17.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/43 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istat NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 134 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur u tal-komponenti tagħhom fir-rigward tal-prestazzjoni relatata mas-sikurezza tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu (HFCV) [2019/795]
Li jinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-Suppliment 3 tal-verżjoni oriġinali tar–Regolament – Data tad-dħul fis-seħħ: id-19 ta' Lulju 2018
WERREJ
REGOLAMENT
1. |
Kamp ta' applikazzjoni |
2. |
Definizzjonijiet |
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
4. |
Approvazzjoni |
5. |
Parti I – Speċifikazzjonijiet tas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat |
6. |
Parti II – Speċifikazzjonijiet ta' komponenti speċifiċi għas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat |
7. |
Parti III – Speċifikazzjonijiet ta' sistema tal-fjuwil tal-vetturi li tinkorpora sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat |
8. |
Il-modifika tat-tip u l-estensjoni tal-approvazzjoni |
9. |
Il-konformità tal-produzzjoni |
10. |
Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni |
11. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
12. |
Ismijiet u indirizzi ta' Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
ANNESSI
1 |
|
Parti 2 |
Mudell I- Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta' approvazzjoni jew il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip ta' sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat fir-rigward tal-prestazzjoni relatata mas-sikurezza tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu tar-Regolament Nru 134
Mudell II – Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew tal-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip ta' komponent speċifiku (TPRD/Valv unidirezzjonali/Valv iżolanti awtomatiku) fir-rigward tal-prestazzjoni relatata mas-sikurezza tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu skont ir-Regolament Nru 134 Mudell III– Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta' approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-prestazzjoni relatata mas-sikurezza tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu skont ir-Regolament Nru 134 |
2 |
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni |
3 |
Il-proċeduri tat-test għas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat |
4 |
Il-proċeduri tat-test għal komponenti speċifiċi għas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat |
Appendiċi 1 - Ħarsa ġenerali lejn it-testijiet tat-TPRD
Appendiċi 2 - Ħarsa ġenerali lejn it-testijiet tal-valv unidirezzjonali u tal-valv iżolanti awtomatiku
5 |
Il-proċeduri tat-testijiet għas-sistema tal-fjuwil tal-vetturi li jinkorporaw is-sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat |
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan ir-Regolament japplika għal (1):
1.1. |
Parti I - Sistemi tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat għal vetturi li jaħdmu bl-idroġenu fuq il-prestazjoni relatata mas-sikurezza tagħhom. |
1.2. |
Parti II - Komponenti speċifiċi għal sistemi tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat għal vetturi li jaħdmu bl-idroġenu fuq il-prestazzjoni relatata mas-sikurezza tagħhom. |
1.3. |
Parti III - Vetturi li jaħdmu bl-idroġenu tal-kategorija M u N (2) u li jinkorporaw sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat fuq il-prestazzjoni relatata mas-sikurezza tagħha. |
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
2.1. |
“Diska tal-fqigħ” tfisser il-parti li topera u li ma tingħalaqx ta' mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni li, meta tiġi installata fil-mekkaniżmu, tkun iddisinjata biex tinfaqa' ma' pressjoni determinata minn qabel biex tippermetti r-rilaxx tal-idroġenu kkompressat. |
2.2. |
“Valv unidirezzjonali” tfisser valv li jippermetti fluss lejn naħa waħda biss li jimpedixxi l-fluss fid-direzzjoni opposta fil-linja tal-fjuwil tal-vettura. |
2.3. |
“Sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat (CHSS)” tfisser sistema ddisinjata biex taħżen fjuwil tal-idroġenu għal vettura li taħdem bl-idroġenu u li hija komposta minn kontenitur taħt pressjoni, mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni (PRDs) u mekkaniżmu/i tal-għeluq li jiżolaw l-idroġenu maħżun mill-bqija tas-sistema tal-fjuwil u l-ambjent tagħha. |
2.4. |
“Kontenitur” (għall-ħżin tal-idroġenu) tfisser il-komponent fi ħdan is-sistema tal-ħżin tal-idroġenu li jaħżen il-volum primarju tal-fjuwil tal-idroġenu. |
2.5. |
“Data tat-tneħħija mis-servizz” tfisser id-data (xahar u sena) speċifikata għat-tneħħija mis-servizz. |
2.6. |
“Data tal-manifattura” (ta' kontenitur tal-idroġenu kkompressat) tfisser id-data (xahar u sena) tat-test tal-prova tal-pressjoni mwettaq matul il-manifattura. |
2.7. |
“Spazjimagħluqa jew semimagħluqa” tfisser il-volumi speċjali fi ħdan il-vettura (jew il-profil tal-vettura minn fetħa għal oħra) li huma esterni għas-sistema tal-idroġenu (sistema tal-ħżin, sistema taċ-ċelluli tal-fjuwil u sistema tal-ġestjoni tal-fluss tal-fjuwil) u l-housings tagħha (jekk ikun hemm) fejn jista' jakkumula l-idroġenu (u b'hekk joħloq periklu), minħabba li dan jista' jseħħ fil-kompartiment tal-passiġġier, fil-kompartiment tal-bagalji u fl-ispazju taħt il-bonit. |
2.8. |
“Punt tal-iskariku tal-egżost” tfisser iċ-ċentru ġeometriku tal-erja fejn il-gass mormi taċ-ċellula tal-fjuwil jiġi rilaxxat mill-vettura. |
2.9. |
“Sistema taċ-ċelluli tal-fjuwil” tfisser sistema li fiha s-saff(i) ta' ċelluli tal-fjuwil, sistema tal-ipproċessar tal-arja, sistema tal-kontroll tal-fluss tal-arja, sistema tal-egżost, sistema ta' ġestjoni termali. |
2.10. |
“Reċipjent għat-teħid tal-fjuwil” tfisser it-tagħmir tal-vettura li miegħu teħel iż-żennuna tal-istazzjon tal-fjuwil u li minnha l-fjuwil jiġi ttrasferit lejn il-vettura. Ir-reċipjent għat-teħid tal-fjuwil jintuża bħala bokka alternattiva għat-teħid tal-fjuwil. |
2.11. |
“Konċentrazzjoni ta' idroġenu” tfisser il-perċentwal ta' moles tal-idroġenu (jew molekuli) fi ħdan it-taħlita tal-idroġenu u l-arja (ekwivalenti għall-volum parzjali tal-gass tal-idroġenu). |
2.12. |
“Vettura li taħdem bl-idroġenu” tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur li tagħmel użu minn idroġenu gassuż ikkompressat bħala fjuwil għat-tħaddim tal-vettura, inkluż vetturi biċ-ċelluli tal-fjuwil u vetturi b'magna tal-kombustjoni interna. Il-fjuwil tal-idroġenu għall-vetturi tal-passiġġieri huwa speċifikat f'ISO 14687-2: 2012 u SAE J2719: (Reviżjoni ta' Settembru 2011). |
2.13. |
“Kompariment tal-bagalji” tfisser l-ispazju fil-vettura għall-bagalji u/jew għall-akkomodazzjoni ta' oġġetti, magħluq bis-saqaf, il-bonit, l-art, il-ġnub, u separat mill-kompartiment tal-passiġġieri mill-paratiji ta' quddiem u ta' wara. |
2.14. |
“Manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu direttament involuti fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema jew tal-komponent li jkunu s-suġġett tal-proċess tal-approvazzjoni. |
2.15. |
“Pressjoni tat-tħaddim massima permissibbli (MAWP)” tfisser l-ogħla pressjoni tal-gejġ li biha s-sistema tal-ħżin jew il-kontenitur tal-pressjoni huma permessi joperaw taħt kundizzjonijiet ta' tħaddim normali. |
2.16. |
“Pressjoni massima tat-teħid tal-fjuwil (MFP)” tfisser il-pressjoni massima applikata lis-sistema kkompressata matul it-teħid tal-fjuwil. Il-pressjoni massima tat-teħid tal-fjuwil hija 125 % tal-Pressjoni Nominali tat-Tħaddim. |
2.17. |
“Pressjoni Nominali tat-Tħaddim (NWP)” tfisser il-pressjoni tal-gejġ li tikkaratterizza l-operazzjoni tipika ta' sistema. Għal kontenituri tal-gass tal-idroġenu kkompressat, in-NWP hija l-pressjoni stabilizzata tal-gass ikkompressat f'sistema tal-ħżin jew kontenitur mimli bil-fjuwil f'temperatura uniformi ta' 15 °C. |
2.18. |
“Mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni (PRD)” tfisser mekkaniżmu li, meta jiġi attivat taħt kundizzjonijiet ta' prestazzjoni speċifikati, jintuża għar-rilaxx ta' idroġenu minn sistema taħt pressjoni u għalhekk jimpedixxi l-falliment tas-sistema. |
2.19. |
“Qsim” jew “fqigħ” it-tnejn ifissru ż-żarmar malajr u b'mod vjolenti, li l-oġġett jinfetaħ f'daqqa jew jisplodi minħabba l-forza tal-pressjoni interna. |
2.20. |
“Valv tas-sikurezza” tfisser mekkaniżmu li jnaqqas il-pressjoni u li jiftaħ f'livell ta' pressjoni stabbilit minn qabel u li jista' jerġa' jingħalaq. |
2.21. |
“Ħajja operattiva” (ta' kontenitur tal-idroġenu kkompressat) tfisser il-perjodu ta' żmien li matulu huwa awtorizzat it-tħaddim (użu). |
2.22. |
“Valv iżolanti” tfisser valv bejn il-kontenitur tal-ħżin u s-sistema tal-fjuwil tal-vettura li jista' jiġi attivat b'mod awtomatiku; li jmur lura għall pożizzjoni “magħluq” meta ma jkunx imqabbad ma' sors tal-enerġija. |
2.23. |
“Falliment uniku” tfisser falliment ikkawżat minn avveniment uniku, inkluż fallimenti konsegwenzjali li jirriżultaw minn dan il-falliment. |
2.24. |
“Mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni attivat bis-sħana (TPRD)” tfisser PRD li ma jerġax jingħalaq u li jiġi attivat skont it-temperatura tal-ftuħ u r-rilaxx tal-gass tal-idroġenu. |
2.25. |
“Tip ta' sistema tal-ħżin tal-idroġenu” tfisser assemblaġġ a' komponenti li ma jvarjawx b'mod sinifikanti f'aspetti essenzjali bħalma huma:
|
2.26. |
“Tip ta' komponenti speċifiċi tas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu” tfisser komponent jew ġabra ta' komponenti li ma jvarjawx b'mod sinifikanti f'aspetti essenzjali bħalma huma:
|
2.27. |
“Tip ta' vettura fir-rigward tas-sikurezza tal-idroġenu tfisser vetturi li ma jvarjawx minn xulxin f'aspetti essenzjali bħalma huma:
|
2.28. |
“Sistema tal-fjuwil tal-vettura” tfisser ġabra ta' komponenti użati għall-ħżin jew il-provvista tal-fjuwil tal-idroġenu għal ċellula tal-fjuwil (FC) jew magna ta' kombustjoni interna (ICE). |
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. Parti I: Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip tas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat.
3.1.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' sistema tal-ħżin tal-idroġenu għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tas-sistemi tal-ħżin tal-idroġenu jew mir-rappreżentant awtorizzat tagħhom.
3.1.2. Mudell tad-dokument tal-informazzjoni jidher fl-Anness 1, Parti 1-I.
3.1.3. Numru suffiċjenti ta' rappreżentanti ta' sistemi tal-ħżin tal-idroġenu tat-tip li għandu jiġi approvat għandhom jiġu sottomessi lis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet ta' approvazzjoni.
3.2. Parti II: Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' komponent speċifiku għal sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat.
3.2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' komponent speċifiku għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-komponent speċifiku jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
3.2.2. Mudell tad-dokument tal-informazzjoni jidher fl-Anness 1, Parti 1-II.
3.2.3. Numru suffiċjenti ta' komponenti speċifiċi ta' rappreżentanti tas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu tat-tip li għandu jiġi approvat għandhom jiġu sottomessi lis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet ta' approvazzjoni.
3.3. Parti III: Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura.
3.3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura għandha tiġi sottmessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
3.3.2. Mudell tad-dokument tal-informazzjoni jidher fl-Anness 1, Parti 1- III.
3.3.3. Numru suffiċjenti ta' rappreżentanti tal-vetturi tat-tip li għandu jiġi approvat għandhom jiġu sottomessi lis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet ta' approvazzjoni.
4. APPROVAZZJONI
4.1. L-għoti ta' approvazzjoni tat-tip.
4.1.1. Approvazzjoni tat-tip ta' sistemi tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat.
Jekk is-sistemi tal-ħżin tal-idroġenu sottomessi għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Parti I hawn taħt, l-approvazzjoni ta' dak it-tip ta' sistema tal-ħżin tal-idroġenu għandha tingħata.
4.1.2. Approvazzjoni tat-tip ta' komponent speċifiku għas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat.
Jekk il-komponent speċifiku messaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti għall-Parti II hawn taħt, l-approvazzjoni ta' dak it-tip ta' komponent għandha tingħata.
4.1.3. Approvazzjoni tat-tip ta' vettura.
Jekk il-vettura sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-Parti III hawn taħt, l-approvazzjoni ta' dik it-tip ta' vettura għandha tingħata.
4.2. Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat: l-ewwel żewġ figuri (00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi l-aktar riċenti u importanti magħmula għar-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura jew komponent.
4.3. Għandha tintbagħat notifika ta' approvazzjoni jew ta' estensjoni, ta' ċaħda jew irtirar ta' approvazzjoni skont dan ir-Regolament lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1, Parti 2 u ritratti u/jew disinji mressqa mill-applikant f'format mhux akbar minn A4 (210 × 297 mm) jew mitwija għal dak il-format, u fuq skala xierqa.
4.4. Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip ta' vettura, sistema tal-ħżin tal-idroġenu jew komponent speċifiku approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal, b'mod li jidher u f'post li huwa faċilment aċċessibbli li jiġi speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka ta' approvazzjoni internazzjonali li tikkonforma mal-mudelli deskritti fl-Anness 2, u li tikkonsisti minn:
4.4.1. |
ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (3); |
4.4.2. |
in-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
4.5. Jekk il-vettura tkun konformi ma' tip ta' vettura approvat, taħt Regolament ieħor jew Regolamenti oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 4.4.1 ma għandux għalfejn jittenna; f'dan il-każ, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għandhom jitqiegħdu f'kolonni wieqfa fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu li hemm preskritt fil-paragrafu 4.4.1 hawn fuq.
4.6. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.
4.6.1. Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta' jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura.
4.6.2. Fil-każ ta' sistema tal-ħżin tal-idroġenu, il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed fuq il-kontenitur.
4.6.3. Fil-każ ta' komponent speċifiku, il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed fuq il-komponent speċifiku.
5. PARTI I – SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAS-SISTEMA TAL-ĦŻIN TAL-IDROĠENU KKOMPRESSAT
Din il-parti tispeċifika r-rekwiżiti għas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat. Is-sistema tal-ħżin tal-idroġenu tikkonsisti mill-kontenitur tal-ħżin ta' pressjoni għolja u l-mekkaniżmi ta' għeluq primarju għall-bokki fil-kontenitur tal-ħżin ta' pressjoni għolja. Figura 1 turi sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat tipika li tikkonsisti minn kontenitur taħt pressjoni, tliet mekkaniżmi tal-għeluq u l-fittings tagħhom. Il-mekkaniżmi tal-għeluq għandhom jinkludu l-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jiġu kkombinati:
(a) |
TPRD; |
(b) |
Valv unidirezzjonali li jimpedixxi lill-fluss fid-direzzjoni opposta mil-linja tal-mili; u |
(c) |
Valv iżolanti awtomatiku li jista' jingħalaq biex jimpedixxi li l-fluss mill-kontenitur għaċ-ċellula tal-fjuwil jew il-magna ta' kombustjoni interna. Kwalunkwe valv iżolanti, u TPRD li jifforma l-għeluq primarju tal-fluss mill-kontenitur tal-ħżin għandhom jiġu mmuntati direttament fuq il-kontenitur jew ġo fih. Għall-anqas komponent wieħed b'funzjoni ta' valv unidirezzjonali għandu jiġi mmuntat direttament fuq kull kontenitur jew ġo fih. |
Figura 1
Sistema tipika tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat
Reċipjent tal-ħżin
Valv iżolanti
Valv unidirezzjonali
vent
TPRD
Kull sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat prodotta għas-servizz ta' vetturi fit-triq għandu jkollha NWP ta' 70 MPa jew anqas u ħajja operattiva ta' 15-il sena jew anqas, u tkun kapaċi tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.
