13.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/47


It-testi NU/KEE oriġinali biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Regolament tan-NU Nru 145 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward ta’ sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX, ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX u pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size [2019/2142]

Data tad-dħul fis-seħħ: 19 ta’ Lulju 2018

Dan id-dokument huwa maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-test awtentiku u legalment vinkolanti huwa: ECE/TRANS/WP.29/2017/133.

Werrej

Regolamentazzjoni

1.   

Kamp ta’ applikazzjoni

2.   

Definizzjonijiet

3.   

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.   

Approvazzjoni

5.   

Speċifikazzjonijiet

6.   

Testijiet

7.   

Modifiki u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura

8.   

Konformità tal-produzzjoni

9.   

Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.   

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

11.   

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

Annessi

1.   

Komunikazzjoni

2.   

Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni

3.   

Proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi motorizzati

 

Appendiċi 1 — Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali tal-punt “H” (magna 3-D H)

 

Appendiċi 2 — Sistema ta’ referenza tridimensjonali

 

Appendiċi 3 — Data ta’ referenza dwar il-pożizzjonijiet bilqiegħda

4.   

Sistemi tal-ankraġġi ISOFIX u ankraġġi ISOFIX tal-irbit ta’ fuq

5.   

Il-pożizzjoni bilqiegħda i-Size

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għal:

(a)

Vetturi tal-kategorija M1 fir-rigward tas-sistemi tal-ankraġġi ISOFIX u l-ankraġġi ISOFIX tal-irbit ta’ fuq maħsuba għal sistemi għat-trażżin tat-tfal. Kategoriji oħra ta’ vetturi mgħammra b’ankraġġi ISOFIX ukoll għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

(b)

Vetturi ta’ kwalunkwe kategorija fir-rigward tal-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size, jekk il-manifattur tal-vettura jiddefinixxihom.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,

2.1.

“Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX, l-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, u pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size, jekk preżenti;

2.2.

“Tip ta’ vettura” tfisser kategorija ta’ vetturi motorizzati li mhumiex differenti minn xulxin fir-rigward ta’ aspetti essenzjali bħad-dimensjonijiet, il-linji u l-komponenti tal-istruttura tal-vettura jew tas-sit tal-vettura li magħhom ikunu mqabbda s-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX, kif ukoll l-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jekk ikun hemm. Ma għandhomx ikunu differenti wkoll, fil-każ li s-saħħa tal-ankraġġi tiġi ttestjata skont it-test dinamiku, u s-saħħa tal-art tal-vettura tiġi ttestjata skont it-test statiku fil-każ ta’ pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size, il-karatteristiċi ta’ kwalunkwe komponent tas-sistema ta’ trażżin, speċjalment il-funzjoni tal-limitatur tat-tagħbija, li jinfluwenzaw il-forzi li jiġu applikati fuq l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza;

2.3.

“Art” tfisser il-parti ta’ taħt tal-bodì ta’ vettura li tgħaqqad il-ħitan tal-ġnub tal-vettura. F’dan il-kuntest, jinkludi ribs, swages u possibbilment rinforzi oħra, anki jekk ikunu taħt il-qiegħ, bħal elementi lonġitudinali u trażversali;

2.4.

“Sit” tfisser struttura li tista’ tkun jew tista’ ma tkunx integrali mal-istruttura tal-vettura, kompluta bit-tapizzerija, maħsuba biex toqgħod bilqiegħda fuqha persuna adulta waħda. It-terminu jkopri kemm sit individwali kif ukoll parti minn bank maħsub biex tpoġġi fuqu persuna waħda;

2.5.

“Sit tal-passiġġier ta’ quddiem” tfisser kwalunkwe sit fejn il-“punt H ta’ quddiem nett” tas-sit ikkonċernat jinsab fi jew quddiem il-pjan vertikali trażversali mill-punt R tas-sewwieq;

2.6.

“Grupp ta’ sits” tfisser jew tip ta’ sit f’forma ta’ bank jew sits li huma separati imma ħdejn xulxin (jiġifieri bl-ankraġġi ta’ quddiem nett ta’ sit wieħed allinjat ma’ jew ’il quddiem mill-ankraġġi ta’ wara nett u allinjat ma’ jew wara l-ankraġġi ta’ quddiem nett ta’ sit ieħor) u jakkomoda persuna adulta bilqiegħda waħda jew aktar;

2.7.

“Sit f’forma ta’ bank” tfisser struttura kompluta bit-tapizzerija, maħsuba biex fuqha toqgħod aktar minn persuna adulta waħda;

2.8.

“ISOFIX” hija sistema għall-konnessjoni ta’ sistemi ta’ trażżin tat-tfal ma’ vettura, li għandha ankraġġi riġidi fil-vettura, żewġ konnessjonijiet riġidi korrispondenti fuq is-sistema għat-trażżin tat-tfal, u mezz biex jiġi limitat ix-xengil ta’ rotazzjoni (pitch rotation) tas-sistema ta’ trażżin tat-tfal;

2.9.

“Pożizzjoni ISOFIX” tfisser pożizzjoni li tippermetti l-istallazzjoni ta’:

(a)

Jew sistema universali għat-trażżin tat-tfal ISOFIX li tħares ’il quddiem kif ġiet iddefinita fir-Regolament tan-NU Nru 44,

(b)

Jew sistema semi-universali għat-trażżin tat-tfal ISOFIX li tħares ’il quddiem kif ġiet iddefinita fir-Regolament tan-NU Nru 44,

(c)

Jew sistema semi-universali għat-trażżin tat-tfal ISOFIX li tħares lura kif ġiet iddefinita fir-Regolament tan-NU Nru 44,

(d)

Jew sistema semi-universali għat-trażżin tat-tfal ISOFIX li tħares la ġenba kif ġiet iddefinita fir-Regolament tan-NU Nru 44,

(e)

Jew sistema għat-trażżin tat-tfal ISOFIX f’vettura speċifika kif ġiet iddefinita fir-Regolament tan-NU Nru 44.

(f)

Jew sistema i-Size għat-trażżin tat-tfal f’vettura speċifika kif ġiet iddefinita fir-Regolament tan-NU Nru 129.

(g)

Jew sistema għat-trażżin tat-tfal ISOFIX f’vettura speċifika kif ġiet iddefinita fir-Regolament tan-NU Nru 129.

2.10.

“Ankraġġ ta’ isfel ISOFIX” tfisser żbarra orizzontali tonda u riġida b’dijametru ta’ 6 mm, li testendi mill-istruttura tal-vettura jew tas-sit sabiex taċċetta u żżomm sistema għat-trażżin tat-tfal ISOFIX b’konnessjonijiet ISOFIX;

2.11.

“Sistema ta’ ankraġġi ISOFIX” tfisser sistema magħmula minn żewġ ankraġġi ta’ isfel ISOFIX li hija mfassla sabiex tqabbad sistema għat-trażżin tat-tfal ISOFIX ma’ apparat anti-rotazzjoni;

2.12.

“Konnessjoni ISOFIX” tfisser waħda miż-żewġ konnessjonijiet, li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 44 jew ir-Regolament tan-NU Nru 129, li testendi mill-istruttura tas-sistema għat-trażżin tat-tfal ISOFIX, u li tkun kompatibbli mal-ankraġġ ta’ isfel ISOFIX;

2.13.

“Sistema għat-trażżin tat-tfal ISOFIX” tfisser sistema għat-trażżin tat-tfal, li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 44 jew tar-Regolament Nru 129, li trid titqabbad ma’ sistema ta’ ankraġġi ISOFIX;

2.14.

“Apparat għall-applikazzjoni ta’ forza statika (SFAD)” tfisser fixture tat-test li jingaġġja s-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX tal-vettura u li jintuża biex ikunu vverifikati s-saħħa tagħhom u l-ħila tal-istruttura tas-sit jew tal-vettura biex, f’test statiku, tkun limitata r-rotazzjoni. Il-fixture tat-test għall-ankraġġi ta’ isfel u tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq hija deskritta fil-Figura 1 u l-Figura 2 tal-Anness 4, flimkien ma’ SFAD SL (Support Leg) għall-valutazzjoni tal-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size fir-rigward tas-saħħa tal-art tal-vettura. Eżempju ta’ SFADSL bħal dan jidher fil-Figura 3 tal-Anness 5;

2.15.

“Apparat anti-rotazzjoni”

(a)

Apparat anti-rotazzjoni għal sistema universali għat-trażżin tat-tfal ISOFIX jikkonsisti mill-irbit ta’ fuq ISOFIX.

(b)

Apparat anti-rotazzjoni għal sistema semi-universali għat-trażżin tat-tfal ISOFIX jikkonsisti jew minn irbit ta’ fuq, mid-daxxbord tal-vettura jew minn riġel ta’ appoġġ maħsub biex jillimita r-rotazzjoni tat-trażżin matul impatt frontali.

