13.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/14


It-testi NU/KEE oriġinali biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Regolament tan-NU Nru 14 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza [2019/2141]

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-serje ta’ emendi 09 – Data tad-dħul fis-seħħ: Id-29 ta’ Diċembru 2018

WERREJ

REGOLAMENT

1.   Kamp ta’ applikazzjoni

2.   Definizzjonijiet

3.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.   Approvazzjoni

5.   Speċifikazzjonijiet

6.   Testijiet

7.   Spezzjoni tal-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza matul u wara t-testijiet statiċi

8.   Modifiki u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura

9.   Konformità tal-produzzjoni

10.   Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

11.   Struzzjonijiet tat-tħaddim

12.   Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

13.   Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

14.   Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESSI

1.   Komunikazzjoni

2.   Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni

3.   Pożizzjonament tal-ankraġġi taċ-ċinturini effettivi

4.   Proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħdafil-vetturi motorizzati

5.   Apparat ta’ trazzjoni

6.   Għadd minimu ta’ punti ta’ ankraġġ u l-pożizzjonament tal-ankraġġi tan-naħa t’isfel

7.   Test dinamiku bħala alternattiva għat-test statiku tas-saħħa tal-ankraġġi taċ-ċinturini ta’ sikurezza

8.   Speċifikazzjonijiet tal-manikin

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għal:

Vetturi tal-kategoriji M u N (1) fir-rigward tal-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza tagħhom maħsuba għal okkupanti adulti ta’ sits li jħarsu ’l quddiem, li jħarsu lura jew li jħarsu la ġenba.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,

2.1.

Approvazzjoni ta’ vettur a” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura mgħammra b’ankraġġi għal tipi speċifiċi ta’ ċinturini tas-sikurezza;

2.2.

Tip ta’ vettur a” tfisser kategorija ta’ vetturi motorizzati li mhumiex differenti minn xulxin fir-rigward ta’ aspetti essenzjali bħad-dimensjonijiet, il-linji u l-komponenti tal-istruttura tal-vettura jew tas-sits tal-vettura li magħhom ikunu mqabbda l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza u, fil-każ li s-saħħa tal-ankraġġi tiġi ttestjata skont it-test dinamiku, il-karatteristiċi ta’ kwalunkwe komponent tas-sistema ta’ trażżin, speċjalment il-funzjoni tal-limitatur tat-tagħbija, li jinfluwenzaw il-forzi li jiġu applikati fuq l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza;

2.3.

Ankraġġi taċ-ċinturin i” tfisser partijiet mill-istruttura tal-vettura jew mill-istruttura tas-sit jew kwalunkwe parti oħra tal-vettura li magħha jintrabtu l-assemblaġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza;

2.4.

Ankraġġ effettiv taċ-ċinturi n” tfisser il-punt li jintuża biex jiġi ddeterminat, b’mod konvenzjonali, kif speċifikat fil-paragrafu 5.4, l-angolu ta’ kull parti taċ-ċinturin tas-sikurezza f’relazzjoni ma’ min jilbsu, jiġifieri, l-punt li miegħu jkollha tintrabat ċinga biex ikollha l-istess qagħda bħala l-qagħda maħsuba taċ-ċinturin meta jintlibes, u li jista’ jkun (jew ma jkunx) l-ankraġġ reali taċ-ċinturin, skont il-konfigurazzjoni tal-komponenti taċ-ċinturin tas-sikurezza fil-punt tal-irbit taċ-ċinturin mal-ankraġġ tiegħu;

2.4.1.

Pereżempju, fil-każ

2.4.1.1.

Meta gwida taċ-ċinga tintuża fuq l-istruttura tal-vettura jew fuq l-istruttura tas-sit, il-punt tan-nofs tal-gwida fil-post fejn iċ-ċinga toħroġ mill-gwida għal fuq il-ġenb ta’ min ikun qed jilbes iċ-ċinturin, għandu jitqies bħala l-ankraġġ effettiv taċ-ċinturin; u,

2.4.1.2.

meta ċ-ċinturin jgħaddi direttament mill-persuna li tkun qed tilbsu lejn ritrattatur marbut mal-istruttura tal-vettura jew mal-istruttura tas-sit mingħajr gwida taċ-ċinga, l-ankraġġ effettiv taċ-ċinturin għandu jitqies bħala l-intersezzjoni tal-assi tar-rukkell biex tiġi stivata ċ-ċinga mal-pjan li jgħaddi mil-linja ċentrali taċ-ċinga fuq ir-rukkell;

2.5.

Ar t” tfisser il-parti ta’ taħt tal-bodì ta’ vettura li tgħaqqad il-ħitan tal-ġnub tal-vettura. F’dan il-kuntest, jinkludi ribs, swages u possibbilment rinforzi oħra, anki jekk ikunu taħt il-qiegħ, bħal elementi lonġitudinali u trażversali;

2.6.

Si t” tfisser struttura li tista’ tkun jew tista’ ma tkunx integrali mal-istruttura tal-vettura, kompluta bit-tapizzerija, maħsuba biex toqgħod bilqiegħda fuqha persuna adulta waħda. It-terminu jkopri kemm sit individwali kif ukoll parti minn bank maħsub biex tpoġġi fuqu persuna waħda;

2.6.1.

Sit tal-passiġġier ta’ quddie m” tfisser kwalunkwe sit fejn il-“punt H ta’ quddiem nett” tas-sit ikkonċernat jinsab fi jew quddiem il-pjan vertikali trażversali mill-punt R tas-sewwieq;

2.6.2.

Sit li jħares ’il quddie m” tfisser sit li jista’ jintuża waqt li l-vettura tkun miexja u li jħares lejn il-parti ta’ quddiem tal-vettura b’tali mod li l-pjan vertikali ta’ simetrija tas-sit jifforma angolu ta’ inqas minn +10° jew – 10° mal-pjan vertikali ta’ simetrija tal-vettura;

2.6.3.

Sit li jħares lur a” tfisser sit li jista’ jintuża waqt li l-vettura tkun miexja u li jħares lejn il-parti ta’ wara tal-vettura b’tali mod li l-pjan vertikali ta’ simetrija tas-sit jifforma angolu ta’ inqas minn+ 10° jew – 10° mal-pjan vertikali ta’ simetrija tal-vettura;

2.6.4.

Sit li jħares la ġenb a” tfisser sit li jista’ jintuża waqt li l-vettura tkun miexja u li jħares lejn il-parti tal-ġenb tal-vettura b’tali mod li l-pjan vertikali ta’ simetrija tas-sit jifforma angolu ta’ 90° (± 10°) mal-pjan vertikali ta’ simetrija tal-vettura;

2.7.

Grupp ta’ sit s” tfisser jew tip ta’ sit f’forma ta’ bank jew sits li huma separati imma ħdejn xulxin (jiġifieri bl-ankraġġi ta’ quddiem nett ta’ sit wieħed allinjat ma’ jew ’il quddiem mill-ankraġġi ta’ wara nett u allinjat ma’ jew wara l-ankraġġi ta’ quddiem nett ta’ sit ieħor) u jakkomoda persuna adulta bilqiegħda waħda jew aktar;

2.8.

Sit f’forma ta’ ban k” tfisser struttura kompluta bit-tapizzerija, maħsuba biex fuqha toqgħod aktar minn persuna adulta waħda;

2.9.

Tip ta’ si t” tfisser kategorija ta’ sits li ma jvarjawx f’tali aspetti essenzjali bħal:

2.9.1.

Il-forma, id-dimensjonijiet u l-materjali tal-istruttura tas-sit,

2.9.2.

It-tipi u d-dimensjonijiet tas-sistemi ta’ aġġustament u tas-sistemi kollha ta’ llokkjar,

2.9.3.

It-tip u d-dimensjonijiet tal-ankraġġ taċ-ċinturin fuq is-sit, tal-ankraġġ tas-sit, u tal-partijiet rilevanti tal-istruttura tal-vettura;

2.10.

Ankraġġ tas-si t” tfisser is-sistema, inklużi l-partijiet affettwati tal-istruttura tal-vettura, li permezz tagħha l-assemblaġġ tas-sit jitwaħħal mal-istruttura tal-vettura;

2.11.

Sistema ta’ aġġustamen t” tfisser l-apparat li bih is-sit jew il-partijiet tiegħu jistgħu jiġu aġġustati għal pożizzjoni addattata għall-morfoloġija tal-okkupant li jkun bilqiegħda; b’mod partikolari, dan l-apparat jista’ jippermetti:

2.11.1.

Spostament lonġitudinali;

2.11.2.

Spostament vertikali;

2.11.3.

Spostament angolari.

2.12.

Sistema ta’ spostamen t” tfisser apparat li jippermetti li s-sit, jew waħda mill-partijiet tiegħu, jiġi spostat jew imdawwar mingħajr pożizzjoni intermedja fissa, sabiex ikun hemm aċċess faċli għall-ispazju wara s-sit ikkonċernat;

2.13.

Sistema ta’ llokkja r” tfisser kwalunkwe apparat li jiżgura li s-sit u l-partijiet tiegħu jinżammu fi kwalunkwe pożizzjoni ta’ użu u jinkludi apparati li jillokkjaw kemm id-dahar tas-sit b’mod relattiv għas-sit kif ukoll is-sit b’mod relattiv għall-vettura;

2.14.

Żona ta’ referenz a” tfisser l-ispazju bejn żewġ pjani vertikali lonġitudinali, 400 mm ’il bogħod minn xulxin u simetriċi fir-rigward tal-punt H, u definiti bir-rotazzjoni mill-vertikali għall-orizzontali tal-apparat tal-forma tar-ras, kif ġie deskritt fl-Anness 1 tar-Regolament Nru 21. L-apparat għandu jiġi ppożizzjonat kif ġie deskritt f’dak l-Anness tar-Regolament Nru 21 u ssettjat għat-tul massimu ta’ 840 mm;

2.15.

Funzjoni tal-limitatur tat-tagħbija fuq it-toraċ i” tfisser kwalunkwe parti taċ-ċinturin tas-sikurezza u/jew tas-sit u/jew tal-vettura maħsuba biex tillimita l-livell tal-forzi ta’ trażżin li japplikaw fuq it-toraċi tal-okkupant f’każ ta’ kolliżjoni.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-ankraġġi taċ-ċinturini għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu.

3.2.

Hija għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li jissemmew iktar ’l isfel fi tliet kopji u mid-dettalji li ġejjin:

3.2.1.

Tpinġijiet tal-istruttura ġenerali tal-vettura fuq skala xierqa, li juru l-pożizzjonijiet tal-ankraġġi taċ-ċinturin, tal-ankraġġi effettivi taċ-ċinturin (fejn xieraq) u tpinġijiet dettaljati tal-ankraġġi taċ-ċinturin;

3.2.2.

