|
15.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/46 |
Ir-Regolament Nru 74 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija L1 fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl [2020/32]
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-Suppliment 11 għas-serje ta’ emendi 01 – Id-data tad-dħul fis-seħħ: Il-15 ta’ Ottubru 2019
Werrej
Regolament
1. Kamp ta’ applikazzjoni
2. Definizzjonijiet
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
4. Approvazzjoni
5. Speċifikazzjonijiet ġenerali
6. Speċifikazzjonijiet individwali
7. Reġistrazzjoni tal-vetturi
8. Konformità tal-produzzjoni
9. Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni
10. Modifika għal u estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl
11. Produzzjoni mwaqqfa għalkollox
12. Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
13. Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
Annessi
Anness 1 — Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura (moped) fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, skont ir-Regolament Nru 74
Anness 2 — Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni
Anness 3 — Superfiċi, assi u ċentru ta’ referenza, u angoli ta’ viżibbiltà ġeometrika tal-fanali
Anness 4 — Viżibbiltà ’l quddiem tad-dwal ħomor u viżibbiltà lura tad-dwal bojod
Anness 5 — Kontroll tal-konformità tal-produzzjoni
1. Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi tal-kategorija L1 (1) fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl.
2. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-aħħar serje ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 48 fis-seħħ fil-mument tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.
|
2.1. |
“Tip ta’ vettur a” tfisser kategorija ta’ vetturi li ma jvarjawx minn xulxin f’aspetti essenzjali bħal: |
|
2.1.1. |
Id-dimensjonijiet u l-forma esterna tal-vettura; |
|
2.1.2. |
In-numru u l-pożizzjoni tal-apparati; |
|
2.1.3. |
Dawn li ġejjin lanqas ma għandhom jitqiesu bħala “vetturi ta’ tip differenti”: |
|
2.1.3.1. |
Vetturi li huma differenti skont it-tifsira tal-paragrafi 2.1.1. u 2.1.2. aktar ’il fuq imma mhux b’tali mod li tkun involuta bidla fit-tip, fin-numru, fil-pożizzjoni u fil-viżibbiltà ġeometrika tal-fanali preskritti għat-tip ta’ vettura kkonċernat; |
|
2.1.3.2. |
Vetturi li fuqhom jitwaħħlu jew ikunu nieqsa jekk it-twaħħil tagħhom ikun fakultattiv, fanali approvati skont wieħed mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim tal-1958, jew fanali permessi fil-pajjiż li fih ikunu rreġistrati l-vetturi; |
|
2.2. |
“Vettura mhux mgħobbij a” tfisser vettura mingħajr sewwieq jew passiġġier u mhux mgħobbija, imma bit-tank tal-fjuwil tagħha mimli u bl-għodod kollha li normalment jinġarru; |
|
2.3. |
“Fana l” tfisser apparat maħsub biex jillumina t-triq jew biex jemetti sinjal bid-dawl lil utenti oħra tat-triq. Il-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara u r-retrorifletturi bl-istess mod għandhom jitqiesu bħala fanali; |
|
2.3.1. |
“Fanali ekwivalent i” tfisser fanali li jkollhom l-istess funzjoni u li jkunu awtorizzati fil-pajjiż fejn tkun irreġistrata l-vettura; fanali ta’ din ix-xorta jista’ jkollhom karatteristiċi differenti minn dawk tal-fanali li l-vettura tkun mgħammra bihom fil-mument tal-approvazzjoni, bil-kundizzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; |
|
2.3.2. |
“Fanali indipendent i” tfisser apparati li jkollhom superfiċi illuminanti separati, sorsi tad-dawl separati u korpi tal-fanali separati; |
|
2.3.3. |
“Fanali raggruppat i” tfisser apparati li jkollhom superfiċi illuminanti separati u sorsi tad-dawl separati, imma li jkollhom korp tal-fanal komuni; |
|
2.3.4. |
“Fanali kkombinat i” tfisser apparati li jkollhom superfiċi illuminanti separati, imma sors tad-dawl komuni u korp tal-fanal komuni; |
|
2.3.5. |
“Reċiprokament inkorporat i” tfisser apparati li jkollhom sorsi tad-dawl separati jew sors tad-dawl wieħed li jiffunzjona f’kundizzjonijiet differenti (pereżempju, differenzi ottiċi, mekkaniċi, elettriċi), superfiċi illuminanti li huma totalment jew parzjalment komuni u korp tal-fanal komuni; |
|
2.3.6. |
“Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddie m” tfisser il-fanal li jintuża biex jindika l-preżenza tal-vettura meta wieħed jaraha minn quddiem; |
|
2.3.7. |
“Retroriflettu
r” tfisser apparat li jintuża biex jindika l-preżenza ta’ vettura permezz tar-rifless tad-dawl li ġej minn sors tad-dawl li mhux konness mal-vettura, meta l-osservatur ikun jinsab qrib is-sors;
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, pjanċi tan-numri retroriflettenti ma jitqisux bħala retrorifletturi: |
|
2.3.8. |
“Fanal li jindika d-direzzjon
i” tfisser fanal li jintuża biex jindika lill-utenti tat-triq, li s-sewwieq biħsiebu jbiddel id-direzzjoni lejn il-lemin jew lejn ix-xellug;
Il-fanali li jindikaw id-direzzjoni jistgħu jintużaw ukoll skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tan-NU Nru 97. |
|
2.3.9. |
“Fanal tal-pożizzjoni ta’ war a” tfisser il-fanal li jintuża biex jindika l-preżenza tal-vettura meta wieħed jaraha minn wara; |
|
2.4. |
“Superfiċe li temetti d-daw l” ta’ “apparat għat-tidwil”, “apparat għas-sinjalar bid-dawl” jew retroriflettur tfisser is-superfiċe ta’ barra kollha jew parti minnha tal-materjal trasparenti kif iddikjarat fit-talba għall-approvazzjoni mill-manifattur tal-apparat fit-tpinġija, ara l-Anness 3; |
|
2.5. |
“Superfiċe illuminant i” (ara l-Anness 3); |
|
2.5.1. |
“Superfiċe illuminanti ta’ apparat għat-tidwi
l” fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi (main beam) u fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx (dipped beam) tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-fetħa kollha tar-riflettur, jew fil-każ tal-fanali ta’ quddiem b’riflettur ellissojdali tal-“lenti ta’ projezzjoni”, fuq pjan trasversali. Jekk l-apparat għat-tidwil ma jkollu l-ebda riflettur, għandha tiġi applikata d-definizzjoni tal-paragrafu 2.5.2.. Jekk is-superfiċe li temetti d-dawl tal-fanal testendi fuq parti biss mill-fetħa kollha tar-riflettur, titqies biss il-projezzjoni ta’ dik il-parti.
Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx, is-superfiċe illuminanti tkun limitata bit-traċċa apparenti tal-punt tal-qtugħ fuq il-lenti. Jekk ir-riflettur u l-lenti jkunu aġġustabbli b’mod relattiv għal xulxin, għandu jintuża l-aġġustament medju; |
|
2.5.2. |
“Superfiċe illuminanti ta’ apparat għas-sinjalar bid-dawl li mhux retroriflettu r” (fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem, fanal li jindika d-direzzjoni, fanal ta’ waqfien u fanal tal-pożizzjoni ta’ wara) tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-fanal fi pjan perpendikulari mal-assi ta’ referenza tagħha u f’kuntatt mas-superfiċe ta’ barra li temetti d-dawl tal-fanal, b’din il-projezzjoni tkun delimitata mit-truf tal-iskrins li jinsabu f’dan il-pjan, b’kull wieħed jippermetti biss 98 fil-mija tal-intensità luminuża totali tad-dawl li tippersisti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza. Biex jiġu ddeterminati l-limiti t’isfel, ta’ fuq u dawk laterali tas-superfiċe illuminanti, għandhom jintużaw biss skrins bi truf orizzontali jew vertikali; |
|
2.5.3. |
“Superfiċe illuminanti ta’ retroriflettu r” (il-paragrafu 2.3.7.) tfisser il-projezzjoni ortogonali ta’ retroriflettur fi pjan perpendikulari mal-assi ta’ referenza tiegħu u limitat mill-pjani kontinwi għall-partijiet l-aktar ’il barra tas-sistema ottika tar-retroriflettur u parallela ma’ dak l-assi. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-truf ta’ isfel, ta’ fuq u dawk laterali tal-apparat, għandhom jitqiesu biss il-pjani orizzontali u vertikali; |
|
2.6. |
Is-“superfiċe apparent
i” għal direzzjoni ta’ osservazzjoni definita tfisser, fuq it-talba tal-manifattur jew tar-rappreżentant tiegħu akkreditat b’mod xieraq, il-projezzjoni ortogonali ta’:
jew il-konfini tas-superfiċe illuminanti projettata fuq is-superfiċe ta’ barra tal-lenti (a-b), jew is-superfiċe li temetti d-dawl (c-d), fi pjan perpendikolari mad-direzzjoni tal-osservazzjoni u tanġenzjali għall-aktar punt ta’ barra tal-lenti (ara l-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament); |
|
2.7. |
“Ċentru ta’ referenz a” tfisser l-intersezzjoni tal-assi ta’ referenza mas-superfiċe esterna li temetti d-dawl; dan jiġi speċifikat mill-manifattur tal-fanal; |
|
2.8. |
“Angoli ta’ viżibilità ġeometrik
a” tfisser l-angoli li jiddeterminaw il-kamp tal-angolu solidu minimu fejn is-superfiċe apparenti tal-fanal trid tkun viżibbli. Dak il-kamp tal-angolu solidu jiġi ddeterminat mis-segmenti tal-isfera li ċ-ċentru tagħha jikkoinċidi maċ-ċentru ta’ referenza tal-fanal u li l-ekwatur tagħha huwa parallel mal-art. Dawn is-segmenti jiġu ddeterminati fir-rigward tal-assi ta’ referenza. L-angoli orizzontali β jikkorrispondu għal-lonġitudini u l-angoli vertikali α għal-latitudni. Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu fuq ġewwa tal-angoli ta’ viżibilità ġeometrika għall-propagazzjoni tad-dawl minn kwalunkwe parti tas-superfiċe apparenti tal-fanal osservata mill-infinità. Jekk il-kejl jittieħed eqreb tal-fanal, id-direzzjoni tal-osservazzjoni trid tiġi mċaqilqa b’mod parallel sabiex tinkiseb l-istess preċiżjoni.
Fuq ġewwa tal-angoli ta’ viżibilità ġeometrika, l-ostakli ma jitqisux, jekk dawn kienu diġà ppreżentati meta l-fanal kien approvat għat-tip. Jekk, meta l-fanal jiġi installat, kwalunkwe parti mis-superfiċe apparenti tal-fanal tkun moħbija minn kwalunkwe parti oħra tal-vettura, għandhom jiġu ppreżentati provi li l-parti tal-fanal li mhijiex moħbija mill-ostakli għadha konformi mal-valuri fotometriċi preskritti għall-approvazzjoni tal-apparat bħala unità ottika (ara l-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament). Minkejja dan, meta l-angolu vertikali ta’ viżibilità ġeometrika taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° (fanal f’għoli ta’ inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art), il-kamp fotometriku tal-kejl tal-unità ottika installata jista’ jitnaqqas għal 5° taħt l-orizzontali. |
|
2.9. |
“Tarf estrem ta’ barr a”, fuq kull naħa tal-vettura tfisser il-pjan parallel għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u tanġenzjali għat-tarf laterali ta’ barra tal-vettura, mingħajr ma jitqiesu l-mirja retroviżuri, l-indikaturi tad-direzzjoni, il-fanali tal-pożizzjoni u r-retrorifletturi; |
|
2.10. |
“Wisa” total i tfisser id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali definiti fil-paragrafu 2.9 aktar ’il fuq; |
|
2.11. |
“Fanal singol
u” tfisser apparat jew parti minn apparat li jkollu funzjoni waħda u superfiċe apparenti waħda fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza (ara l-paragrafu 2.6 ta’ dan ir-Regolament) u sors tad-dawl wieħed jew aktar.
Għall-fini ta’ installazzjoni fuq vettura, “fanal singolu” tfisser ukoll kwalunkwe assemblaġġ ta’ żewġ fanali indipendenti jew raggruppati, kemm jekk ikunu identiċi u kemm jekk le, li jkollhom l-istess funzjoni, jekk jiġu installati sabiex il-projezzjoni tas-superfiċi apparenti tagħhom fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza tokkupa mhux inqas minn 60 fil-mija tal-iżgħar rettangolu li jiċċirkoskrivi l-projezzjonijiet tas-superfiċi apparenti msemmija fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza. F’każ ta’ din ix-xorta, kull wieħed minn dawn il-fanali, fejn tkun meħtieġa approvazzjoni, għandu jiġi approvat bħala fanal tat-tip “D”. Din il-possibilità ta’ kombinazzjoni ma tapplikax għall-fanali ta’ quddiem b’raġġ qawwi u għall-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx. |
|
2.12. |
“Il-kulur tad-dawl emess mill-appara t”. Id-definizzjonijiet tal-kulur tad-dawl emess, mogħtija fir-Regolament Nru 48 u fis-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fil-mument tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament. |
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl tiegħu għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li jkun ġie akkreditat b’mod xieraq. |
|
3.2. |
Hija għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti u mill-partikolaritajiet li ġejjin, fi tliet kopji: |
|
3.2.1. |
Deskrizzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-punti msemmija fil-paragrafi 2.1.1 u 2.1.2 hawn fuq; it-tip ta’ vettura għandu jiġi speċifikat; |
|
3.2.2. |