(c)

Apparat anti-rotazzjoni għal sistema i-Size għat-trażżin tat-tfal jikkonsisti jew minn irbit ta’ fuq, jew minn sieq ta’ appoġġ maħsuba biex tillimita r-rotazzjoni tat-trażżin waqt impatt frontali;

(d)

Għas-sistemi għat-trażżin tat-tfal ISOFIX, i-Size, universali u semiuniversali, is-sit tal-vettura nnifsu mhuwiex apparat anti-rotazzjoni.

2.16.

“Ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser element, pereżempju żbarra, li tinsab f’żona definita, maħsuba biex taċċetta konnettur taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX u biex tittrasferixxi l-forza tat-trażżin tagħha lill-istruttura tal-vettura;

2.17.

“Konnettur tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser apparat maħsub biex jitwaħħal mal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX;

2.18.

“Ganċ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser konnettur tal-irbit ta’ fuq ISOFIX li tipikament jintuża sabiex ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX titwaħħal ma’ ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX kif ġie definit fil-Figura 3 tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament;

2.19.

“Ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser ċinturin (jew ekwivalenti) li testendi mill-quċċata ta’ sistema għat-trażżin tat-tfal ISOFIX sal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, u li tkun mgħammra b’apparat ta’ aġġustament, b’apparat li jnaqqas it-tensjoni, u b’konnettur tal-irbit ta’ fuq ISOFIX;

2.20.

“Apparat ta’ gwida” huwa maħsub biex jgħin lill-persuna li tinstalla s-sistema għat-trażżin tat-tfal ISOFIX billi jiggwida fiżikament il-konnessjonijiet ISOFIX f’allinjament korrett mal-ankraġġi ta’ isfel ISOFIX sabiex jitħaffef l-ingaġġ;

2.21.

“Fixture għat-trażżin tat-tfal” tfisser fixture skont waħda mit-tmien klassijiet tad-daqs ISOFIX definiti fil-paragrafu 4. tal-Appendiċi 2 tal-Anness 17 tar-Regolament tan-NU Nru 16 u partikolarment li d-dimensjonijiet tiegħu jingħataw fil-Figura 1 sal-Figura 7 fil-paragrafu 4 li ssemma hawn fuq. Dawk il-fixtures għat-trażżin tat-tfal (CRF) fir-Regolament tan-NU Nru 16 jintuża sabiex ikun ikkontrollat liema huma l-klassijiet tad-daqs tas-sistemi għat-trażżin tat-tfal ISOFIX li jistgħu jiġu akkomodati fil-pożizzjonijiet ISOFIX tal-vettura. Barra minn hekk, waħda mis-CRF, imsejħa ISO/F2 jew ISO/F2X, deskritta fir-Regolament Nru 16 (Anness 17, Appendiċi 2), tintuża f’dan ir-Regolament biex jiġu vverifikati l-post u l-possibbiltà ta’ aċċess għal kwalunkwe sistema ta’ ankraġġi ISOFIX.

2.22.

“Volum għall-valutazzjoni tal-qiegħ tas-sieq ta’ appoġġ” tfisser il-volum, kif muri fil-Figuri 1 u 2 tal-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament, li fih, il-qiegħ tas-sieq ta’ appoġġ ta’ sistema tat-Trażżin tat-Tfal i-Size, kif definita fir-Regolament tan-NU Nru 129 tistrieħ u għalhekk li magħha jkollha intersezzjoni l-art tal-vettura;

2.23.

“Superfiċje ta’ kuntatt mal-art tal-vettura” tfisser l-erja li tirriżulta mill-intersezzjoni tas-superfiċje ta’ fuq tal-art tal-vettura (inkl. it-tapizzerija, tapiti, fowm, eċċ), mal-volum għall-valutazzjoni tal-qiegħ tas-sieq ta’ appoġġ u li hija ddisinjata biex tiflaħ għall-forzi tas-sieq ta’ appoġġ ta’ sistema i-Size għat-trażżin tat-tfal kif definita fir-Regolament tan-NU Nru 129.

2.24.

“Pożizzjoni bilqiegħda i-Size” tfisser pożizzjoni bilqiegħda, jekk preżenti, definita mill-manifattur tal-vettura, li tkun iddisinjata biex takkomoda Sistema i-Size għat-trażżin tat-tfal u li tissodisfa r-rekwiżiti definiti f’dan ir-Regolament.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward is-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u l-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX kif ukoll pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size, jekk ikun hemm, għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li ġie akkreditat b’mod xieraq.

3.2.

Hija għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li jissemmew iktar ’l isfel fi tliet kopji u mid-dettalji li ġejjin:

3.2.1.

Tpinġijiet tal-istruttura ġenerali tal-vettura fuq skala xierqa, li juru l-pożizzjonijiet tas-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jekk ikun hemm u fil-każ ta’ pożizzjonijiet bilqiegħda iSize, is-superfiċje ta’ kuntatt tal-art tal-vettura u tpinġijiet dettaljati tas-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX, jekk ikun hemm, tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jekk ikun hemm, u tal-punti li huma marbuta magħhom;

3.2.2.

Speċifikazzjoni tal-materjali li ntużaw li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tas-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jekk ikun hemm u fil-każ ta’ pożizzjonijiet bilqiegħda iSize, is-superfiċje ta’ kuntatt tal-art tal-vettura;

3.2.3.

Deskrizzjoni teknika tas-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jekk ikun hemm;

3.2.4.

Fil-każ tas-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jekk ikun hemm, imwaħħla mal-istruttura tas-sit:

3.2.4.1.

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward tad-disinn tas-sits, tal-ankraġġi tas-sits u tas-sistemi tal-aġġustament u ta’ llokkjar tagħhom;

3.2.4.2.

Disinji, fuq skala xierqa u f’biżżejjed dettall, tas-sits, tal-ankraġġi tagħhom mal-vettura, u tas-sistemi tal-aġġustament u ta’ llokkjar tagħhom;

3.3.

Jekk jagħżel hekk il-manifattur, vettura li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata jew il-partijiet tal-vettura meqjusa essenzjali għas-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u għall-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jekk ikun hemm u fil-każ ta’ pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size, is-superfiċje ta’ kuntatt tal-art tal-vettura, għandhom jitressqu lis-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk il-vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura.

4.2.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenija l-aktar reċenti li saru tar-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura kif ġie definit fil-paragrafu 2.2 ta’ aktar ’il fuq.

4.3.

L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

4.4.

Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip tal-vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal b’mod li jolqot l-għajn u f’post faċilment aċċessibbli li ġie speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (1);

4.4.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.

Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti l-oħra annessi ma’ dan il-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 m’hemmx għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skont tagħhom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u b’tali mod li ma tkunx tista’ titħassar.

4.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

4.8.

L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka ta’ approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

5.1.

Definizzjonijiet

5.1.1.

Il-punt H huwa punt ta’ referenza kif inhu definit fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament, li jrid jiġi determinat skont il-proċedura stabbilita f’dak l-Anness.

5.1.1.1.

Il-punt H huwa punt ta’ referenza li jikkorrispondi għall-punt H kif inhu definit fil-paragrafu 5.1.1 li għandu jiġi determinat għal kull pożizzjoni normali li fiha jintuża s-sit.

5.1.1.2.

Il-punt R huwa l-punt ta’ referenza ta’ bilqiegħda kif inhu definit fl-Appendiċi 3 tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

5.1.2.

Is-sistema ta’ referenza tridimensjonali ġiet iddefiniti fl-Appendiċi 2 tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

5.2.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

5.2.1.

Kwalunkwe sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u kwalunkwe ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, li jkunu ġew installati jew li hemm il-ħsieb li jiġu installati, kif ukoll is-superfiċje ta’ kuntatt tal-art tal-vettura għal kwalunkwe pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size għandhom ikunu ddisinjati, magħmula u mqiegħda b’tali mod li:

5.2.1.1.

Kwalunkwe sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u kwalunkwe ankraġġ tal-irbit ta’ fuq, kif ukoll is-superfiċje ta’ kuntatt tal-art tal-vettura għal kwalunkwe pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size għandha tippermetti li l-vettura, f’użu normali, tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Kwalunkwe sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u kwalunkwe ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX li jistgħu jiġu miżjuda ma’ kwalunkwe vettura għandhom ukoll jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, ankraġġi bħal dawn għandhom jiġu deskritti fid-dokument ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

5.2.1.2.

Ir-reżistenza ta’ sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u dik ta’ ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX huma ddisinjati għal kwalunkwe sistema għat-trażżin tat-tfal ISOFIX tal-grupp ta’ massa 0; 0+; 1 kif ġew iddefiniti fir-Regolament tan-NU Nru 44.

5.2.1.3.

Is-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX, l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, kif ukoll is-superfiċje ta’ kuntatt tal-art tal-vettura tal-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size għandhom ikunu ddisinjati għal sistema għat-trażżin tat-tfal i-Size tal-klassi integrali, kif definita fir-Regolament Nru 129.

5.2.2.

Id-disinn u l-ippożizzjonar tas-sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX:

5.2.2.1.