Speċifikazzjoni tal-materjali użati li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-ankraġġi taċ-ċinturin;

3.2.3.

Deskrizzjoni teknika tal-ankraġġi taċ-ċinturin;

3.2.4.

Fil-każ ta’ ċinturini tas-sikurezza mwaħħla mal-istruttura tas-sit;

3.2.4.1.

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward tad-disinn tas-sits, tal-ankraġġi tas-sits u tas-sistemi tal-aġġustament u ta’ llokkjar tagħhom;

3.2.4.2.

Disinji, fuq skala xierqa u f’biżżejjed dettall, tas-sits, tal-ankraġġi tagħhom mal-vettura, u tas-sistemi tal-aġġustament u ta’ llokkjar tagħhom;

3.2.5.

Evidenza li ċ-ċinturin tas-sikurezza jew is-sistema tat-trażżin li ntużaw fit-test ta’ approvazzjoni tal-ankraġġi jikkonformaw mar-Regolament tan-NU Nru 16, fil-każ fejn il-manifattur tal-karozza jagħżel it-test dinamiku tas-saħħa alternattiv.

3.3.

Skont l-għażla tal-manifattur, għandha titressaq quddiem is-servizz vettura rappreżentattiva tal-vettura tat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat jew il-partijiet tal-vettura li is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni jqishom essenzjali għat-testijiet tal-ankraġġi taċ-ċinturin.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk il-vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura.

4.2.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (bħalissa 08, li jikkorrispondu għas-serje ta’ emendi 08) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenija l-aktar reċenti li saru tar-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura kif ġie definit fil-paragrafu 2.2 ta’ hawn fuq.

4.3.

L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

4.4.

Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal b’mod li jolqot l-għajn u f’post faċilment aċċessibbli li ġie speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2);

4.4.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.4.3.

L-ittra ‘e’, fuq il-lemin tan-numru ta’ dan ir-Regolament fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip skont it-test dinamiku tal-Anness 7.

4.5.

Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti l-oħra annessi ma’ dan il-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 m’hemmx għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u b’tali mod li ma tkunx tista’ titħassar.

4.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

4.8.

L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka ta’ approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

5.1.

Definizzjonijiet (ara l-Anness 3)

5.1.1.

Il-punt H huwa punt ta’ referenza kif inhu definit fil-paragrafu 2.3 tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament, li jrid jiġi determinat skont il-proċedura stabbilita f’dak l-Anness.

5.1.1.1.

Il-punt H huwa punt ta’ referenza li jikkorrispondi għall-punt H kif inhu definit fil-paragrafu 5.1.1 li għandu jiġi determinat għal kull pożizzjoni normali li fiha jintuża s-sit.

5.1.1.2.

Il-punt R huwa l-punt ta’ referenza ta’ bilqiegħda kif inhu definit fil-paragrafu 2.4 tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

5.1.2.

Is-sistema ta’ referenza tridimensjonali hija ddefinita fl-Appendiċi 2 tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.

5.1.3.

Il-punti L1 u L2 huma l-ankraġġi effettivi ta’ isfel taċ-ċinturin.

5.1.4.

Il-Punt C huwa punt li jinsab 450 mm vertikalment ’il fuq mill-Punt R. Madankollu, jekk id-distanza S kif inhi definita fil-paragrafu 5.1.6 mhix inqas minn 280 mm u jekk il-manifattur jagħżel il-formula alternattiva BR = 260 mm +0,8 S li ġiet speċifikata fil-paragrafu 5.4.3.3, id-distanza vertikali bejn C u R għandha tkun ta’ 500 mm.

5.1.5.

L-angoli α1 u α2 huma, rispettivament, l-angoli bejn pjan orizzontali u pjani perpendikulari għall-pjan medjan vertikali lonġitudinali tas-sit u li jgħaddu mill-punt R u mill-punti L1 u L2.

Jekk is-sit jista’ jiġi aġġustat, dan ir-rekwiżit għandu jiġi ssodisfat ukoll għall-punti H tal-pożizzjonijiet kollha ta’ sewqan jew tal-passiġġieri, kif indikat mill-manifattur tal-vettura.

5.1.6.

S hija d-distanza f’millimetri tal-ankraġġi effettivi ta’ fuq taċ-ċinturin minn pjan ta’ referenza P parallel għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, iddefinit kif ġej:

5.1.6.1.

Jekk il-pożizzjoni bilqiegħda hija definita sew mill-forma tas-sit, il-pjan P għandu jkun il-pjan medjan ta’ dan is-sit.

5.1.6.2.

Fin-nuqqas ta’ pożizzjoni definita sew:

5.1.6.2.1.

Il-pjan P għas-sit tas-sewwieq huwa pjan vertikali parallel għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura li jgħaddi miċ-ċentru tal-istering fil-pjan tax-xifer ta’ barra tar-rota tal-istering meta r-rota tal-istering, jekk tkun aġġustabbli, tkun fil-pożizzjoni ċentrali tagħha.

5.1.6.2.2.

Il-pjan P għall-passiġġier ta’ quddiem fuq in-naħa ta’ barra għandu jkun simetriku ma’ dak tas-sewwieq.

5.1.6.2.3.

Il-pjan P għall-pożizzjoni bilqiegħda ta’ wara fuq in-naħa ta’ barra għandha tkun dik speċifikata mill-manifattur sakemm jiġu rrispettati l-limiti li ġejjin għad-distanza A bejn il-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u l-pjan P:

A

Hija 200 mm jew aktar jekk is-sit f’forma ta’ bank ikun ġie ddisinjat biex jakkomoda żewġ passiġġieri biss,

A

Hija 300 mm jew aktar jekk is-sit f’forma ta’ bank ġie ddisinjat biex jakkomoda aktar minn żewġ passiġġieri.

5.2.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

5.2.1.

L-ankraġġi għaċ-ċinturini tas-sikurezza għandhom ikunu ddisinjati, magħmula u mqiegħda b’tali mod li:

5.2.1.1.

Jippermettu l-installazzjoni ta’ ċinturin tas-sikurezza addattat. L-ankraġġi taċ-ċinturin tal-pożizzjonijiet ta’ quddiem fuq in-naħa ta’ barra għandhom ikunu addattati għal ċinturini tas-sikurezza li jinkorporaw ritrattatur u taljola, fejn b’mod partikolari jitqiesu l-karatteristiċi tas-saħħa tal-ankraġġi taċ-ċinturin, ħlief jekk il-manifattur iforni l-vettura mgħammra b’tipi oħra ta’ ċinturini tas-sikurezza b’ritrattaturi inkorporati. Jekk l-ankraġġi jkunu addattati biss għal tipi partikolari ta’ ċinturini tas-sikurezza, dawn it-tipi għandhom ikunu ddikjarati fuq il-formola li tissemma fil-paragrafu 4.3 ta’ aktar ’il fuq;

5.2.1.2.

Inaqqsu għal minimu r-riskju li ċ-ċinturin jiżloq meta jintlibes b’mod korrett;

5.2.1.3.

Inaqqsu għal minimu r-riskju li ssir ħsara liċ-ċinga minħabba kuntatt ma’ partijiet riġidi bil-ponta tal-istrutturi tal-vettura jew tas-sit;

5.2.1.4.

Jippermettu li l-vettura, f’użu normali, tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

5.2.1.5.

Għal ankraġġi li jassumu pożizzjonijiet differenti sabiex jippermettu l-persuni jidħlu fil-vettura u li jrażżnu lill-okkupanti, għandhom japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għall-ankraġġi fil-pożizzjoni effettiva ta’ trażżin.

5.3.

In-numru minimu ta’ ankraġġi taċ-ċinturin li għandhom ikunu pprovduti

5.3.1.

Kwalunkwe vettura fil-kategoriji M u N (minbarra dawk il-vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 li jappartjenu għall-Klassijiet I jew A1) għandha tkun mgħammra b’ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Jekk il-vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 li jappartjenu għall-Klassijiet I jew A1) huma mgħammra b’ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza, dawn għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

5.3.1.1.

L-ankraġġi ta’ sistema ta’ harness approvata bħala ċinturin tat-tip S (b’ritrattatur(i) jew mingħajru(hom)), skont ir-Regolament Nru 16 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14, imma l-ankraġġ jew l-ankraġġi addizzjonali pprovduti biex titwaħħal ċinga ta’ bejn il-koxox (assemblaġġ) jiġi eżentat/jiġu eżentati mir-rekwiżiti tas-saħħa u tal-post ta’ dan ir-Regolament.

5.3.2.

L-għadd minimu ta’ ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza għal kull pożizzjoni bilqiegħda tħares ’il quddiem, lura u la ġenba għandu jkun dak speċifikat fl-Anness 6.

5.3.3.

Madankollu, għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fuq in-naħa ta’ barra, ħlief ta’ quddiem, ta’ vetturi tal-kategorija N1, murija fl-Anness 6 u mmarkati bis-simbolu Ø, huma permessi żewġ ankraġġi ta’ isfel, fejn ikun hemm passaġġ bejn sit u l-eqreb ħajt tal-ġenb tal-vettura maħsub biex jippermetti l-aċċess tal-passiġġieri lejn partijiet oħra tal-vettura.

Spazju bejn sit u l-ħajt tal-ġenb jitqies bħala passaġġ jekk id-distanza bejn dak il-ħajt tal-ġenb, bil-bibien kollha magħluqa, u bi pjan vertikali lonġitudinali li jgħaddi mil-linja ċentrali tas-sit ikkonċernat, imkejjel fil-pożizzjoni tal-punt R u b’mod perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, tkun akbar minn 500 mm.

5.3.4.

Għall-pożizzjonijiet bilqiegħda ċentrali ta’ quddiem murija fl-Anness 6 u mmarkati bis-simbolu*, żewġ ankraġġi ta’ isfel għandhom jitqiesu bħala adegwati fejn il-windskrin jinsab barra miż-żona ta’ referenza li ġiet iddefinita fl-Anness 1 tar-Regolament Nru 21; jekk jinsab fiż-żona ta’ referenza, ikunu meħtieġa tliet ankraġġi.

Rigward l-ankraġġi taċ-ċinturin, il-windskrin jitqies bħala parti miż-żona ta’ referenza meta jkun jista’ jidħol f’kuntatt statiku mal-apparat tat-test skont il-metodu deskritt fl-Anness 1 tar-Regolament Nru 21.

5.3.5.

F’kull pożizzjoni bilqiegħda mmarkata fl-Anness 6 bis-simbolu
Image 1
, għandhom ikunu pprovduti tliet ankraġġi. Jistgħu jkunu pprovduti żewġ ankraġġi jekk tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.3.5.1.

Hemm sit jew partijiet oħra tal-vettura li jikkonformaw mal-paragrafu 3.5 tal-Appendiċi 1 tar-Regolament Nru 80 direttament quddiem, jew

5.3.5.2.