Is-sistema tal-ħżin tal-idroġenu għandha tissodisfa r-rekwiżiti tat-test tal-prestazzjoni speċifikati f'dan il-paragrafu. Ir-rekwiżiti ta' kwalifika għas-servizz fit-triq huma:
5.1. |
Testijiet ta' verifika għall-metriċi tal-linja bażi |
5.2. |
Test ta' verifika għall-prestazzjoni tad-durabilità (testijiet sekwenzjali idrawliċi) |
5.3. |
Test ta' verifika għall-prestazzjoni tas-sistema mistennija fit-triq (testijiet sekwenzjali pnewmatiċi) |
5.4. |
Test ta' verifika għall-prestazzjoni tas-sistema tat-terminazzjoni tas-servizz f'Nar |
5.5. |
Test ta' verifika għall-prestazzjoni tad-durabilità tal-għeluq primarji. |
L-elementi tat-test fi ħdan dawn ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni huma miġbura fil-qosor fit-Tabella ta' ħawn taħt. Il-proċeduri tat-test korrispondenti huma speċifikati fl-Anness 3.
Ħarsa ġenerali lejn ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni
5.1. |
Testijiet ta' verifika għall-metriċi tal-linja bażi |
5.1.1. |
Pressjoni tal-fqigħ inizjali tal-linja bażi |
5.1.2. |
Ħajja taċ-ċiklu tal-pressjoni inizjali tal-linja bażi |
5.2. |
Test ta' verifika għad-durabilità tal-prestazzjoni (testijiet idrawliċi sekwenzjali) |
5.2.1. |
Test tal-prova tal-pressjoni |
5.2.2. |
Test tat-twaqqigħ (impatt) |
5.2.3. |
Ħsara lis-superfiċje |
5.2.4. |
Testijiet tal-ċiklaġġ tal-pressjoni tat-temperatura ambjentali u tal-esponiment għal sustanzi kimiċi |
5.2.5. |
Test tal-pressjoni statika ta' temperatura għolja |
5.2.6. |
Ċiklaġġ tal-pressjoni ta' temperatura estrema |
5.2.7. |
Test tal-prova tal-pressjoni residwa |
5.2.8. |
Test tas-saħħa residwa tal-fqigħ |
5.3. |
Test ta' verifika għall-prestazzjoni mistennija fit-triq (testijiet pnewmatiċi sekwenzjali) |
5.3.1. |
Test tal-prova tal-pressjoni |
5.3.2. |
Test taċ-ċiklaġġ tal-pressjoni tal-gass ta' temperatura ambjentali u estrema (pnewmatiku) |
5.3.3. |
Test tal-permeazzjoni/tnixxja tal-pressjoni tal-gass statika ta' temperatura estrema |
5.3.4. |
Test tal-prova tal-pressjoni residwa |
5.3.5. |
Test tas-saħħa residwa tal-fqigħ (idrawlika) |
5.4. |
Test ta' verifika għall-prestazzjoni tat-terminazzjoni tal-operazzjoni f'nar |
5.5. |
Rekwiżiti għal mekkaniżmi ta' għeluq primarju |
5.1. Testijiet ta' verifika għall-metriċi tal-linja bażi
5.1.1. Pressjoni tal-fqigħ inizjali tal-linja bażi
Tliet (3) kontenituri għandhom ikunu taħt pressjoni idrawlika sakemm jinfaqgħu (proċedura tat-test tal-Anness 3, il-paragrafu 2.1). Il-manifattur għandu jipprovdi dokumentazzjoni (kejl u analiżijiet statistiċi) li tistabbilixxi l-pressjoni tal-fqigħ tal-punt nofsani ta' kontenituri ġodda tal-ħżin, BPO.
Il-kontenituri kollha ttestjati għandu jkollhom pressjoni tal-fqigħ ta' ±10 % ta' BPO u aktar minn jew daqs BPmin minimu ta' 225 % NWP.
Barra minn hekk, kontenituri b'kompożitu tal-fibra tal-ħġieġ bħala kostitwent primarju għandu jkollhom pressjoni tal-fqigħ minima akbar minn 350 % NWP.
5.1.2. Ħajja taċ-ċiklu tal-pressjoni inizjali tal-linja bażi
Tliet (3) kontenituri għandhom jgħaddu minn ċiklaġġ idrawliku f'temperatura ambjentali ta' bejn 20 (±5) °C u 125 % NWP (+ 2/– 0 MPa) mingħajr qsim għal 22 000 ċiklu sakemm isseħħ tnixxja (proċedura tat-test tal-Anness 3, il-paragrafu 2.2). Ma għandux ikun hemm tnixxija waqt 11 000 ċiklu għal ħajja operattiva ta' 15-il sena.
5.2. It-testijiet ta' verifika għall-prestazzjoni tad-durabilità (testijiet sekwenzjali idrawliċi)
Jekk it-tliet kejliet tal-ħajja taċ-ċiklu tal-pressjoni fil-paragrafu 5.1.2 ikunu akbar mill-11 000 ċiklu, jew jekk bejn kejl u ieħor ikun hemm ± 25 %, fil-paragrafu 5.2 jiġi ttestjat kontenitur wieħed (1) biss. Inkella fil-paragrafu 5.2 jiġu ttestjati tliet (3) kontenituri.
Kontenitur tal-ħżin tal-idroġenu ma għandux inixxi matul is-sekwenza ta' testijiet li ġejja, li jiġu applikati wieħed wara l-ieħor għal sistema waħda u li jidhru fil-Figura 2. Id-dettalji tal-proċeduri tat-test applikabbli għas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu huma pprovduti fl-Anness 3, il-paragrafu 3.
Figura 2
Test ta' verifika għall-prestazzjoni tad-durabilità (idrawlika)
48 siegħa
20 % #Ċikli
+ 85 °C, 95 RH
20 % #Ċikli
– 40 °C
1 000 hr
+85 °C
10 ċikli
15 °C – 25 °C
60 % #Ċikli
15 °C – 25 °C
Ħsara
Twaqqigħ
Pressjoni tal-prova
Chemicals
Espożizzjoni kimika
Qawwa Residwa
ħin
80 % NWP
125 % NWP
150 % NWP
180 % NWP (4 min)
fqigħ
< 20 %
Pressjoni
BPO
5.2.1. Test tal-prova tal-pressjoni
Kontenitur tal-ħżin jitqiegħed taħt pressjoni għal 150 % NWP (+ 2/– 0 MPa) u jinżamm għal tal-anqas 30 sekonda (proċedura tat-test tal-Anness 3, il-paragrafu 3.1).
5.2.2. Test tat-twaqqigħ (impatt)
Il-kontenitur tal-ħżin jitwaqqa' fuq diversi angoli ta' impatt (proċedura tat-test tal-Anness 3, il-paragrafu 3.2).
5.2.3. Test tal-ħsara lis-superfiċje
Il-kontenitur tal-ħżin jiġi suġġett għal ħsara lis-superfiċje (proċedura tat-test tal-Anness 3, il-paragrafu 3.3).
5.2.4. Test tal-esponiment għal sustanzi kimiċi u taċ-ċiklaġġ tal-pressjoni f'temperatura ambjentali
Il-kontenitur tal-ħżin jiġi espost għal sustanzi kimiċi li jinsabu fl-ambjent tat-triq u jgħaddi minn ċiklaġġ tal-pressjoni għal 125 % NWP (+ 2/– 0 MPa) b'20 (±5) °C għal 60 % numru ta' ċikli tal-pressjoni (proċedura tat-test tal-Anness 3, il-paragrafu 3.4). L-esponiment għas-sustanzi kimiċi jitwaqqaf qabel l-aħħar 10 ċikli, li jitwettqu b'150 % NWP (+ 2/– 0 MPa).
5.2.5. Test ta' pressjoni statika f'temperatura għolja.
Il-kontenitur tal-ħżin jitqiegħed taħt pressjoni għal 125 % NWP (+ 2/– 0 MPa) f' ≥ 85 °C u jinżamm għal tal-anqas 1 000 siegħa (proċedura tat-test tal-Anness 3, il-paragrafu 3.5).
5.2.6. Ċiklaġġ tal-pressjoni f' temperatura estrema.
Il-kontenitur tal-ħżin jitqiegħed taħt ċiklaġġ tal-pressjoni f'≤ – 40 °C għal 80 % NWP (+ 2/– 0 MPa) għal 20 % tan-numru ta' ċikli f b'≥ + 85 °C u 95 (±2) % ta' umdità relattiva għal 125 % NWP (+ 2/– 0 MPa) għal 20 % tan-numru ta' ċikli (proċedura tat-test tal-Anness 3, il-paragrafu 2.2).
5.2.7. Test tal-pressjoni residwa idrawlika. Il-kontenitur tal-ħżin jitqiegħed taħt pressjoni għal 180 % NWP (+ 2/– 0 MPa) u jinżamm għal tal-anqas 4 minuti mingħajr fqigħ (proċedura tat-test tal-Anness 3, il-paragrafu 3.1).
5.2.8. Test tas-saħħa residwa tal-fqigħ
Il-kontenitur tal-ħżin jgħaddi minn test tal-fqigħ idrawliku sabiex jiġi vverifikat li l-pressjoni tal-fqigħ tkun tal-anqas 80 % tal-pressjoni tal-fqigħ inizjali tal-linja bażi (BPO) iddeterminata fil-paragrafu 5.1.1 (proċedura tat-test tal-Anness 3, il-paragrafu 2.1).
5.3. Test ta' verifika għall-prestazzjoni mistennija fit-triq (Testijiet sekwenzjali pnewmatiċi)
Sistema tal-ħżin tal-idroġenu ma għandhiex tnixxi matul is-sekwenza ta' testijiet li ġejja, li jidhru fil-Figura 3. Id-dettalji tal-proċeduri tat-test applikabbli għas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu huma pprovduti fl-Anness 3.
Figura 3
Test ta' verifika għal prestazzjoni mistennija fit-triq (pnewmatika/idrawlika)
Tnixxija / Permeazzjoni ≥ 30 siegħa
Tnixxija / Permeazzjoni ≥ 30 siegħa
Pressjoni tal- Prova
(a) Ċikli ta’ teħid ta’ fjuwil/tbattil ta’ fjuwil @-40 °C b’ekwilibrazzjoni ta’ sistema inizjali @ -40 °C, 5 ċikli b’ +20 °C fjuwil; 5 ċikli b’<-35 °C fjuwil
(b) Ċikli ta’ teħid ta’ fjuwil/tbattil ta’ fjuwil @+50 °C b’ekwilibrazzjoni ta’ sistema inizjali @+50 °C, 5 ċikli b’<-35 °C fjuwil
(c) Ċikli ta’ teħid ta’ fjuwil/tbattil ta’ fjuwil @15-25 °C b’rata ta’ tbattil ta’ fjuwil tas-service (manutenzjoni), 50 ċiklu
5 % ċik + 50 °C
5 % ċik – 40 °C
40 % ċik 15-25 °C
5 % ċik – 40 °C (a)
5 % ċik + 50 °C (b)
40 % ċik 15-25 °C (c)
150 % NWP
ħin
80 % NWP
115 % NWP
125 % NWP
180 % NWP (4 min)
Fqigħ
Pressjoni
BPO
< 20 %
5.3.1. Test tal-prova tal-pressjoni
Kontenitur tal-ħżin jitqiegħed taħt pressjoni għal 150 % NWP (+ 2/– 0 MPa) u jinżamm għal tal-anqas 30 sekonda (proċedura tat-test tal-Anness 3, il-paragrafu 3.1). Kontenitur tal-ħżin jkun għadda minn test tal-prova tal-pressjoni jista' jiġi eżentat minn dan it-test.
5.3.2. Test taċ-ċiklaġġ tal-pressjoni tal-gass ta' temperatura ambjentali u estrema
Is-sistema tgħaddi minn ċiklaġġ tal-pressjoni bl-użu ta' gass tal-idroġenu għal 500 ċiklu (proċedura tat-test tal-Anness 3, il-paragrafu 4.1).
(a) |
Iċ-ċikli ta' pressjoni jinqasmu f'żewġ gruppi: Nofs iċ-ċikli (250) jitwettqu qabel l-esponiment għall-pressjoni statika (il-paragrafu 5.3.3) u n-nofs taċ-ċikli li jifdal (250) jitwettqu wara l-esponiment inizjali għall-pressjoni statika (il-paragrafu 5.3.3) kif jidher fil-Figura 3; |
(b) |
L-ewwel grupp ta' ċiklaġġ tal-pressjoni, jitwettqu 25 ċiklu bi 80 % NWP (+ 2/– 0 MPa) f' ≤ – 40 °C, u mbagħad 25 ċiklu b' 125 % NWP (+ 2/– 0 MPa) f'≥ +50 °C u 95 (±2) % ta' umdità relattiva, u l-200 ċiklu li jifdal b'125 % NWP (+ 2/– 0 MPa) f'20 (± 5) °C; It-tieni grupp ta' ċiklaġġ tal-pressjoni, isiru 25 ċiklu b'125 % NWP (+ 2/– 0 MPa) f' ≥ +50 °C u 95 (±2) % ta' umdità relattiva, u mbagħad 25 ċiklu b'80 % NWP (+ 2/– 0 MPa) f' ≤ – 40 °C, u l-200 ċiklu li jifdal b'125 % NWP (+ 2/– 0 MPa) f'20 (± 5) °C. |
(c) |
It-temperatura tal-fjuwil tal-gass tal-idroġenu hija ≤ – 40 °C; |
(d) |
Matul l-ewwel grupp ta' 250 ċikli tal-pressjoni, jitwettqu ħames ċikli bi fjuwil ta' temperatura ta' +20 (±5) °C wara l-ekwilibrazzjoni tat-temperatura tas-sistema f' ≤ – 40 °C; jitwettqu ħames ċikli bi fjuwil b'temperatura ta' ≤ – 40 °C; u jitwettqu ħames ċikli bi fjuwil b'temperatura ta' ≤ – 40 °C wara l-ekwilibrazzjoni tat-temperatura tas-sistema f' ≥ +50 °C u 95 % ta' umdità relattiva; |
(e) |
Jitwettqu ħamsin ċiklu ta' pressjoni bl-użu ta' rata ta' tneħħija tal-fjuwil akbar jew daqs ir-rata tat-tneħħija tal-fjuwil tal-manutenzjoni. |
5.3.3. Test tal-permeazzjoni/tnixxija tal-pressjoni statika f' temperatura estrema.
(a) |
It-test jitwettaq wara kull grupp ta' 250 ċiklu ta' pressjoni pnewmatika fil-paragrafu 5.3.2; |
(b) |
Ir-rilaxx massimu permissibbli tal-idroġenu mis-sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat hija 46 ml/hr/l ta' kapaċità tal-ilma tas-sistema tal-ħżin (proċedura tat-test tal-Anness 3, il-paragrafu 4.2); |
(c) |
Jekk ir-rata ta' permeazzjoni mkejla tkun akbar minn 0,005 mg/sec (3,6 Nml/min), jitwettaq test ta' tnixxija lokalizzata sabiex jiġi żgurat li l-ebda punt tat-tnixxija esterna lokalizzata ma jkun akbar minn 0,005 mg/sec (3,6 Nml/min) (Anness 3, paragrafu 4.3 proċedura tat-test). |
5.3.4. Test tal-prova tal-pressjoni residwa (idrawlika)
Il-kontenitur tal-ħżin jitqiegħed taħt pressjoni għal 180 % NWP (+ 2/– 0 MPa) u jinżamm għal tal-anqas 4 minuti mingħajr fqigħ (proċedura tat-test tal-Anness 3, il-paragrafu 3.1).
5.3.5. Test tas-saħħa residwa tal-fqigħ (idrawlika)
Il-kontenitur tal-ħżin jgħaddi minn fqigħ idrawliku sabiex jiġi vverifikat li l-pressjoni tal-fqigħ tkun tal-anqas 80 % tal-pressjoni tal-fqigħ inizjali tal-linja bażi (BPO) ddeterminata fil-paragrafu 5.1.1 (proċedura tat-test tal-Anness 3, il-paragrafu 2.1).
5.4. Test ta' verifika għall-prestazzjoni tat-terminazzjoni tal-operazzjoni f'nar
Din it-taqsima tiddeskrivi t-test tan-nirien b'idroġenu kkompressat bħala l-gass tat-test. L-arja kkompressata tista' tintuża bħala gass tat-test alternattiv.
Sistema tal-ħżin tal-idroġenu titqiegħed taħt pressjoni san-NWP u tiġi esposta għan-nirien (proċedura tat-test tal-Anness 3, il-paragrafu 5.1). Mekkaniżmu tat-tneħħija tal-pressjoni attivat bit-temperatura għandu jirrilaxxa l-gassijiet miżmuma b'mod ikkontrollat mingħajr qsim.
5.5. Rekwiżiti għal mekkaniżmi ta' għeluq primarju
Il-mekkaniżmi tal-għeluq primarju li jiżolaw is-sistema tal-ħżin tal-idroġenu ta' pressjoni għolja, jiġifieri t-TPRD, il-valv unidirezzjonali u l-valv iżolanti, kif deskritt fil-Figura 1, għandhom jiġu ttestjati u approvati skont it-tip f'konformità mal-Parti II ta' dan ir-Regolament u prodotti f'konformita mat-tip approvat.