Kwalunkwe sistema ta’ ankraġġi ISOFIX għandha tkun żbarra(i) riġida(i) orizzontali trażversali b’dijametru ± ta’ 6 mm 0,1 mm li tkopri(jkopru) żewġ żoni b’tul minimu effettiv ta’ 25 mm li jinsabu fuq l-istess assi kif ġie definit fil-Figura 4 tal-Anness 4.

5.2.2.2.

Kwalunkwe sistema ta’ ankraġġi ISOFIX li ġiet installata fuq pożizzjoni bilqiegħda ta’ vettura għandha tinsab mhux inqas minn 120 mm wara l-punt tad-disinn H kif ġie determinat fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament, imkejjel orizzontalment u saċ-ċentru tal-iżbarra.

5.2.2.3.

Għal kwalunkwe sistema ta’ ankraġġi ISOFIX fil-vettura, għandu jkun possibbli li jitwaħħlu l-fixture għat-trażżin tat-tfal ISOFIX “ISO/F2” jew “ISO/F2X” kif definit mill-manifattur tal-vettura u deskritt fir-Regolament tan-NU Nru 16 (Appendiċi 2 tal-Anness 17).

Il-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size għandhom jakkomodaw fixtures għat-trażżin tat-tfal ISOFIX “ISO/F2X”, u “ISO/R2”, flimkien mal-volum ta’ valutazzjoni għall-istallazzjoni ta’ sieq ta’ appoġġ kif definit fir-Regolament tan-NU Nru 16 (l-Appendiċi 2 tal-Anness 17). Barra minn hekk, il-pożizzjonijiet i-Size għandhom jakkommodaw il-fixture għat-trażżin tat-tfal tal-klassi ISO/B2, kif definita fir-Regolament tan-NU Nru 16 (Anness 17, Appendiċi 5).

5.2.2.4.

Is-superfiċje tal-qiegħ tal-fixture għat-trażżin tat-tfal ISOFIX kif definit mill-manifattur tal-vettura fil-paragrafu 5.2.2.3, għandu jkollha angoli ta’ attitudni fil-limiti li ġejjin, bl-angoli mkejla b’mod relattiv għall-pjani ta’ referenza tal-vettura kif definit fl-Appendiċi 2 tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament:

(a)

Xengil: 15° ± 10°;

(b)

Irrolljar: 0° ± 5°;

(c)

Imbardata: 0° ± 10°

Għall-pożizzjonjijiet i-Size, jekk il-limiti speċifikati fil-paragrafu 5.2.2.4 ma jinqabżux, huwa aċċettabbli li l-iqsar tul tas-sieq ta’ appoġġ, skont il-volum tal-qiegħ tas-sieq ta’ appoġġ, tirriżulta f’angolu ta’ xengil li jkun akbar minn dak li kieku jkun impost mis-sit tal-vettura jew l-istruttura tagħha. Għandu jkun possibbli li l-fixture ISOFIX għat-trażżin jiġi installat f’dan l-angolu akbar ta’ xengil. Dan il-paragrafu ma japplikax għal fixtures għat-trażżin tat-tfal tad-daqs ISO/B2.

5.2.2.5.

Is-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX għandhom ikunu fil-pożizzjoni tagħhom b’mod permanenti jew għandhom ikunu jistgħu jiġu stivati. F’każ ta’ ankraġġi li jistgħu jiġu stivati, ir-rekwiżiti relatati mas-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX għandhom jiġu ssodisfati fil-pożizzjoni tal-użu.

5.2.2.6.

Kull żbarra ta’ ankraġġ ta’ isfel ISOFIX (meta tintuża) jew kull apparat ta’ gwida li jiġi installat b’mod permanenti għandu jkun viżibbli, mingħajr il-kompressjoni tal-kuxxin tas-sit jew tad-dahar tas-sit, meta l-iżbarra jew l-apparat ta’ gwida jitqies, fi pjan vertikali lonġitudinali li jgħaddi miċ-ċentru tal-iżbarra jew tal-apparat ta’ gwida, tul linja li tifforma angolu ’l fuq ta’ 30 grad ma’ pjan orizzontali.

Bħala alternattiva għar-rekwiżit ta’ hawn fuq, il-vettura għandha tkun immarkata b’mod permanenti biswit kull żbarra jew apparat ta’ gwida. Dan l-immarkar għandu jikkonsisti f’wieħed minn dawn li ġejjin, skont kif jagħżel il-manifattur.

5.2.2.6.1.

Bħala minimu, is-simbolu tal-Figura 12 tal-Anness 4 li jikkonsisti minn ċirku b’dijametru mill-inqas ta’ 13 mm u li fih pittogramma, li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-pittogramma għandha tikkuntrasta mal-isfond taċ-ċirku;

(b)

Il-pittogramma għandha titqiegħed qrib ta’ kull żbarra tas-sistema.

5.2.2.6.2.

Il-kelma “ISOFIX” b’ittri kbar għolja mill-inqas 6 mm.

5.2.2.7.

Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.2.6 ma japplikawx għall-pożizzjoni bilqiegħda i-Size. Pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size għandhom ikunu mmarkati skont il-paragrafu 5.2.4.1.

5.2.3.

Id-disinn u l-ippożizzjonar tal-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX:

 

Fuq it-talba tal-manifattur tal-karozza, alternattivament jistgħu jintużaw il-metodi li ġew deskritti fil-paragrafi 5.2.3.1 u 5.2.3.2.

 

Il-metodu li ġie deskritt fil-paragrafu 5.2.3.1 jista’ jintuża biss jekk il-pożizzjoni ISOFIX tinsab fuq sit tal-vettura.

5.2.3.1.

Bla preġudizzju għall-paragrafi 5.2.3.3 u 5.2.3.4, il-parti ta’ kull ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX li hija ddisinjata biex tintrabat ma’ konnettur tal-irbit ta’ fuq ISOFIX għandha tinsab mhux aktar ’il bogħod minn 2 000 mm mill-punt ta’ referenza tal-ispalla u fi ħdan iż-żona mmarkata bil-griż, kif jintwera fil-Figuri 6 sa 10 tal-Anness 4, tal-pożizzjoni bilqiegħda maħsuba li għaliha ġiet installata, bir-referenza ta’ mudell li ġie deskritt fis-SAE J 826 (Lulju 1995) u muri fil-Figura 5 tal-Anness 4, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.2.3.1.1.

Il-punt “H” tal-mudell jinsab fil-punt “H” uniku tad-disinn tal-pożizzjoni għalkollox ’l isfel u għalkollox lura tas-sit, ħlief li l-mudell jinsab lateralment fin-nofs bejn iż-żewġ ankraġġi ta’ isfel ISOFIX;

5.2.3.1.2.

Il-linja tat-torso tal-mudell tinsab fl-istess angolu għall-pjan trażversali vertikali bħad-dahar tas-sit fil-pożizzjoni l-aktar wieqfa tiegħu; kif ukoll

5.2.3.1.3.

Il-mudell jiġi ppożizzjonat fil-pjan vertikali lonġitudinali li fih il-punt H tal-mudell.

5.2.3.2.

Iż-żona tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX tista’ tinstab alternattivament bl-għajnuna tal-Fixture “ISO/F2”, kif definit fir-Regolament tan-NU Nru 16 (fil-Figura 2 tal-Appendiċi 2 tal-Anness 17), f’ pożizzjoni ISOFIX mgħammra b’ ankraġġi ta’ isfel ISOFIX kif jintwera fil-Figura 11 tal-Anness 4.

Il-pożizzjoni bilqiegħda għandha tkun il-pożizzjoni l-aktar fuq lura u l-aktar ’l isfel bid-dahar tas-sit fil-pożizzjoni nominali tiegħu, jew kif jiġi rrakkomandat mill-manifattur tal-vettura.

Mill-ġenb, l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX għandu jkun wara l-wiċċ ta’ wara tal-fixture “ISO/F2”.

L-intersezzjoni bejn il-wiċċ ta’ wara tal-fixture “ISO/F2” u l-linja orizzontali (ir-referenza 3 fil-Figura 11 tal-Anness 4) li fiha l-aħħar punt riġidu ta’ ebusija akbar minn 50 Shore A fil-quċċata tad-dahar tas-sit tiddefinixxi l-punt ta’ referenza 4 (il-Figura 11 tal-Anness 4) fil-linja ċentrali tal-fixture “ISO/F2”. F’dan il-punt ta’ referenza, angolu massimu 45° ’il fuq mil-linja orizzontali jiddefinixxi l-limitu massimu taż-żona tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq.

Minn fuq, fil-punt ta’ referenza 4 (il-Fixture 11 tal-Anness 4), angolu massimu ta’ 90° li jestendi lura u lejn il-ġenb, u minn wara, angolu massimu ta’ 40° jiddefinixxi 2 volumi li jillimitaw iż-żona ta’ ankraġġ għall-irbit ta’ fuq ISOFIX.