L-ebda parti mill-vettura ma tinsab fiż-żona ta’ referenza, jew ma tista’ tkun fiż-żona ta’ referenza meta l-vettura tkun qed tiċċaqlaq, jew

5.3.5.3.

Partijiet mill-vettura fiż-żona ta’ referenza msemmija jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ assorbiment tal-enerġija stabbiliti fl-Appendiċi 6 tar-Regolament Nru 80.

5.3.5.4.

Il-paragrafi 5.3.5.1 sa 5.3.5.3 ma għandhomx japplikaw għas-sit tas-sewwieq.

5.3.6.

Għas-sits jew pożizzjonijiet bilqiegħda kollha maħsuba biss għall-użu meta l-vettura tkun wieqfa kif ukoll għas-sits kollha ta’ kwalunkwe vettura li ma tkunx koperta mill-paragrafi 5.3.1 sa 5.3.4, ma jkun meħtieġ l-ebda ankraġġ għaċ-ċinturini. Madankollu, jekk il-vettura tkun mgħammra b’ankraġġi għal sits bħal dawn, dawn l-ankraġġi jridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Kull ankraġġ maħsub esklużivament għal użu relatat ma’ ċinturin għal persuna b’diżabbiltà, jew kwalunkwe sistema tat-trażżin oħra skont ir-Regolament Nru 107, serje 02 tal-emendi, fl-Anness 8, m’hemmx bżonn ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

5.3.7.

Fil-każ tal-pjan ta’ fuq ta’ vettura b’żewġ pjanijiet, ir-rekwiżiti għall-pożizzjoni bilqiegħda ċentrali ta’ quddiem għandha tapplika wkoll fil-pożizzjonijiet bilqiegħda ta’ quddiem fuq in-naħa ta’ barra.

5.3.8.

Fil-każ ta’ sits li jistgħu jiddawru jew jitqiegħdu f’orjentazzjonijiet oħra, biex jintużaw meta l-vettura tkun wieqfa, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.1 għandhom japplikaw biss għal dawk l-orjentazzjonijiet maħsuba għall-użu normali meta l-vettura tkun għaddejja fit-triq, skont dan ir-Regolament. Fid-dokument ta’ informazzjoni għandha tkun inkluża nota li tgħid dan.

5.4.

Il-post fejn jinsabu l-ankraġġi taċ-ċinturin (ara l-Figura 1 tal-Anness 3.)

5.4.1.

Ġenerali

5.4.1.1.

L-ankraġġi taċ-ċinturin għal kwalunkwe ċinturin jistgħu jinsabu jew għalkollox fl-istruttura tal-vettura jew fl-istruttura tas-sit jew fi kwalunkwe parti oħra tal-vettura jew mifruxa bejn dawn il-postijiet.

5.4.1.2.

Kwalunkwe ankraġġ taċ-ċinturin jista’ jintuża biex jitwaħħlu t-truf ta’ żewġ ċinturini tas-sikurezza biswit xulxin, sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-test.

5.4.2.

Il-post fejn jinsab l-ankraġġ effettiv ta’ isfel taċ-ċinturin

5.4.2.1.

Is-sits ta’ quddiem, il-kategorija tal-vetturi M1

F’vetturi motorizzati tal-kategorija M1, l-angolu α1 (mhux fuq in-naħa tal-bokkla) għandu jkun fil-medda ta’ bejn it-30 u t-80 grad u l-angolu α2 (in-naħa tal-bokkla) għandu jkun fil-medda ta’ bejn il-45 u t-80 grad. Iż-żewġ rekwiżiti angolari għandhom ikunu validi għall-pożizzjonijiet normali kollha tal-ivvjaġġar tas-sits ta’ quddiem. Fejn mill-inqas wieħed mill-angoli α1 u α2 ikun kostanti (eż. ankraġġ imwaħħal mas-sit) fil-pożizzjonijiet normali kollha tal-użu, il-valur tiegħu għandu jkun ta’ 60 ± 10°. Fil-każ ta’ sits aġġustabbli b’sistema ta’ aġġustament b’angolu tad-dahar tas-sit ta’ inqas minn 20° (ara l-Figura 1 tal-Anness 3), l-angolu α1 jista’ jkun taħt il-valur minimu (30°) li ġie stipulat hawn fuq, sakemm ma jkunx inqas minn 20° fi kwalunkwe pożizzjoni normali tal-użu.

5.4.2.2.

Is-sits ta’ quddiem, il-kategorija tal-vetturi M1

F’vetturi motorizzati tal-kategorija M1, għas-sits ta’ wara kollha, l-angoli α1 u α2 għandhom ikunu fil-medda ta’ bejn it-30 u t-80 grad. Jekk is-sits ta’ wara jkunu aġġustabbli, l-angoli ta’ hawn fuq għandhom ikunu validi għall-pożizzjonijiet normali kollha tal-ivvjaġġar.

5.4.2.3.

Is-sits ta’ quddiem, il-kategoriji tal-vetturi li mhumiex l-M1

F’vetturi motorizzati tal-kategoriji li mhumiex l-M1, għall-pożizzjonijiet normali kollha tal-ivvjaġġar tas-sits ta’ quddiem, l-angoli α1 u α2 iridu jkunu bejn it-30 u t-80 grad. Fejn fil-każ tas-sits ta’ quddiem ta’ vetturi li jkollhom massa massima tal-vettura li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati, mill-inqas wieħed mill-angoli α1 u α2 irid ikun kostanti fil-pożizzjonijiet normali kollha tal-użu, bil-valur tiegħu għandu jkun ta’ 60 ± 10° (eż. ankraġġ imwaħħal mas-sit).

5.4.2.4.

Is-sits ta’ wara u s-sits speċjali ta’ quddiem jew ta’ wara, il-kategoriji tal-vetturi li mhumiex l-M1

F’vetturi ta’ kategoriji li mhumiex l-M1, fil-każ ta’:

(a)

Sits f’forma ta’ bank,

(b)

Sits aġġustabbli (quddiem u wara) b’sistema ta’ aġġustament b’angolu tad-dahar tas-sit iċken minn 20° (ara l-Figura 1 tal-Anness 3), u

(c)

Sits oħra ta’ wara

L-angoli α1 u α2 jistgħu jkunu bejn 20° u 80° fi kwalunkwe pożizzjoni normali tal-użu. Fejn fil-każ tas-sits ta’ quddiem ta’ vetturi li jkollhom massa massima tal-vettura li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati, mill-inqas wieħed mill-angoli α1 u α2 irid ikun kostanti fil-pożizzjonijiet normali kollha tal-użu, bil-valur tiegħu għandu jkun ta’ 60 ± 10° (eż. ankraġġ imwaħħal mas-sit).

Fil-każ tas-sits, għajr għas-sits ta’ quddiem, ta’ vetturi fil-kategoriji M2 u M3, l-angoli α1 u α2 għandhom ikunu bejn il-45 u d-90 grad għall-pożizzjonijiet normali kollha tal-użu.

5.4.2.5.

Id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali paralleli għall-pjan medjan vertikali lonġitudinali tal-vettura u fejn kull wieħed minnhom jgħaddi minn ankraġġ differenti miż-żewġ ankraġġi effettivi ta’ isfel taċ-ċinturin L1 u L2 tal-istess ċinturin tas-sikurezza m’għandhiex tkun inqas minn 350 mm. Fil-każ ta’ sits li jħarsu la ġenba, id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali paralleli għall-pjan medjan vertikali lonġitudinali tal-vettura u fejn kull wieħed minnhom jgħaddi minn ankraġġ differenti miż-żewġ ankraġġi effettivi ta’ isfel taċ-ċinturin L1 u L2 tal-istess ċinturin tas-sikurezza m’għandhiex tkun inqas minn 350 mm. Fil-każ ta’ kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda ċentrali fir-ringieli ta’ wara tas-sits tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, id-distanza li tissemma hawn fuq m’għandhiex tkun inqas minn 240 mm, sakemm ma jkunx possibbli li s-sit ċentrali ta’ wara jinbidel ma’ kwalunkwe wieħed mis-sits l-oħra tal-vettura. Il-pjan medjan lonġitudinali tas-sit għandu jgħaddi bejn il-punti L1 u L2 u għandu jkun mill-inqas 120 mm minn dawn il-punti.

5.4.3.

Il-post fejn jinsabu l-ankraġġi effettivi ta’ fuq taċ-ċinturin (ara l-Anness 3)

5.4.3.1.

Jekk tintuża gwida taċ-ċinga jew apparat simili li jaffettwa l-post fejn jinsab l-ankraġġ effettiv ta’ fuq taċ-ċinturin, dan il-post għandu jkun iddeterminat b’mod konvenzjonali billi titqies il-pożizzjoni tal-ankraġġ meta l-linja lonġitudinali ċentrali taċ-ċinga tgħaddi minn punt J1, iddefinit suċċessivament mill-punt R mit-tliet segmenti li ġejjin:

RZ

:

Segment tal-linja tat-torso imkejjel f’direzzjoni ’l fuq minn R u twil 530 mm;

ZX

:

Segment perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, imkejjel mill-punt Z fid-direzzjoni tal-ankraġġ u twil 120 mm;

XJ1

:

Segment perpendikulari għall-pjan iddefinit mis-segmenti RZ u ZX, imkejjel f’direzzjoni ’l quddiem mill-punt X u twil 60 mm.

Il-punt J2 jiġi determinat permezz tas-simetrija mal-punt J1 madwar il-pjan lonġitudinali vertikali li jgħaddi mil-linja tat-torso tal-manikin, deskritt fil-paragrafu 5.1.2, ippożizzjonat fis-sit ikkonċernat.

Fejn tintuża konfigurazzjoni b’żewġ bibien sabiex ikun ipprovdut aċċess kemm għas-sits ta’ quddiem kif ukoll għal dawk ta’ wara u l-ankraġġ ta’ fuq jitwaħħal mal-pilastru “B”, is-sistema trid tkun iddisinjata sabiex ma ttellifx l-aċċess għall-vettura jew il-ħruġ minnha.

5.4.3.2.

L-ankraġġ effettiv ta’ fuq għandu jkun taħt il-pjan FN, li jgħaddi b’mod perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tas-sit u li jagħmel angolu ta’ 65° mal-linja tat-torso. L-angolu jista’ jitnaqqas għal 60° fil-każ tas-sits ta’ wara. Il-pjan FN għandu jitqiegħed b’tali mod li jaqsam il-linja tat-torso f’punt D, b’tali mod li DR = 315 mm +1,8 S. Madankollu, meta S ≤ 200 mm, mela DR = 675 mm.

5.4.3.3.