L-ittestjar mill-ġdid tas-sistema tal-ħżin mhux meħtieġ jekk jiġu pprovduti mekkaniżmi ta' għeluq alternattiv li jkollhom funzjoni komparabbli, fittings, materjali saħħa u qisien, u jissodisfaw il-kundizzjoni hawn fuq. Madanakollu, bidla fil-ħardwer tat-TPRD, il-pożizzjoni tal-installazzjoni tiegħu jew il-linji tal-ivventjar ikunu jeħtieġu test tan-nirien ġdid f'konformità mal-paragrafu 5.4.
5.6. Tikkettar
Għandha titwaħħal tikketta fuq kull kontenitur b'mod permanenti b'tal-anqas l-informazzjoni li ġejja: isem il-manifattur, in-numru tas-serje, id-data tal-manifattura, l-MFP, in-NWP, it-tip ta' fjuwil (e.ż. “CHG” għall-idroġenu gassuż), u d-data ta' tneħħija mis-servizz. Kull kontenitur għandu jkun immarkat ukoll bin-numru ta' ċikli użati fil-programm tal-ittestjar skont il-paragrafu 5.1.2. Kwalunkwe tikketta mwaħħla mal-kontenitur f'konformità ma' dan il-paragrafu għandha tibqa' f'postha u tkun leġibbli għad-durata tal-ħajja operattiva rakkomandata għall-kontenitur mill-manifattur.
Id-data tat-tneħħija mis-servizz ma għandhiex tkun aktar minn 15-il sena wara d-data tal-manifattura.
6. PARTI II – SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA' KOMPONENTI SPEĊIFIĊI GĦAS-SISTEMA TAL-ĦŻIN TAL-IDROĠENU KKOMPRESSAT
6.1. Rekwiżiti tat-TPRD
It-TPRDs għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni li ġejjin:
(a) |
Test taċ-ċiklaġġ tal-pressjoni (l-Anness 4, il-paragrafu 1.1); |
(b) |
Test tal-ħajja aċċellerata (l-Anness 4, il-paragrafu 1.2); |
(c) |
Test taċ-ċiklaġġ tat-temperatura (l-Anness 4, il-paragrafu 1.3); |
(d) |
Test tar-reżistenza għall-korrużjoni mill-melħ (l-Anness 4, il-paragrafu 1.4); |
(e) |
Test tal-ambjent tal-vettura (l-Anness 4, il-paragrafu 1.5); |
(f) |
Test tal-qsim mill-korrużjoni tal-istress (l-Anness 4, il-paragrafu 1.6); |
(g) |
Test tat-twaqqigħ u tal-vibrazzjoni (l-Anness 4, il-paragrafu 1.7); |
(h) |
Test tat-tnixxija (l-Anness 4, il-paragrafu 1.8); |
(i) |
Test tal-attivazzjoni tal-wiċċ tal-bank (l-Anness 4, il-paragrafu 1.9); |
(j) |
Test tar-rata tal-fluss (l-Anness 4, il-paragrafu 1.10). |
6.2. Rekwiżiti tal-valv unidirezzjonali u tal-valv iżolanti awtomatiku
Il-valvi unidirezzjonali u l-valvi iżolanti awtomatiċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni li ġejjin:
(a) |
Test tas-saħħa idrostatika (l-Anness 4, il-paragrafu 2.1); |
(b) |
Test tat-tnixxija (l-Anness 4, il-paragrafu 2.2); |
(c) |
Test taċ-ċiklaġġ tal-pressjoni f'temperatura estrema (l-Anness 4, il-paragrafu 2.3); |
(d) |
Test tar-reżistenza għall-korrużjoni mill-melħ(l-Anness 4, il-paragrafu 2.4); |
(e) |
Test tal-ambjent tal-vettura (l-Anness 4, il-paragrafu 2.5); |
(f) |
Test tal-esponiment atmosferiku (l-Anness 4, il-paragrafu 2.6); |
(g) |
Testijiet elettriċi (l-Anness 4, il-paragrafu 2.7); |
(h) |
Test tal-vibrazzjoni (l-Anness 4, il-paragrafu 2.8); |
(i) |
Test tal-qsim mill-korrużjoni tal-istress (l-Anness 4, il-paragrafu 2.9); |
(j) |
Test tal-esponiment għall-idroġenu mkessaħ minn qabel (l-Anness 4, il-paragrafu 2.10). |
6.3. Tal-anqas l-informazzjoni li ġejja: MFP u tip ta' fjuwil (e.ż. “CHG” għal idroġenu gassuż), għandha tiġi mmarkata fuq kull komponent li jkollu l-funzjoni(jiet) tal-mekkaniżmi ta' għeluq primarju b'mod li tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.
7. PARTI III – SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA' SISTEMA TAL-FJUWIL TAL-VETTURI LI TINKORPORA SISTEMA TAL-ĦŻIN TAL-IDROĠENU KKOMPRESSAT
Din il-parti tispeċifika r-rekwiżiti għas-sistema tal-fjuwil tal-vettura, li tinkludi s-sistema tal-ħżin tal-idroġenu, il-pajpijiet, il-ġonot, u l-komponenti li fihom huwa preżenti l-idroġenu. Is-sistema tal-ħżin tal-idroġenu inkluża fis-sistema tal-fjuwil tal-vettura għandha tiġi ttestjata approvata għat-tip f'konformità ma' Parti I ta' dan ir-Regolament u prodotta f'konformità mat-tip approvat.
7.1. Rekwiżiti tas-sistema tal-fjuwil waqt l-użu
7.1.1. Reċipjent għat-teħid tal-fjuwil
7.1.1.1. Reċipjent għat-teħid tal-fjuwil tal-idroġenu kkompressat għandu jimpedixxi l-fluss fid-direzzjoni opposta lejn l-atmosfera. Il-proċedura tat-test issir permezz ta' spezzjoni viżwali.
7.1.1.2. Tikketta tar-reċipjent għat-teħid tal-fjuwil: Għandha titwaħħal tikketta qrib ir-reċipjent għat-teħid tal-fjuwil; pereżempju ġewwa bokkaport għat-teħid tal-fjuwil, li tur l-informazzjoni li ġejja: tip ta' fjuwil (e.ż. “CHG” għal idroġenu gassuż), MFP, NWP, data tat-tneħħija mis-servizz tal-kontenituri.
7.1.1.3. Ir-reċipjent għat-teħid tal-fjuwil għandu jiġi mmuntat fuq il-vettura sabiex jiġi żgurat l-illokkjar pożittiv taż-żennuna għat-teħid tal-fjuwil. Ir-reċipjent għandu jiġi protett minn tbagħbis u d-dħul ta' trab u ilma (e.ż. installat f'kompartiment li jista' jiġi llokkjat). Il-proċedura tat-test issir permezz ta' spezzjoni viżwali.
7.1.1.4. Ir-reċipjent għat-teħid tal-fjuwil ma għandux jiġi mmuntat fl-elementi esterni tal-assorbiment tal-enerġija tal-vettura (e.ż. il-bumper) u ma għandhomx jiġu installati fil-kompartiment tal-passiġġieri, fil-kompartiment tal-bagalji u f'postijiet oħra fejn jista' jakkumula gass tal-idroġenu u fejn ma jkunx hemm biżżejjed ventilazzjoni. Il-proċedura tat-test issir permezz ta' spezzjoni viżwali.
7.1.2. Il-protezzjoni għas-sistema ta' pressjoni baxxa mill-pressjoni żejda (proċedura tat-test tal-Anness 5, il-paragrafu 6)
Is-sistema tal-idroġenu downstream minn regolatur tal-pressjoni għandha tiġi protetta minn pressjoni żejda minħabba l-falliment possibbli tar-regolatur tal-pressjoni. Il-pressjoni stabbilita tal-mekkaniżmu għall-protezzjoni kontra l-pressjoni żejda għandha tkun anqas minn jew daqs il-pressjoni tat-tħaddim massima permissibbli għas-sezzjoni xierqa tas-sistema tal-idroġenu.
7.1.3. Sistemi tar-rilaxx tal-idroġenu
7.1.3.1. Sistemi għat-tnaqqis tal-pressjoni (proċedura tat-test tal-Anness 5, il-paragrafu 6)
(a) |
TPRDs tas-sistema tal-ħżin. L-iżbokk tal-linja tal-vent, jekk ikun hemm, għar-rilaxx tal-gass tal-idroġenu minn TPRD(s) tas-sistema tal-ħżin għandu jiġi protett b'tapp; |
(b) |
TPRDs tas-sistema tal-ħżin. Ir-rilaxx tal-gass tal-idroġenu mit-TPRD(s) tas-sistema tal-ħżin ma għandhiex tiġi ggwidata:
|
(c) |
Mekkaniżmi oħra għat-tnaqqis tal-pressjoni (bħal diska tal-fqigħ) jistgħu jintużaw barra mis-sistemi tal-ħżin tal-idroġenu. Ir-rilaxx tal-gass tal-idroġenu minn mekkaniżmi oħra għat-tnaqqis tal-pressjoni ma għandhiex tiġi ggwidata:
|
7.1.3.2. Sistema tal-egżost tal-vettura (proċedura tat-test tal-Anness 5, il-paragrafu 4)
Fil-punt tar-rilaxx tas-sistema tal-egżost tal-vettura, il-livell ta' konċentrazzjoni ta' idroġenu ma għandux:
(a) |
Jaqbeż il-medja ta' 4 % skont il-volum matul kwalunkwe intervall ta' moviment ta' tliet sekondi matul l-operazzjoni normali inkluż l-istartjar u tifi; |
(b) |
Jaqbeż it-8 % fi kwalunkwe ħin (proċedura tat-test tal-Anness 5, il-paragrafu 4). |
7.1.4. Protezzjoni kontra kundizzjonijiet fjammabbli: kundizzjonijiet ta' falliment uniċi
7.1.4.1. It-tnixxija u/jew il-permeazzjoni tal-idroġenu mis-sistema tal-ħżin tal-idroġenu ma għandhiex tidħol direttament fil-kompartimenti tal-bagalji jew tal-passiġġieri, jew fi spazji magħluqa jew semimagħluqa ġo l-vettura li jkun fiha sorsi ta' ignixi mhux protetti.
7.1.4.2. Kwalunkwe falliment uniku downstream tal-valv iżolanti ewlieni tal-idroġenu ma għandux iwassal għall akkumulazzjoni fil-livelli tal-konċentrazzjoni tal-idroġenu fil-kompartiment tal-passiġġieri f'konformità mal-proċedura tat-test fl-Anness 5, il-paragrafu 3.2.
7.1.4.3. Jekk matul l-operazzjoni falliment wieħed jirriżulta f'konċentrazzjoni tal-idroġenu li taqbeż it-3,0 % skont il-volum tal-arja fl-ispazji magħluqa jew semimagħluqa tal-vettura, tiġi pprovduta twissija (il-paragrafu 7.1.6). Jekk il-konċentrazzjoni ta' idroġenu taqbeż l-4,0 % skont il-volum tal-arja fl-ispazji magħluqa jew semimagħluqa tal-vettura il-valv iżolanti ewlieni għandu jingħalaq biex jiżola s-sistema tal-ħżin (proċedura tat-test tal-Anness 5, il-paragrafu 3).
7.1.5. tnixxija tas-sistema tal-fjuwil
Il-linja tat-teħid tal-fjuwil tal-idroġenu (e.ż. piping, ġonta, eċċ) downstream mill-valv(i) iżolanti ewlieni/ewlenin għas-sistema taċ-ċelluli tal-fjuwil jew il-magna ma għandhiex tnixxi. Għandha tiġi verifikata l-konformità fin-NWP (proċedura tat-test tal-Anness 5, il-paragrafu 5).
7.1.6. Sinjal ta' twissija viżiv lis-sewwieq
It-twissija għandha tingħata permezz ta' sinjal viżiv jew test fuq skrin bil-karatteristiċi li ġejjin:
(a) |
Viżibbli għas-sewwieq filwaqt li jkun fil-pożizzjoni ta' bilqiegħda deżinjata tas-sewwieq biċ-ċinturin ta' sikurezza tas-sewwieq marbut; |
(b) |
Ta' lewn isfar jekk is-sistema ta' detezzjoni ma taħdimx tajjeb (e.ż skonnessjoni taċ-ċirkwit, xort fiċ-ċirkwit, ħsara fis-senser). Għandu jkun aħmar f'konformità mal-paragrafu tat-Taqsima 7.1.4.3; |
(c) |
Meta jinxtegħel, għandu jkun viżibbli għas-sewwieq kemm f'kundizzjonijiet ta' sewqan matul il-jum kif ukoll dawk ta' matul il-lejl; |
(d) |
Jibqa' mixgħul f'każ ta' konċentrazzjoni ta' 3,0 % jew ħsara fis-sistema ta' detezzjoni u s-sistema tal-illokkjar tal-ignixin tkun fil-pożizzjoni “On” (“Run”) jew is-sistema ta' propulsjoni tkun attivata. |
7.2. Integrità tas-sistema tal-fjuwil ta' wara ħabta
Is-sistema tal-fjuwil tal-vettura għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin wara t-testijiet tal-ħbit tal-vettura f'konformità mar-Regolamenti li ġejjin billi jiġu applikati wkoll il-proċeduri tat-test preskritti fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament.
(a) |
Test ta' impatt frontali f'konformità jew mar-Regolament Nru 12, jew mar-Regolament Nru 94; u |
(b) |
Impatt laterali f'konformità mar-Regolament Nru 95. |
F'każ li wieħed mit-testijiet tal-ħbit tal-vettura speċifikat hawn fuq jew it-tnejn li huma ma jkunx/ma jkunux applikabbli għall-vettura, is-sistema tal-fjuwil tal-vettura, minflok għandha tiġi soġġetta għall-aċċellerazzjonijiet alternattivi rilevanti speċifikati hawn taħt u s-sistema tal-ħżin tal-idroġenu għandha tiġi installata f'pożizzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti fil-paragrafu 7.2.4. L-aċċellerazzjonijiet għandhom jitkejlu fil-post fejn tkun installata s-sistema tal-ħżin tal-idroġenu. Is-sistema tal-fjuwil tal-vettura għandha tiġi mmuntata u mwaħħla mal-parti rappreżentattiva tal-vettura. Il-massa użata għandha tkun rappreżentattiva għal kontenitur jew grupp ta' kontenituri mgħammar/mgħammra u mimli kompletament.
Aċċellerazzjonijiet għal vetturi tal-kategoriji M1 u N1:
(a) |
20 g fid-direzzjoni tas-sewqan ('il quddiem u lura); |
(b) |
8 g orizzontalment perpendikulari għad-direzzjoni tas-sewqan (lejn ix-xellug u lejn il-lemin). |
Aċċellerazzjonijiet għal vetturi tal-kategoriji M2 u N2:
(a) |
10 g fid-direzzjoni tas-sewqan ('il quddiem u lura); |
(b) |
5 g orizzontalment perpendikulari għad-direzzjoni tas-sewqan (lejn ix-xellug u lejn il-lemin). |
Aċċellerazzjonijiet għal vetturi tal-kategoriji M3 u N3:
(a) |
6.6 g fid-direzzjoni tas-sewqan ('il quddiem u lura); |
(b) |
5 g orizzontalment perpendikulari għad-direzzjoni tas-sewqan (lejn ix-xellug u lejn il-lemin). |
7.2.1. Limitu tat-tnixxija tal-fjuwil
Il-fluss volumetriku tat-tnixxija tal-gass tal-idroġenu ma għandux jaqbeż medja ta' 118 Nl kull minuta għall-intervall tal-ħin, Δt, kif determinat f'konformità mal-Anness 5, il-paragrafu 1.1 jew 1.2.
7.2.2. Limitu ta' konċentrazzjoni fi spazji magħluqa
It-tnixxija tal-gass tal-idroġenu ma għandhiex twassal għal konċentrazzjoni tal-idroġenu fl-arja akbar minn 4,0 % skont il-volum fil-kompartimenti tal-passiġġieri u tal-bagalji (proċedura tat-test tal-Anness 5, il-paragrafu 2). Ir-rekwiżit jiġi ssodisfat jekk jiġi kkonfermat li l-valv iżolanti tas-sistema tal-ħżin ikun ingħalaq fi żmien 5 sekondi mill-ħabta u li ma jkun hemm l-ebda tnixxija mis-sistema tal-ħżin.
7.2.3. Spostament tal-Kontenitur
Il-kontenitur(i) tal-ħżin għandu/hom jibqa'/jibgħu mwaħħal/mwaħħla mal-vettura f'minimu ta' punt ta' twaħħil wieħed.