L-oriġini taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX (5) tinsab fl-intersezzjoni tal-fixture “ISO/F2” ma’ pjan li jinsab 550 mm ’il bogħod fuq il-wiċċ orizzontali (1) tal-fixture “ISO/F2” fuq il-linja ċentrali (6) tal-fixture “ISO/F2”.

Barra minn hekk, l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX għandu jkun ta’ aktar minn 200 mm imma mhux aktar minn 2000 mm mill-oriġini taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX fuq il-wiċċ ta’ wara tal-fixture “ISO/F2”, imkejla tul iċ-ċinga meta tinġibed tul id-dahar tas-sit sal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX.

5.2.3.3.

Il-parti tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX f’vettura li hija ddisinjata biex tintrabat mal-konnettur tal-irbit ta’ fuq ISOFIX tista’ tinstab barra miż-żoni mmarkati bil-griż li jissemmew fil-paragrafi 5.2.3.1 jew 5.2.3.2 jekk post f’żona ma jkunx xieraq u jekk il-vettura tkun mgħammra b’apparat li jipprovdi mogħdija li,

5.2.3.3.1.

Jiżgura li l-funzjonijiet taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX bħallikieku l-parti tal-ankraġġ ddisinjata biex tintrabat mal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX kienu jinsabu fiż-żona mmarkata bil-griż; kif ukoll

5.2.3.3.2.

Ikun mill-inqas 65 mm wara l-linja tat-torso, f’każ ta’ apparat li jipprovdi apparat ta’ gwida forma ta’ ċinga jew apparat ta’ gwida li jista’ jiġi stivat, jew mill-inqas 100 mm wara l-linja tat-torso, f’każ ta’ apparat ta’ gwida riġidu u fiss; kif ukoll

5.2.3.3.3.

Meta jkun ittestjat wara li ġie installat bħal ma hu maħsub li jintuża, l-apparat ikun b’saħħtu biżżejjed biex, bl-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jiflaħ għat-tagħbija li tissemma fil-paragrafu 6.2 ta’ dan ir-Regolament.

5.2.3.4.

Ankraġġ tal-irbit jista’ jiddaħħal fid-dahar tas-sit, sakemm ma jkunx fiż-żona tat-tgeżwir taċ-ċinga fil-quċċata tad-dahar tas-sit tal-vettura.

5.2.3.5.

L-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX għandu jkollu dimensjonijiet li jippermettu li jitwaħħal ganċ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX kif ġie speċifikat fil-Figura 3.

Għandu jkun ipprovdut spazju madwar kull ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX sabiex wieħed ikun jista’ jaqfel miegħu u jħoll minnu.

L-ankraġġi kollha li jinsabu fuq wara ta’ kwalunkwe sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u li jistgħu jintużaw biex magħhom jitqabbad ganċ għall-irbit ta’ fuq tat-tip ISOFIX jew konnettur għall-irbit ta’ fuq għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jipprevjenu l-użu ħażin permezz ta’ waħda jew aktar minn dawn il-miżuri li ġejjin:

(a)

Id-disinn tal-ankraġġi kollha bħal dawn fiż-żona tal-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX bħala ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX; jew

(b)

L-immarkar tal-ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX biss permezz ta’ wieħed mis-simboli jew b’inverżjoni laterali ta’ wieħed mis-simboli li jidhru fil-Figura 13 tal-Anness 4; jew

(c)

L-immarkar ta’ ankraġġi li mhumiex f’konformità ma’ (a) jew (b) hawn fuq b’indikazzjoni ċara li dawn l-ankraġġi m’għandhomx jintużaw flimkien ma’ kwalunkwe sistema ta’ ankraġġi ISOFIX.

Għal kull ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX mgħotti, l-għata għandha tkun identifikata pereżempju b’wieħed mis-simboli jew inverżjoni laterali ta’ wieħed mis-simboli stabbiliti fil-Figura 13 tal-Anness 4; l-għata għandha tkun tista’ titneħħa mingħajr ma jintużaw għodod.

5.2.4.

Rekwiżiti għall-pożizzjoni bilqiegħda i-Size

Kull pożizzjoni bilqiegħda i-Size, kif definita mill-manifattur tal-vettura, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti definiti fil-paragrafi 5.2.1 sa 5.2.4.3.

5.2.4.1.

Immarkar

Kull pożizzjoni bilqiegħda i-Size għandha tkun immarkata b’mod permenanti, maġenb is-sistema ta’ ankraġġi ta’ isfel ISOFIX (żbarra jew apparat ta’ gwida) tal-pożizzjoni bilqiegħda rispettiva.

L-immarkar minimu għandu jkun is-simbolu tal-Figura 4 tal-Anness 5 li jikkonsisti minn kaxxa b’daqs minimu ta’ 13 mm u li fiha pittogramma, li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-pittogramma għandha tikkuntrasta mal-isfond tal-kaxxa;

(b)

Il-pittogramma għandha titqiegħed qrib ta’ kull żbarra tas-sistema.

5.2.4.2.

Rekwiżiti ġeometriċi għall-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size marbuta mas-saqajn ta’ appoġġ i-Size

Flimkien mar-rekwiżiti definiti f’5.2.2 u 5.2.3, għandu jiġi vverifikat li s-superfiċje ta’ fuq tal-art tal-vettura, (inkl. tapizzerija, tapiti, fowm, eċċ.) jkollha intersezzjoni maż-żewġ superfiċji li jillimitaw fid-direzzjonijiet x u y tal-volum ta’ valutazzjoni tal-qiegħ tas-sieq ta’ appoġġ, kif muri fil-Figuri 1 u 2 tal-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament.

Il-volum ta’ valutazzjoni għall-qiegħ tas-sieq ta’ appoġġ huwa karatterizzat kif ġej (ara wkoll l-Anness 5, Figuri 1 u 2, ta’ dan ir-Regolament):

(a)

Fil-wisa’ minn żewġ pjani paralleli, u 100 mm ’il bogħod minn xulxin, għall-pjan medjan lonġitudinali tal-fixture għat-trażżin tat-tfal installat fil-pożizzjoni bilqiegħda rispettiva; kif ukoll

(b)

Fit-tul, miż-żewġ pjani perpendikolari għall-pjan li jirriżulta minn superfiċje tal-qiegħ tal-fixture għat-trażżin tat-tfal u perpendikolari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-fixture għat-trażżin tat-tfal, 585 u 695 mm’ il bogħod minn xulxin minn pjan li jgħaddi miċ-ċentri tal-ankraġġi ta’ isfel ISOFIX u li huwa perpendikulari mal-wiċċ ta’ taħt tas-CRF; kif ukoll

(c)

Fl-għoli, miż-żewġ pjani paralleli għal, u 270 mm u 525 ’l isfel mis-superfiċje ta’ taħt għat-trażżin tat-tfal.

L-angolu tax-xengil li jintuża għall-valutazzjoni ġeometrika hawn fuq, għandu jitkejjel bil-mod imsemmi fil-paragrafu 5.2.2.4.

Prova tal-konformità ma’ dan ir-rekwiżit tingħata permezz ta’ test fiżiku jew simulazzjoni kompjuterizzata inkella tpinġijiet rappreżentattivi.

5.2.4.3.

Rekwiżiti għas-saħħa tal-art tal-vettura għall-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size

Is-superfiċje kollha ta’ kuntatt tal-art tal-vettura (ara l-Anness 5, Figuri 1 u 2) għandha tkun b’saħħitha biżżejjed biex tiflaħ għat-tagħbijiet imposti fuqha meta tiġi ttestjata skont il-paragrafu 6.2.4.5.

5.3.

L-għadd minimu tal-pożizzjonijiet ISOFIX li għandhom ikunu pprovduti:

5.3.1.

Kwalunkwe vettura tal-kategorija M1, għandha tkun mgħammra b’mill-inqas żewġ pożizzjonijiet ISOFIX li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Mill-inqas tnejn mill-pożizzjonijiet ISOFIX għandhom ikunu mgħammra kemm b’sistema ta’ ankraġġi ISOFIX kif ukoll b’ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX.

It-tip u n-numru tal-fixtures ISOFIX, li ġie ddefinit fir-Regolament tan-NU Nru 16, li jista’ jiġi installat f’kull pożizzjoni ISOFIX jiġu definiti fir-Regolament tan-NU Nru 16.

5.3.2.

Minkejja l-paragrafu 5.3.1, jekk vettura tkun mgħammra biss b’ringiela waħda ta’ sits, ma hi meħtieġa l-ebda pożizzjoni ISOFIX.

5.3.3.

Minkejja l-paragrafu 5.3.1, mill-inqas waħda miż-żewġ sistemi tal-pożizzjonijiet ISOFIX għandha tiġi installata fit-tieni ringiela tas-sits.

5.3.4.