lista tal-apparati maħsuba mill-manifattur biex jiffurmaw l-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl: il-lista tista’ tinkludi diversi tipi ta’ apparat għal kull funzjoni; kull tip għandu jiġi identifikat b’mod xieraq (marka tal-approvazzjoni nazzjonali jew internazzjonali, jekk approvat, isem il-manifattur, eċċ.); minbarra dan, fir-rigward ta’ kull funzjoni, il-lista tista’ tinkludi l-annotazzjoni addizzjonali “jew apparati ekwivalenti”; |
|
3.2.3. |
tpinġija skematika tal-installazzjoni tal-apparati tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl kollha, fejn tintwera l-pożizzjoni tad-diversi apparati fuq il-vettura; |
|
3.2.4. |
Jekk ikun meħtieġ, sabiex tiġi vverifikata l-konformità tal-preskrizzjonijiet tar-Regolament preżenti, tpinġija skematika jew tpinġijiet skematiċi ta’ kull fanal fejn tintwera s-superfiċe illuminanti, kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 2.5.1 hawn fuq, is-superfiċe li temetti d-dawl kif definita fil-paragrafu 2.4, l-assi ta’ referenza u ċ-ċentru ta’ referenza kif definit fil-paragrafu 2.7. Din l-informazzjoni mhijiex meħtieġa fil-każ tal-apparat tat-tidwil tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara. |
|
3.2.5. |
L-applikazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni tal-metodu li ntuża għad-definizzjoni tas-superfiċe apparenti (il-paragrafu 2.6.) |
|
3.3. |
Vettura mhux mgħobbija mgħammra b’sett komplut ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, kif preskritt fil-paragrafu 3.2.2 hawn fuq, li tkun rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat għandha tiġi sottomessa lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni. |
4. Approvazzjoni
|
4.1. |
Jekk it-tip ta’ vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament fir-rigward tal-apparati kollha speċifikati fil-lista, l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura għandha tingħata. |
|
4.2. |
Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ figuri tiegħu (bħalissa 01 għar-Regolament fis-serje ta’ emendi 01 tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi maġġuri reċenti li jkunu saru fir-Regolament fiż-żmien meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja dan in-numru lil tip ieħor ta’ vettura jew lill-istess tip ta’ vettura ppreżentata b’apparat li mhux speċifikat fil-lista li tissemma fil-paragrafu 3.2.2 hawn fuq, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.3. |
Għandu jiġi kkomunikat avviż ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ta’ rifjut ta’ approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament. |
|
4.4. |
Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, b’mod li jolqot l-għajn u f’post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn: |
|
4.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2); |
|
4.4.2. |
in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
|
4.5. |
Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont Regolament ieħor jew Regolamenti oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. m’hemmx għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.. |
|
4.6. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. |
|
4.7. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur. |
|
4.8. |
L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġament tal-marki tal-approvazzjoni. |
5. Speċifikazzjonijiet ġenerali
|
5.1. |
L-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għandhom ikunu mwaħħla b’tali mod li f’kundizzjonijiet normali ta’ użu, u minkejja l-vibrazzjonijiet li jistgħu jiġu soġġetti għalihom, iżommu l-karatteristiċi preskritti f’dan ir-Regolament u jippermettu li l-vettura tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, ma għandux ikun possibbli li l-fanali jiġu aġġustati ħażin b’mod involontarju. |
|
5.2. |
Il-fanali tal-illuminazzjoni għandhom jiġu installati b’tali mod li l-aġġustament korrett tal-orjentazzjoni tagħhom jista’ jitwettaq faċilment. |
|
5.3. |
Għall-apparati għas-sinjalar bid-dawl kollha, inklużi dawk immuntati fil-ġenb, l-assi ta’ referenza tal-fanal meta mwaħħal fuq il-vettura għandu jkun parallel għall-pjan ta’ appoġġ tal-vettura fit-triq; barra minn hekk, għandu jkun perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura fil-każ tar-retrorifletturi tal-ġenb u parallel għal dak il-pjan fil-każ tal-apparati l-oħra kollha.F’kull direzzjoni, għandha titħalla tolleranza ta’ ± 3°. Barra minn hekk, jekk il-manifattur jipprovdi speċifikazzjonijiet għall-installazzjoni, dawn għandhom jiġu rispettati. |
|
5.4. |
Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, l-għoli u l-orjentazzjoni tal-fanali għandhom jiġu vverifikati meta l-vettura ma tkunx mgħobbija u meta titqiegħed fuq superfiċe ċatta u orizzontali, bil-pjan medjan lonġitudinali tagħha vertikali u bil-manubriji fil-pożizzjoni li tikkorrispondi għal moviment dritt ’il quddiem. |
|
5.5. |
Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi: |
|
5.5.1. |
Il-fanali jew ir-rifletturi singoli għandhom jiġu mmuntati b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tagħhom ikun qiegħed fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura; |
|
5.5.2. |
il-fanali li jikkostitwixxu par u li jkollhom l-istess funzjoni għandhom: |
|
5.5.2.1. |
ikunu mmuntati b’mod simetriku fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali; |
|
5.5.2.2. |
ikunu simetriċi ma’ xulxin b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali; |
|
5.5.2.3. |
jissodisfaw l-istess rekwiżiti kolorimetriċi; |
|
5.5.2.4. |
ikollhom karatteristiċi fotometriċi nominali identiċi; kif ukoll |
|
5.5.2.5. |
jixegħlu u jintfew fl-istess ħin. |
|
5.6. |
Il-fanali jistgħu jkunu raggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati wieħed mal-ieħor sakemm ir-rekwiżiti kollha fir-rigward tal-kulur, tal-pożizzjoni, tal-orjentazzjoni, tal-viżibilità ġeometrika, tal-konnessjonijiet elettriċi u tar-rekwiżiti l-oħra, jekk ikun hemm, għal kull fanal jiġu ssodisfati. |
|
5.7. |
L-għoli massimu ’l fuq mill-art għandu jitkejjel mill-ogħla punt u l-għoli minimu mill-aktar punt baxx tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza. Għall-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx, l-għoli minimu mill-art għandu jitkejjel mill-aktar punt baxx tal-iżbokk effettiv tas-sistema ottika (pereżempju, riflettur, lenti, lenti ta’ projezzjoni) indipendentement mill-użu tiegħu.