7.2.4. Rekwiżiti ta' installazzjoni addizzjonali
7.2.4.1. Ir-rekwiżiti tal-installazzjoni tas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu mhux soġġetti għat-test tal-impatt frontali:
Il-kontenitur għandu jiġi mmuntat f'pożizzjoni li tkun fuq in-naħa ta' wara ta' pjan vertikali perpendikulari għal-linja taċ-ċentru tal-vettura u lokalizzat 420 mm lejn in-naħa ta' wara mit-tarf ta' quddiem tal-vettura.
7.2.4.2. Ir-rekwiżiti tal-installazzjoni tas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu mhumiex soġġetti għat-test tal-impatt laterali:
Il-kontenitur għandu jiġi mmuntat f'pożizzjoni li tkun bejn iż-żewġ pjani vertikali paralleli għal-linja taċ-ċentru tal-vettura lokalizzata 200 mm 'il ġewwa miż-żewġt itruf l-aktar 'il barra tal-vettura qrib il-kontenitur(i) tagħha.
8. IL-MODIFIKA TAT-TIP U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI
8.1. Kull modifika f'tip ta' vettura jew sistema tal-ħżin tal-idroġenu jew komponent speċifiku eżistenti għal sistema tal-ħżin tal-idroġenu għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat dak it-tip. L-Awtorità mbagħad għandha jew:
(a) |
Tiddeċiedi, f'konsultazzjoni mal-manifattur, li għandha tinħareġ approvazzjoni tat-tip ġdida; jew |
(b) |
Tapplika l-proċedura li tinsab fil-paragrafu 8.1.1 (Reviżjoni) u, jekk applikabbli, il-proċedura li tinsab fil-paragrafu 8.1.2 (Estensjoni). |
8.1.1. Reviżjoni
Meta d-dettalji rreġistrati fid-dokumenti tal-informazzjoni fl-Anness 1 ikunu nbidlu u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tikkunsidra li l-modifiki li saru mhux probabbli li se jkollhom effett avvers apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-vettura/is-sistema tal-ħżin tal-idroġenu/il-komponent speċifiku xorta għadha/għadu tissodisfa/jissodisfa r-rekwiżiti, il-modifika għandha tiġi deżinjata “reviżjoni”.
F'dan il-każ, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha toħroġ il-paġni riveduti tad-dokumenti ta' informazzjoni tal-Anness 1 kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex turi b'mod ċar in-natura tal-modifika u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Verżjoni konsolidata u aġġornata tad-dokumenti ta' informazzjoni tal-Anness 1, flimkien ma' deskrizzjoni dettaljata tal-modifika, għandha titqies li tissodisfa dan ir-rekwiżit.
8.1.2. Estensjoni
Il-modifika għandha tiġi deżinjata “estensjoni” jekk, minbarra l-bidla fid-dettalji reġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni,
(a) |
Ikunu meħtieġa aktar spezzjonijiet jew testijiet; jew |
(b) |
Tkun inbidlet xi informazzjoni fid-dokument ta' komunikazzjoni (bl-eċċezzjoni ta' partijiet mehmuża miegħu); jew |
(c) |
L-approvazzjoni għal serje ta' emendi aktar tard tintalab wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. |
8.2. Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati t-tibdiliet, għandhom jiġu kkomunikati lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura indikata fil-paragrafu 4.3 hawn fuq. Barra minn hekk, l-indiċi tad-dokumenti ta' informazzjoni u tar-rapporti tat-test, mehmuż mad-dokument ta' komunikazzjoni tal-Anness 1, għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex jindika d-data tar-reviżjoni jew l-estensjoni l-aktar reċenti.
8.3. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta' komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din.
9. IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ġenerali ddefiniti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), u tal-anqas jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
9.1. |
Vettura, sistema tal-ħżin tal-idroġenu jew komponent approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu manifatturati b'tali mod li jkun konformi mat-tip approvat billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rispettivi tal-paragrafu 5 sa 7 ta' hawn fuq; |
9.2. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun ħarġet l-approvazzjoni tista' fi kwalunkwe ħin tivverifika l-konformità tal-mezzi ta' kontroll li huma applikabbli għal kull unità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' tali spezzjonijiet għandha tkun ta' darba kull sentejn. |
9.3. |
F'każ ta' sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat, il-kontroll tal-produzzjoni tal-kontenitur għandu jissodisfa r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin; 9.3.1. Kull kontenitur għandu jiġi ttestjat f'konformità mal-paragrafu 5.2.1 ta' dan ir-Regolament. Il-pressjoni tat-test hija ≥ 150 % NWP. 9.3.2. Ittestjar tal-lott Fi kwalunkwe każ, għal kull lott, li mhux permess li jaqbeż il-200 ċilindru jew liner lest (mhux inklużi ċilindri jew liners tat-test distruttivi), jew xift ta' produzzjoni suċċessiva, skont liema jkun l-akbar, tal-anqas kontenitur wieħed għandu jiġi soġġett għat-test tal-qsim fil-paragrafu 9.3.2.1 u barra minn hekk tal-anqas kontenitur wieħed għandu jiġi soġġett għat-test taċ-ċiklaġġ tal-pressjoni fil-paragrafu 9.3.2.2. 9.3.2.1. Test tal-fqigħ fl-ittestjar tal-lott It-test għandu jsir skont il-paragrafu 2.1 (test tal-qsim tal-pressjoni idrostatika) tal-Anness 3. Il-pressjoni tal-qsim meħtieġa għandha tkun tal-anqas BPmin u l-pressjoni tal-fqigħ medja irreġistrata tal-aktar għaxar testijiet riċenti għandha tkun O-10 % jew aktar. 9.3.2.2. It-test taċ-ċiklaġġ tal-pressjoni tat-temperatura ambjentali fl-ittestjar tal-lott It-test għandu jsir skont il-paragrafu 2.2(a) sa (c) (test taċ-ċiklaġġ tal-pressjoni idrostatika) tal-Anness 3, ħlief li r-rekwiżiti tat-temperatura għall-fluwidu għat-teħid tal-fjuwil u l-għata tal-kontenitur, u r-rekwiżit tal-umdità relattiva, ma għandhomx japplikaw. Iċ-ċilindru għandu jgħaddi minn ċiklaġġ tal-pressjoni bl-użu ta' pressjonijiet idrostatiċi ≥ ta' 125 % NWP, għal 22 000 ċiklu f'każ li ma jkunx hemm l-ebda tnixxija jew sakemm isseħħ tnixxija. Għall-ħajja operattiva ta' 15-il sena, iċ-ċilindru ma għandux inixxi jew jinqasam fl-ewwel 11 000 ċiklu. 9.3.2.3. Dispożizzjonijiet ta' taffija Fit-test taċ-ċiklaġġ tat-temperatura ambjentali fl-ittestjar tal-lott, iċ-ċilindri lesti għandhom jgħaddu minn ċiklaġġ tal-pressjoni bi frekwenza tal-kampjunar kif definit hawn taħt:
|
10. PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
10.1. L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' vettura, sistema jew komponent skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 9 msemmi ma jiġux issodisfati.
10.2. Jekk Parti Kontraenti tirtira l-approvazzjoni li kienet tat qabel, għandha minnufih tavża b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
11. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf jimmanifattura kompletament tip ta' vettura, sistema jew komponent approvati f'konformità ma' dan ir-Regolament, għandu jinforma b'dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
12. ISMIJIET U INDIRIZZI TA' SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim, li japplikaw dan ir-Regolament, għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni.
(1) Dan ir-Regolament ma jkoprix is-sikurezza elettrika tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika, il-kompatibbiltà tal-materjal u l-fraġilizzazzjoni tal-idroġenu tas-sistema tal-fjuwil tal-vettura, u l-integrità tas-sistema tal-fjuwil ta' wara ħabta f'każ ta' impatt frontali u impatt fuq wara tal-wisa' kollu tal-vettura.
(2) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, paragrafu 2. - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(3) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 3, Anness 3 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
ANNESS 1
PARTI 1
Mudell - I
Dokument ta' informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat fir-rigward tal-prestazzjoni relatata mas-sikurezza tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu
L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tinkludi lista ta' kontenuti. Kwalunkwe disinn għandu jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti f'daqs ta' A4 jew fuq folder ta' format A4. Ir-ritratti, f'każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi jew il-komponenti jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. Ġenerali
0.1. Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
0.2. Tip: …
0.2.1. Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): …
0.5. Isem u indirizz tal-manifattur: …
0.8. Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …
0.9. Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …
3. Impjant tal-enerġija
3.9. Sistema tal-ħżin tal-idroġenu
3.9.1. Sistema tal-ħżin tal-idroġenu ddisinjata biex tuża idroġenu (gassuż) ikkompressat/likwidu (1)
3.9.1.1. Deskrizzjoni u disinn tas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu: …
3.9.1.2. Marka(i): …
3.9.1.3. Tip(i): …
3.9.2. Kontenitur(i)
3.9.2.1. Marka(i): …
3.9.2.2. Tip(i): …
3.9.2.3. Pressjoni tat-Tħaddim Massima Permissibbli (MAWP): … MPa
3.9.2.4. Pressjoni(jiet) nominali tat-tħaddim: … MPa
3.9.2.5. Numru ta' ċikli tal-mili: …
3.9.2.6. Kapaċità: … litri (ilma)
3.9.2.7. Materjal: …
3.9.2.8. Deskrizzjoni u disinn: …
3.9.3. Mekkaniżmu/mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni attivati bis-sħana
3.9.3.1. Marka(i): …
3.9.3.2. Tip(i): …
3.9.3.3. Pressjoni tat-Tħaddim Massima Permissibbli (MAWP): … MPa
3.9.3.4. Pressjoni stabbilita: …
3.9.3.5. Temperatura stabbilita: …
3.9.3.6. Kapaċità tar-rilaxx tal-pressjoni: …
3.9.3.7. Temperatura tat-tħaddim massima normali: … °C
3.9.3.8. Pressjoni(jiet) nominali tat-tħaddim: … MPa
3.9.3.9. Materjal: …
3.9.3.10. Deskrizzjoni u disinn: …
3.9.3.11. Numru tal-approvazzjoni: …
3.9.4. Valv(i) unidirezzjonali
3.9.4.1. Marka(i): …
3.9.4.2. Tip(i): …
3.9.4.3. Pressjoni tat-Tħaddim Massima Permissibbli (MAWP): … MPa
3.9.4.4. Pressjoni(jiet) nominali tat-tħaddim: … MPa
3.9.4.5. Materjal: …
3.9.4.6. Deskrizzjoni u disinn: …
3.9.4.7. Numru tal-approvazzjoni: …
3.9.5. Valv(i) iżolanti awtomatiku
3.9.5.1. Marka(i): …
3.9.5.2. Tip(i): …
3.9.5.3. Pressjoni tat-Tħaddim Massima Permissibbli (MAWP): … MPa
3.9.5.4. Pressjoni(jiet) nominali tat-tħaddim u jekk downstream tal-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni(jiet) tat-tħaddim massima/massimi permissibbli: … MPa
3.9.5.5. Materjal: …
3.9.5.6. Deskrizzjoni u disinn: …
3.9.5.7. Numru tal-approvazzjoni: …
Mudell - II
Dokument ta' informazzjoni Nru ... dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent speċifiku għal sistema tal-ħżin tal-idroġenu fir-rigward tal-prestazzjoni relatata mas-sikurezza ta' vetturi li jaħdmu bl-idroġenu
L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tinkludi lista ta' kontenuti. Kwalunkwe disinn għandu jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti f'daqs ta' A4 jew fuq folder ta' format A4. Ir-ritratti, f'każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
Jekk il-komponenti jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. Ġenerali
0.1. Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
0.2. Tip: …
0.2.1. Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): …
0.5. Isem u indirizz tal-manifattur: …
0.8. Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …
0.9. Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …
3. Impjant tal-enerġija
3.9.3. Mekkaniżmu/mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni attivati bis-sħana
3.9.3.1. Marka(i): …
3.9.3.2. Tip(i): …
3.9.3.3. Pressjoni tat-Tħaddim Massima Permissibbli (MAWP): … MPa
3.9.3.4. Pressjoni stabbilita: …
3.9.3.5. Temperatura stabbilita: …
3.9.3.6. Kapaċità tar-rilaxx tal-pressjoni: …
3.9.3.7. Temperatura tat-tħaddim massima normali: … °C
3.9.3.8. Pressjoni(jiet) nominali tat-tħaddim: … MPa
3.9.3.9. Materjal: …
3.9.3.10. Deskrizzjoni u disinn: …
3.9.4. Valv(i) unidirezzjonali
3.9.4.1. Marka(i): …
3.9.4.2. Tip(i): …
3.9.4.3. Pressjoni tat-Tħaddim Massima Permissibbli (MAWP): … MPa
3.9.4.4. Pressjoni(jiet) nominali tat-tħaddim: … MPa
3.9.4.5. Materjal: …
3.9.4.6. Deskrizzjoni u disinn: …
3.9.5. Valv(i) iżolanti awtomatiku
3.9.5.1. Marka(i): …
3.9.5.2. Tip(i): …
3.9.5.3. Pressjoni tat-Tħaddim Massima Permissibbli (MAWP): … MPa
3.9.5.4. Pressjoni(jiet) nominali tat-tħaddim u jekk downstream tal-ewwel regolatur tal-pressjoni, il-pressjoni(jiet) tat-tħaddim massima/massimi permissibbli: … MPa:
3.9.5.5. Materjal: …
3.9.5.6. Deskrizzjoni u disinn: …
Mudell - III
Dokument ta' informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-prestazzjoni relatata mas-sikurezza ta' vetturi li jaħdmu bl-idroġenu
L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, għandha tinkludi lista ta' kontenuti. Kwalunkwe disinn għandu jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti f'daqs ta' A4 jew fuq folder ta' format A4. Ir-ritratti, f'każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi jew il-komponenti jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. Ġenerali
0.1. Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
0.2. Tip:
0.2.1. Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): …
0.3. Il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: (2)…
0.3.1. Pożizzjoni ta' dik il-marka: …
0.4. Kategorija tal-vettura: (3)…
0.5. Isem u indirizz tal-manifattur: …
0.8. Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …
0.9. Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …
1. Karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura
1.1. Ritratti u/jew disinji ta' vettura rappreżentattiva: …
1.3.3. Fusien motorizzati (in-numru, il-pożizzjoni, l-interkonnessjoni): …
1.4. Xażì (jekk ikun hemm) (disinn ġenerali): …
3. Impjant tal-enerġija
3.9. Sistema tal-ħżin tal-idroġenu
3.9.1. Sistema tal-ħżin tal-idroġenu ddisinjata biex tuża idroġenu (gassuż) ikkompressat/likwidu (4)
3.9.1.1. Deskrizzjoni u disinn tas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu: …
3.9.1.2. Marka(i): …
3.9.1.3. Tip(i): …
3.9.1.4. Numru tal-Approvazzjoni: …
3.9.6. Sensers għad-detezzjoni ta' tnixxija tal-idroġenu: …
3.9.6.1. Marka(i): …
3.9.6.2. Tip(i): …
3.9.7. Konnessjoni jew reċipjent għat-teħid tal-fjuwil
3.9.7.1. Marka(i): …
3.9.7.2. Tip(i): …
3.9.8. Disinn li juri rekwiżiti għall-installazzjoni u għat-tħaddim.
PARTI 2
Mudell I
Test ta 'immaġniMudell II
Test ta 'immaġniMudell III
Test ta 'immaġni(1) Ħassar fejn ma japplikax (hemm każijiet fejn ma għandu jitħassar xejn fejn tkun applikabbli aktar minn entrata waħda).
(2) Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tip ta' vettura koperta minn dan id-dokument ta' informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “[..]” (e.ż. […]).
(3) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(4) Ħassar fejn ma japplikax (hemm każijiet fejn ma għandu jitħassar xejn fejn tkun applikabbli aktar minn entrata waħda).
ANNESS 2
ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
MUDELL A
(Ara l-paragrafi 4.4 sa 4.4.2 ta' dan ir-Regolament)
a = 8 mm, minimu.
Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq vettura/sistema tal-ħżin/komponent speċifiku turi li t-tip ta' vettura/sistema tal-ħżin/komponent speċifiku kkonċernat ġie approvat fil-Belġju (E 6) għall-prestazzjoni tiegħu relatata mas-sikurezza ta' vetturi li jaħdmu bl-idroġenu skont ir-Regolament Nru 134. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 134 fil-forma oriġinali tiegħu.
MUDELL B
(Ara l-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)
a = 8 mm, minimu.
Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip ikkonċernat ta' vettura tat-triq ġie approvat fin-Netherlands (E 4), skont ir-Regolamenti Nri 134 u 100 (*1). In-numru tal-approvazzjoni jindika li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 100 ġie emendat bis-serje 02 ta' emendi u r-Regolament Nru 134 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu.
(*1) Dan in-numru tal-aħħar jingħata biss bħala eżempju.