Minkejja l-paragrafu 5.3.1, il-vetturi tal-kategorija M1 jeħtieġ li jkollhom biss pożizzjoni waħda għas-sistema ISOFIX għal vetturi b’:

(a)

Mhux aktar minn żewġ bibien għall-passiġġieri; kif ukoll

(b)

Pożizzjoni bilqiegħda ddeżinjata għal wara, li minħabba f’interferenzi mat-trażmissjoni u/jew komponenti tat-trażmissjoni, tipprevjeni l-installazzjoni tal-ankraġġi ISOFIX skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.2; kif ukoll

(c)

Li jkollhom indiċi tal-proporzjon tal-potenza għall-massa (PMR) li jaqbeż il-140, skont id-definizzjonijiet tar-Regolament tan-NU Nru 51 u b’definizzjoni tal-proporzjon tal-potenza għall-massa (PMR):

PMR = (Pn/mt) × 1 000 kg/kW

fejn:

Pn: potenza massima (nominali) tal-magna, f’kW (2)

mro: il-massa tal-vettura f’kundizzjoni ta’ sewqan, f’kg

mt = mro (għal vetturi tal-kategorija M1)

kif ukoll

(d)

Li jkollhom magna b’potenza massima (nominali) ta’ aktar minn 200 kW 2.

Vetturi bħal dawn jeħtieġ li jkollhom biss sistema waħda ta’ ankraġġi ISOFIX u ankraġġ għat-trażżin ta’ fuq ISOFIX f’pożizzjoni bilqiegħda ddeżinjata għall-passiġġieri, flimkien ma’ apparat għad-diżattivazzjoni tal-airbag (jekk dik il-pożizzjoni bilqiegħda hija mgħammra b’airbag) u b’tabella ta’ twissija li tindika li m’hemmx pożizzjoni bis-sistema ISOFIX disponibbli fit-tieni ringiela ta’ sits.

5.3.5.

Jekk sistema ta’ ankraġġi ISOFIX tiġi installata f’pożizzjoni bilqiegħda ta’ quddiem imħarsa minn airbag frontali, għandu jitwaħħal apparat ta’ diżattivazzjoni għal dan l-airbag.

5.3.6.

Minkejja l-paragrafu 5.3.1, f’każ ta’ sistema(i) għat-trażżin tat-tfal “inkorporat(i)”, in-numru ta’ pożizzjonijiet ISOFIX li għandhom ikunu pprovduti għandu jkun mill-inqas tnejn nieqes in-numru tas-sistema(i) għat-trażżin tat-tfal “inkorporat(i)” integrati tal-gruppi ta’ massa 0, jew 0+, jew 1.

5.3.7.

Vetturi konvertibbli kif iddefiniti fil-paragrafu 2.9.1.5 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) b’aktar minn ringiela waħda ta’ sits għandhom jiġu mgħammra b’mill-inqas żewġ ankraġġi ta’ isfel ISOFIX. F’każ fejn fuq vetturi bħal dawn jiġi pprovdut ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, dan għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet addattati ta’ dan ir-Regolament.

5.3.8.

Jekk vettura tkun mgħammra biss b’pożizzjoni bilqiegħda waħda f’kull ringiela, pożizzjoni ISOFIX waħda biss tkun meħtieġa fil-pożizzjoni tal-passiġġier. F’każ fejn fuq vetturi bħal dawn jiġi pprovdut ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, dan għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet addattati ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, fejn ma jkunx possibbli li tiġi installata lanqas l-iżgħar fixture ISOFIX li tħares ’il quddiem (kif definita fl-Appendiċi 2 tal-Anness 17 tar-Regolament tan-NU Nru 16) fil-pożizzjoni bilqiegħda tal-passiġġieri, l-ebda pożizzjoni ISOFIX ma tkun meħtieġa, ladarba tiġi speċifikata sistema tat-trażżin tat-tfal tkun speċifikata għal dik il-vettura.

5.3.9.

Minkejja l-paragrafu 5.3.1, il-pożizzjonijiet ISOFIX mhumiex meħtieġa f’ambulanzi jew karozzi tal-mejtin, u lanqas f’vetturi maħsuba għall-użu mill-forzi armati, id-difiża ċivili, is-servizzi tat-tifi tan-nar u l-forzi tal-ordni.

5.3.10.

Minkejja d-dispożizzjoni tal-paragrafi 5.3.1 sa 5.3.4, il-pożizzjoni(jiet) waħda jew aktar mandatorji ISOFIX, jistgħu jiġu ssostitwiti minn pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size.

6.   TESTIJIET

6.1.

L-irbit tal-vettura għat-testijiet tal-ankraġġi ISOFIX.

6.1.1.

Il-metodu li jintuża biex il-vettura tintrabat matul it-test m’għandux ikun tali li jsaħħaħ l-ankraġġi ISOFIX u ż-żona ta’ ankraġġ tagħhom jew li jnaqqas id-deformazzjoni normali tal-istruttura.

6.1.2.

Apparat ta’ rbit għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk ma jipproduċi l-ebda effett fuq żona li testendi tul il-wisa’ kollha tal-istruttura u jekk il-vettura jew l-istruttura tkun imblukkata jew marbuta fuq quddiem f’distanza ta’ mhux inqas minn 500 mm mill-ankraġġ li għandu jiġi ttestjat u tinżamm jew tkun marbuta fuq wara mhux inqas minn 300 mm minn dak l-ankraġġ.

6.1.3.

Huwa rrakkomandat li l-istruttura għandha tistrieħ fuq appoġġi rranġati bejn wieħed u ieħor f’linja mal-assi tar-roti jew, jekk dak ma jkunx possibbli, f’linja mal-punti ta’ mmuntar tas-sospensjoni.

6.1.4.

Jekk jintuża metodu ta’ rbit li mhux dak preskritt fil-paragrafi 6.1.1 sa 6.1.3 ta’ dan ir-Regolament, trid tingħata evidenza li huwa ekwivalenti.

6.2.

Ir-rekwiżiti tat-test statiku.

6.2.1.

Is-saħħa tas-sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX għandhom jiġu ttestjati billi jiġu applikati l-forzi, kif ġie preskritt fil-paragrafu 6.2.4.3, fuq l-apparat għall-applikazzjoni ta’ forza statika (SFAD) bill-konnessjonijiet ISOFIX ingaġġjati sew.

F’każ ta’ ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX għandu jitwettaq test addizzjonali kif ġie preskritt fil-paragrafu 6.2.4.4.

F’każ ta’ pożizzjoni bilqiegħda i-Size, għandu jsir test addizzjonali fuq is-sieq ta’ appoġġ, kif ġie deskritt fil-paragrafu 6.2.4.5.

Il-pożizzjonijiet ISOFIX kollha u/jew pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size tal-istess ringiela ta’ sits, li jistgħu jintużaw fl-istess ħin, għandhom jiġu ttestjati fl-istess ħin.

6.2.2.

It-test jista’ jitwettaq jew fuq vettura kompluta minn kollox jew fuq partijiet biżżejjed tal-vettura sabiex ikunu rappreżentattivi tas-saħħa u tar-riġidità tal-istruttura tal-vettura.

It-twieqi u l-bibien jistgħu jkunu mwaħħla jew le u magħluqa jew le.

Tista’ titwaħħal kwalunkwe fitting normalment ipprovduta u li x’aktax tikkontribwixxi għall-istruttura tal-vettura.

It-test jista’ jkun ristrett għall-pożizzjoni ISOFIX jew i-Size li tkun relatata ma’ sit wieħed biss jew ma’ grupp ta’ sits wieħed biss bil-kundizzjoni li:

(a)

Il-pożizzjoni ISOFIX jew i-Size ikkonċernata jkollha l-istess karatteristiċi strutturali bħal-pożizzjoni ISOFIX jew i-Size li tkun relatata mas-sits jew mal-gruppi ta’ sits l-oħra; kif ukoll

(b)

Fejn pożizzjonijiet ISOFIX jew i-Size bħal dawn ikunu armati totalment jew parzjalment fuq is-sit jew fuq il-grupp ta’ sits, il-karatteristiċi strutturali tas-sit jew tal-grupp ta’ sits jew tal-art fil-każ ta’ pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size ikunu l-istess bħal dawk għas-sits jew għall-gruppi ta’ sits l-oħra.

6.2.3.

Jekk is-sits u t-trażżin għar-ras ikunu aġġustabbli, għandhom ikunu ttestjati fil-pożizzjoni li ġiet iddefinita mis-servizz tekniku fil-medda limitata preskritta mill-manifattur tal-karozza kif inhu pprovdut fl-Appendiċi 3 tal-Anness 17 tar-Regolament tan-NU Nru 16.

6.2.4.

Il-forzi, id-direzzjonijiet u l-limiti ta’ ċaqliq.

6.2.4.1.

Għandha tiġi applikata forza ta’ 135 N ± 15 N fuq iċ-ċentru tat-traversa ta’ isfel ta’ quddiem l-SFAD sabiex tkun aġġustata l-pożizzjoni quddiem-wara tal-estensjoni lura tal-SFAD sabiex titneħħa kwalunkwe parti laxka jew tensjoni bejn l-SFAD u l-appoġġ tiegħu.

6.2.4.2.