Meta l-għoli (massimu u minimu) ’il fuq mill-art jissodisfa b’mod ċar ir-rekwiżiti tar-Regolament, ma hemm għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti ta’ ebda superfiċe. Meta ssir referenza għad-distanza bejn il-fanali, il-pożizzjoni, fir-rigward tal-wisa’, għandha tiġi ddeterminata mit-truf ta’ ġewwa tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza. Meta l-pożizzjoni, fir-rigward tal-wisa’, tissodisfa b’mod ċar ir-rekwiżiti tar-Regolament, ma hemm għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti ta’ ebda superfiċe. |
|
5.8. |
Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, l-ebda fanal għajr il-fanali li jindikaw id-direzzjoni u s-sinjal ta’ twissija f’każ ta’ periklu ma għandhom ikunu fanali li jteptpu. |
|
5.9. |
Fuq in-naħa ta’ quddiem ma għandu jkun viżibbli l-ebda dawl aħmar, u fuq in-naħa ta’ wara ma għandu jkun viżibbli l-ebda dawl abjad. Il-konformità ma’ dan ir-rekwiżit għandha tiġi vverifikata kif jintwera iktar ’l isfel (ara t-tpinġija fl-Anness 4): |
|
5.9.1. |
il-viżibilità tad-dawl aħmar fuq in-naħa ta’ quddiem: ma jrid ikun hemm l-ebda viżibilità diretta ta’ dawl aħmar għal osservatur li jkun qed jiċċaqlaq fiż-żona 1 ta’ pjan trasversali li jkun qiegħed 25 m quddiem il-vettura; |
|
5.9.2. |
il-viżibilità tad-dawl abjad fuq in-naħa ta’ wara: ma jrid ikun hemm l-ebda viżibilità diretta ta’ dawl abjad għal osservatur li jkun qed jiċċaqlaq fiż-żona 2 ta’ pjan trasversali li jkun qiegħed 25 m wara l-vettura; |
|
5.9.3. |
iż-żoni 1 u 2, kif jarahom l-osservatur, huma limitati fil-pjani rispettivi tagħhom kif ġej: |
|
5.9.3.1. |
fl-għoli, minn żewġ pjani orizzontali rispettivament 1 m u 2,20 m ’il fuq mill-art; |
|
5.9.3.2. |
fil-wisa’, minn żewġ pjani vertikali li, ’il quddiem u lura rispettivament jiffurmaw angolu ta’ 15° ’il barra mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, jgħaddu mill-punt jew mill-punti ta’ kuntatt ta’ pjani vertikali paralleli għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u jillimitaw il-wisa’ totali tal-vettura; jekk ikun hemm diversi punti ta’ kuntatt, l-aktar punt ’il quddiem għandu jikkorrispondi mal-pjan ta’ quddiem u l-aktar punt lura mal-pjan ta’ wara. |
|
5.10. |
Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom ikunu tali li l-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem jew il-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx, jekk ma jkun hemm l-ebda fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem, il-fanal tal-pożizzjoni ta’ wara u kwalunkwe apparat li jillumina l-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara ma jistgħux jinxtegħlu jew jintfew b’mod ieħor għajr fl-istess ħin. |
|
5.11. |
Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, il-konnessjoni elettrika għandha tkun tali li l-fanal b’raġġ qawwi u l-fanal b’raġġ baxx ma jistgħux jinxtegħlu ħlief jekk il-fanali li jissemmew fil-paragrafu 5.10 hawn fuq ma jinxtegħlux ukoll. Dan ir-rekwiżit ma għandux għalfejn jiġi ssodisfat fil-każ tal-fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi u ta’ fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx fejn it-twissijiet luminużi tagħhom jikkonsistu f’li jinxtegħel il-fanal b’raġġ baxx b’mod intermittenti, f’intervalli qosra, jew f’li jinxtegħlu b’mod alternanti l-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx u l-fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi f’intervalli qosra. |
|
5.11.1. |
Il-fanal ta’ quddiem għandu jixgħel awtomatikament meta tkun qed taħdem il-magna. |
|
5.12. |
Indikaturi operatorji ottiċi |
|
5.12.1. |
Kull indikatur operatorju ottiku għandu jkun viżibbli mill-ewwel għal sewwieq f’pożizzjoni normali ta’ sewqan. |
|
5.12.2. |
Fejn dan ir-Regolament jipprevedi indikatur operatorju “b’ċirkwit magħluq”, dan jista’ jiġi sostitwit minn indikatur operatorju tal-“funzjonament”. |
|
5.13. |
Il-kuluri tad-dwal (3)
Il-kuluri tad-dwal imsemmija f’dan ir-Regolament għandhom ikunu kif ġej:
|
|
5.14. |
Kull vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandha tkun mgħammra bl-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl li ġejjin: |
|
5.14.1. |
fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx (il-paragrafu 6.2); |
|
5.14.2. |
fanal tal-pożizzjoni ta’ wara (il-paragrafu 6.10); |
|
5.14.3. |
retroriflettur tal-ġenb, mhux trijangulari (il-paragrafu 6.5); |
|
5.14.4. |
retroriflettur ta’ wara, mhux trijangulari (il-paragrafu 6.7); |
|
5.14.5. |
retrorifletturi tal-pedali (il-paragrafu 6.6), għall-mopeds bil-pedali biss; |
|
5.14.6. |
fanal tal-waqfien (il-paragrafu 6.9); |
|
5.14.7. |
Apparat li jillumina l-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara, fejn pjanċa ta’ din ix-xorta tkun meħtieġa (il-paragrafu 6.11). |
|
5.15. |
Din tista’, barra minn hekk, tkun mgħammra bl-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl li ġejjin: |
|
5.15.1. |
fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi (il-paragrafu 6.1); |
|
5.15.2. |
fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem (il-paragrafu 6.3); |
|
5.15.3. |
retroriflettur ta’ quddiem, mhux trijangulari (il-paragrafu 6.4). |
|
5.15.4. |
fanali li jindikaw id-direzzjoni (il-paragrafu 6.8) |
|
5.15.5. |
Sinjal ta’ twissija f’każ ta’ periklu (il-paragrafu 6.12); |
|
5.16. |
It-twaħħil ta’ kull wieħed mill-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl imsemmija fil-paragrafi 5.14 u 5.15 hawn fuq għandu jsir f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti fil-paragrafu 6 ta’ dan ir-Regolament. |
|
5.17. |
It-twaħħil ta’ kwalunkwe apparat għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 5.14 u 5.15 huwa pprojbit ħlief għal apparat għat-tidwil xieraq għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara, jekk teżisti u jekk ikun meħtieġ li din tiġi mdawla. |
|
5.18. |
L-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl approvati għat-tip għall-muturi u li jissemmew f’ 5.16 u 5.17 jistgħu wkoll jitwaħħlu fuq il-mopeds. |
|
5.19. |
Apparat li jiġi approvat għat-tip skont kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi tar-Regolamenti tan-NU Nru 148 u/jew 149 u/jew 150 jitqies bħala ekwivalenti għal wieħed approvat skont l-aħħar serje ta’ emendi tar-Regolamenti tan-NU pertinenti: ir-Regolamenti tan-NU Nru 148 u/jew 149 u/jew 150, meta l-indiċijiet tal-bidla (definiti fir-Regolament tan-NU Nru 48) relatati ma’ kull fanal individwali (funzjoni) ma jvarjawx. F’dan il-każ apparat bħal dan jista’ jitwaħħal fuq il-vettura li trid tiġi approvata għat-tip mingħajr l-ebda aġġornament tad-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-apparat u l-immarkar tal-apparat. |
6. Speċifikazzjonijiet individwali
|
6.1. |
Fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi |
|
6.1.1. |
Numru
Wieħed jew tnejn ta’ tip approvat skont:
|
|
6.1.2. |
Arranġament
L-ebda rekwiżit speċjali. |
|
6.1.3. |
Pożizzjoni |
|
6.1.3.1. |
Wisa’ |
|
6.1.3.1.1. |
fanal b’raġġ qawwi indipendenti jista’ jitwaħħal fuq jew taħt jew maġenb fanal ieħor ta’ quddiem: jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin wieħed fuq l-ieħor, iċ-ċentru ta’ referenza tal-fanal b’raġġ qawwi irid ikun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura; jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin maġenb xulxin, iċ-ċentru ta’ referenza tagħhom irid ikun simetriku b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. |
|
6.1.3.1.2. |
fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi, li jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal ieħor ta’ quddiem irid jitwaħħal b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tiegħu jkun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Madankollu, meta l-vettura tkun mgħammra wkoll b’fanal ta’ quddiem indipendenti b’raġġ baxx jew b’fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx li jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem maġenb il-fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. |
|
6.1.3.1.3. |
żewġ fanali b’raġġ qawwi, li jew wieħed minnhom jew it-tnejn ikunu reċiprokament inkorporati ma’ fanal ieħor ta’ quddiem, iridu jitwaħħlu b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. |
|
6.1.3.2. |
It-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit jitqies issodisfat jekk id-dawl emess ma jikkawżax skumdità lis-sewwieq jew direttament jew indirettament permezz tal-mirja retroviżuri u/jew ta’ superfiċi riflettenti fuq il-vettura. |
|
6.1.3.3. |
Fi kwalunkwe każ, id-distanza bejn it-tarf tas-superfiċe illuminanti ta’ kwalunkwe fanal b’raġġ qawwi indipendenti u t-tarf ta’ dik tal-fanal b’raġġ baxx ma tridx teċċedi l-200 mm. |
|
6.1.3.4. |
Id-distanza li tissepara s-superfiċi illuminanti ta’ żewġ fanali b’raġġ qawwi ma tridx teċċedi l-200 mm. |
|
6.1.4. |
Viżibbiltà ġeometrika
Il-viżibbiltà tas-superfiċe illuminanti, inkluża l-viżibbiltà tagħha f’żoni li ma jidhrux illuminati fid-direzzjoni tal-osservazzjoni meqjusa, għandha tiġi żgurata fi ħdan spazju diverġenti definit minn linji ta’ ġenerazzjoni abbażi tal-perimetru tas-superfiċe illuminanti u li jiffurmaw angolu ta’ mhux inqas minn 5° mal-assi ta’ referenza tal-fanal ta’ quddiem. |
|
6.1.5. |
Orjentazzjoni
’Il quddiem. Il-fanal(i) jista’/jistgħu jimxi/u mal-angolu tal-istering. |
|
6.1.6. |
Ma jista’ jiġi “kkombinat” mal-ebda fanal ieħor. |
|
6.1.7. |
Il-konnessjonijiet elettriċi
Ir-raġġ(i) baxx(i) jista’/jistgħu jibqa’/jibqgħu mixgħul(a) mar-raġġ(i) qawwi(ja). |
|
6.1.8. |
Indikatur operatorju “b’ċirkwit magħluq”
Mandatorju, fanal b’sinjal blù li ma jteptipx. |
|
6.2. |
Fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx |
|
6.2.1. |
Numru
Wieħed jew tnejn ta’ tip approvat skont:
|
|
6.2.2. |
Arranġament
L-ebda rekwiżit speċjali. |
|
6.2.3. |
Pożizzjoni |
|
6.2.3.1. |
Wisa’ |
|
6.2.3.1.1. |
fanal b’raġġ baxx indipendenti jista’ jiġi installat fuq, taħt jew maġenb fanal ieħor ta’ quddiem: jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin wieħed fuq l-ieħor, iċ-ċentru ta’ referenza tal-fanal b’raġġ baxx jrid ikun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura; jekk dawn il-fanali jkunu qegħdin maġenb xulxin, iċ-ċentru ta’ referenza tagħhom irid ikun simetriku b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. |
|
6.2.3.1.2. |
fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx, li jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal ieħor ta’ quddiem, irid jitwaħħal b’tali mod li ċ-ċentru ta’ referenza tiegħu jkun fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Madankollu, meta l-vettura tkun mgħammra wkoll b’fanal ta’ quddiem indipendenti b’raġġ qawwi jew b’fanal ta’ quddiem b’raġġ qawwi li jkun reċiprokament inkorporat ma’ fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem maġenb il-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx, iċ-ċentri ta’ referenza tagħhom iridu jkunu simetriċi b’relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. |
|
6.2.3.1.3. |
żewġ fanali b’raġġ baxx, li jew wieħed minnhom jew it-tnejn ikunu reċiprokament inkorporati ma’ fanal ieħor ta’ quddiem, iridu jiġu installati b’tali mod li ċ-ċentri ta’ referenza tagħhom ikunu simetriċi fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. |
|
6.2.3.2. |
L-għoli: minimu ta’ 500 mm u massimu ta’ 1 200 mm ’l fuq mill-art. |
|
6.2.3.3. |
It-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit jitqies bħala ssodisfat jekk id-dawl emess ma jikkawżax skumdità lis-sewwieq jew direttament jew indirettament permezz tal-mirja retroviżuri u/jew ta’ superfiċi riflettenti tal-vettura. |
|
6.2.3.4. |
Fil-każ ta’ żewġ fanali b’raġġ baxx, id-distanza li tissepara s-superfiċi illuminanti ma tridx teċċedi l-200 mm. |
|
6.2.4. |
Viżibbiltà ġeometrika
Iddefinita mill-angoli α u β kif speċifikat fil-paragrafu 2.8.:
Il-preżenza ta’ taqsimiet jew ta’ elementi oħrajn ta’ apparat qrib il-fanal ta’ quddiem ma għandhiex tagħti lok għal effetti sekondarji li jikkawżaw skumdità lill-utenti l-oħra tat-triq. |
|
6.2.5. |
Orjentazzjoni
’Il quddiem. Il-fanal(i) jista’/jistgħu jimxi/u mal-angolu tal-istering. |
|
6.2.6. |
Ma jista’ jiġi “kkombinat” mal-ebda fanal ieħor. |
|
6.2.7. |
Il-konnessjonijiet elettriċi
Il-kontroll għall-bidla għal raġġ(i) baxx(i) għandu jitfi r-raġġ(i) qawwi(ja) fl-istess ħin. |
|
6.2.8. |
Indikatur operatorju
Fakultattiv, b’ċirkwit magħluq, aħdar, ma jteptipx. |
|
6.3. |
Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem |
|
6.3.1. |
Numru
Wieħed jew tnejn. |
|
6.3.2. |
Arranġament
L-ebda rekwiżit speċjali. |
|
6.3.3. |
Pożizzjoni |
|
6.3.3.1. |
Wisa’:
|
|
6.3.3.2. |
fl-għoli: mhux inqas minn 350 mm u mhux iktar minn 1 200 mm ’il fuq mill-art; |
|
6.3.3.3. |
fit-tul: fuq quddiem tal-vettura. |
|
6.3.4. |
Viżibbiltà ġeometrika
l-angolu vertikali: 15° ’il fuq u ’l isfel; madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° jekk l-għoli tal-fanali jkun inqas minn 750 mm l-angolu orizzontali: 80° lejn ix-xellug u lejn il-lemin għal fanal singolu; l-angolu orizzontali jista’ jkun 80° ’il barra u 45° ’il ġewwa għal kull par fanali. |
|
6.3.5. |
Orjentazzjoni
’Il quddiem. Il-fanal(i) jista’/jistgħu jimxi/u mal-angolu tal-istering. |
|
6.3.6. |
Indikatur operatorju
Jew indikatur operatorju fakultattiv, b’ċirkwit magħluq, aħdar, li ma jteptipx jew li jillumina l-istrumenti. |
|
6.3.7. |
Rekwiżiti oħra
Xejn. |
|
6.4. |
Ir-retroriflettur ta’ quddiem, mhux trijangolari |
|
6.4.1. |
Numru
Wieħed |
|
6.4.2. |
Arranġament
L-ebda rekwiżit speċjali. |
|
6.4.3. |