L-ankraġġ effettiv ta’ fuq taċ-ċinturin għandu jkun wara pjan FK li jgħaddi b’mod perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tas-sit u li jaqsam il-linja tat-torso f’angolu ta’ 120° f’punt B b’tali mod li BR = 260 mm + S. Fejn S ≥ 280 mm, il-manifattur jista’ juża BR = 260 mm +0,8 S skont id-diskrezzjoni tiegħu.

5.4.3.4.

Il-valur ta’ S m’għandux ikun inqas minn 140 mm.

5.4.3.5.

L-ankraġġ effettiv ta’ fuq taċ-ċinturin għandu jkun jinsab fuq wara ta’ pjan vertikali perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jgħaddi mill-punt R kif jintwera fl-Anness 3.

5.4.3.6.

L-ankraġġ effettiv ta’ fuq taċ-ċinturin għandu jinsab ’il fuq minn pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt C iddefinit fil-paragrafu 5.1.4.

5.4.3.6.1.

Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.4.3.6, l-ankraġġ ta’ fuq effettiv taċ-ċinturin għal sits tal-passiġġieri f’vetturi tal-kategorija M2 u M3 jista’ jkun aġġustabbli ’l isfel minn dik l-ispeċifikazzjoni, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati dawn ir-rekwiżiti:

(a)

Iċ-ċinturin tas-sikurezza jew is-sit għandhom ikunu mmarkati b’mod permanenti sabiex tiġi identifikata l-pożizzjoni tal-ankraġġ effettiv ta’ fuq taċ-ċinturin li hi meħtieġa biex tiġi ssodisfata l-pożizzjoni minima ta’ fuq għall-għoli tal-ankraġġ kif jesiġi l-paragrafu 5.4.3.6. Din il-marka għandha tindika b’mod ċar lill-utent meta l-ankraġġ ikun f’pożizzjoni li tippermetti l-użu minn adult ta’ statura medja;

(b)

L-ankraġġ effettiv ta’ fuq għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jippermetti l-aġġustament tal-għoli tiegħu permezz ta’ apparat ta’ aġġustament manwali li jkun faċilment aċċessibbli għal min jilbsu meta jkun bilqiegħda u li jkun konvenjenti u faċli biex jintuża.

(c)

L-ankraġġ effettiv ta’ fuq għandu jkun iddisinjat b’tali mod li ma jippermetti l-ebda moviment ’il fuq tal-ankraġġ li mhux apposta, li jnaqqas l-effikaċja tal-apparat matul l-użu normali;

(d)

Il-manifattur għandu jinkludi fil-manwal tal-vettura, struzzjonijiet ċari dwar l-aġġustament ta’ sistemi bħal dawn, flimkien ma’ noti dwar l-adattabilità u l-limitazzjonijiet tal-użu mill-okkupanti ta’ statura qasira.

Madankollu, meta l-apparat tal-aġġustament għall-għoli tal-ispallejn mhuwiex imqabbad direttament mal-kostruzzjoni tal-vettura jew mal-kostruzzjoni tas-sit, iżda jaħdem permezz ta’ apparat flessibbli ta’ aġġustament għall-għoli tal-ispalla:

(e)

Ir-rekwiżiti msemmija fis-subparagrafi (a) u (d) hawn fuq xorta waħda għandhom jiġu ssodisfati bħala parti mill-approvazzjoni tat-tip tar-Regolament Nru 14 bl-użu tas-sistema ta’ trażżin li għandha tiġi installata.

(f)

Hija meħtieġa evidenza li ċ-ċinturin tas-sikurezza flimkien mal-apparat flessibbli ta’ aġġustament għall-għoli tal-ispalla jikkonforma mar-rekwiżiti għas-sistemi ta’ trażżin tar-Regolament Nru 16; ir-rekwiżiti fis-subparagrafi (b) u (c) għandhom jiġu ssodisfati skont il-paragrafu 8.3 l-approvazzjoni tat-tip tar-Regolament Nru 16.

5.4.3.7.

Minbarra l-ankraġġ ta’ fuq li ġie speċifikat fil-paragrafu 5.4.3.1 jistgħu jkunu pprovduti ankraġġi effettivi ta’ fuq oħra jekk waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

5.4.3.7.1.

L-ankraġġi addizzjonali jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi 5.4.3.1 sa 5.4.3.6.

5.4.3.7.2.

L-ankraġġi addizzjonali jistgħu jintużaw mingħajr l-għajnuna ta’ għodod, jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi 5.4.3.5 u 5.4.3.6 u jinsabu f’waħda miż-żoni li ġew iddeterminati biċ-ċaqliq 80 mm ’il fuq jew ’l isfel f’direzzjoni vertikali taż-żona murija fil-Figura 1 tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

5.4.3.7.3.

L-ankraġġ(i) huwa/huma maħsub/a għal harness, jikkonforma/w mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5.4.3.6 jekk jinsab/u wara l-linja trażversali li tgħaddi mil-linja ta’ referenza u jinsab/u:

5.4.3.7.3.1.

Fil-każ ta’ ankraġġ wieħed, fiż-żona komuni għal żewġ diħedrali definiti mil-linji vertikali li jgħaddu mill-punti J1 u J2 kif ġew iddefiniti fil-paragrafu 5.4.3.1 u li s-sezzjonijiet orizzontali tagħhom jidhru fil-Figura 2 tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament;

5.4.3.7.3.2.

Fil-każ ta’ żewġ ankraġġi, ġewwa kwalunkwe wieħed mid-diħedrali definiti aktar ’il fuq li jkun xieraq, sakemm kull ankraġġ ma jkunx iktar minn 50 mm ’il bogħod mill-pożizzjoni riflessa, imqiegħda simetrikament tal-ankraġġ l-ieħor madwar il-pjan P, kif ġie ddefinit fil-paragrafu 5.1.6, tas-sit ikkonċernat.

5.5.

Id-dimensjonijiet tat-toqob bil-kamin tal-ankraġġ

5.5.1.

Ankraġġ għandu jkollu toqba b’kamin ta’ 7/16 pulzier (20 UNF 2B).

5.5.2.

Jekk il-vettura tkun mgħammra mill-manifattur b’ċinturini tas-sikurezza li jkunu mwaħħla mal-ankraġġi kollha preskritti għas-sit ikkonċernat, dawn l-ankraġġi m’hemmx għalfejn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5.5.1, sakemm jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, ir-rekwiżit stabbiliti fil-paragrafu 5.5.1 m’għandux japplika għal ankraġġi addizzjonali li jissodisfaw ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 5.4.3.7.3.

5.5.3.

Għandu jkun possibbli li ċ-ċinturin tas-sikurezza jitneħħa mingħajr ma ssir ħsara lill-ankraġġ.

6.   TESTIJIET

6.1.

It-testijiet ġenerali għall-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sit

6.1.1.

Soġġett għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2, u fuq it-talba tal-manifattur;

6.1.1.1.

It-testijiet jistgħu jitwettqu jew fuq struttura ta’ vettura jew fuq vettura kompluta minn kollox;

6.1.1.2.

It-testijiet jistgħu jkunu limitati għall-ankraġġi li huma relatati ma’ sit wieħed biss jew ma’ grupp ta’ sits, sakemm:

(a)

L-ankraġġi kkonċernati jkollhom l-istess karatteristiċi strutturali bħall-ankraġġi li huma relatati mas-sits jew mal-gruppi ta’ sits l-oħra; kif ukoll

(b)

Fejn ankraġġi bħal dawn jitwaħħlu totalment jew parzjalment fuq is-sit jew fuq il-grupp ta’ sits, il-karatteristiċi strutturali tas-sit jew tal-grupp ta’ sits ikunu l-istess bħal dawk għas-sits jew għall-grupp ta’ sits l-oħra.

6.1.1.3.

It-twieqi u l-bibien jistgħu jkunu mwaħħla jew le u magħluqa jew le.

6.1.1.4.

Jista’ jitwaħħal kwalunkwe fitting ipprovdut normalment u li x’aktarx jikkontribwixxi għar-riġidità tal-istruttura tal-vettura.

6.1.2.

Is-sits għandhom jitwaħħlu u jitqiegħdu fil-pożizzjoni għas-sewqan jew għall-użu magħżula mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni sabiex jingħataw l-aktar kundizzjonijiet avversi fir-rigward tas-saħħa tas-sistema. Il-pożizzjoni tas-sits għandha tkun iddikjarata fir-rapport. Id-dahar tas-sit, jekk l-inklinazzjoni tiegħu tkun aġġustabbli, jista’ jiġi llokkjat kif ġie speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni bħal din, f’pożizzjoni li tikkorrispondi għal angolu effettiv tad-dahar tas-sit mill-aktar qrib possibbli għal 25° għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 u għal 15° għall-vetturi tal-kategoriji l-oħra kollha.

6.2.

L-irbit tal-vettura għat-testijiet tal-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza.

6.2.1.

Il-metodu li jintuża biex il-vettura tintrabat matul it-test m’għandux ikun tali li jsaħħaħ l-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sit u ż-żona ta’ ankraġġ tagħhom jew li jnaqqas id-deformazzjoni normali tal-istruttura.

6.2.2.

L-apparat ta’ rbit għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk ma jipproduċi l-ebda effett fuq żona li testendi tul il-wisa’ kollha tal-istruttura u jekk il-vettura jew l-istruttura tkun imblukkata jew fissa fuq quddiem f’distanza ta’ mhux inqas minn 500 mm mill-ankraġġ li għandu jiġi ttestjat u tinżamm jew tkun fissa fuq wara mhux inqas minn 300 mm minn dak l-ankraġġ.

6.2.3.

Huwa rrakkomandat li l-istruttura tistrieħ fuq appoġġi skjerati bejn wieħed u ieħor f’linja mal-assi tar-roti jew, jekk dak ma jkunx possibbli, f’linja mal-punti ta’ twaħħil tas-sospensjoni.

6.2.4.

Jekk jintuża metodu ta’ rbit li mhux dak preskritt fil-paragrafi 6.2.1 sa 6.2.3 ta’ dan ir-Regolament, trid tingħata evidenza li huwa ekwivalenti.

6.3.

Ir-rekwiżiti ġenerali tat-test għall-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza

6.3.1.

L-ankraġġi kollha taċ-ċinturini tal-istess grupp ta’ sits għandhom jiġu ttestjati fl-istess ħin. Madankollu, jekk ikun hemm riskju li tagħbija mhux simetrika tas-sits u/jew tal-ankraġġi tista’ twassal għal ħsarat, jista’ jitwettaq test addizzjonali b’tagħbija mhux simetrika.

6.3.2.