Il-forzi għandhom jiġu applikati fuq l-apparat għall-applikazzjoni ta’ forza statika (SFAD) f’direzzjoni ’l quddiem u oblikwa skont it-Tabella 1.

Tabella 1

Id-direzzjonijiet tal-forzi tat-test

’Il quddiem

0° ± 5°

8 kN ±0,25 kN

Oblikwa

75° ± 5° (fuq iż-żewġ naħat tal-linja dritta ’il quddiem, inkella l-agħar każ, jew jekk iż-żewġ naħat huma simetriċi, naħa waħda biss)

5 kN ±0,25 kN

Jekk il-manifattur jitlob dan, kull wieħed minn dawn it-testijiet jista’ jitwettaq fuq strutturi differenti.

Il-forzi fid-direzzjoni ’l quddiem għandhom jiġu applikati b’angolu ta’ applikazzjoni tal-forza inizjali ta’ 10 ± 5° ’il fuq mil-linja orizzontali. Il-forzi oblikwi għandhom jiġu applikati orizzontalment 0° ± 5°. Għandha tiġi applikata forza ta’ tagħbija minn qabel ta’ 500 N ± 25 N fil-punt X preskritt tat-tagħbija li ġie indikat fil-Figura 2 tal-Anness 4. L-applikazzjoni sħiħa tat-tagħbija għandha tintlaħaq kemm jista’ jkun malajr, u f’ħin massimu ta’ applikazzjoni ta’ tagħbija ta’ 30 sekonda. Madankollu, il-manifattur jista’ jitlob li l-applikazzjoni tat-tagħbija tintlaħaq f’2 sekondi. Il-forza għandha tinżamm għal perjodu minimu ta’ 0,2 s.

Il-kejl kollu għandu jsir skont l-ISO 6487 b’CFC ta’ 60 Hz jew bi kwalunkwe metodu ekwivalenti.

6.2.4.3.

It-testijiet tas-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX biss:

6.2.4.3.1.

It-test tal-forza f’direzzjoni ’l quddiem:

Iċ-ċaqliq orizzontali lonġitudinali (wara tagħbija minn qabel) tal-punt X tas-SFAD matul l-applikazzjoni tal-forza ta’ 8 kN ±0,25 kN għandu jkun limitat għal 125 mm u deformazzjoni permanenti, inkluż ftuq jew ksur parzjali ta’ kwalunkwe ankraġġ ta’ isfel ISOFIX jew taż-żona tal-madwar m’għandhiex tikkostitwixxi falliment jekk il-forza meħtieġa tkun sostnuta għall-ħin speċifikat.

6.2.4.3.2.

It-test tal-forza f’direzzjoni oblikwa:

Iċ-ċaqliq fid-direzzjoni tal-forza (wara tagħbija minn qabel) tal-punt X tas-SFAD matul l-applikazzjoni tal-forza ta’ 5 kN ±0,25 kN għandu jkun limitat għal 125 mm u deformazzjoni permanenti inkluż ftuq jew ksur parzjali ta’ kwalunkwe ankraġġ ta’ isfel ISOFIX jew taż-żona tal-madwar m’għandhiex tikkostitwixxi falliment jekk il-forza meħtieġa tkun sostnuta għall-ħin speċifikat.

6.2.4.4.

It-test tas-sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX:

Trid tiġi applikata tagħbija minn qabel tat-tensjoni ta’ 50 N ± 5 N bejn is-SFAD u l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq. Iċ-ċaqliq orizzontali (wara tagħbija minn qabel) tal-punt X matul l-applikazzjoni tal-forza ta’ 8 kN ±0,25 kN għandu jkun limitat għal 125 mm u d-deformazzjoni permanenti, inkluż ftuq jew ksur parzjali ta’ kwalunkwe ankraġġ ta’ isfel ISOFIX u tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, jew taż-żona tal-madwar m’għandhiex tikkostitwixxi falliment jekk il-forza meħtieġa tkun sostnuta għall-ħin speċifikat.

6.2.4.5.

Test għall-pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size

Minbarra t-testijiet speċifikati fil-paragrafi 6.2.4.3 u 6.2.4.4, għandu jsir test b’apparat modifikat għall-applikazzjoni tat-tagħbija, li jikkonsisti f’SFAD u jinkludi sonda tat-test għas-sieq ta’ appoġġ kif definita fil-Figura 3 tal-Anness 5. L-apparat tat-test tas-sieq ta’ appoġġ għandu jiġi aġġustat, fit-tul u fil-wisa’ sabiex tiġi vvalutata s-superfiċje ta’ kuntatt tal-art tal-vettura, kif definit fil-paragrafu 5.2.4.2 (ara wkoll il-Figuri 1 u 2 tal-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament) L-għoli tal-apparat tat-test tas-sieq ta’ appoġġ għandu jiġi aġġustat b’tali mod li l-qiegħ tal-apparat tat-test tas-sieq ta’ appoġġ ikun f’kuntatt mas-superfiċje ta’ fuq tal-art tal-vettura. Fil-każ ta’ aġġustament inkrementali tal-għoli, għandha tintagħżel l-ewwel pożizzjoni li fiha s-sieq tistrieħ b’mod stabbli mal-art; fil-każ ta’ aġġustament mhux inkrementali/kontinwu tal-għoli tal-apparat tat-test tas-sieq ta’ appoġġ, l-angolu tax-xengil tal-SFAD għandu jiżdied b’1,5 +/- 0,5 gradi minħabba l-aġġustament għall-għoli tal-apparat tat-test tas-sieq ta’ appoġġ.

Iċ-ċaqliq orizzontali (wara tagħbija minn qabel) tal-punt X tal-SFAD matul l-applikazzjoni tal-forza ta’ 8 kN ±0,25 kN għandu jkun limitat għal 125 mm u deformazzjoni permanenti, inkluż ftuq jew ksur parzjali ta’ kwalunkwe ankraġġ ta’ isfel ISOFIX u s-superfiċje ta’ kuntatt tal-art tal-vettura, jew taż-żona tal-madwar m’għandhiex tikkostitwixxi falliment jekk il-forza meħtieġa tkun sostnuta għall-ħin speċifikat.

Tabella 2

Il-limiti taċ-ċaqliq

Id-direzzjoni tal-forza

Iċ-ċaqliq massimu tal-punt X tas-SFAD

’Il quddiem

125 mm lonġitudinali

Oblikwa

125 mm fid-direzzjoni tal-forza

6.2.5.

Forzi addizzjonali.

6.2.5.1.

Il-forzi tal-inerzja tas-sit.

Għall-pożizzjoni ta’ installazzjoni fejn it-tagħbija tiġi ttrasferita fl-assemblaġġ tas-sit tal-vettura, u mhux direttament fl-istruttura tas-sit, għandu jitwettaq test sabiex ikun żgurat li s-saħħa tal-ankraġġi tas-sit tal-vettura mal-istruttura tal-vettura tkun biżżejjed. F’dan it-test, forza daqs 20 darba l-massa tal-partijiet rilevanti tal-assemblaġġ tas-sit għandha tkun applikata orizzontalment u lonġitudinalment f’direzzjoni ’l quddiem lis-sit jew lill-parti rilevanti tal-assemblaġġ tas-sit li tikkorrispondi għall-effett fiżiku tal-massa tas-sit ikkonċernat għall-ankraġġi tas-sit. Id-determinazzjoni tat-tagħbija applikata jew tat-tagħbijiet applikati addizzjonali u d-distribuzzjoni tat-tagħbijiet għandhom isiru mill-manifattur u jkunu approvati mis-Servizz Tekniku.

Fuq it-talba tal-manifattur, it-tagħbija addizzjonali tista’ tiġi applikata fil-punt X tas-SFAD matul it-testijiet statiċi li ġew deskritti aktar ’il fuq.

Jekk l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq jkun integrat mas-sit tal-vettura, dan it-test għandu jitwettaq biċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX.

M’għandu jkun hemm l-ebda ksur u jridu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ ċaqliq mogħtija fit-Tabella 2.

Nota: Dan it-test m’għandux għalfejn jitwettaq f’każ li kwalunkwe ankraġġ tas-sistema taċ-ċinturin tas-sikurezza tal-vettura jkun integrat mal-istruttura tas-sit tal-vettura, u s-sit tal-vettura jkun diġà ġie ttestjat u approvat bħala li jissodisfa t-testijiet tat-tagħbija tal-ankraġġ meħtieġa minn dan ir-Regolament għal trażżin għal passiġġier adult.

7.   MODIFIKI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURA

7.1.

Kull modifika għat-tip ta’ vettura għandha tkun innotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li jkun approva t-tip ta’ vettura. L-awtorità mbagħad tista’:

7.1.1.

Tqis li l-modifiki li saru x’aktarx li ma jkollhomx effettiv negattiv apprezzabbli u li jkun xi jkun il-każ il-vettura xorta tikkonforma mar-rekwiżiti; jew

7.1.2.