ANNESS 3
IL-PROĊEDURI TAT-TEST GĦAS-SISTEMA TAL-ĦŻIN TAL-IDROĠENU KKOMPRESSAT
1. IL-PROĊEDURI TAT-TEST GĦAR-REKWIŻITI TA' KWALIFIKA TAS-SISTEMA TAL-ĦŻIN TAL-IDROĠENU KKOMPRESSAT HUMA ORGANIZZATI KIF ĠEJ:
|
Il-paragrafu 2 ta' dan l-anness huwa l-proċeduri tat-test għall-metriċi ta' prestazzjoni tal-linja bażi (rekwiżit tal-paragrafu 5.1 ta' dan ir-Regolament) |
|
Il-paragrafu 3 ta' dan l-anness huwa l-proċeduri tat-test għad-durabbiltà tal-prestazzjoni (rekwiżit tal-paragrafu 5.2 ta' dan ir-Regolament) |
|
Il-paragrafu 4 ta' dan l-anness huwa l-proċeduri tat-test għall-prestazzjoni mistennija fit-triq (rekwiżit tal-paragrafu 5.3 ta' dan ir-Regolament) |
|
Il-paragrafu 5 ta' dan l-anness huwa l-proċeduri tat-test għall-prestazzjoni ta' terminazzjoni tas-servizz f'nar (rekwiżit tal-paragrafu 5.4 ta' dan ir-Regolament) |
|
Il-paragrafu 6 ta' dan l-anness huwa l-proċeduri tat-test għall-prestazzjoni tad-durabilità tal-għeluq primarju (rekwiżit tal-paragrafu 5.5 ta' dan ir-Regolament) |
2. IL-PROĊEDURI TAT-TEST GĦALL-METRIĊI TA' PRESTAZZJONI TAL-LINJA BAŻI (REKWIŻIT TAL-PARAGRAFU 5. 1 TA' DAN IR-REGOLAMENT)
2.1. Test tal-fqigħ (idrawliku)
It-test tal-fqigħ jitwettaq f'temperatura ambjentali ta' 20 (±5) °C bl-użu ta' fluwidu mhux korrużiv.
2.2. Test taċ-ċiklaġġ tal-pressjoni (idrawliku)
It-test jitwettaq f'konformità mal-proċedura li ġejja:
(a) |
Il-kontenitur jimtela bi fluwidu mhux korrużiv; |
(b) |
Il-kontenitur u l-fluwidu jiġu stabbilizzati bit-temperatura u l-umdità relattiva speċifikati fil-bidu tal-ittestjar; l-ambjent, il-fluwidu għat-teħid tal-fjuwil u l-kisi tal-kontenitur jinżammu fit-temperatura speċifikata għad-durata tal-ittestjar. It-temperatura tal-kontenitur tista' tvarja mit-temperatura ambjentali matul l-ittestjar; |
(c) |
Il-kontenitur jgħaddi minn ċiklaġġ tal-pressjoni ta' bejn 2 (±1) MPa u l-pressjoni fil-mira b'rata li ma taqbiżx l-10 ċikli fil-minuta għan-numru speċifikat ta' ċikli; |
(d) |
It-temperatura tal-fluwidu idrawliku ġol-kontenitur tinżamm u tiġi mmonitorjata bit-temperatura speċifikata. |
3. IL-PROĊEDURI TAT-TEST GĦALL-PRESTAZZJONI TAD-DURABILITÀ (REKWIŻIT TAL-PARAGRAFU 5.2 TA' DAN IR-REGOLAMENT)
3.1. Test tal-prova tal-pressjoni
Is-sistema titqiegħed taħt pressjoni bil-mod u b'mod kontinwu bi fluwidu idrawliku mhux korrużiv sakemm jintlaħaq il-livell ta' pressjoni tat-test fil-mira u mbagħad tinżamm għall-ħin speċifikat.
3.2. Test tat-twaqqigħ (impatt)(mhux taħt pressjoni)
Il-kontenitur tal-ħżin għandu jiġi soġġett għat-test tat-twaqqigħ f'temperatura ambjentali mingħajr ma jkun hemm pressjoni interna jew valvi mwaħħlin. Il-wiċċ li fuqu jitwaqqgħu l-kontenituri għandu blokka orizzontali tal-konkos lixxa u orizzontali tip ta' art oħra b'ebusija ekwivalenti.
L-orjentazzjoni tal-kontenitur li jkun qed jitwaqqa' (f'konformità mar-rekwiżit tal-paragrafu 5.2.2) tiġi determinata kif ġej: Kontenitur wieħed jew aktar addizzjonali għandhom jitwaqqgħu f'kull waħda mill-orjentazzjonijiet deskritti hawn taħt. L-orjentazzjonijiet tat-twaqqigħ jistgħu jiġu eżegwiti b'kontenitur uniku jew jistgħu jintużaw daqs erba' kontenituri sabiex jitwettqu erba' orjentazzjonijiet tat-twaqqigħ.
(i) |
Għandu jitwaqqa' f'pożizzjoni orizzontali bil-qiegħ 1,8 m 'il fuq mill-wiċċ li jitwaqqa' fuqu; |
(ii) |
Għandu jitwaqqa' fuq in-naħa ta' taħt tal-kontenitur minn pożizzjoni vertikali bin-naħa tal-ħruġ 'il fuq b'enerġija potenzjali ta' mhux anqas minn 488 J, bl-għoli tan-naħa t'isfel mhux akbar minn 1,8 m; |
(iii) |
Jitwaqqa' fuq in-naħa ta' taħt tal-kontenitur minn pożizzjoni vertikali bin-naħa tal-ħruġ 'l isfel b'enerġija potenzjali ta' mhux anqas minn 488 J, bl-għoli tan-naħa t'isfel mhux akbar minn 1.8 m. Jekk il-kontenitur ikun simmetriku (naħat tal-ħruġ identiċi), din l-orjentazzjoni tat-twaqqigħ mhix meħtieġa; |
(iv) |
Imwaqqa' darba f'angolu ta' 45° mill-orjentazzjoni vertikali bin-naħa tal-ħruġ 'l isfel biċ-ċentru tal-gravità tiegħu 1,8 m 'il fuq mill-art. Madankollu, jekk il-qiegħ ikun eqreb lejn l-art minn 0,6 m, l-angolu tat-twaqqigħ għandu jinbidel biex jinżamm għoli minimu ta' 0,6 m u ċentru tal-gravità ta' 1,8 m. |
L-erba' orjentazzjonijiet ta' twaqqigħ huma illustrati f'Figura 1.
Figura 1
Orjentazzjonijiet ta' twaqqigħ
Nru. 2
Ċentru tal-gravitŕ
≥ 0,6 m
≥ 488 J
≤ 1,8 m
1,8 m
Nru. 4
Nru. 3
Nru. 1
Ma sar l-ebda tentattiv biex jiġi impedit ir-rimbalz tal-kontenituri, iżda l-kontenituri jistgħu jiġu impediti milli jaqgħu għal isfel matul it-testijiet tat-twaqqigħ vertikali deskritti hawn fuq.
Jekk sabiex jiġu eżegwiti l-ispeċifikazzjonijiet kollha tat-twaqqigħ jintuża aktar minn kontenitur wieħed, dawk il-kontenituri għandhom jgħaddu minn ċiklaġġ tal-pressjoni f'konformità mal-Anness 3, il-paragrafu 2.2 sakemm isseħħ tnixxija jew jitwettqu 22 000 ċiklu mingħajr tnixxija. It-tnixxija ma għandhiex isseħħ qabel jew fil-11 000 ċiklu.
L-orjentazzjoni tal-kontenitur li jitwaqqa' f'konformità mar-rekwiżit tal-paragrafu 5.2.2 għandha tiġi identifikata kif ġej:
(a) |
Jekk kontenitur wieħed jiġu soġġett għall-erba' orjentazzjonijiet tat-twaqqigħ, il-kontenitur li jitwaqqa' f'konformità mar-rekwiżit tal-paragrafu 5.2.2 għandu jitwaqqa' fl-erba' orjentazzjonijiet; |
(b) |
Jekk aktar minn kontenitur wieħed jintuża sabiex jiġu eżegwiti l-erba' orjentazzjonijiet ta' twaqqigħ, u jekk il-kontenituri kollha jilħqu l-22 000 ċiklu mingħajr tnixxija, l-orjentazzjoni tal-kontenitur li jitwaqqa' f'konformità mar-rekwiżit tal-paragrafu 5.2.2 tkun l-orjentazzjoni 45o (iv), u dak il-kontenitur ma għandux jgħaddi minn ittestjar ulterjuri kif speċifikat fil-paragrafu 5.2; |
(c) |
Jekk biex jiġu eżegwiti l-erba' orjentazzjonijiet ta' twaqqigħ jintuża kontenitur wieħed, u jekk l-ebda kontenitur ma jilħaq it-22 000 ċiklu mingħajr tnixxija, il-kontenitur il-ġdid għandu jiġi soġġett għall-orjentazzjoni/orjentazzjonijiet ta' twaqqigħ li tirriżulta/jirriżultaw fl-aktar numru baxx ta' ċikli ta' tnixxija u mbagħad jgħaddi minn ittestjar ulterjuri kif speċifikat fil-paragrafu 5.2. |
3.3. Test tal-ħsara lill-wiċċ (mhux taħt pressjoni)
It-test jipproċedi fis-sekwenza li ġejja:
(a) |
Ġenerazzjoni tan-nuqqas tal-wiċċ: Fuq il-wiċċ ta' barra ta' taħt tal-kontenitur tal-ħżin orizzontali mhux taħt pressjoni jsiru żewġ qatgħat lonġitudinali b'sega tul iż-żona ċilindrika qrib iżda mhux fiż-żona tal-ispalla. L-ewwel qatgħa tkun tal-anqas fonda 1,25 mm u twila 25 mm lejn in-naħa tal-valv tal-kontenitur. It-tieni qatgħa tkun tal-anqas fonda 0,75 mm u twila 200 mm lejn in-naħa tal-kontenitur faċċata tal-valv; |
(b) |
Impatti tal-pendlu: Is-sezzjoni ta' fuq tal-kontenitur tal-ħżin orizzontali tkun maqsuma f'ħames żoni distinti (iżda li ma jirkbux fuq xulxin) b' dijametru ta' 100 mm kull waħda (ara l-Figura 2). Wara kundizzjonar minn qabel ta' 12-il siegħa b'≤ – 40 °C f'kamra klimatika, iċ-ċentru ta' kull waħda mill-ħames żoni tirċievi l-impatt ta' pendlu li jkollu piramida b'uċuħ ekwilaterali u bażi forma ta' kwadru, b'quċċata u truf għat-tond għal radjus ta' 3 mm. Iċ-ċentru tal-impatt tal-pendlu jikkoinċidi maċ-ċentru tal-gravità tal-piramida. L-enerġija tal-pendlu fil-mument tal-impatt ma' kull waħda mill-ħames żoni immarkati fuq il-kontenitur hija 30 J. Il-kontenitur ikun sod f'postu matul l-impatti tal-pendlu u ma jitqiegħedx taħt pressjoni. |
Figura 2
Dehra tal-kontenitur mill-ġenb
Dehra tal-kontenitur mill-“ġenb”
3.4. Test tal-esponiment għal sustanzi kimiċi u taċ-ċiklaġġ tal-pressjoni f'temperatura ambjentali
Kull waħda mill-5 żoni tal-kontenitur mhux taħt pressjoni kkundizzjonat minn qabel permezz tal-impatt tal-pendlu (l-Anness 3, il-paragrafu 3.3) tiġi esposta għal waħda minn ħames soluzzjonijiet:
(a) |
19 % (skont il-volum) ta' aċidu sulfuriku fl-ilma (aċidu tal-batteriji); |
(b) |
25 % (skont il-piż) ta' idrossidu tas-sodju fl-ilma; |
(c) |
5 % (skont il-volum) ta' metanol fil-petrol għall-magni (fluwidi fl-istazzjonijiet għat-teħid tal-fjuwil); |
(d) |
28 % (skont il-piż) ta' nitrat tal-ammonju fl-ilma (soluzzjoni ta' urea); u |
(e) |
50 % (skont il-volum) ta' metanol fl-ilma (fluwidu tal-windskrin). |
Il-kontenitur tat-test huwa orjentat maż-żoni ta' esponiment għall-fluwidu fuq nett. Pad tas-suf tal-ħġieġ ħoxna bejn wieħed ieħor 0,5 mm u b'dijametru ta' 100 mm titqiegħed fuq kull waħda mill-ħames żoni kkundizzjonati minn qabel. Ammont suffiċjenti ta' fluwidu tat-test jiġi applikat mas-suf tal-ħġieġ u jkun biżżejjed biex jiġi żgurat li l-pad tixxarrab fuq il-wiċċ tagħha u tul il-ħxuna tagħha għad-durata tat-test.
L-esponiment tal-kontenitur mas-suf tal-ħġieġ jinżamm għal 48 siegħa bil-kontenitur jinżamm f'125 % NWP (+ 2/– 0 MPa) (applikata b'mod idrawliku) u 20 (±5) °C qabel ma l-kontenitur jiġi soġġett għal ittestjar ulterjuri.
Ċiklaġġ tal-pressjoni jitwettaq fuq il-pressjonijiet speċifikati fil-mira f'konformità mal-paragrafu 2.2 ta' dan l-Anness b'20 (±5) °C għan-numri ta' ċikli speċifikati. Il-pads tas-suf tal-ħġieġ jitneħħew u l-wiċċ tal-kontenitur jitlaħlaħ bl-ilma u jitwettqu l-10 ċikli finali għall-pressjoni finali fil-mira speċifikata.
3.5. Test tal-prova tal-pressjoni residwa(idrawlika)
Is-sistema tal-ħżin titqiegħed taħt pressjoni għall-pressjoni fil-mira f'kamra b'temperatura kkontrollata. It-temperatura ambjentali u l-fluwidu mhux korrużiv għat-teħid tal-fjuwil tinżamm fit-temperatura fil-mira f'±5 °C għad-durata speċifikata.
4. IL-PROĊEDURI TAT-TEST GĦALL-PRESTAZZJONI MISTENNIJA FIT-TRIQ (IL-PARAGRAFU 5.3 TA' DAN IR-REGOLAMENT)
(Il-proċeduri pnewmatiċi tat-test huma pprovduti; l-elementi idrawliċi tat-test huma deskritti fl-Anness 3, il-paragrafu 2.1)
4.1. Test taċ-ċiklaġġ tal-pressjoni tal-gass (pnewmatika)
Mal-bidu tal-ittestjar, is-sistema tal-ħżin tiġi stabbilizzata bit-temperatura, l-umdità relattiva u l-livell ta' fjuwil speċifikati għal tal-anqas 24 siegħa. It-temperatura u l-umdità relattiva speċifikati jinżammu fl-ambjent tat-test tul il-bqija tat-test (Meta jkun meħtieġ fl-ispeċifikazzjoni tat-test, bejn ċikli tal-pressjoni, it-temperatura tas-sistema tiġi stabbilizzata għat-temperatura ambjentali esterna) Is-sistema tal-ħżin tgħaddi minn ċiklaġġ tal-pressjoni ta' bejn anqas minn 2 (+0/–1) MPa u l-pressjoni massima speċifikata (±1 MPa). Jekk il-kontrolli tas-sistema li jkunu attivi waqt l-operazzjoni tal-vettura jimpedixxu lill-pressjoni milli tinżel taħt pressjoni speċifikata, iċ-ċikli tat-test ma għandhom jinżlu taħt dik il-pressjoni speċifikata. Ir-rata tal-mili hija kkontrollata għal rata ta' kalar tal-pressjoni kostanti ta' 3 minuti, iżda bi fluss tal-fjuwil li ma jaqbiżx is-60 g/sec; it-temperatura tal-fjuwil tal-idroġenu mqassam fil-kontenitur tiġi kkontrollata għat-temperatura speċifikata. Madanakollu, ir-rata ta' kalar tal-pressjoni jenħtieġ li titnaqqas jekk it-temperatura tal-gass fil-kontenitur taqbeż il-+85 °C. Ir-rata ta' tneħħija tal-fjuwil hija kkontrollata għal aktar minn jew daqs ir-rata ta' domanda massima intiża għall-fjuwil tal-vettura. Jitwettaq in-numru speċifikat ta' ċikli tal-pressjoni. Jekk il-mekkaniżmi u/jew il-kontrolli jintużaw fl-applikazzjoni tal-vettura intiża biex timpedixxi temperatura interna estrema, it-test jista' jitwettaq b'dawn il-mekkaniżmi u/jew kontrolli (jew miżuri ekwivalenti).
