnaqqset taħt l-20 fil-mija tal-valuri skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Anness. Tal-inqas l-intensità luminuża f’wieħed mid-diversi punti ta’ kejl għandha tkun bejn 15 u 20 fil-mija.

4.1.1.

Il-valuri li għandhom jintużaw matul it-testijiet għat-tul tal-perjodu tat-tindif u għall-konsum tal-fluwidu tat-tindif matul dan il-perjodu għandhom ikunu l-valuri ddikjarati mill-manifattur. Il-konsum tal-fluwidu għandu jitkejjel bħala l-valur medju fuq diversi perjodi ta’ tindif kif speċifikat mill-manifattur.

4.1.2.

Wara li l-fanal ta’ quddiem ikun kesaħ u mhux aktar tard minn sagħtejn wara li l-ħmieġ ikun nixef il-fanali ta’ quddiem għandhom jinxtegħlu u t-tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem għandu jitħaddem għall-perjodu tat-tindif speċifikat mill-manifattur. Il-perjodu tat-tindif ma għandux ikun aktar minn 10 xhur.

4.2.

Jekk jintuża fluwidu tat-tindif għall-operazzjoni tat-tindif, it-test għandu jitwettaq b’ilma distillat b’konduttività ta’ mhux aktar minn 10 μS/cm.

4.3.

Jekk it-tagħmir tat-tindif ikun maħsub biex jitħaddem manwalment, it-tindif għandu jsir b’massimu ta’ ħames operazzjonijiet fil-limitu ta’ żmien speċifikat fil-paragrafu 4.1.2 ta’ hawn fuq.

4.4.

Meta t-tagħmir tat-tindif ma jkunx jaħdem bl-elettriku, il-kundizzjonijiet tat-tħaddim għat-test għandhom jiġu speċifikati mis-servizz tekniku skont il-manifattur.

4.5.

Wara l-operazzjoni tat-tindif, il-fanal ta’ quddiem għandu jitħalla jinxef. Imbagħad l-illuminazzjoni fil-punti tal-kejl għandha terġa’ titkejjel kif meħtieġ fil-paragrafu 3 ta’ hawn fuq u l-valuri miksuba b’dan il-mod għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament.

4.6.

Jekk ir-riżultat tal-kejl ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti skont il-paragrafu 4.5 ta’ hawn fuq huwa permess, fil-każ ta’ tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem li jitħaddem bi fluwidu tat-tindif, li jsir tentattiv sabiex jinkisbu riżultati aħjar billi jiġi aġġustat il-ġett tal-fluwidu.

(1)  L-NaCMC jirrappreżenta l-melħ tas-sodju ta’ karbossimetilċelluloża, li s-soltu jissemma bħala CMC. L-NaCMC użat fit-taħlita tal-aġent li jniġġes għandu jkollu grad ta’ sostituzzjoni (DS) ta’ 0,6-0,7 u viskożità ta’ 200-300 cP għal soluzzjoni ta’ 2 fil-mija f’temperatura ta’ 20 °C.

(2)  It-tolleranza fil-kwantità hija dovuta għall-ħtieġa li jinkiseb ħmieġ li jinfirex kif suppost fuq it-tipi kollha tal-lenti tal-plastik