Tesiġi rapport ġdid ta’ test mis-servizz tekniku inkarigat li jagħmel it-testijiet.

7.2.

Il-konferma jew ir-rifjut ta’ approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura li ġiet speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta’ aktar ’il fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.3.

L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta’ approvazzjoni għandha tassenja numru ta’ serje għal estensjoni bħal din u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk li ġew stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), bir-rekwiżiti li ġejjin:

8.1.

Kull vettura li jkollha fuqha marka ta’ approvazzjoni kif ġie preskritt skont dan ir-Regolament għandha tikkonforma mat-tip ta’ vettura approvat rigward id-dettalji li jaffettwaw il-karatteristiċi tas-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX.

8.2.

Sabiex tkun ivverifikata l-konformità kif ġie preskritt fil-paragrafu 8.1. ta’ aktar ’il fuq, numru biżżejjed ta’ vetturi prodotti f’serje, li jkollhom fuqhom il-marka ta’ approvazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament, għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli każwali.

8.3.

Bħala regola ġenerali, kif intqal aktar ’il fuq, il-kontrolli għandhom ikunu limitati għat-teħid tal-qisien. Madankollu, jekk ikun meħtieġ, il-vetturi għandhom ikunu soġġetti għal uħud mit-testijiet li ġew deskritti fil-paragrafu 6. ta’ aktar ’il fuq, li ntgħażlu mis-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta’ approvazzjoni.

9.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.

L-approvazzjoni mogħtija rigward tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 8.1 ta’ aktar ’il fuq jew jekk is-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX ma jirnexxilhomx jgħaddu mill-kontrolli preskritti fil-paragrafu 8. ta’ aktar ’il fuq.

9.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura tip ta’ sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u ta’ ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX li ġie approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim tal-1958, li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

11.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li joħorġu l-approvazzjoni u li jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni, ir-rifjut, l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  In-numri ta’ distinzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 qed jerġa’ jingħata fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6.

www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  Potenza massima (nominali) tfisser il-potenza tal-magna f’kW (KEE) u mkejla permezz tal-metodu KEE skont ir-Regolament tan-NU Nru. 85.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

Image 1

Image 2


ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI

Mudell A

(ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)

Image 3

a = 8 mm min.

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, fir-rigward ta’ sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX, ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX u pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size, kien approvat fi Franza (E 2), skont ir-Regolament tan-NU Nru 145, bin-Nru 001424. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru ta’ approvazzjoni jindikaw l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 145, fil-forma oriġinali tiegħu.

Mudell B

(ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image 4

a = 8 mm min.

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura konċernat kien approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament tan-NU Nri 145 u 11 (*). In-numri ta’ approvazzjoni jindikaw li fid-dati meta ngħataw dawn l-approvazzjonijiet, ir-Regolament tan-NU Nru 145 kien fil-forma oriġinali tiegħu u r-Regolament tan-NU Nru 11 kien fis-serje 02 ta’ emendi tiegħu.


(*)  It-tieni numru qed jingħata sempliċement bħala eżempju.


ANNESS 3

PROĊEDURA BIEX JIĠU DDETERMINATI L-PUNT “H” U L-ANGOLU EFFETTIV TAT-TORSO GĦALL-POŻIZZJONIJIET BILQIEGĦDA FIL-VETTURI MOTORIZZATI  (1)

Appendiċi 1

Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali tal-punt “H” (magna 3-D H)1

Appendiċi 2

Sistema ta’ referenza tridimensjonali1

Appendiċi 3

Data ta’ referenza dwar il-pożizzjonijiet bilqiegħda1


(1)  Il-proċedura hija deskritta fl-Anness 1 u l-Appendiċijiet 1, 2 u 3 tiegħu tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6).


ANNESS 4

SISTEMI TAL-ANKRAĠĠI ISOFIX U ANKRAĠĠI ISOFIX TAL-IRBIT TA’ FUQ

Figura 1

L-apparat għall-applikazzjoni ta’ forza statika (SFAD), perspettivi isometriċi

Image 5

Figura 2

L-apparat għall-applikazzjoni ta’ forza statika (SFAD), id-dimensjonijiet

Dimensjonijiet f’millimetri

Image 6

Tifsira

1.

Il-punt ta’ konnessjoni tal-irbit ta’ fuq.

2.

Il-konnessjoni fuq pern għall-ittestjar tal-ebusija kif ġie deskritt aktar ’l isfel.

L-ebusija tal-SFAD: Meta mwaħħal ma’ żbarra(i) ta’ ankraġġ riġida(i) bit-traversa ta’ quddiem tal-SFAD appoġġjata minn żbarra riġida li tinżamm fiċ-ċentru minn pern lonġitudinali 25 mm taħt il-bażi tal-SFAD (sabiex il-bażi tal-SFAD tkun tista’ tintlewa u tinbaram) il-moviment tal-punt X m’għandux ikun ikbar minn 2 mm fi kwalunkwe direzzjoni meta l-forzi jiġu applikati skont it-Tabella Nru 1 tal-paragrafu 6.2.4.2 ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe deformazzjoni tas-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX għandha tiġi eskluża mill-kejl.

Figura 3

Id-dimensjonijiet tal-konnettur (bil-gan ċ) tal-irbit ta’ fuq ISOFIX

Image 7

Image 8

Figura 4

Id-distanza bejn iż-żewġ żoni ta’ ankraġġ ta’ isfel

Image 9

Figura 5

Il-mudell f’żewġ dimensjonijiet

Image 10

Nota: Id-dimensjonijiet huma f’millimetri

Figura 6

Fejn jinsab l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX — Mill-ġenb

Dimensjonijiet f’millimetri

Image 11

Tifsira

1.

L-angolu tad-dahar.

2.

L-intersezzjoni tal-pjan ta’ referenza tal-linja tat-torso u l-pjanċa tal-art.

3.

Il-pjan ta’ referenza tal-linja tat-torso.

4.

Il-punt H.

5.

Il-punt “V”.

6.

Il-Punt “R”.

7.

Il-punt “W”.

8.

Il-pjan vertikali lonġitudinali.

9.

It-tul tat-tgeżwir taċ-ċinga mill-punt “V”: 250 mm.

10.

It-tul tat-tgeżwir taċ-ċinga mill-punt “W”: 200 mm.

11.

Sezzjoni trażversali tal-pjan “M”.

12.

Sezzjoni trażversali tal-pjan “R”.

13.

Il-linja tirrappreżenta s-superfiċje speċifika tal-pjanċa tal-qiegħ tal-vettura fiż-żona preskritta

Noti:

1.

Il-parti tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq li hija maħsuba biex tintrabat mal-ganċ tal-irbit ta’ fuq li għandu jinsab fiż-żona mmarkata.

2.

Il-Punt “R”: Il-punt ta’ referenza tal-ispalla.

3.

Il-Punt “V”: Il-punt ta’ referenza V, 350 mm vertikalment ’il fuq u 175 mm orizzontalment lura mill-punt H.

4.

Il-Punt “W”: Il-punt ta’ referenza W, 50 mm vertikalment taħt u 50 mm orizzontalment lura mill-punt R.

5.

Il-Pjan “M”: Il-pjan ta’ referenza M, 1 000 mm orizzontalment lura mill-punt “R”.

6.

Is-superfiċji l-iktar ’il quddiem taż-żona huma ġġenerati bil-firxa taż-żewġ linji tat-tgeżwir tul il-firxa estiża tagħhom fil-parti ta’ quddiem taż-żona. Il-linji tat-tgeżwir jirrappreżentaw it-tul minimu aġġustat taċ-ċineg tipiċi tal-irbit ta’ fuq li jestendu minn fuq tas-CRS (il-punt W), jew minn punt iktar baxx fuq dahar is-CRS (il-punt V).

Figura 7

Post fejn jinsab l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, żona ISOFIX — perspettiva mkabbra mill-ġenb taż-żona tat-tgeżwir

Dimensjonijiet f’millimetri

Image 12

Tifsira

1.

Il-punt “V”.

2.

Il-punt “R”.

3.

Il-punt “W”.

4.

It-tul tat-tgeżwir taċ-ċinga mill-punt “V”: 250 mm.

5.

Il-pjan vertikali lonġitudinali.

6.

It-tul tat-tgeżwir taċ-ċinga mill-punt “W”: 200 mm.

7.

L-arki maħluqa mit-tulijiet tat-tgeżwir.

8.

Il-punt H

Noti:

1.

Il-parti tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq li hija maħsuba biex tintrabat mal-ganċ tal-irbit ta’ fuq li għandu jinsab fiż-żona mmarkata.

2.

Il-Punt “R”: Il-punt ta’ referenza tal-ispalla.

3.

Il-punt “V”: Il-punt ta’ referenza V, 350 mm vertikalment ’il fuq u 175 mm orizzontalment lura mill-punt H.

4.

Il-punt “W”: Il-punt ta’ referenza W, 50 mm vertikalment taħt u 50 mm orizzontalment lura mill-punt R

5.