Il-forza tat-trazzjoni għandha tiġi applikata f’angolu ta’ 10° ± 5° ’il fuq mill-orizzontali fi pjan parallel għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

Għandha tiġi applikata tagħbija minn qabel ta’ 10 fil-mija b’tolleranza ta’ ± 30 fil-mija tat-tagħbija fil-mira; it-tagħbija għandha tiġi miżjuda għal 100 fil-mija tat-tagħbija rilevanti fil-mira.

6.3.3.

L-applikazzjoni sħiħa tat-tagħbija għandha tintlaħaq kemm jista’ jkun malajr, u f’ħin massimu ta’ applikazzjoni tat-tagħbija ta’ 60 sekonda.

Madankollu, il-manifattur jista’ jitlob li l-applikazzjoni tat-tagħbija tintlaħaq f’4 sekondi.

L-ankraġġi taċ-ċinturin iridu jifilħu t-tagħbija speċifikata għal mhux inqas minn 0,2 sekonda.

6.3.4.

L-apparati ta’ trazzjoni li għandhom jintużaw fit-testijiet li ġew deskritti fil-paragrafu 6.4 ta’ aktar ’l isfel jintwerew fl-Anness 5. L-apparati murija fil-Figura 1 tal-Anness 5 jitqiegħdu fuq il-kuxxin tas-sit imbagħad, meta jkun possibbli, jiġu mbuttati lura fid-dahar tas-sit filwaqt li ċ-ċinga taċ-ċinturin tiġi ssikkata madwaru. L-apparat muri fil-Figura 2 tal-Anness 5 jitqiegħed fil-pożizzjoni tiegħu, biċ-ċinga taċ-ċinturin tkun imwaħħla fuq l-apparat u ssikkata. Waqt din l-operazzjoni m’għandha tiġi introdotta l-ebda tagħbija minn qabel fl-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza lil hinn mill-minimu meħtieġ għall-ippożizzjonar korrett tal-apparat tat-test.

L-apparat ta’ trazzjoni ta’ 254 mm jew 406 mm li jintuża f’kull pożizzjoni bilqiegħda għandu jkun tali li l-wisa’ tiegħu jkun kemm jista’ jkun qrib tad-distanza bejn l-ankraġġi ta’ isfel.

Il-pożizzjoni tal-apparat ta’ trazzjoni għandha tevita kwalunkwe influwenza reċiproka matul it-test tal-ġbid li taffettwa b’mod avvers it-tagħbija u d-distribuzzjoni tat-tagħbija.

6.3.5.

L-ankraġġi taċ-ċinturin għas-sits li għalihom jiġu pprovduti ankraġġi ta’ fuq taċ-ċinturin għandhom jiġu ttestjati fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

6.3.5.1.

Is-sits ta’ quddiem fuq in-naħa ta’ barra:

L-ankraġġi taċ-ċinturin għandhom jitressqu għat-test preskritt fil-paragrafu 6.4.1 fejn it-tagħbijiet jiġu trażmessi lilhom permezz ta’ apparat li jirriproduċi l-ġeometrija ta’ ċinturin bi tliet ankraġġi mgħammar b’ritrattatur li jkollu taljola jew gwida taċ-ċinga fl-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin. Barra minn hekk, jekk in-numru ta’ ankraġġi jkun akbar minn dak preskritt fil-paragrafu 5.3, dawn l-ankraġġi għandhom jiġu soġġetti għat-test li ġie speċifikat fil-paragrafu 6.4.5, fejn it-tagħbijiet għandhom jiġu trażmessi lill-ankraġġi permezz ta’ apparat li jirriproduċi l-ġeometrija tat-tip ta’ ċinturin tas-sikurezza maħsub biex ikun marbut magħhom.

6.3.5.1.1.

Fil-każ fejn ir-ritrattatur ma jkunx imwaħħal mal-ankraġġ ta’ isfel taċ-ċinturin fuq in-naħa ta’ barra meħtieġ jew fil-każ fejn ir-ritrattatur jkun imwaħħal mal-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin, l-ankraġġi ta’ isfel taċ-ċinturin ukoll għandhom jitressqu għat-test preskritt fil-paragrafu 6.4.3.

6.3.5.1.2.

Jekk il-manifattur jitlob dan, fil-każ li ssemma hawn fuq, it-testijiet preskritti fil-paragrafi 6.4.1 u 6.4.3 jistgħu jitwettqu fuq żewġ strutturi differenti.

6.3.5.2.

Is-sits ta’ wara fuq in-naħa ta’ barra u s-sits ċentrali kollha:

L-ankraġġi taċ-ċinturin għandhom ikunu soġġetti għat-test preskritt fil-paragrafu 6.4.2 fejn it-tagħbijiet jiġu trażmessi lilhom permezz ta’ apparat li jirriproduċi l-ġeometrija ta’ ċinturin tas-sikurezza bi tliet ankraġġi mingħajr ritrattatur, u għat-test preskritt fil-paragrafu 6.4.3, fejn it-tagħbijiet jiġu trażmessi liż-żewġ ankraġġi ta’ isfel taċ-ċinturin permezz ta’ apparat li jirriproduċi l-ġeometrija ta’ ċinturin ta’ fuq il-ħoġor. Jekk il-manifattur jitlob dan, iż-żewġ testijiet jistgħu jitwettqu fuq żewġ strutturi differenti.

6.3.5.3.

Meta manifattur iforni l-vettura tiegħu b’ċinturini tas-sikurezza, l-ankraġġi korrispondenti taċ-ċinturin, fuq it-talba tal-manifattur, jistgħu jitressqu biss għal test fejn it-tagħbijiet jiġu trażmessi lilhom permezz ta’ apparat li jirriproduċi l-ġeometrija tat-tip ta’ ċinturini li għandhom jitwaħħlu ma’ dawn l-ankraġġi.

6.3.6.

Jekk għas-sits fuq in-naħa ta’ barra u għas-sits ċentrali ma jkun ipprovdut l-ebda ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin, l-ankraġġi ta’ isfel taċ-ċinturin għandhom jitressqu għat-test preskritt fil-paragrafu 6.4.3, fejn it-tagħbijiet jiġu trażmessi lil dawn l-ankraġġi permezz ta’ apparat li jirriproduċi l-ġeometrija ta’ ċinturin ta’ fuq il-ħoġor.

6.3.7.

Jekk il-vettura hija ddisinjata biex taċċetta apparati oħra li ma jħallux li ċ-ċineg jitwaħħlu direttament mal-ankraġġi taċ-ċinturin mingħajr dawwara li jintervjenu eċċ., jew li teħtieġ ankraġġi taċ-ċinturin supplimentari għal dawk li jissemmew fil-paragrafu 5.3, iċ-ċinturin tas-sikurezza jew arranġament ta’ wajers, ta’ dwawar, eċċ, li jirrappreżenta l-apparat taċ-ċinturin tas-sikurezza, għandu jitwaħħal b’apparat bħal dan mal-ankraġġi taċ-ċinturin fil-vettura u l-ankraġġi taċ-ċinturin għandhom ikunu soġġetti għat-testijiet li ġew preskritti fil-paragrafu 6.4, kif inhu xieraq.

6.3.8.

Jista’ jintuża metodu tat-test li mhux dak preskritt fil-paragrafu 6.3, imma trid tingħata evidenza li huwa ekwivalenti.

6.4.

Ir-rekwiżiti partikolari tat-test għall-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza

6.4.1.

It-test f’konfigurazzjoni ta’ ċinturin bi tliet ankraġġi li jinkorpora ritrattatur li jkollu taljola jew gwida taċ-ċinga fl-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin

6.4.1.1.

Taljola jew gwida speċjali għall-wajer jew ċinga addattata biex tkun trażmessa t-tagħbija mill-apparat ta’ trazzjoni, jew it-taljola jew il-gwida taċ-ċinga fornuta mill-manifattur għandha titwaħħal mal-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin.

6.4.1.2.

Għandha tiġi applikata tagħbija tat-test ta’ 1 350 daN ± 20 daN ma’ apparat ta’ trazzjoni (ara l-Figura 2 tal-Anness 5) imwaħħal mal-ankraġġi taċ-ċinturin tal-istess ċinturin, permezz ta’ apparat li jirriproduċi l-ġeometrija taċ-ċinga ta’ fuq tat-torso ta’ ċinturin tas-sikurezza bħal dan. Fil-każ ta’ vetturi ta’ kategoriji li mhumiex l-M1 u N1, it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 675 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 and N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 450 ± 20 daN.

6.4.1.3.

Fl-istess ħin, għandha tiġi applikata forza ta’ trazzjoni ta’ 1 350 daN ± 20 daN fuq apparat ta’ trazzjoni (ara l-Figura 1 tal-Anness 5) imwaħħal maż-żewġ ankraġġi ta’ isfel taċ-ċinturin. Fil-każ ta’ vetturi ta’ kategoriji li mhumiex l-M1 u N1, it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 675 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 u N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 450 ± 20 daN.

6.4.2.

It-test b’konfigurazzjoni ta’ ċinturin bi tliet ankraġġi mingħajr ritrattatur jew b’ritrattatur fl-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin

6.4.2.1.

Għandha tiġi applikata tagħbija tat-test ta’ 1 350 daN ± 20 daN fuq apparat ta’ trazzjoni (ara l-Figura 2 tal-Anness 5) imwaħħal mal-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin u mal-ankraġġ ta’ isfel oppost taċ-ċinturin tal-istess ċinturin billi jintuża, jekk ikun fornut mill-manifattur, ritrattatur imwaħħal fuq l-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin. Fil-każ ta’ vetturi ta’ kategoriji li mhumiex l-M1 u N1, it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 675 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 and N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 450 ± 20 daN.

6.4.2.2.

Fl-istess ħin, għandha tiġi applikata forza ta’ trazzjoni ta’ 1 350 daN ± 20 daN fuq apparat ta’ trazzjoni (ara l-Figura 1 tal-Anness 5) imwaħħal mal-ankraġġi ta’ isfel taċ-ċinturin. Fil-każ ta’ vetturi ta’ kategoriji li mhumiex l-M1 u N1, it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 675 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 and N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 450 ± 20 daN.

6.4.3.

It-test b’konfigurazzjoni ta’ ċinturin ta’ fuq il-ħoġor

Għandha tiġi applikata tagħbija tat-test ta’ 2 225 daN ± 20 daN fuq apparat ta’ trazzjoni (ara l-Figura 1 tal-Anness 5) imwaħħal maż-żewġ ankraġġi ta’ isfel taċ-ċinturin. Fil-każ ta’ vetturi ta’ kategoriji li mhumiex l-M1 u N1, it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 1 110 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 u N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 740 ± 20 daN.

6.4.4.

It-test għall-ankraġġi taċ-ċinturin li jinsabu għalkollox fl-istruttura tas-sit jew mifruxa bejn l-istruttura tal-vettura u l-istruttura tas-sit

6.4.4.1.