4.2. Test tal-permeazzjoni tal-gass (pnewmatika)
Sistema tal-ħżin timtela kompletament bil-gass tal-idroġenu b'115 % NWP (+ 2/– 0 MPa) (densità tal-mili sħiħa ekwivalenti għal 100 % NWP b'+15 °C hija 113 % NWP b'+55 °C) u tinżamm ≥ f'+55 °C f'kontenitur issiġillat sa permeazzjoni ta' stat kostanti jew 30 siegħa, skont liema tkun l-itwal. Titkejjel ir-rata ta' rilaxx totali ta' stat kostanti minħabba tnixxija u permeazzjoni mis-sistema tal-ħżin.
4.3. Test tat-tnixxija tal-gass lokalizzata (pnewmatika)
Sabiex jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit jista' jintuża test tal-bżieżaq. Meta jitwettaq it-test tal-bżieżaq tintuża l-proċedura li ġejja:
(a) |
L-egżost tal-valt iżolanti (u konnessjonijiet interni oħra għas-sistemi tal-idroġenu) għandhom jiġu magħluqa (minħabba li t-test jiffoka fuq it-tnixxija esterna). Jekk is-saġġatur iħoss li għandu idaħħal l-oġġett tat-test fil-fluwidu tat-test tat-tnixxija jew japplika l-fluwidu tat-test tat-tnixxija mal-oġġett tat-test jista' jagħmel dan meta jkun qiegħed fil-beraħ. Il-bżieżaq jistgħu jvarjaw ħafna fid-daqs, dejjem skont il-kundizzjonijiet. Il- t-tnixxija tal-gass abbażi tad-daqs u tar-rata tal-formazzjoni tal-bżieżaq. |
(b) |
Nota: Għal rata lokalizzata ta' 0,005 mg/sec (3,6 Nml/min), ir-rata permessibbli ta' ġenerazzjoni ta' bżieżaq li tirriżulta hija ta' madwar 2 030 bużżieqa fil-minuta għal daqs ta' bużżieqa tipiku ta' dijametru ta' 1.5 mm. Anke jekk jiġu ffurmati bżieżaq akbar, jenħtieġ li t-tnixxija tkun tista' tiġi individwata malajr. Għal bżieżaq akbar mis-soltu b'dijametru ta' 6 mm, ir-rata ta' bżieżaq permissibbli tkun ta' madwar 32 bużżieqa fil-minuta. |
5. IL-PROĊEDURI TAT-TEST GĦALL-PRESTAZZJONI TAT-TERMINAZZJONI TAL-OPERAZZJONI F'NIRIEN (IL-PARAGRAFU 5.4 TA' DAN IR-REGOLAMENT)
5.1. Test tan-nirien
Il-grupp ta' kontenituri tal-idroġenu jikkonsisti mis-sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat b'elementi rilevanti addizzjonali, inkluż sistema tal-ventilazzjoni (bħal-linja tal-vent u kisi tal-linja tal-vent) u kwalunkwe lqugħ imwaħħal direttament mal-kontenitur (bħall-kisi termali tal-kontenitur(i) u/jew kisi/barrieri fuq it-TPRD(s)).
Sabiex tiġi individwata l-pożizzjoni tas-sistema fuq is-sors tan-nirien (lokalizzat) inizjali jintuża wieħed mill-metodi li ġejijn:
(a) Metodu 1: Kwalifika għal installazzjoni f'vettura ġenerika (mhux speċifika)
Jekk konfigurazzjoni tal-installazzjoni f'vettura ma tiġix speċifikata (u l-approvazzjoni tat-tip tas-sistema ma tkunx limitata għal konfigurazzjoni tal-installazzjoni tal-vettura speċifika) iż-żona ta' esponiment għan-nirien lokalizzata tkun iż-żona fuq l-oġġett tat-test l-aktar 'il bogħod mit-TPRD(s). Kif speċifikat hawn fuq, l-oġġett tat-test, jinkludi biss ilqugħ termali jew mekkaniżmi oħra ta' mitigazzjoni mwaħħla direttament mal-kontenitur li jintużaw fl-applikazzjonijiet kollha tal-vettura. Is-sistema/sistemi tal-ivventjar (bħal-linja tal-vent u l-kisi tal-linja tal-vent) u/jew ilqugħ/barrieri fuq it-TPRD(s) jiġu inklużi fil-grupp ta' kontenituri jekk jiġu antiċipati għall-użu fi kwalunkwe applikazzjoni. Jekk sistema tiġi ttestjata mingħajr il-komponenti rappreżentattivi, l-ittestjar mill-ġdid ta' dik is-sistema jkun meħtieġ jekk applikazzjoni ta' vettura tispeċifika l-użu ta' dawn it-tipi ta' komponenti.
(b) Metodu 2: Kwalifika għal installazzjoni f'vettura speċifika
Jekk tiġi speċifikata konfigurazzjoni tal-installazzjoni f'vettura speċifika u l-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tkun limitata għal dik il-konfigurazzjoni tal-installazzjoni f'vettura speċifika, is-setup tat-test jista' jinkludi wkoll komponenti oħra tal-vetturi barra mis-sistema tal-ħżin tal-idroġenu. Dawn il-komponenti tal-vetturi (bħal ilqugħ jew barrieri, li jitwaħħlu b'mod permanenti mal-istruttura tal-vettura permezz ta' wweldjar jew boltijiet u ma jitwaħħlux mas-sistema tal-ħżin) għandhom jiġu inklużi fis-setup tat-test f'konfigurazzjoni installata mal-vettura fir-rigward tas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu. Dan it-test lokalizzat tan-nirien jitwettaq fuq l-agħar każijiet ta' żoni ta' esponiment għan-nirien lokalizzati abbażi ta' erba' orjentazzjonijiet ta' nirien: nirien li joriġinaw mid-direzzjoni tal-kompartiment tal-passiġġieri, mill-kompartiment tal-bagalji, mill-ispazji għar-roti jew mill-petrol għall-magni li jixxerred mal-art.
5.1.1. Il-kontenitur jista' jkun soġġett għal nirien ċirkondanti mingħajr komponenti ta' lqugħ, kif deskritt fl-Anness 3, il-paragrafu 5.2.
5.1.2. Ir-rekwiżiti tat-test li ġejjin japplikaw kemm jekk jintużaw Metodu 1 kif ukoll jekk jintuża 2 (hawn fuq):
(a) |
Il-grupp ta' kontenituri jimtlew b'gass tal-idroġenu kkompressat b' 100 % ta' NWP (+ 2/– 0 MPa). Il-grupp ta' kontenituri jitqiegħdu f'pożizzjoni orizzontali madwar 100 mm 'il fuq mis-sors tan-nirien; |
(b) |
Parti lokalizzata mit-test tan-nirien:
Figura 3 Profil tat-temperatura tat-test tan-nirien Berner prinċipali tat-tqabbid Żona ta’ espożizzjoni għal nirien lokalizzati Espożizzjoni għal nirien lokalizzati Nirien ċirkondanti Reġjun ċirkondat barra żona ta’ espożizzjoni ta’ nirien lokalizzati (rata tar-rampa tal-berner) Minuti 800 °C 300 °C 600 °C Temp Min |
(c) |
Parti tat-test tan-nirien li jibilgħu Matul l-intervall ta' 2 minuti li jmiss, it-temperatura tul il-wiċċ kollu tal-oġġett tat-test għandha tiżdied għal tal-anqas 800 °C u s-sors tan-nirien jiġi estiż biex jipproduċi temperatura uniformi tul it-tul kollu sa 1,65 m u l-wisgħa kollha tal-oġġett tat-test (in-nirien ċirkondanti). It-temperatura minima tinżamm għal 800 °C, u t-temperatura massima ma għandhiex taqbeż l-1 100 °C. Il-konformità mar-rekwiżiti termali tibda minuta (1) wara l-bidu tal-perjodu b'limiti minimi u massimi kostanti u hija bbażata fuq medja mobbli ta' minuta (1) ta' kull termokoppja. L-oġġett tat-test jinżamm f'temperatura (kundizzjoni tan-nirien ċirkondanti) sakemm is-sistema tivventja mit-TPRD u l-pressjoni tinżel għal anqas minn 1 MPa. L-ivventjar għandu jkun kontinwu (mingħajr interruzzjoni), u s-sistema tal-ħżin ma għandhiex tinqasam. Ma għandux iseħħ rilaxx addizzjonali permezz ta' tnixxija (mhux inkluż ir-rilaxx mit-TPRD) li jirriżulta fi fjamma ta' tul aktar minn 0,5 m lil hinn mill-perimetru tal-fjamma applikata. Sommarju ta' protokoll tat-test tan-nirien
|
(d) |
Ir-riżultati tad-dokumentazzjoni tat-test tan-nirien L-arranġament tan-nirien jiġi rreġistrat f'biżżejjed dettall biex jiġi żgurat li r-rata ta' input tas-sħana tkun tista' tiġi riprodotta. Ir-riżultati jinkludu l-ħin li jkun għadda mit-tqabbid tan-nar għall-bidu tal-ivventjar mit-TPRD(s), u l-pressjoni massima u l-ħin ta' evakwazzjoni sakemm tintlaħaq pressjoni anqas minn 1 MPa. It-temperaturi tat-termokoppji u l-pressjoni tal-kontenitur jiġu rreġistrati f'intervalli ta' kull 10 sekondi jew anqas matul it-test. Kwalunkwe nuqqas milli jinżammu r-rekwiżiti minimi speċifikati tat-temperatura bbażati fuq il-medji mobbli ta' minuta (1) jagħmel ir-riżultat tat-test invalidu. Kwalunkwe nuqqas milli jinżammu r-rekwiżiti minimi speċifikati tat-temperatura bbażati fuq il-medji mobbli ta' minuta (1) jagħmel ir-riżultat tat-test invalidu biss jekk l-oġġett tat-test ifalli matul it-test. |
5.2. Test tan-nirien ċirkondanti:
L-unità tat-test hija s-sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat. Is-sistema tal-ħżin timtela b'gass tal-idroġenu kkompressat b'100 % ta' NWP (+ 2/– 0 MPa). Il-kontenitur jitqiegħed f'pożizzjoni orizzontali bil-qiegħ tal-kontenitur madwar 100 mm 'il fuq mis-sors tan-nar. Jintuża lqugħ metalliku li jimpedixxi lill-fjamma diretta milli taffettwa valvi tal-kontenituri, fittings, u/jew mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni. L-ilqugħ metalliku ma jkunx f'kuntatt dirett mas-sistema speċifikata ta' protezzjoni min-nirien (mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni jew valv tal-kontenitur).
Sors uniformi tan-nar ta' tul ta' 1,65 m jipprovdi effett ta' kuntatt dirett fuq il-wiċċ tal-kontenitur tul id-dijametru kollu tiegħu. It-test għandu jkompli sakemm il-kontenitur jivventja kompletament (sakemm il-pressjoni tal-kontenitur taqa' taħt iż-0,7 MPa). Kwalunkwe falliment jew inkonsistenza tas-sors tan-nar waqt it-test għandhom jinvalidaw ir-riżultat.
It-temperaturi tal-fjamma għandhom jiġu mmonitorjati minn tal-anqas tliet termokoppji sospiżi fil-fjamma madwar 25 mm 'l isfel mill-qiegħ tal-kontenitur. It-termokoppji jistgħu jiġu mwaħħla ma' kubi tal-azzar b'tul ta' 25 mm fuq naħa. It-temperaturi tat-termokoppji u l-pressjoni tal-kontenitur għandha tiġi rreġistrata f'intervalli ta' 30 sekonda waqt it-test.
Fi żmien ħames minuti mit-tqabbid tan-nar, temperatura medja tal-fjamma ta' mhux anqas minn 590 °C (kif iddeterminat mill-medja taż-żewġ termokoppji li jirreġistraw l-ogħla temperaturi fuq intervall ta' 60 sekonda) tinkiseb u tinżamm għad-durata tat-test.
Jekk kontenitur ikollu tul ta' anqas minn 1,65 m, iċ-ċentru tal-kontenitur għandu jitqiegħed fuq iċ-ċentru tas-sors tan-nar. Jekk il-kontenitur ikun itwal minn 1,65 m, u jekk ma tarf tiegħu jitwaħħal mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni, is-sors tan-nar għandu jibda fin-naħa opposta tal-kontenitur. Jekk il-kontenitur ikun itwal minn 1.65 m, u maż-żewġt itruf tiegħu jew f'aktar minn post wieħed tul it-tul tiegħu jitwaħħlu mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni, iċ-ċentru tas-sors tan-nar għandu jiġi ċċentrat nofs triq bejn il-mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni li jkunu separati bl-itwal distanza orizzontali.
Il-kontenitur għandu jivventja minn mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni mingħajr ma jinfaqa'.
ANNESS 4
IL-PROĊEDURI TAT-TEST GĦAL KOMPONENTI SPEĊIFIĊI GĦAS-SISTEMA TAL-ĦŻIN TAL-IDROĠENU KKOMPRESSAT
1. TESTIJIET TAL-PRESTAZZJONI TAL-KWALIFIKA TPRD
L-ittestjar jitwettaq b'gass tal-idroġenu li jkollu kwalità tal-gass konformi ma' ISO 14687-2/SAE J2719. It-testijiet kollha jitwettqu f'temperatura ambjentali ta' 20 (± 5) °C sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor. It-testijiet tal-prestazzjoni tal-kwalifikazzjoni TPRD jiġu speċifikati kif ġej (ara wkoll l-Appendiċi 1):
1.1. Test taċ-ċiklaġġ tal-pressjoni.
Ħames unitajiet TPRD jgħaddu minn 11 000 ċiklu tal-pressjoni interna bil-gass tal-idroġenu ta' kwalità tal-gass konformi mal-ISO 14687-2/SAE J2719. L-ewwel ħames ċikli tal-pressjoni jkunu bejn 2 (± 1) MPa u 150 % NWP (± 1 MPa); iż-żewġ ċikli li jifdal ikunu bejn 2 (± 1) MPa u 125 % NWP (±1 MPa). L-ewwel 1 500 ċikli tal-pressjoni jitwettqu f'temperatura tat-TPRD ta' 85 °C jew ogħla. Iċ-ċikli li jifdal jitwettqu f'temperatura tat-TPRD ta' 55 (± 5) °C. Ir-rata ta' ċiklaġġ tal-pressjoni massima hija għaxar ċikli fil-minuta. Wara dan it-test, il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tat-Test tat-tnixxija (l-Anness 4, il-paragrafu 1.8), it-Test tar-rata tal-fluss (l-Anness 4, il-paragrafu 1.10) u t-test tal-attivazzjoni tal-wiċċ tal-bank (l-Anness 4 il-paragrafu 1.9).
1.2. Test tal-ħajja aċċellerata.
Tmien unitajiet TPRD jiġu ttestjati; tlieta bit-temperatura ta' attivazzjoni speċifikata tal-manitfattur, Tact, u ħamsa bit-temperatura tal-ħajja aċċellerata, Tlife = 9,1 × Tact0,503. It-TPRD jitqiegħed f'forn jew banju tal-likwidu fejn it-temperatura tinżamm kostanti (± 1 °C). Il-pressjoni tal-gass tal-idroġenu fuq il-bokka tat-TPRD hija ta' NWP (± 1 MPa) ta' 125 %. Il-provvista tal-pressjoni tista' tiġi lokalizzata barra mill-forn jew mill-banju ta' temperatura kkontrollata. Kull mekkaniżmu jitqiegħed taħt pressjoni individwalment jew permezz ta' sistema ta' manifold. Jekk tintuża s-sistema ta' manifold, kull konnessjoni ta' pressjoni tinkludi valv unidirezzjonali li jimpedixxi t-tnaqqis tal-pressjoni tas-sistema meta kampjun wieħed ifalli. It-tliet TPRDs ittestjati b'Tact għandhom jiġu attivati f'anqas minn għaxar sigħat. Il-ħames TPRDs ittestjati b'Tlife ma għandhomx jiġu attivati f'anqas minn 500 siegħa.