Il-Pjan “M”: Il-pjan ta’ referenza M, 1 000 mm orizzontalment lura mill-punt “R”.

6.

Is-superfiċji l-iktar ’il quddiem taż-żona huma ġġenerati bil-firxa taż-żewġ linji tat-tgeżwir tul il-firxa estiża tagħhom fil-parti ta’ quddiem taż-żona. Il-linji tat-tgeżwir jirrappreżentaw it-tul minimu aġġustat taċ-ċineg tipiċi tal-irbit ta’ fuq li jestendu minn fuq tas-CRS (il-punt W), jew minn punt iktar baxx fuq dahar is-CRS (il-punt V).

Figura 8

Fejn jinsab l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, iż-żona ISOFIX — Perspettiva tal-pjani

(sezzjoni trażversali tal-pjan R)

Dimensjonijiet f’millimetri

Image 13

Tifsira

1.

Il-pjan medjan.

2.

Il-punt “V”.

3.

Il-punt “R”.

4.

Il-punt “W”.

5.

Il-pjan vertikali lonġitudinali

Noti:

1.

Il-parti tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq li hija maħsuba biex tintrabat mal-ganċ tal-irbit ta’ fuq li għandu jinsab fiż-żona mmarkata.

2.

Il-Punt “R”: Il-punt ta’ referenza tal-ispalla.

3.

Il-punt “V”: Il-punt ta’ referenza V, 350 mm vertikalment ’il fuq u 175 mm orizzontalment lura mill-punt H.

4.

Il-punt “W”: Il-punt ta’ referenza W, 50 mm vertikalment taħt u 50 mm orizzontalment lura mill-punt “R”.

Figura 9

Fejn jinsab l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, iż-żona ISOFIX — Minn quddiem

Image 14

Tifsira

1.

Il-punt “V”.

2.

Il-punt “W”.

3.

Il-punt “R”.

4.

Il-pjan medjan.

5.

Tul il-pjan ta’ referenza tat-torso miż-żona

Noti:

1.

Il-parti tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq li hija maħsuba biex tintrabat mal-ganċ tal-irbit ta’ fuq li għandu jinsab fiż-żona skurata.

2.

Il-Punt “R”: Il-punt ta’ referenza tal-ispalla.

3.

Il-punt “V”: Il-punt ta’ referenza V, 350 mm vertikalment ’il fuq u 175 mm orizzontalment lura mill-punt H.

4.

Il-punt “W”: Il-punt ta’ referenza W, 50 mm vertikalment taħt u 50 mm orizzontalment lura mill-punt “R”.

Figura 10

Fejn jinsab l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, iż-żona ISOFIX — Perspettiva skematika tridimensjonali

Image 15

Tifsira

1.

Il-punt “H”

2.

Il-punt “V”

3.

Il-punt “W”

4.

Il-punt “R”

5.

Il-pjan ta’ 45°

6.

Sezzjoni trażversali tal-pjan “R”

7.

Is-superfiċje tal-pjanċa tal-qiegħ

8.

It-tarf ta’ quddiem taż-żona

Noti:

1.

Il-parti tal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq li hija maħsuba biex tintrabat mal-ganċ tal-irbit ta’ fuq li għandu jinsab fiż-żona mmarkata.

2.

Il-Punt “R”: Il-punt ta’ referenza tal-ispalla.

Figura 11

Metodu alternattiv biex issib l-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq billi tuża l-fixture “ISO/F2” (B), iż-żona ISOFIX — mill-ġenb, minn fuq u minn wara

Dimensjonijiet f’millimetri

Image 16

1.

Il-wiċċ orizzontali tal-fixture “ISO/F2” (B)

2.

Il-wiċċ ta’ wara tal-fixture “ISO/F2” (B)

3.

Linja orizzontali tanġenzjali ma’ fuq tad-dahar tas-sit (l-aħħar punt riġidu b’ebsuija ta’ aktar minn 50 Shore A)

4.

Intersezzjoni bejn 2 u 3

5.

Il-punt ta’ referenza tal-irbit

6.

il-linja ċentrali tal-fixture “ISO/F2" (B)

7.

Ċinga tal-irbit ta’ fuq

8.

Il-limiti taż-żona ta’ ankraġġ

Figura 12

Is-simbolu ta’ ankraġġ ta’ isfel ISOFIX

Image 17

Noti:

1.

It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

2.

Is-simbolu jista’ jintwera bħala rifless (inverżjoni laterali).

3.

Il-kulur tas-simbolu skont kif jagħżel il-manifattur.

Figura 13

Is-simbolu li jintuża biex ikun identifikat fejn jinsab ankraġġ tal-irbit ta’ fuq li jkun taħt għata

Image 18

Noti:

1.

Dimensjonijiet f’mm.

2.

It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

3.

Is-simbolu għandu jkun viżibbli b’mod ċar jew permezz ta’ kuluri li jikkuntrastawjew b’riljiev adegwat jekk immudellat jew ibbuzzat ’il barra.

ANNESS 5

IL-POŻIZZJONI BILQIEGĦDA I-SIZE

Figura 1

Perspettiva 3D tal-volum ta’ valutazzjoni ta’ qiegħ is-sieq ta’ appoġġ

Dimensjonijiet f’millimetri

Image 19

Spjega:

1.

Fixture għat-Trażżin tat-tfal (CRF).

2.

Żbarra għall-ankraġġi ta’ isfel ISOFIX.

3.

Il-pjan medjan lonġitudinali tas-CRF.

4.

Volum ta’ valutazzjoni ta’ qiegħ is-sieq ta’ appoġġ.

5.

Is-superfiċje ta’ kuntatt tal-art tal-vettura.

Nota: It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

Figura 2

Perspettiva mill-ġenb tal-volum ta’ valutazzjoni ta’ qiegħ is-sieq ta’ appoġġ

Dimensjonijiet f’millimetri

Image 20

Spjega:

1.

Fixture għat-Trażżin tat-tfal (CRF)

2.

Żbarra għall-ankraġġi ta’ isfel ISOFIX

3.

Il-pjan iffurmat mill-wiċċ ta’ taħt tas-CRF, meta jkun installat fil-pożizzjoni bilqiegħdaddeżinjata.

4.

Pjan li jgħaddi mill-iżbarra tal-ankraġġ ta’ isfel u orjentat b’mod perpendikolari għall-pjan medjan lonġitudinali tas-CRF u perpendikolari għall-pjan iffurmat mis-superfiċje ta’ isfel tas-CRF meta installat fil-pożizzjoni bilqiegħda ddeżinjata.

5.

Volum tal-valutazzjoni tal-qiegħ tas-sieq ta’ appoġġ li fih għandha tkun tinsab l-art tal-vettura. Dan il-volum jirrappreżenta l-medda ta’ aġġustament tat-tul u l-għoli ta’ sieq ta’ appoġġ għal sistema ta’ trażżin tat-tfal i-Size.

6.

Art tal-vettura.

Nota: It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

Figura 3

Eżempju għal apparat modifikat għall-applikazzjoni ta’ Forza statika b’sonda tat-test tas-sieq ta’ appoġġ (SFADSL) li turi l-firxa meħtieġa ta’ aġġustament u d-dimensjonijiet tal-qiegħ tas-sieq ta’ appoġġ

Dimensjonijiet f’millimetri

Image 21

Spjega:

1.

Apparat tat-test tas-sieq ta’ appoġġ

2.

Qiegħ is-sieq ta’ appoġġ

3.

SFAD (kif definita fl-anness 4 ta’ dan ir-Regolament).

Noti:

1.

It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

2.

L-apparat tat-test tas-sieq ta’ appoġġ għandu:

(a)

Jippermetti li jiġi żgurat l-ittestjar mas-superfiċje ta’ kuntatt kollha tal-qiegħ tal-vettura, kif definita għall-pożizzjonijiet bilqiegħda individwali i-Size;

(b)

Ikun marbut b’mod riġidu mal-SFAD sabiex il-forzi li jiġu applikati lill-SFAD jgħaddu l-forzi tat-test direttament lill-art tal-vettura, mingħajr tnaqqis lill-forzi reattivi tat-test minħabba attenwazzjoni ġewwa jew deformazzjoni tal-apparat tat-test tas-sieq ta’ appoġġ innifsu.

3.

Il-qiegħ tas-sieq ta’ appoġġ għandha tikkonsisti f’ċilindru, li jkollu wisa’ ta’ 80 mm, dijametru ta’ 30 mm u fuq iż-żewġ uċuh tal-ġenb, truf ittondjati b’raġġ ta’ 2,5 mm

4.

Fil-każ ta’ aġġustament inkrementali tal-għoli, id-distanza bejn il-pożizzjonijiet għall-aġġustament m’għandhiex tkun ta’ iktar minn 20 mm.

Figura 4

Simboli użati għall-identifikazzjoni ta’ pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size.

Image 22

Noti:

1.

It-tpinġija mhix fi skala xierqa.

2.

Il-kulur tas-simbolu jagħżlu l-manifattur.