Għandu jitwettaq, kif inhu xieraq, it-test li ġie speċifikat fil-paragrafi 6.4.1, 6.4.2 u 6.4.3 ta’ aktar ’il fuq, fejn fl-istess ħin għal kull sit jew għal kull grupp ta’ sits tiġi applikata forza kif ġie ddikjarat aktar ’l isfel.

6.4.4.2.

It-tagħbijiet li ġew indikati fil-paragrafi 6.4.1, 6.4.2 u 6.4.3 ta’ aktar ’il fuq għandhom jiġu kkomplimentati minn forza daqs 20 darba l-massa tas-sit komplut. It-tagħbija tal-inerzja għandha tiġi applikata fuq is-sit jew fuq il-partijiet rilevanti tas-sit b’tali mod li tikkorrispondi għall-effett fiżiku tal-massa tas-sit ikkonċernat fuq l-ankraġġi tas-sit. Id-determinazzjoni tat-tagħbija applikata jew tat-tagħbijiet applikati addizzjonali u d-distribuzzjoni tat-tagħbijiet għandhom isiru mill-manifattur u jkunu approvati mis-Servizz Tekniku.

Fil-każ ta’ vetturi fil-kategoriji M2 u N2, din il-forza trid tkun daqs 10 darbiet il-massa tas-sit komplut; għall-kategoriji M3 u N3 għandha tkun daqs 6,6 darbiet il-massa tas-sit komplut.

6.4.5.

It-test b’konfigurazzjoni ta’ ċinturin ta’ tip speċjali

6.4.5.1.

Għandha tiġi applikata tagħbija tat-test ta’ 1 350 ± 20 daN fuq apparat ta’ trazzjoni (ara l-Figura 2 tal-Anness 5) imwaħħal mal-ankraġġi ta’ ċinturin tas-sikurezza bħal dan permezz ta’apparat li jirriproduċi l-ġeometrija taċ-ċinga jew taċ-ċineg ta’ fuq tat-torso.

6.4.5.2.

Fl-istess ħin, għandha tiġi applikata forza ta’ trazzjoni ta’ 1 350 ± 20 daN fuq apparat ta’ trazzjoni (ara l-Figura 3 tal-Anness 5) imwaħħal maż-żewġ ankraġġi ta’ isfel taċ-ċinturin.

6.4.5.3.

Fil-każ ta’ vetturi ta’ kategoriji li mhumiex l-M1 u N1, din it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 675 ± 20 daN, ħlief għall-vetturi tal-kategoriji M3 u N3 fejn it-tagħbija tat-test għandha tkun ta’ 450 ± 20 daN.

6.4.6.

It-test fil-każ tas-sits li jħarsu lura

6.4.6.1.

Il-punti ta’ ankraġġi għandhom jiġu ttestjati skont il-forzi preskritti fil-paragrafi 6.4.1, 6.4.2 jew 6.4.3, kif inhu xieraq. F’kull każ, it-tagħbija tat-test għandha tikkorrispondi għat-tagħbija preskritta għall-vetturi tal-kategoriji M3 jew N3.

6.4.6.2.

It-tagħbija tat-test għandha tkun diretta ’l quddiem b’relazzjoni għall-pożizzjoni bilqiegħda kkonċernata, li tikkorrispondi għall-proċedura preskritta fil-paragrafu 6.3.

6.4.7.

It-test fil-każ tas-sits li jħarsu la ġenba

6.4.7.1.

Il-punti ta’ ankraġġ għandhom jiġu ttestjati f’konformità mal-forzi preskritti fil-paragrafu 6.4.3, għal vetturi M3.

6.4.7.2.

It-tagħbija tat-test għandha tkun diretta ’l quddiem b’relazzjoni mal-vettura, u dan jikkorrispondi għall-proċedura preskritta fil-paragrafu 6.3. Fil-każ li s-sits li jħarsu la ġenba jkunu ragruppati flimkien fuq struttura bażika, il-punti ta’ ankraġġ taċ-ċinturini ta’ sikurezza ta’ kull pożizzjoni bilqiegħda fil-grupp għandhom jiġu ttestjati separatament. Barra minn hekk, l-istruttura bażika għandha tiġi ttestjata kif previst fil-paragrafu 6.4.8.

6.4.7.3.

Apparat ta’ trazzjoni adattat għall-ittestjar tas-sits li jħarsu la ġenba jidher fil-Figura 1b tal-Anness 5.

6.4.8.

Test għall-istruttura bażika tas-sits li jħarsu la ġenba

6.4.8.1.

L-istruttura bażika ta’ sit li jħares la ġenba jew grupp ta’ sits li jħarsu la ġenba għandha tiġi ttestjata f’konformità mal-forzi preskritti fil-paragrafu 6.4.3, għal vetturi M3.

6.4.8.2.

It-tagħbija tat-test għandha tkun diretta ’l quddiem b’relazzjoni mal-vettura, u dan jikkorrispondi għall-proċedura preskritta fil-paragrafu 6.3. Fil-każ li s-sits li jħarsu la ġenba jkunu ragruppati flimkien, l-istruttura bażika, għandha tiġi ttestjata simultanjament għal kull pożizzjoni bilqiegħda fil-grupp.

6.4.8.3.

Il-punt tal-applikazzjoni tal-forzi preskritti fil-paragrafi 6.4.3 u 6.4.4 għandu jkun qrib kemm jista’ jkun għall-punt-H u fuq il-linja definita mill-pjan orizzontali u pjan vertikali trasversali għaddej minn ġewwa l-Punt-H ta’ kull pożizzjoni bilqiegħda.

6.5.

Fil-każ ta’ grupp ta’ sits kif ġie deskritt fil-paragrafu 1 tal-Anness 7, jista’ jitwettaq it-test dinamiku tal-Anness 7, skont kif jagħżel il-manifattur tal-karozza, bħala alternattiva għat-test statiku preskritt fil-paragrafi 6.3 u 6.4.

7.   SPEZZJONI TAL-ANKRAĠĠI TAĊ-ĊINTURINI TAS-SIKUREZZA MATUL U WARA T-TESTIJIET STATIĊI

7.1.

L-ankraġġi kollha għandhom ikunu kapaċi jifilħu t-test preskritt fil-paragrafi 6.3 u 6.4. Id-deformazzjoni permanenti, inkluż ftuq jew ksur parzjali ta’ kwalunkwe ankraġġ jew taż-żona tal-madwar, m’għandhiex tikkostitwixxi falliment jekk il-forza meħtieġa tkun sostnuta għall-ħin speċifikat. Matul it-test, għandhom jiġu rrispettati l-ispazji minimi għall-ankraġġi effettivi ta’ isfel taċ-ċinturin li ġew speċifikati fil-paragrafu 5.4.2.5 u r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.4.3.6 għall-ankraġġi effettivi ta’ fuq taċ-ċinturin.

7.1.1.

Għall-vetturi tal-kategorija M1 b’ massa totali permissibbli li ma taqbiżx it-2,5 tunnellati, waqt it-test l-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin tas-sikurezza, jekk ikun imwaħħal mal-istruttura tas-sit, m’għandux jiġi spostat ’il quddiem minn pjan trażversali li jgħaddi mill-punti R u C tas-sit ikkonċernat (ara l-Figura 1 tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament).

Għall-vetturi li mhumiex dawk li ssemmew aktar ’il fuq, matul it-test l-ankraġġ effettiv ta’ fuq taċ-ċinturin tas-sikurezza m’għandux jiġi spostat ’il quddiem ta’ pjan trażversali inklinat 10° f’direzzjoni ’l quddiem u li jgħaddi mill-punt R tas-sit.

L-ispostament massimu tal-punt tal-ankraġġ effettiv ta’ fuq għandu jitkejjel matul it-test.

Jekk l-ispostament tal-punt tal-ankraġġ effettiv ta’ fuq jaqbeż il-limitu li ssemma aktar ’il fuq, il-manifattur għandu juri, għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku, li m’hemm l-ebda periklu għall-okkupant. Pereżempju, il-proċedura tat-test tista’ titwettaq skont ir-Regolament Nru 94 jew jista’ jitwettaq test fuq slitta b’polz korrispondenti sabiex jintwera li hemm spazju biżżejjed għas-sopravivenza.

7.2.

F’vetturi fejn jintużaw apparati bħal dawn, l-apparati ta’ spostament u ta’ llokkjar li jippermettu li l-okkupanti tas-sits kollha jħallu l-vettura xorta jridu jkunu jistgħu jitħaddmu bl-id wara li tkun tneħħiet il-forza ta’ trazzjoni.

7.3.

Wara l-ittestjar, kwalunkwe ħsara lill-ankraġġi u lill-istrutturi li jappoġġjaw it-tagħbija matul it-testijiet għandha tkun innotata.

7.4.

B’deroga, l-ankraġġi ta’ fuq imwaħħla ma’ sit wieħed jew aktar tal-vetturi tal-kategorija M3 u dawk tal-kategorija M2 b’massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 80, m’hemmx għalfejn jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1 li jikkonċernaw il-konformità mal-paragrafu 5.4.3.6.

8.   MODIFIKI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURA

8.1.

Kull modifika għat-tip ta’ vettura għandha tkun innotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li jkun approva t-tip ta’ vettura. L-Awtorità mbagħad tista’:

8.1.1.

Tqis li l-modifiki li saru x’aktarx ma jkollhomx effettiv negattiv apprezzabbli u li jkun xi jkun il-każ il-vettura xorta tikkonforma mar-rekwiżiti; jew

8.1.2.

Tesiġi rapport ġdid ta’ test mis-servizz tekniku inkarigat li jagħmel it-testijiet.

8.2.

Il-konferma jew ir-rifjut ta’ approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura li ġiet speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta’ aktar ’il fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

8.3.

L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta’ approvazzjoni għandha tassenja numru ta’ serje għal estensjoni bħal din u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

9.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk li ġew stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), bir-rekwiżiti li ġejjin:

9.1.

Kull vettura li jkollha fuqha marka ta’ approvazzjoni kif ġie preskritt skont dan ir-Regolament għandha tikkonforma mat-tip ta’ vettura approvat rigward id-dettalji li jaffettwaw il-karatteristiċi tal-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza.

9.2.

Sabiex tkun ivverifikata l-konformità kif ġie preskritt fil-paragrafu 9.1 ta’ aktar ’il fuq, numru biżżejjed ta’ vetturi prodotti f’serje, li jkollhom fuqhom il-marka ta’ approvazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament, għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli każwali.

9.3.

Bħala regola ġenerali, kif intqal aktar ’il fuq, il-kontrolli għandhom ikunu limitati għat-teħid tad-dimensjonijiet. Madankollu, jekk ikun meħtieġ, il-vetturi għandhom ikunu soġġetti għal uħud mit-testijiet li ġew deskritti fil-paragrafu 6 ta’ aktar ’il fuq, li ntgħażlu mis-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta’ approvazzjoni.