Pożizzjoni
fl-għoli: mhux inqas minn 400 mm u mhux iktar minn 1 200 mm ’il fuq mill-art; |
|
6.4.4. |
Viżibbiltà ġeometrika
Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° jekk l-għoli tar-riflettur ikun inqas minn 750 mm. |
|
6.4.5. |
Orjentazzjoni
’Il quddiem. Ir-riflettur jista’ jimxi mal-angolu tal-istering. |
|
6.4.6. |
Rekwiżiti oħra
Xejn. |
|
6.5. |
Ir-retroriflettur tal-ġenb, mhux trijangolari |
|
6.5.1. |
Numru għal kull naħa
Wieħed jew tnejn. |
|
6.5.2. |
Arranġament
L-ebda rekwiżit speċjali. |
|
6.5.3. |
Pożizzjoni |
|
6.5.3.1. |
fuq il-ġenb tal-vettura. |
|
6.5.3.2. |
fl-għoli: mhux inqas minn 300 mm u mhux iktar minn 1 000 mm ’il fuq mill-art; |
|
6.5.3.3. |
fit-tul: għandu jitqiegħed f’tali pożizzjoni li f’kundizzjonijiet normali ma jistax jitgħatta bil-ħwejjeġ tas-sewwieq jew tal-passiġġier. |
|
6.5.4. |
Viżibbiltà ġeometrika
Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° jekk l-għoli tal-fanal ikun inqas minn 750 mm. |
|
6.5.5. |
Orjentazzjoni
L-assi ta’ referenza tar-retrorifletturi jrid ikun perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u dirett ’il barra. Ir-retrorifletturi tal-ġenb ta’ quddiem jistgħu jimxu mal-angolu tal-istering. |
|
6.6. |
Retrorifletturi tal-pedali |
|
6.6.1. |
Numru
Erba’ retrorifletturi jew gruppi ta’ retrorifletturi. |
|
6.6.2. |
Arranġament
L-ebda rekwiżit speċjali. |
|
6.6.3. |
Rekwiżiti oħra
L-uċuh ta’ barra tas-superfiċe illuminanti tar-retrorifletturi għandhom ikunu mdaħħla ’l ġewwa fl-istruttura tal-pedala. Ir-retrorifletturi għandhom jiġu mmuntati fl-istruttura tal-pedala b’tali mod li jkunu viżibbli b’mod ċar kemm minn quddiem kif ukoll minn wara tal-vettura. L-assi ta’ referenza ta’ retrorifletturi ta’ din ix-xorta, li s-sura tagħhom għandha tkun adattata għal dik tal-bodi tal-pedala, għandu jkun perpendikulari għall-assi tal-pedala. Ir-retrorifletturi tal-pedali għandhom jitwaħħlu biss fuq dawk il-pedali tal-vettura li, permezz ta’ krankijiet jew apparati simili, jistgħu jintużaw sabiex jipprovdu mezz ta’ propulsjoni alternattiv għall-magna. Huma ma għandhomx jitwaħħlu fuq pedali li jservu ta’ kontrolli għall-vettura jew li jagħmluha biss bħala mserħiet għal saqajn ir-rikkieb jew il-passiġġier. Huma għandhom ikunu viżibbli minn quddiem u minn wara. |
|
6.7. |
Ir-retroriflettur ta’ wara, mhux trijangolari |
|
6.7.1. |
Numru
Wieħed jew tnejn. |
|
6.7.2. |
Arranġament
L-ebda rekwiżit speċjali. |
|
6.7.3. |
Pożizzjoni |
|
6.7.3.1. |
fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 900 mm ’il fuq mill-art. |
|
6.7.3.2. |
fit-tul: fuq wara tal-vettura. |
|
6.7.4. |
Viżibbiltà ġeometrika
Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° jekk l-għoli tal-fanal ikun inqas minn 750 mm. |
|
6.7.5. |
Orjentazzjoni
Lura. |
|
6.8. |
Lampa li tindika d-direzzjoni |
|
6.8.1. |
Numru
Tnejn fuq kull naħa. |
|
6.8.2. |
Arranġament
Żewġ indikaturi ta’ quddiem (il-kategorija 11 (5)); Żewġ indikaturi ta’ wara (il-kategorija 125). |
|
6.8.3. |
Pożizzjoni |
|
6.8.3.1. |
fil-wisa’: |
|
6.8.3.1.1. |
Għall-indikaturi ta’ quddiem, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
|
6.8.3.1.2. |
Għall-indikaturi ta’ wara, l-ispazju bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ superfiċi apparenti għandu jkun mill-inqas ta’ 160 mm. |
|
6.8.3.2. |
Fl-għoli: mhux inqas minn 350 mm u mhux iktar minn 1 200 mm ’il fuq mill-art; |
|
6.8.3.3. |
fit-tul: id-distanza ’l quddiem bejn iċ-ċentru ta’ referenza tal-indikaturi ta’ wara u l-pjan trasversali li jikkostitwixxi l-limitu ta’ wara nett tat-tul totali tal-vettura ma għandhiex teċċedi t-300 mm. |
|
6.8.4. |
Viżibbiltà ġeometrika
Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° jekk l-għoli tal-fanal ikun inqas minn 750 mm. |
|
6.8.5. |
Orjentazzjoni
L-indikaturi ta’ quddiem jistgħu jimxu mal-angolu tal-istering. |
|
6.8.6. |
Ma jista’ jiġi “kkombinat” mal-ebda fanal ieħor. |
|
6.8.7. |
Ma jista’ jiġi “reċiprokament inkorporat” mal-ebda fanal ieħor. |
|
6.8.8. |
Il-konnessjonijiet elettriċi
Il-fanali li jindikaw id-direzzjoni għandhom jixegħlu b’mod indipendenti mill-fanali l-oħra. Il-fanali kollha li jindikaw id-direzzjoni fuq ġenb wieħed ta’ vettura għandhom jinxtegħlu u jintfew permezz ta’ kontroll wieħed. |
|
6.8.9. |
Rekwiżiti oħra
Il-karatteristiċi indikati iktar ’l isfel għandhom jitkejlu bl-ebda tagħbija oħra fuq is-sistema elettrika ħlief dik meħtieġa biex il-magna u l-apparati għat-tidwil ikunu jistgħu jaħdmu. |
|
6.8.9.1. |
Fil-każ tal-vetturi kollha li jipprovdu kurrent dirett lill-indikaturi tad-direzzjoni, il-frekwenza tad-dawl iteptep għandha tkun ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta. |
|
6.8.9.1.1. |
It-teptip tal-indikaturi tad-direzzjoni fuq l-istess ġenb tal-vettura jista’ jkun sinkronizzat jew alternat. |
|
6.8.9.1.2. |
It-tħaddim tal-kontroll tas-sinjali bid-dawl għandu jiġi segwit f’mhux aktar minn sekonda mid-dehra tad-dawl minn kwalunkwe wieħed mill-indikaturi u f’mhux aktar minn sekonda u nofs mill-ewwel tifi tad-dawl. |
|
6.8.9.2. |
Fil-każ ta’ vettura li tipprovdi kurrent alternanti lill-indikaturi tad-direzzjoni, fejn il-veloċità tal-magna tkun bejn 50 fil-mija u 100 fil-mija tal-veloċità tal-magna li tikkorrispondi għall-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura; il-frekwenza tat-teptip għandha tkun ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta. |
|
6.8.9.2.1. |
It-teptip tal-indikaturi tad-direzzjoni fuq l-istess ġenb tal-vettura jista’ jkun sinkronizzat jew alternat. |
|
6.8.9.2.2. |
It-tħaddim tal-kontroll tas-sinjal tal-fanali għandu jiġi segwit f’mhux aktar minn sekonda mid-dehra tad-dawl minn kwalunkwe wieħed mill-indikaturi u f’mhux aktar minn sekonda u nofs mill-ewwel tifi tad-dawl. |
|
6.8.9.3. |
Fil-każ ta’ vettura li tipprovdi kurrent alternanti lill-indikaturi tad-direzzjoni, fejn il-veloċità tal-magna tkun bejn il-veloċità mingħajr ingranaġġ indikata mill-manifattur u 50 fil-mija tal-veloċità tal-magna li tikkorrispondi għall-veloċità massima tal-vettura, il-frekwenza tal-fanal iteptep għandha tkun bejn 90 + 30 u 90 – 45 darba fil-minuta; |
|
6.8.9.3.1. |
It-teptip tal-indikaturi tad-direzzjoni fuq l-istess ġenb tal-vettura jista’ jkun sinkronizzat jew alternat. |
|
6.8.9.3.2. |
It-tħaddim tal-kontroll tas-sinjal tal-fanali għandu jiġi segwit f’mhux aktar minn sekonda mid-dehra tad-dawl minn kwalunkwe wieħed mill-indikaturi u f’mhux aktar minn sekonda u nofs mill-ewwel tifi tad-dawl. |
|
6.8.10. |
Fil-każ ta’ ħsara, għajr għal xort, ta’ fanal li jindika d-direzzjoni wieħed, l-ieħor irid ikompli jteptep jew irid jibqa’ mixgħul imma l-frekwenza f’din il-kundizzjoni għandha tkun differenti minn dik preskritta, sakemm il-vettura ma tkunx mgħammra b’indikatur operatorju. |