1.3. Test taċ-ċiklaġġ tat-temperatura
(a) |
TPRD mhux taħt pressjoni jitqiegħed f'banju tal-likwidu li t-temperatura tiegħu tinżamm għal – 40 °C jew anqas għal tal-anqas sagħtejn. It-TPRD jiġi ttrasferit f'banju tal-likwidu li t-temperatura tiegħu tinżamm għal + 85 °C għal ħames minuti, u dik it-temperatura tinżamm għal tal-anqas sagħtejn. It-TPRD jiġi ttrasferit f'banju tal-likwidu u t-temperatura tiegħu tinżamm għal – 40 °C jew anqas għal ħames minuti; |
(b) |
L-ewwel stadju (a) jiġi ripetut sakemm jinkisbu 15-il ċiklu termali; |
(c) |
Bit-TPRD ikkondizzjonat għal minimu ta' sagħtejn fil-banju tal-likwidu f'temperatura ta' – 40 °C jew anqas, il-pressjoni interna tat-TPRD tiġi varjata bil-gass tal-idroġenu bejn 2 MPa (+ 1/– 0 MPa) u 80 % NWP (+ 2/– 0 MPa)) għal 100 ċiklu filwaqt li t-temperatura tal-banju tal-likwidu tinżamm f' – 40 °C jew anqas; |
(d) |
Wara ċ-ċiklaġġ termali u tal-pressjoni, l-apparat għat-tnaqqis tal-pressjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tat-test tat-tnixxija (l-Anness 4, il-paragrafu 1.8), ħlief li t-Test tat-tnixxija għandu jitwettaq f'temperatura ta' – 40 °C (+ 5/–0 °C). Wara t-Test tat-tnixxija, it-TPRD għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tat-Test tal-attivazzjoni tal-wiċċ tal-bank (l-Anness 4, il-paragrafu 1.9) u mbagħad it-Test tar-rata tal-fluss (l-Anness 4, il-paragrafu 1.10). |
1.4. Test tar-reżistenza għall-korrużjoni mill-melħ
Jiġu ttestjati żewġ unitajiet TPRD. Kwalunkwe tapp tal-iżbokki mhux permanenti jitneħħew. Kull unità TPRD tiġi installata f'istallazzjoni ta' test f'konformità mal-proċedura rrakkomandata tal-manifattur sabiex l-esponiment estern ikun konsistenti mal-installazzjoni realistika. Kull unità tiġi esposta għal 500 siegħa ta' test tar-raxx tal-melħ (ċpar) kif speċifikat f'ASTM B117 (Prattika Standards għall-Operazzjoni tal-Mekkaniżmu tar-Raxx tal-Melħ (ċpar)) ħlief li fit-test ta' unità waħda, il-pH tas-soluzzjoni tal-melħ għandu jiġi aġġustat għal 4,0 ± 0,2 biż-żieda tal-aċidu sulfuriku u l-aċidu nitriku fi proporzjon ta' 2:1, u fit-test tal-unità l-oħra, il-pH tas-soluzzjoni tal-melħ għandha tiġi aġġustata għal 10,0 ± 0,2 biż-żieda tal-idrossidu tas-sodju. It-temperatura fil-kamra taċ-ċpar tinżamm bejn 30 u 35 °C).
Wara dawn it-testijiet, il-mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-pressjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tat-Test tat-tnixxija (l-Anness 3, il-paragrafu 6.1.8), it-Test tar-rata tal-fluss (l-Anness 3, il-paragrafu 6.1.10) u t-test tal-attivazzjoni tal-wiċċ tal-bank (l-Anness 3 il-paragrafu 6.1.9).
1.5. It-test tal-ambjent tal-vettura
Ir-reżistenza għad-degradazzjoni permezz ta' esponiment estern għal fluwidi awtomobilistiċi tiġi ddeterminata permezz tat-test li ġej:
(a) |
Il-konnessjonijiet tal-bokka u tal-iżbokk tat-TPRD jiġu konnessi jew magħluqa f'konformità mal-istruzzjonijiet ta' installazzjoni tal-manifatturi. L-uċuħ esterni tat-TPRD jiġu esposti għal 24 siegħa f'temperatura ta' 20 (±5) °C għal kull wieħed mill-fluwidi li ġejjin:
Fluwidi ġodda jitferrgħu mill-ġdid kif meħtieġ sabiex jiġi żgurat esponiment komplut għad-durata tat-test. Test distint jitwettaq b'kull wieħed mill-fluwidi. Għall-esponiment tal-fluwidi kollha f'sekwenza jista' jintuża komponent wieħed. |
(b) |
Wara l-esponiment għal kull fluwidu, il-komponent jintmesaħ u jiġi mlaħlaħ bl-ilma; |
(c) |
Il-komponent ma għandux juri sinjali ta' degradazzjoni fiżika li tista' tfixkel il-funzjoni tal-komponent, speċifikament: qsim, trattib, jew infiħ. Bidliet kożmetiċi bħal titqib jew tbajja' mhumiex fallimenti. Wara dan it-test, l-unità/l-unitajiet għandha/għandhom tikkonforma/jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-Test tat-tnixxija (l-Anness 4, il-paragrafu 1.8), it-Test tar-rata tal-fluss (l-Anness 4, il-paragrafu 1.10) u t-Test tal-attivazzjoni tal-wiċċ tal-bank (l-Anness 4 il-paragrafu 1.9). |
1.6. Test tal-qsim mill-korrużjoni tal-istress.
Għal TPRDs li għandhom komponenti magħmula minn liega bbażata fuq ir-ram (e.ż. ram isfar), tiġi ttestjata unità TPRD waħda. Il-komponenti kollha tal-liga tar-ram esposti għall-atmosfera għandhom jiġu sgrassati u mbagħad kontinwament esposti għal għaxart ijiem għal taħlita umda ta' arja u ammonja li tinżamm f'kamra tal-ħġieġ b'kaver tal-ħġieġ.
Ammonja milwiema bi gravità speċifika ta' 0,94 tinżamm fil-qiegħ tal-kamra tal-ħġieħ taħt il-kampjun f'konċentrazzjoni ta' tal-anqas 20 ml kull litru tal-volum tal-kamra. Il-kampjun jitqiegħed 35 (±5) mm 'il fuq mis-soluzzjoni tal-ammonja milwiema u jinżamm fil-pożizzjoni fi trej inert. It-taħlita umda ta' arja u ammonja tinżamm fi pressjoni atmosferika ta' 35 (± 5) °C. Il-komponenti tal-liga bbażata fuq ir-ram ma għandhomx juru qsim jew delaminar minħabba f'dan it-test.
1.7. Test tat-twaqqigħ u tal-vibrazzjoni
(a) |
Sitt unitajiet TPRD jitwaqqgħu minn għoli ta' 2 m f'temperatura ambjentali (20 ± 5 °C ) fuq wiċċ tal-konkos lixx. Kull kampjun jitħalla jirrimbalza fuq il-wiċċ tal-konkrit wara l-impatt inizjali. Unità waħda titwaqqa' f'sitt orjentazzjonijiet (direzzjonijiet opposti ta' 3 assi ortogonali: vertikali, laterali u lonġitudinali). Jekk kull wieħed mis-sitt kampjuni mwaqqa' ma jurix ħsara viżibbli fuq barra li tindika li l-parti mhix xierqa għall-użu, wieħed għandu jgħaddi għall-istadju (b); |
(b) |
Kull waħda mis-sitt unitajiet TPRD imwaqqa' fi stadju (a) u unità addizzjonali waħda mhux soġġetta għal twaqqigħ jiġu mmuntati f'installazzjoni tat-test f'konformità mal-istruzzjonijiet tal-installazzjoni tal-manifattura u vvibrati għal 30 minuta tul kull waħda mit-tliet assi ortogonali (vertikali, laterali u lonġitudinali) bl-aktar frekwenza reżonanti estrema għal kull assi. L-aktar frekwenzi reżonanti estermi ma jiġux determinati bl-użu ta' aċċellerazzjoni ta' 1.5 g u b'ħeffa tul il-firxa tal-frekwenza sinusojdali ta' bejn 10 u 500 Hz fi żmien 10 minuti. Il-frekwenza tar-reżonanza tiġi identifikata permezz ta' żieda evidenti fl-amplitudni tal-vibrazzjoni. Jekk il-frekwenza tar-reżonanza ma tinstabx f'din il-firxa, t-test għandu jitwettaq b'40 Hz. Wara dan it-test, kull kampjun ma għandux juri ħsara esterjuri viżibbli li tindika li l-parti mhix xierqa għall-użu. Sussegwentement għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tat-Test tat-tnixxija (l-Anness 4, il-paragrafu 1.8), it-Test tar-rata tal-fluss (l-Anness 4, il-paragrafu 1.10) u t-Test tal-attivazzjoni tal-wiċċ tal-bank (l-Anness 4 il-paragrafu 1.9). |
1.8. Test tat-tnixxija
TPRD li ma jkunx għadda minn ittestjar preċedenti jiġi ttestjat f'temperaturi ambjentali, għolja u baxxi mingħajr ma jiġi soġġett għal testijiet ta' kwalifika tad-disinn oħra. L-unità tinżamm għal siegħa f'kull temperatura u pressjoni tat-test qabel l-ittestjar. It-tliet kundizzjonijiet tat-test tat-temperatura huma:
(a) |
It-temperatura ambjentali: ikkundizzjona l-unità għal 20 (± 5) °C; ittestja b'5 % NWP (+ 0/–2 MPa) u 150 % NWP (+ 2/– 0 MPa); |
(b) |
Temperatura għolja: ikkundizzjona l-unità għal 85 °C jew ogħla; ittestja b'5 % NWP (+ 0/–2 MPa) u 150 % NWP (+ 2/– 0 MPa); |
(c) |
Temperatura baxxa: ikkundizzjona l-unità għal – 40 °C jew anqas; ittestja b'5 % NWP (+ 0/–2 MPa) u 100 % NWP (+ 2/– 0 MPa). |
Unitajiet addizzjonali jsirilhom test tat-tnixxija kif speċifikat fl-Anness 4, il-paragrafu 1. b'esponiment mingħajr interruzzjoni fit-temperatura speċifikata f'dawk it-testijiet.
Fit-temperaturi kollha tat-test speċifikati, l-unità tiġi kkundizzjonata għal minuta billi tiddaħħal fi fluwidu b'temperatura kkontrollata (jew metodu ekwivalenti). Jekk ma jiġux osservati bżieżaq għall-perjodu ta' żmien speċifikat, il-kampjun jgħaddi mit-test. Jekk jiġu individwati bżieżaq, ir-rata ta' tnixxija titkejjel permezz ta' metodu xieraq. Ir-rata ta' tnixxija totali tal-idroġenu għandha tkun anqas minn 10 Nml/hr.
1.9. It-test tal-attivazzjoni tal-wiċċ tal-bank
Żewġ unitajiet TPRD ġodda jiġu ttestjati mingħajr ma jiġu soġġetti għal testijiet ta' kwalifika tad-disinn oħra sabiex tiġi stabbilita linja bażi għall-attivazzjoni. Unitajiet addizzjonali ttestjati minn qabel (ittestjati minn qabel f'konformità mal-Anness 4, il-paragrafi 1.1, 1.3, 1.4, 1.5 jew 1.7) jgħaddu minn ittestjar tal-attivazzjoni tal-wiċċ tal-bank kif speċifikat f'testijiet oħra fl-Anness 4, il-paragrafu 1.
(a) |
Is-setup tat-test jikkonsisti jew minn forn jew inkella minn ċumnija li jkunu kapaċi jikkontrollaw it-temperatura u l-flus tal-arja biex tinkiseb temperatura ta' 600 (±10) °C fl-arja madwar it-TPRD. L-unità TPRD ma tiġix esposta direttament għall-fjamma. L-unità TPRD tiġi mmuntata f'installazzjoni f'konformità mal-istruzzjonijiet tal-installazzjoni tal-manifattur; il-konfigurazzjoni tat-test għandha tiġi ddokumentata; |
(b) |
Fil-forn jew fiċ-ċumnija titqiegħed termokoppja f sabiex tiġi mmonitorjata t-temperatura. It-temperatura tibqa' fil-firxa aċċettabbli għal żewġ minutir wara li jitwettaq it-test; |
(c) |
L-unità TPRD imqiegħda taħt pressjoni tiddaħħal fil-forn jew fiċ-ċumnija, u jiġi rreġistrat kemm jgħaddi ħin biex il-mekkaniżmu jattiva ruħu. Qabel l-inseriment fil-forn jew fiċ-ċumnija, unità TPRD waħda ġdida (mhux ittestjata minn qabel) titqiegħed taħt pressjoni ta' NWP (dik ittestjata minn qabel) ta' mhux aktar minn 25 %; l-unitajiet TPRD jitqiegħdu taħt pressjoni ta' mhux aktar minn 25 % NWP; u unità TPRD ġdida (mhux ittestjata minn qabel) titqiegħed taħt pressjoni għal 100 % NWP; |
(d) |
Unitajiet TPRD li jkunu diġà ġew soġġetti għal testijiet oħra fl-Anness 4, il-paragrafu 1, għandhom jattivaw ruħhom wara perjodu ta' mhux aktar minn żewġ minuti itwal mill-ħin ta' attivazzjoni tal-linja bażi tal-unità TPRD il-ġdida li tkun tqiegħdet taħt pressjoni sa 25 % ta' NWP; |
(e) |
Id-differenza fil-ħin tal-attivazzjoni taż-żewġ unitajiet TPRD li ma jkunux għaddew minn ittestjar preċedenti ma għandhiex tkun aktar minn 2 minuti. |
1.10. It-test tar-rata tal-fluss
(a) |
Tmien unitajiet TPRD jiġu ttestjati għall-kapaċità tal-fluss. It-tmien unitajiet jikkonsistu minn tliet unitajiet TPRD ġodda u unità TPRD minn kull wieħed mit-testijiet preċedenti li ġejjin: l-Anness 4, il-paragrafi 1.1, 1.3, 1.4, 1.5 u 1.7.; |
(b) |
Kull unità TPRD tiġi attivata skont l-Anness 4, il-paragrafu 1.9. Wara l-attivazzjoni u mingħajr it-tindif, it-tneħħija ta' partijiet jew rikondizzjonar, kull unità TPRD tiġi soġġett għal test tal-fluss bl-użu tal-idroġenu, tal-arja jew ta' gass inert; |
(c) |
L-ittestjar tar-rata tal-fluss jitwettaq bi pressjoni tal-bokka tal-gass ta' 2 (± 0,5) MPa. L-iżbokk ikollu pressjoni ambjentali. It-temperatura u l-pressjoni tal-bokka jiġu rreġistrati; |
(d) |
Ir-rata tal-fluss titkejjel bi preċiżjoni ta' ± 2 %. L-aktar valur imkejjel baxx tat-tmien mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni ma għandux ikun anqas minn 90 % tal-ogħla valur tal-fluss. |
2. TESTIJIET GĦAL VALV UNIDIREZZJONALI U VALV B'GĦELUQ AWTOMATIKU
L-ittestjar għandu jitwettaq b'gass tal-idroġenu li jkollu kwalità tal-gass konformi ma' ISO 14687-2/SAE J2719. It-testijiet kollha jitwettqu f'temperatura ambjentali ta' 20 (± 5) °C sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor. It-testijiet tal-prestazzjoni tal-kwalifika tal-valv unidirezzjonali u l-valv b'għeluq awtomatiku huma speċifikati kif ġej (ara wkoll l-Appendiċi 2):
2.1. It-test tas-saħħa idrostatika
Il-ftuħ tal-iżbokk fil-komponenti jingħalaq u sedili tal-valvi jew blokok interni jitqiegħdu f'pożizzjoni miftuħa. Unità waħda tiġi ttestjata mingħajr ma tiġi soġġetta għal testijiet ta' kwalifika tad-disinn oħra sabiex tiġi stabbilita pressjoni tal-fqigħ tal-linja bażi, filwaqt li unitajiet oħra jiġu ttestjati kif speċifikat fit-testijiet sussegwenti tal-Anness 4, il-paragrafu 2.
(a) |
Għal tliet minuti tiġi applikata pressjoni idrostatika ta' 250 % NWP (+ 2/– 0 MPa) fuq il-bokka tal-komponent. Il-komponent jiġi eżaminat sabiex jiġi żgurat li ma jkunx sseħħ qsim; |
(b) |
Il-pressjoni idrostatika u mbagħad tiġi miżjuda b'rata ta' anqas minn jew daqs 1,4 MPa/sek sakemm il-komponent ifalli. Il-pressjoni idrostatika meta jseħħ il-falliment tiġi rreġistrata. Il-pressjoni tal-ħsara ta' unitajiet li diġà ġew ittestjati ma għandhiex tkun anqas minn 80 % tal-pressjoni tal-falliment tal-linja bażi, sakemm il-pressjoni idrostatika ma taqbiżx l-400 % NWP. |
2.2. Test tat-tnixxija
Unità waħda li tkun għadha ma għaddietx minn ittestjar preċedenti tiġi ttestjata f'temperaturi ambjentali, għolja u baxxi mingħajr ma tiġi soġġetta għal testijiet ta' kwalifika tad-disinn oħra. It-tliet kundizzjonijiet tat-test tat-temperatura huma:
(a) |
It-temperatura ambjentali: ikkundizzjona l-unità għal 20 (± 5) °C; ittestja b'5 % NWP (+ 0/–2 MPa) u 150 % NWP (+ 2/– 0 MPa); |
(b) |
Temperatura għolja: ikkundizzjona l-unità għal 85 °C jew ogħla; ittestja b'5 % NWP (+ 0/–2 MPa) u 150 % NWP (+ 2/– 0 MPa); |
(c) |
Temperatura baxxa: ikkundizzjona l-unità għal – 40 °C jew anqas; ittestja b'5 % NWP (+ 0/–2 MPa) u 100 % NWP (+ 2/– 0 MPa). |
Unitajiet addizzjonali jsirilhom test tat-tnixxija kif speċifikat f'testijiet oħra fl-Anness 4, il-paragrafu 2. b'esponiment mingħajr interruzzjoni fit-temperatura speċifikata f'dawk it-testijiet.