10.   PENALI GHAN-NUQQAS TA’ KONFORMITA TAL-PRODUZZJONI

10.1.

L-approvazzjoni mogħtija rigward tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 9.1 ta’ aktar ’il fuq jew jekk l-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza tagħha ma jirnexxilhomx jgħaddu mill-kontrolli preskritti fil-paragrafu 9 ta’ aktar ’il fuq.

10.2.

Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

11.   STRUZZJONIJIET TAT-TĦADDIM

L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jeħtieġu li l-manifatturi tal-vetturi reġistrati minnhom jiddikjaraw b’mod ċar fl-istruzzjonijiet għat-tħaddim tal-vettura

11.1.

Fejn jinsabu l-ankraġġi; kif ukoll

11.2.

Għal liema tipi ta’ ċinturini huma maħsuba l-ankraġġi (ara l-punt 5 tal-Anness 1).

12.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura tip ta’ ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza li ġie approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim tal-1958, li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

13.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li joħorġu l-approvazzjoni u li jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni, ir-rifjut, l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

14.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

14.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 06, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje ta’ emendi 06.

14.2.

Minn sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 06 ta’ dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet tat-tip KEE biss jekk ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje ta’ emendi 06, jiġu ssodisfati.

14.3.

Minn 7 snin wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 06 ta’ dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-serje ta’ emendi 06 ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, l-approvazzjonijiet eżistenti tal-kategoriji tal-vetturi li mhumiex affettwati mis-serje ta’ emendi 06 ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom.

14.4.

Għal vetturi li mhumiex affettwati mill-paragrafu 7.1.1 ta’ aktar ’il fuq, l-approvazzjonijiet mogħtija skont is-serje ta’ emendi 04 ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi.

14.5.

Għal vetturi li mhumiex affettwati mis-Suppliment 4 tas-serje ta’ emendi 05 ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi l-approvazzjonijiet eżistenti, jekk ingħataw skont is-serje ta’ emendi 05, sas-Suppliment 3 tagħha.

14.6.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 għas-serje ta’ emendi 05, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet KEE skont dan ir-Regolament kif ġie mmodifikat mis-Suppliment 5 tas-serje ta’ emendi 05.

14.7.

Għal vetturi li mhumiex affettwati mis-Suppliment 5 tas-serje ta’ emendi 05 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu validi l-approvazzjonijiet eżistenti, jekk ingħataw skont is-serje ta’ emendi 05, sas-Suppliment 3 tagħha.

14.8.

Mill-20 ta’ Frar 2005 għall-vetturi tal-kategorija M1, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-Suppliment 5 tas-serje ta’ emendi 05, jiġu ssodisfati.

14.9.

Mill-20 ta’ Frar 2007 għall-vetturi tal-kategorija M1, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-Suppliment 5 tas-serje ta’ emendi 05 ta’ dan ir-Regolament.

14.10.

Mis-16 ta’ Lulju 2006 għall-vetturi tal-kategorija N, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjoni biss jekk it-tip ta’ vettura jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-Suppliment 5 tas-serje ta’ emendi 05.

14.11.

Mis-16 ta’ Lulju 2008 għall-vetturi tal-kategorija N, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-Suppliment 5 tas-serje ta’ emendi 05 ta’ dan ir-Regolament.

14.12.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 07, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje ta’ emendi 07.

14.13.

Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 07, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ikunu ssodisfati, kif emendat mis-serje ta’ emendi 07.

14.14.

Minn 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 07, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-serje ta’ emendi 07 ta’ dan ir-Regolament.

14.15.

Minkejja l-paragrafi 14.13 u 14.14, l-approvazzjonijiet tal-kategoriji tal-vetturi għas-serje preċedenti ta’ emendi fir-Regolament li mhumiex affettwati mis-serje ta’ emendi 07 għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom.

14.16.

Sakemm ma jkunx hemm rekwiżiti li jikkonċernaw it-twaħħil obbligatorju tal-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza għas-sits li jingħalqu fir-rekwiżiti nazzjonali tagħhom fiż-żmien tal-adeżjoni ma’ dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jkomplu jippermettu li ma jsirx dan it-twaħħil għall-finijiet tal-approvazzjoni nazzjonali u f’dan il-każ dawn il-kategoriji ta’ xarabankijiet ma tistax tinħarġilhom approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament.

14.17.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 07, l-ebda Parti Kontraenti li qed tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 07.

14.18.

Minn 12-il xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 07, l-ebda Parti Kontraenti li qed tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 07.

14.19.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma jistgħux jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjonijiet, anke jekk is-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 07 ma jkunx ġie ssodisfat.

14.20.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 08, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje ta’ emendi 08.

14.21.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta’ approvazzjonijiet tat-tip għal tipi eżistenti fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet validi fiż-żmien tal-approvazzjoni oriġinali.

14.22.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 08 mhumiex obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip mogħtija skont kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament.

14.23.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 09, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet jew tirrifjuta li tagħti jew li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip tan-NU skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje ta’ emendi 09.

14.24.

Mill-1 ta’ Settembru 2019, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip tan-NU għas-serje preċedenti ta’ emendi, maħruġa għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Settembru 2019.

14.25.

Sal-1 ta’ Settembru 2025, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip tan-NU skont is-serje ta’ emendi preċedenti li nħarġu għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Settembru 2019.

14.26.

Mill-1 ta’ Settembru 2025, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip li nħarġu skont is-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament.

14.27.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta’ hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li jibdew japplikaw dan ir-Regolament wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi l-iktar reċenti mhumiex obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip li jkunu ngħataw f’konformità ma’ xi waħda mis-serje preċedenti ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament u huma obbligati biss li jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip mogħtija skont is-serje ta’ emendi 09.

14.28.

Minkejja l-paragrafu 14.26, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament tan-NU għandhom ikomplu jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip tan-NU maħruġa skont is-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament tan-NU, għal vetturi/sistemi ta’ vetturi li mhumiex affettwati mid-dispożizzjonijiet introdotti bis-serje ta’ emendi 09.

14.29.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu approvazzjonijiet tat-tip tan-NU skont kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament jew estensjonijiet tagħhom.

(1)  Kif definiti fir-riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para.2.

(2)  In-numri ta’ distinzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 qed jerġa’ jingħata fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6–http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

Image 2
Image 3


ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)

Image 4

a = 8 mm min.

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, rigward l-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza, kien approvat fin-Netherlands (E 4), skont ir-Regolament tan-NU Nru 14, bin-Nru 092439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru ta’ approvazzjoni jindikaw li r-Regolament tan-NU Nru 14 kien diġà jinkludi s-serje ta’ emendi 09 meta ngħatat l-approvazzjoni.

MUDELL B

(ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image 5

a = 8 mm min.

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura konċernat kien approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament tan-NU Nri 14 u 24 (1). (Fil-każ tar-Regolament tal-aħħar, il-koeffiċjent ikkoreġut ta’ assorbiment huwa 1,30 m-1). In-numri ta’ approvazzjoni jindikaw li fid-dati meta ngħataw dawn l-approvazzjonijiet, ir-Regolament tan-NU Nru 14 kien jinkludi s-serje ta’ emendi 09 u r-Regolament tan-NU Nru 24 kien fis-serje ta’ emendi 03 tiegħu.


(1)  It-tieni numru qed jingħata sempliċement bħala eżempju.


ANNESS 3

POŻIZZJONAMENT TAL-ANKRAĠĠI TAĊ-ĊINTURINI EFFETTIVI

(It-tpinġija turi eżempju wieħed, fejn l-ankraġġ ta’ fuq huwa mwaħħal mal-panil tal-ġenb tal-qafas tal-vettura)

Image 6

1.

minimu 240 mm għall-pożizzjonijiet bilqiegħda ċentrali fuq wara tal-kategoriji ta’ vetturi M1 u N1

Image 7


ANNESS 4

Proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi motorizzati (1)

Appendiċi 1 – Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali tal-punt “H” (1)

Appendiċi 2–Sistema ta’ referenza Tridimensjonali (1)

Appendiċi 3–Data ta’ referenza dwar il-pożizzjonijiet bilqiegħda (1)


(1)  Il-proċedura hija deskritta fl-Anness 1 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6


ANNESS 5

APPARAT TA’ TRAZZJONI

Image 8

Id-dimensjonijiet kollha huma f’millimetri (mm)

Image 9

Image 10

Image 11

Id-dimensjonijiet kollha huma f’millimetri

Biex titwaħħal iċ-ċinga, l-apparat ta’ trazzjoni taċ-ċinturin ta’ fuq l-ispalla jista’ jkun modifikat billi jiġu miżjuda żewġ itruf u/jew xi boltijiet sabiex ikun evitat li waqt it-test tal-ġbid taqa’ ċ-ċinga.

Image 12

Id-dimensjonijiet kollha huma f’millimetri


ANNESS 6

GĦADD MINIMU TA’ PUNTI TA’ ANKRAĠĠ U L-POŻIZZJONAMENT TAL-ANKRAĠĠI TAN-NAĦA T’ISFEL

Kategorija tal-vettura

Pożizzjonijiet bilqiegħda li jħarsu ’l quddiem

Iħarsu lura

Iħarsu la ġenba

Fuq barra

Ċentru

 

 

 

Quddiem

Oħra

Quddiem

Oħra

 

 

M1

3

3

3

3

2

M2 ≤ 3,5 tunnellati

3

3

3

3

2

M2 > 3,5 tunnellati

3

Image 13

3 jew 2

Image 14

3 jew 2

Image 15

3 jew 2

Image 16

2

M3

3

Image 17

3 jew 2

Image 18

3 jew 2

Image 19

3 jew 2

Image 20

2

2

N1

3

3 jew 2 Ø

3 jew 2 *

2

2

N2 & N3

3

2

3 jew 2 *

2

2

It-tifsira tas-simboli:

2.

:

Żewġ ankraġġi ta’ isfel, li jippermettu l-installazzjoni ta’ ċinturin tas-sikurezza tat-tip B, jew ta’ ċinturini tas-sikurezza tat-tipi Br, Br3, Br4 m jew Br4Nm, fejn meħtieġ mill-Appendiċi 1 tal-Anness 13 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3).

3.

:

Żewġ ankraġġi ta’ isfel u ankraġġ wieħed ta’ fuq li jippermettu l-installazzjoni ta’ ċinturin tas-sikurezza bi tliet ankraġġi tat-tip A, jew ta’ ċinturini tas-sikurezza tat-tipi Ar, Ar4Nm, jew Ar4Nm, fejn ikun meħtieġ mill-Appendiċi 1 tal-Anness 13 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3).