|
6.8.11. |
Indikatur operatorju
Mandatorju jekk l-indikaturi tad-direzzjoni ma jkunux viżibbli għar-rikkieb: operattiv, aħdar, li jteptep u/jew li jinstema’. Fil-każ ta’ ħsara fl-indikaturi, l-indikatur operatorju għandu: jintefa, jibqa’ mixgħul jew jaqleb il-frekwenza. |
|
6.9. |
Fanal tal-waqfien |
|
6.9.1. |
Numru
Wieħed jew tnejn. |
|
6.9.2. |
Arranġament
L-ebda rekwiżit speċjali. |
|
6.9.3. |
Pożizzjoni |
|
6.9.3.1. |
fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 500 mm ’il fuq mill-art; |
|
6.9.3.2. |
fit-tul: fuq wara tal-vettura. |
|
6.9.4. |
Viżibbiltà ġeometrika
Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° jekk l-għoli tal-fanal ikun inqas minn 750 mm. |
|
6.9.5. |
Orjentazzjoni
Lura. |
|
6.9.6. |
Il-konnessjonijiet elettriċi
Għandu jixgħel kull darba li jiġi applikat il-brejk ta’ servizz. |
|
6.9.7. |
Rekwiżiti oħra
L-intensità luminuża tal-fanal tal-waqfien għandha tkun akbar sew minn dik tal-fanal tal-pożizzjoni ta’ wara. |
|
6.9.8. |
Indikatur operatorju
Ipprojbit. |
|
6.10. |
Fanal tal-pożizzjoni ta’ wara |
|
6.10.1. |
Numru
Wieħed jew tnejn. |
|
6.10.2. |
Arranġament
L-ebda rekwiżit speċjali. |
|
6.10.3. |
Pożizzjoni |
|
6.10.3.1. |
fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 500 mm ’il fuq mill-art; |
|
6.10.3.2. |
Fit-tul fuq wara tal-vettura. |
|
6.10.4. |
Viżibbiltà ġeometrika
Madankollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° jekk l-għoli tal-fanal ikun inqas minn 750 mm. |
|
6.10.5. |
Orjentazzjoni
Lura. |
|
6.10.6. |
Indikatur operatorju
Fakultattiv, għandu jiġi kkombinat ma’ dak għall-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem. |
|
6.10.7. |
Rekwiżiti oħra
Xejn. |
|
6.11. |
L-apparat li jillumina l-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara |
|
6.11.1. |
Numru
Wieħed. L-apparat jista’ jikkonsisti f’diversi komponenti maħsuba biex jilluminaw l-ispazju maħsub għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni.
|
|
6.11.6. |
Indikatur operatorju
Fakultattiv: Il-funzjoni tiegħu għandha titwettaq mill-indikatur operatorju preskritt għall-fanal tal-pożizzjoni. |
|
6.11.7. |
Rekwiżiti oħra
Meta l-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jkun ikkombinat mal-fanal tal-pożizzjoni ta’ wara, reċiprokament inkorporat fil-fanal tal-waqfien, il-karatteristiċi fotometriċi tal-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jistgħu jiġu mmodifikati waqt l-illuminazzjoni tal-fanal tal-waqfien. |
|
6.12. |
Sinjal ta’ twissija f’każ ta’ periklu: |
|
6.12.1. |
Is-sinjal għandu jingħata permezz tat-tħaddim simultanju tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.8 ta’ hawn fuq. |
|
6.12.2. |
Il-konnessjonijiet elettriċi
Is-sinjal għandu jingħata permezz ta’ kontroll separat li jippermetti li l-indikaturi tad-direzzjoni kollha jkollhom provvista ta’ kurrent fl-istess ħin. |
|
6.12.3. |
Indikatur operatorju “b’ċirkwit magħluq”
Fanal mandatorju b’sinjal aħmar li jteptep, jew fil-każ ta’ indikaturi operatorji separati, it-tħaddim fl-istess ħin tal-indikatur operatorju preskritt fil-paragrafu 6.8.11. |
|
6.12.4. |
Rekwiżiti oħra
Dawl li jteptep b’rata ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta. It-tħaddim tal-kontroll tas-sinjali bid-dawl għandu jiġi segwit f’mhux aktar minn sekonda mid-dehra tad-dawl u f’mhux aktar minn sekonda u nofs mill-ewwel tifi tad-dawl. |
7. Reġistrazzjoni tal-vetturi
Xejn ma għandu jipprevjeni lil Gvern milli jeħtieġ jew jipprojbixxi l-preżenza ta’ fanal b’raġġ qawwi kif jissemma fil-paragrafu 5.15.1. fuq vetturi rreġistrati fit-territorju tiegħu, sakemm huwa jinnotifika b’dan lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fiż-żmien li jikkomunika l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
8. Konformità tal-produzzjoni
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), skont dawn ir-rekwiżiti:
|
8.1. |
Il-mopeds approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġew stabbiliti fil-paragrafi 5. u 6. hawn fuq. |
|
8.2. |
Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament. |
|
8.3. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba f’sena. |
9. Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni
|
9.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq ma jiġux issodisfati. |
|
9.2. |
Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tat qabel, għandha mill-ewwel tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
10. Modifika għal u estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl
|
10.1. |
Kull modifika għat-tip ta’ vettura għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat dak it-tip ta’ vettura. L-Awtorità mbagħad tista’: |
|
10.1.1. |
Tqis li l-modifika li saret x’aktarx mhux se jkollha effetti negattivi apprezzabbli u li xorta waħda, il-vettura għadha konformi mar-rekwiżiti; jew |
|
10.1.2. |
Tesiġi rapport ieħor tat-test mis-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet. |
|
10.2. |
Konferma jew rifjut ta’ approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura li ġiet speċifikata fil-paragrafu 4.3 hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament. |
|
10.3. |
L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru ta’ serje għal estensjoni ta’ din ix-xorta u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament. |
11. Produzzjoni mwaqqfa għalkollox
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura tat-tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
12. Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
|
12.1. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje ta’ emendi 01. |
|
12.2. |
Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 12.1. hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura fir-rigward tan-numru u tal-mod tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl jikkorrispondi għar-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi 01 għal dan ir-Regolament. |
|
12.3. |
L-approvazzjonijiet eżistenti mogħtija skont dan ir-Regolament qabel id-data msemmija fil-paragrafu 12.2. hawn fuq għandhom jibqgħu validi. Fil-każ ta’ vetturi li ġew irreġistrati għall-ewwel d arba iktar minn erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 12.1. hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw it-tip ta’ vettura fir-rigward tan-numru u tal-mod tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-serje 01 ta’ emendi għal dan ir-Regolament. |
13. Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra
(1) Kif definita fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2. - http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(2) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jingħataw fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, Anness 3.