Ø

:

Tirreferi għall-paragrafu 5.3.3 (Ikunu permessi żewġ ankraġġi jekk sit ikun fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ passaġġ)

*

:

Tirreferi għall-paragrafu 5.3.4 (Ikunu permessi żewġ ankraġġi jekk il-windskrin ikun barra miż-żona ta’ referenza)

Image 21

:

Tirreferi għall-paragrafu 5.3.5 (Ikunu permessi żewġ ankraġġi jekk ma jkun hemm xejn fiż-żona ta’ referenza)

Image 22

:

Tirreferi għall-paragrafu 5.3.7 (Id-dispożizzjonijiet speċjali għall-pjan ta’ fuq ta’ vettura)


APPENDIĊI

POST FEJN JINSABU L-ANKRAĠĠI TA’ ISFEL — REKWIŻITI ANGOLARI BISS

Sit

M1

Għajr l-M1

Quddiem*

fuq in-naħa tal-bokkla (α2)

45°–80°

30°–80°

għajr għan-naħa tal-bokkla (α1)

30°–80°

30°–80°

angolu kostanti

50°–70°

50°–70°

bank–in-naħa tal-bokkla (α2)

45°–80°

20°–80°

il-bank–għajr għan-naħa tal-bokkla (α1)

30°–80°

20°–80°

sit aġġustabbli bl-angolu tad-dahar tas-sit < 20°

45°–80° (α2)*

20°–80°(α1)*

20°–80°

Wara ≠

 

30°–80°

20°–80° Ψ

Li jingħalaq

Mhu meħtieġ l-ebda ankraġġ taċ-ċinturin.

Jekk jitwaħħal ankraġġ: ara r-rekwiżiti angolari għal Quddiem u għal Wara.

It-tifsira tas-simboli:

:

fuq barra u fiċ-ċentru.

*

:

jekk l-angolu ma jkunx kostanti ara l-paragrafu 5.4.2.1.

Ψ

:

45°–90° fil-każ tas-sits fil-vetturi tal-kategorija M2 u M3.


ANNESS 7

TEST DINAMIKU BĦALA ALTERNATTIVA GĦAT-TEST STATIKU TAS-SAĦĦA TAL-ANKRAĠĠI TAĊ-ĊINTURINI TA’ SIKUREZZA

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan l-Anness jiddeskrivi test dinamiku fuq slitta li jista’ jitwettaq bħala alternattiva għat-test statiku tas-saħħa tal-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza li ġie preskritt fil-paragrafi 6.3 u 6.4 ta’ dan ir-Regolament.

Din l-alternattiva tista’ tapplika fuq it-talba tal-manifattur tal-karozza fil-każ ta’ grupp ta’ sits fejn il-pożizzjonijiet bilqiegħda kollha jkunu mgħammra b’ċinturini tas-sikurezza bi 3 ankraġġi li magħhom ikunu assoċjati l-funzjonijiet ta’ limitatur tat-tagħbija fuq it-toraċi u meta, barra minn hekk, il-grupp ta’ sits jinkludi pożizzjoni bilqiegħda fejn l-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin tas-sikurezza jkun jinsab fuq l-istruttura tas-sit.

2.   PRESKRIZZJONIJIET

2.1.

Fit-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Anness, m’għandu jkun hemm l-ebda ftuq tal-ebda ankraġġ jew fiż-żona tal-madwar. Madankollu, jiġi permess ftuq ipprogrammat meħtieġ għall-funzjonament tal-limitatur tat-tagħbija.

Għandhom ikunu rrispettati l-ispazji minimi għall-ankraġġi effettivi ta’ isfel li ġew speċifikati fil-paragrafu 5.4.2.5 ta’ dan ir-Regolament, u r-rekwiżiti għall-ankraġġi effettivi ta’ fuq li ġew speċifikati fil-paragrafu 5.4.3.6 ta’ dan ir-Regolament u, fejn ikun applikabbli, kompluti mill-paragrafu 2.1.1 li ġej.

2.1.1.

Għall-vetturi tal-kategorija M1 ta’ massa totali permissibbli li ma taqbiżx it-2,5 tunnellati, l-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin tas-sikurezza, jekk ikun imwaħħal mal-istruttura tas-sit, m’għandux jiġi spostat ’il quddiem minn pjan trażversali li jgħaddi mill-punti R u C tas-sit ikkonċernat (ara l-Figura 1 tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament).

Għal vetturi li mhumiex dawk li ssemmew aktar ’il fuq, l-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin tas-sikurezza m’għandux jiġi spostat ’il quddiem minn pjan trażversali inklinat 10° f’direzzjoni ’l quddiem u li jgħaddi mill-punt R tas-sit.

2.2.

F’vetturi fejn jintużaw apparati bħal dawn, l-apparati ta’ spostament u ta’ llokkjar li jippermettu li l-okkupanti tas-sits kollha jħallu l-vettura wara t-test xorta jridu jkunu jistgħu jitħaddmu bl-id.

2.3.

Il-manwal ta’ sid il-vettura għandu jinkludi indikazzjonijiet li kull ċinturin tas-sikurezza għandu jiġi ssostitwit biss minn ċinturin tas-sikurezza approvat għall-pożizzjonijiet bilqiegħda meqjusa fil-vettura, u b’mod partikolari għandu jidentifika dawk il-pożizzjonijiet bilqiegħda li jistgħu jiġu mgħammra b’ċinturin tas-sikurezza xieraq mgħammar b’limitatur tat-tagħbija.

3.   IL-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST DINAMIKU:

3.1.

Il-kundizzjonijiet ġenerali

Għat-test li ġie deskritt f’dan l-Anness japplikaw il-kundizzjonijiet ġenerali li ġew deskritti fil-paragrafu 6.1 ta’ dan ir-Regolament.

3.2.

L-installazzjoni u l-preparazzjoni

3.2.1.

L-islitta

L-islitta trid tkun mibnija b’tali mod li wara t-test ma tidher l-ebda deformazzjoni apparenti. Trid tkun iggwidata b’tali mod li, waqt il-fażi tal-impatt, id-devjazzjoni ma taqbiżx il-5° fil-pjan vertikali u ż-2° fil-pjan orizzontali.

3.2.2.

L-irbit tal-istruttura tal-vettura

Il-parti tal-istruttura tal-vettura meqjusa bħala essenzjali għar-riġidità tal-vettura rigward l-ankraġġi tas-sit u l-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza għandha tkun marbuta fuq l-islitta, skont id-dispożizzjonijiet li ġew deskritti fil-paragrafu 6.2 ta’ dan ir-Regolament.

3.2.3.

Is-sistemi ta’ trażżin

3.2.3.1.

Is-sistemi ta’ trażżin (is-sits kompluti, l-assemblaġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza u l-limitaturi tat-tagħbija) għandhom ikunu armati fuq l-istruttura tal-vettura skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni f’serje tal-vetturi.

L-ambjent tal-vettura li jħares lejn is-sit ittestjat (id-daxxbord, is-sit, eċċ., jiddependi mis-sit ittestjat) jista’ jkun armat fuq l-islitta tat-test. Jekk kien hemm airbag frontali, irid jiġi diżattivat.

3.2.3.2.

Fuq it-talba tal-manifattur tal-karozza u bi ftehim mas-servizz tekniku inkarigat mit-testijiet, uħud mill-komponenti tas-sistemi ta’ trażżin għajr għas-sits kompluti, għall-assemblaġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza u għal-limitaturi tat-tagħbija, ma jistgħux jiġu armati fuq l-islitta tat-test jew jistgħu jiġu ssostitwiti minn komponenti li jkollhom ebusija ekwivalenti jew iċken u li d-dimensjonijiet tagħhom ikunu inklużi fid-dimensjonijiet tat-tagħmir intern tal-vettura, sakemm il-konfigurazzjoni ttestjata tkun mill-inqas sfavorevoli bħall-konfigurazzjoni ta’ serje rigward il-forzi li japplikaw fuq l-ankraġġi tas-sit u taċ-ċinturin tas-sikurezza.

3.2.3.3.

Is-sits għandhom jiġu aġġustati kif inhu meħtieġ fil-paragrafu 6.1.2 ta’ dan ir-Regolament, fil-pożizzjoni għall-użu magħżula mis-servizz tekniku inkarigat mit-testijiet bħala dik li tagħti l-kundizzjonijiet l-aktar avversi rigward is-saħħa tal-ankraġġi u li tkun kompatibbli mal-installazzjoni tal-manikini fil-vettura.

3.2.4.

Il-manikini

Fuq kull sit għandu jiġi ppożizzjonat manikin li d-dimensjonijiet u l-massa tiegħu ġew iddefiniti fl-Anness 8 u li jkun miżmum miċ-ċinturin tas-sikurezza pprovdut fil-vettura.

Mhi meħtieġa l-ebda strumentazzjoni tal-manikin.

3.3.

It-test

3.3.1.

L-islitta għandha tkun imbuttata b’tali mod li, matul it-test, il-varjazzjoni fil-veloċità tagħha tkun ta’ 50 km/siegħa. Id-deċelerazzjoni tal-islitta għandha tkun fil-kuritur speċifikat fl-Anness 8 tar-Regolament Nru 16.

3.3.2.

Jekk ikun applikabbli, l-attivazzjoni ta’ apparati addizzjonali ta’ trażżin (apparati ta’ tagħbija applikata minn qabel, eċċ., ħlief l-airbags) tiġi kkawżata skont l-indikazzjonijiet tal-manifattur tal-karozza.

3.3.3.

Għandu jiġi kkontrollat li l-ispostament tal-ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza ma jeċċedix il-limiti li ġew speċifikati fil-paragrafi 2.1 u 2.1.1 ta’ dan l-Anness.

ANNESS 8

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-MANIKIN  (1)

Massa

97,5 ± 5 kg

L-għoli meta bilqiegħda wieqaf

965 mm

Il-wisa’ tal-ġenbejn (bilqiegħda)

415 mm

Iċ-ċirkonferenza tal-ġenbejn (bilqiegħda)

1 200 mm

Iċ-ċirkonferenza tal-qadd (bilqiegħda)

1 080 mm

Il-fond tas-sider

265 mm

Iċ-ċirkonferenza tas-sider

1 130 mm

L-għoli tal-ispalla

680 mm

It-tolleranza fuq id-dimensjonijiet kollha tat-tul

± 5 fil-mija

Rimarka: Tpinġija li tispjega d-dimensjonijiet tidher fil-Figura ta’ hawn taħt.

Image 23


(1)  L-apparati li ġew deskritti fir-Regola tad-Disinn Awstraljana (ADR — Australian Design Rule) 4/03 u fl-Istandard Federali tas-Sikurezza tal-Vetturi Motorizzati (FMVSS — Federal Motor Vehicle Safety Standard) Nru 208 jitqiesu bħala ekwivalenti.