(3) Il-kejl tal-koordinati tal-kromatiċità tad-dawl emess mill-fanali mhuwiex parti minn dan ir-Regolament.
(4) Fanali ta’ quddiem tal-Klassi A tar-Regolament tan-NU Nru 113 b’moduli LED jew tal-klassi AS tar-Regolament tan-NU Nru 149 b’moduli LED biss fuq vetturi b’veloċità massima skont id-disinn li ma teċċedix il-25 km/h.
(5) Jistgħu jiġu sostitwiti b’indikaturi tal-kategoriji 1 u 2 rispettivament tar-Regolamenti tan-NU Nru 6 jew Nru 148.
Anness 1
Komunikazzjoni
(format massimu: A4 (210 × 297 mm))
|
Li tikkonċerna (2): |
Approvazzjoni mogħtija |
|
|
Approvazzjoni estiża |
|
|
Approvazzjoni rifjutata |
|
|
Approvazzjoni rtirata |
|
|
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ vettura (moped) fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, skont ir-Regolament Nru 74
Nru tal-Approvazzjoni: .........
Nru tal-Estensjoni: .....
1.
L-isem kummerċjali jew il-marka tal-vettura:…
2.
It-tip tal-vettura:…
3.
L-isem u l-indirizz tal-manifattur:…
4.
Jekk ikun applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur…
5.1.
Il-fanal b’raġġ qawwi: iva/le2
5.2.
Il-fanal b’raġġ baxx: iva/le2
5.3.
Fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem: iva/le2
5.4.
Ir-retroriflettur abjad ta’ quddiem, mhux trijangulari: iva/le2
5.5.
Ir-retrorifletturi ambra tal-ġenb, mhux trijangulari: iva/le2
5.6.
Ir-retrorifletturi ambra tal-pedali: iva/le2
5.7.
Ir-retroriflettur aħmar, mhux trijangulari: iva/le2
5.8.
Il-fanal li jindika d-direzzjoni: iva/le2
5.9.
Il-fanal tal-waqfien: iva/le2
5.10.
Il-fanal tal-pożizzjoni ta’ wara: iva/le2
5.11.
L-apparat li jillumina l-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara: iva/le2
6.
Veloċità massima skont id-disinn:…km/siegħa
7.
Varjanti:…
8.
Il-vettura tressqet għall-approvazzjoni fi:…
9.
Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni:…
10.
Id-data tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz:…
11.
In-numru tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz:…
12.
Approvazzjoni mogħtija/rifjutata/estiża/irtirata:2
13.
Ir-raġuni(jiet) għall-estensjoni (jekk applikabbli):…
14.
Il-pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni fuq il-vettura:…
15.
Post:…
16.
Data:…
17.
Firma:…
(1) In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni fir-Regolament).
(2) Ħassar dak li ma japplikax.
(3) Għal kull apparat uri, fuq formola separata (il-lista preskritta fil-paragrafu 3.2.2. ta’ dan ir-Regolament), it-tipi ta’ apparati, identifikati b’mod xieraq, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-installazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(4) Ehmeż dijagrammi tal-vetturi, kif ġie indikat fil-paragrafu 3.2.3. ta’ dan ir-Regolament.
ANNESS 2
ARRANĠAMENT TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
Mudell A
(ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)
a = 8 mm, minimu
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq moped turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, ġie approvat fin-Netherlands (E4), skont ir-Regolament Nru 74 bin-numru tal-approvazzjoni 012439. L-ewwel żewġ figuri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 74, kif emendat bis-serje ta’ emendi 01.
Mudell B
(Ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)
a = 8 mm, minimu
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq moped turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E4) skont ir-Regolamenti Nri 74 u 78 (1). In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 74 kien jinkludi s-serje ta’ emendi 01 u r-Regolament Nru 78 diġà kien jinkludi s-serje ta’ emendi 02.
(1) Tal-aħħar qed jingħata sempliċement bħala eżempju.
Anness 3
SUPERFIĊI, ASSI U ĊENTRU TA’ REFERENZA, U ANGOLI TA’ VIŻIBBILTÀ ĠEOMETRIKA TAL-FANALI
* Din is-superfiċe għandha titqies bħala tanġent għas-superfiċe li temetti d-dawl
Tifsira
|
1. |
Superfiċe illuminanti |
|
2. |
Assi ta’ referenza |
|
3. |
Ċentru ta’ referenza |
|
4. |
Angolu ta’ viżibbiltà ġeometrika |
|
5. |
Superfiċe li temetti d-dawl |
|
6. |
superfiċe apparenti |
|
7. |
Direzzjoni tal-osservazzjoniIs |
superfiċe illuminanti b’paragun mas-superfiċe li temetti d-dawl
(Ara l-paragrafi 2.8 u 2.9 ta’ dan ir-Regolament)
Skeċċ A
|
|
Superfiċe illuminanti |
Superfiċe li temetti d-dawl |
|
It-truf huma |
a u b |
c u d |
Skeċċ B
|
|
Superfiċe illuminanti |
Superfiċe li temetti d-dawl |
|
It-truf huma |
a u b |
c u d |
Anness 4
VIŻIBBILTÀ ’L QUDDIEM TAD-DWAL ĦOMOR U VIŻIBBILTÀ LURA TAD-DWAL BOJOD
(Ara l-paragrafu 5.9 ta’ dan ir-Regolament)
Figura 1
Viżibilità ’l quddiem ta’ dawl aħmar
Figura 2
Viżibilità lura ta’ dawl abjad
Anness 5
Kontroll tal-konformità tal-produzzjoni
l. Testijiet
l.1. Pożizzjoni tal-fanali
Il-pożizzjoni tal-fanali kif speċifikata fil-paragrafu 6 għandha tiġi kkontrollata skont ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament.
Il-valuri mkejla għad-distanzi għandhom ikunu tali li jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull fanal.
l.2 Viżibbiltà tal-fanali
l.2.1. L-angoli tal-viżibilità ġeometrika għandhom ikunu kkontrollati skont il-paragrafu 2.8. ta’ dan ir-Regolament.
Il-valuri mkejla għall-angoli għandhom ikunu tali li jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull fanal ħlief li l-limiti tal-angoli jista’ jkollhom konċessjoni li tikkorrispondi għall-varjazzjoni ta’ ± 3° permessa fil-paragrafu 5.3. għall-immuntar tal-apparati għas-sinjalar bid-dawl.
l.2.2 Il-viżibbiltà tad-dawl aħmar ’il quddiem u tad-dawl abjad lejn wara għandhom jiġu kkontrollati skont il-paragrafu 5.9 ta’ dan ir-Regolament.
l.3 Konnessjonijiet elettriċi u indikaturi operatorji
Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom jiġu kkontrollati billi jinxtegħel kull fanal konness mas-sistema elettrika tal-moped. Il-fanali u l-indikaturi operatorji għandhom jaħdmu skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5.10 ta’ dan ir-Regolament u skont l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull fanal.
l.4 Il-preżenza, in-numru, il-kulur, l-arranġament u, fejn ikun applikabbli, il-kategorija tal-fanali għandhom jiġu kkontrollati permezz ta’ spezzjoni viżwali tal-fanali u tal-immarkar tagħhom.
Dawn għandhom ikunu tali li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5.13. u l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull fanal.