Il-ftuħ tal-bokka jingħalaq bil-konnessjoni xierqa u mal-iżbokk jiġi applikat idroġenu mqiegħed taħt pressjoni. Fit-temperaturi kollha tat-test speċifikati, l-unità tiġi kkundizzjonata għal minuta billi tiddaħħal fi fluwidu b'temperatura kkontrollata (jew metodu ekwivalenti). Jekk ma jiġux osservati bżieżaq għall-perjodu ta' żmien speċifikat, il-kampjun jgħaddi mit-test. Jekk jiġu individwati bżieżaq, ir-rata ta' tnixxija titkejjel permezz ta' metodu xieraq. Ir-rata ta' tnixxija ma għandhiex taqbeż l-10 Nml/siegħa ta' gass tal-idroġenu.
2.3. Test taċ-ċiklaġġ tal-pressjoni f'temperatura estrema
(a) |
In-numru totali ta' ċikli operazzjonali huwa 11 000 għall-valv unidirezzjonali u 50 000 għall-valv b'għeluq awtomatiku. L-unità tal-valv tiġi installata f'installazzjoni tat-test li tikkorrispondi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur għall-installazzjoni. L-operazzjoni tal-unità tiġi ripetuta kontinwament bl-użu tal-gass tal-idroġenu fil-pressjonijiet kollha speċifikati. Ċiklu operazzjonali għandu jiġi definit kif ġej:
Ċiklu operazzjonali jikkonsisti minn operazzjoni waħda sħiħa u reset. |
(b) |
L-isttestjar jitwettaq fuq unità stabbilizzata bit-temperaturi li ġejjin:
|
(c) |
It-test tal-fluss tal-vibrazzjoni tal-valv unidirezzjonali: Wara 11 000 ċiklu operazzjonali u test ta' tnixxija fl-Anness 4, il-paragrafu 2.3.(b), il-valv unidirezzjonali jiġu soġġett għal 24 siegħa ta' fluss tal-vibrazzjoni b'rata tal-fluss li tikkawża l-aktar vibrazzjoni (tregħid tal-valv). Mat-tlestija tat-test, il-valv unidirezzjonali għandu jikkonforma mat-test tat-tnixxija f'temperatura ambjentali (l-Anness 4, il-paragrafu 2.2) u t-test tal-qawwa (l-Anness 4, il-paragrafu 2.1). |
2.4. Test tar-reżistenza għall-korrużjoni mill-melħ
Il-komponent jitqiegħed fil-pożizzjoni ta' installazzjoni normali tiegħu u jiġi espost għal test tar-raxx tal-melħ (ċpar) ta' 500 siegħa kif speċifikat f'ASTM B117 (Prattika Standard għall-Mekkaniżmu tar-Raxx tal-Melħ Operazzjonali (Ċpar)). It-temperatura fil-kamra taċ-ċpar tinżamm bejn 30 u 35 °C). Is-soluzzjoni salina tikkonsisti minn 5 % klorur tas-sodju u 95 % ilma distillat, skont il-piż.
Immedjatament wara t-test tal-korrużjoni, il-kampjun jiġi mlaħlaħ u mnaddaf b'ġentilezza minn depożiti ta' melħ, u jiġi eżaminat għal distorsjoni, u mbagħad għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ta':
(a) |
Il-komponent ma għandux juri sinjali ta' degradazzjoni fiżika li tista' tfixkel il-funzjoni tal-komponent, speċifikament: qsim, trattib jew infiħ. Bidliet kożmetiċi bħal titqib jew tbajja' mhumiex fallimenti; |
(b) |
It-test tat-tnixxija f'temperatura ambjentali (l-Anness 4, il-paragrafu 2.2); |
(c) |
It-test tas-saħħa idrostatika (l-Anness 4, il-paragrafu 2.1). |
2.5. It-test tal-ambjent tal-vettura
Ir-reżistenza għad-degradazzjoni mill-esponiment għal fluwidi awtomobilistiċi tiġi ddeterminata permezz tat-test li ġej.
(a) |
Il-konnessjonijiet tal-bokka u tal-iżbokk tal-unità tal-valv jiġu konnessjoni jew jingħalqu f'konformità mal-istruzzjonijiet tal-installazzjoni tal-manifatturi. L-uċuħ esterni tal-unità tal-valv jiġu esposti għal 24 siegħa f'temperatura ta' 20 (±5) °C għal kull wieħed mill-fluwidi li ġejjin:
Fluwidi ġodda jitferrgħu mill-ġdid kif meħtieġ sabiex jiġi żgurat esponiment komplut għad-durata tat-test. Test distint jitwettaq b'kull wieħed mill-fluwidi. Għall-esponiment tal-fluwidi kollha f'sekwenza jista' jintuża komponent wieħed. |
(b) |
Wara esponiment għal kull sustanza kimika, il-komponent jintmesaħ u jiġi mlaħlaħ bl-ilma; |
(c) |
Il-komponent ma għandux juri sinjali ta' degradazzjoni fiżika li tista' tfixkel il-funzjoni tal-komponent, speċifikament: qsim, trattib, jew infiħ. Bidliet kożmetiċi bħal titqib jew tbajja' mhumiex fallimenti. Mat-tlestija tal-esponimenti kollha, l-unità/l-unitajiet għandu jikkonforma/għandhom jikkonformaw mat-test tat-tnixxija f'temperatura ambjentali (l-Anness 4, il-paragrafu 2.2) u t-Test tal-Qawwa Idrostatika (l-Anness 4, il-paragrafu 2.1). |
2.6. It-test tal-esponiment atmosferiku
It-test tal-esponiment atmosferiku japplika għall-kwalifika tal-valv unidirezzjonali u l-valvi iżolanti awtomatiċi jekk il-komponent ikollu materjali mhux metalliċi esposti għall-atmosfera matul kundizzjonijiet ta' operazzjoni normali.
(a) |
Il-materjali mhux metalliċi kollha li jipprovdu siġill li jkun fih il-fjuwil, u li huma esposti għall-atmosfera, li għalihom l-applikant ma jissottomettix dikjarazzjonijiet sodisfaċenti tal-karatteristiċi, m'għandhomx jinqasmu jew juru evidenza viżibbli ta' deterjorament wara esponiment għall-ossiġenu għal 96 siegħa f'70 °C b'2 MPa f'konformità ma' ASTM D572 (Metodu tal-Ittestjar Standard għad-Deterjorazzjoni tal-Gomma permezz tas-Sħana u tal-Ossiġenu); |
(b) |
L-elastomeri kollha għandhom juru reżistenza għall-ożonu permezz ta' waħda minn dawn li ġejjin jew aktar:
|
2.7. Testijiet tal-elettriku
It-testijiet tal-elettriku japplikaw għall-kwalifika tal-valv iżolanti awtomatiku; ma japplikawx għall-kwalifika ta' valvi unidirezzjonali.
(a) |
Test ta' vultaġġ anormali. Il-valv tas-solenojd jitqabbad ma' sors ta' vultaġġ DC varjabbli. Il-valv tas-solenojd jiġi operat kif ġej:
Il-vultaġġ minimu tal-ftuħ f'NWP u t-temperatura ambjentali għandhom ikunu anqas jew daqs 9 V għal sistema ta' 12 V u anqas jew daqs 18 V għal sistema ta' 24 V. |
(b) |
Test tar-reżistenza tal-iżolament. Bejn il-konduttur tal-enerġija u l-kisi tal-komponent jiġi applikat 1 000 V D.C għal tal-anqas żewġ sekondi. Ir-reżistenza minima permissibbli għal dak il-komponent hija 240 MΩ. |
2.8. Test tal-vibrazzjoni
L-unità tal-valv titqiegħed taħt pressjoni għall-100 % NWP (+ 2/– 0 MPa) tagħha bl-idroġenu, jiġu ssiġillati ż-żewġt naħat tagħha, u tesperjenza vibrazzjoni ta' 30 minuta tul kull waħda mill-assi ortogonali tagħha (vertikali, laterali u lonġitudinali) bl-aktar frekwenzi reżonanti severi. L-aktar frekwenzi reżonanti severi huma ddeterminati mill-aċċellerazzjoni ta' 1.5 g b'ħin ta' sweep ta' 10 minuti f'firxa ta' frekwenza sinusojdali ta' bejn 10 u 40 Hz. Jekk il-frekwenza tar-reżonanza ma tinstabx f'din il-firxa, it-test jitwettaq f'40Hz. Wara dan it-test, kull kampjun ma għandux juri ħsara esterjuri viżibbli li tindika li l-parti mhix xierqa għall-użu. Mat-tlestija tat-test, l-unità għandha tikkonforma mar-rekwiżiti t-test tat-tnixxija f'temperatura ambjentali speċifikati fl-Anness 4, il-paragrafu 2.2.
2.9. Test tal-qsim mill-korrużjoni tal-istress
Għall-unitajiet tal-valvi li fihom komponenti magħmula minn liga bbażata fuq ir-ram (e.ż. ram isfar), tiġi ttestjata unità ta' valv waħda. L-unità tal-valv tiġi żarmata, il-komponenti tal-liga bbażata fuq ir-ram jiġu sgrassati u mbagħad l-unità tal-valv terġa' tiġi armata qabel ma tiġi kontinwament esposta għal għaxart ijiem għal taħlita ta' arja u ammonja umda li tinżamm f'kamra tal-ħġieġ b'għata tal-ħġieġ.
Ammonja milwiema bi gravità speċifika ta' 0,94 tinżamm fil-qiegħ tal-kamra tal-ħġieġ taħt il-kampjun f'konċentrazzjoni ta' tal-anqas 20 ml kull litru tal-volum tal-kamra. Il-kampjun jitqiegħed 35 (±5) mm 'il fuq mis-soluzzjoni tal-ammonja milwiema u jinżamm fil-pożizzjoni fi trej inert. It-taħlita ta' arja u ammonja umda tinżamm fi pressjoni atmosferika f'35 (± 5) °C. Il-komponenti tal-liga bbażata fuq ir-ram ma għandhomx juru qsim jew delaminazzjoni matul dan it-test.
2.10. It-test tal-esponiment għall-idroġenu mkessaħ minn qabel
L-unità tal-valv tiġi soġġett għal gass tal-idroġenu mkessaħ minn qabel f'– 40 °C jew anqas b'rata tal-fluss ta' 30 g/sec f'temperatura esterna ta' 20 (± 5) °C għal minimu ta' tliet minuti. L-unità titnaqqsilha u terġa' tiżdidilha l-pressjoni wara perjodu ta' ekwilbriju ta' żewġ minuti. It-test jiġi ripetut tliet darbiet. Din il-proċedura tat-test tiġi u mbagħad ripetuta għal għaxar ċikli addizzjonali, ħlief li l-perjodu ta' ekwilibriju jiżdied għal 15-il minuta. L-unità għandha u mbagħad tikkonforma mar-rekwiżiti tat-test tat-tnixxija f'temperatura ambjentali speċifikat fl-Anness 4, il-paragrafu 2.2.
APPENDIĊI 1
ĦARSA ĠENERALI LEJN IT-TESTIJIET TAT-TPRD
(1.10.) Test tar-Rata tal-Fluss
(1.9.) Test ta’ attivazzjoni tal-wiċċ tal-bank
(1.6.) Test tal-Qsim mill- Korrużjoni tal-Istress
(1.7.) Test tat-twaqqigħ u vibrazzjoni
(1.4.) Test ta’reżistenza għall-korrużjoni kontra l-melħ
(1.10.) Test tar-Rata tal- Fluss
(1.8.) Test tat-Tnixxija
1 x TPRD
Għal TPRD biss b’ligi bbażati fuq ir-ram:
Għandu jattiva
(1.8.) Test tat-Tnixxija
(1.9.) Test ta’ attivazzjoni tal-wiċċ tal-bank
3 x TPRD
(1.1.) Test taċ-ċiklar tal-pressjoni
(1.3.) Test taċ-ċiklar tat-temperatura
(1.5.) Test ambjentali tal-vettura
(1.2.) Test tal-ħajja aċċellerata
8 xTPRD
5 xTPRD
1 xTPRD
Testijiet tal-prestazzjoni u tal-istress
3 xTPRD Għal10h f’Tact
5 xTPRD Għal 500h f’Tlife
Ma għandux jattiva
2 x TPRD
7 xTPRD
1 xTPRD
2 xTPRD
1 xTPRD
Testijiet tal-linja bażi
APPENDIĊI 2
ĦARSA ĠENERALI LEJN IT-TESTIJIET TAL-VALV UNIDIREZZJONALI U TAL-VALV IŻOLANTI AWTOMATIKU
Applikabbli għal valv li jingħalaq awtomatikament
(2.5.) Test Ambjentali tal-Vettura
(2.3.) Pressjoni ta’ Temperatura Estrema (pT) Test ta’ Ċiklar
(2.10) Test tal-Espożiz-zjoni tal-Idro
ġenu Qabel it-Tkessiħ
Test tal-fluss taċ-chatter
(2.2.) Test tat-Tnix-xija @20°C (Linja Bażi)
Spezzjoni Viżiva
Spezzjoni Viżiva
(2.9.) Test tal-Qsim mill-Korrużjoni tal-Istress
Ċik pT @-40°C
(2.2)
Test tat-Tnixxija @20°C
(2.2.) Test tat-Tnixxija @-40°C
(2.1.) Test tas-Saħħa Idrostatika
(2.2.) Test tat-Tnixxija @20°C
(2.2.)
Test tat-Tnixxija
Ċik pT @+85°C
Ċik pT .@20°C
(2.7.) Test tal-Elettriku
1 x komponent
(2.2.)
Test tat-Tnixxija
(2.4.) Test tar-Reżistenza għall-Korrużjoni għall-Melħ
(2.8.) Test tal-vibrazzjoni
(2.6.) Test tal-espożizzjoni atmosferika
(2.1.) Test tas-Saħħa Idrostatika (Linja Bażi)
1 x komponent
1 x component
1 x component
1 x komponent
1 x komponent
Testijiet tal-Linja Bażi
Testijiet tal-Prestazzjoni u tal-Istress
1 x komponent
1 x komponent
1 x komponent
1 x komponent
ANNESS 5
IL-PROĊEDURI TAT-TEST GĦAL SISTEMA TAL-FJUWIL TAL-VETTURI LI TINKORPORA S-SISTEMA TAL-ĦŻIN TAL-IDROĠENU KKOMPRESSAT
1. TEST TAT-TNIXXIJA TAS-SISTEMA TAL-ĦŻIN TAL-IDROĠENU KKOMPRESSAT TA' WARA L-ĦBIT
It-testijiet tal-ħbit użati biex jevalwaw it-tnixxija tal-idroġenu ta' wara l-ħbit huma dawk stabbiliti fil-paragrafu 7.2 ta' dan ir-Regolament.
Qabel ma jitwettaq test tal-ħbit, fis-sistema tal-ħżin tal-idroġenu jiġi installat strument biex iwettaq il-kejl meħtieġ tal-pressjoni u tat-temperatura sakemm il-vettura standard ma jkollhiex diġà strument bħal dan bil-preċiżjoni meħtieġa.
Jekk ikun meħtieġ, is-sistema tal-ħżin u mbagħad tiġi mnaddfa, wara direzzjonijiet mill-manifattur biex jitneħħew impuritajiet mill-kontenitur wara l-mili tas-sistema tal-ħżin b'gass tal-elju jew tal-idroġenu. Minħabba li l-pressjoni tas-sistema tal-ħżin tvarja mat-temperatura, il-pressjoni tal-mili fil-mira hija funzjoni tat-temperatura. Il-pressjoni fil-mira għandha tiġi ddeterminata permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:
Ptarget = NWP × (273 + To)/288
fejn NWP hija l-Pressjoni tat-Tħaddim Nominali (MPa), To hija t-temperatura ambjentali li fiha mistenniha tistabilizza s-sistema tal-ħżin, u Ptarget hija l-pressjoni tal-mili fil-mira wara li tistabilizza t-temperatura.
Il-kontenitur jimtela sa minimu ta' 95 % tal-pressjoni tal-mili fil-mira u jitħalla jistabbilizza ruħu qabel ma jitwettaq it-test tal-ħbit.
Il-valv iżolanti ewlieni u l-valvi iżolanti għall-gass tal-idroġenu, li jinsabu fil-piping tal-gass tal-idroġenu downstream, ikunu f'kundizzjoni ta' tħaddim normali immedjatament qabel l-impatt.
1.1. Test tat-tnixxija ta' wara l-ħbit: sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat mimlija bl-idroġenu kkompressat
Il-pressjoni tal-gass tal-idroġenu, P0 (MPa) u t-temperatura, T0 (°C) jitkejlu immedjatament wara l-impatt u mbagħad f'intervall ta' ħin, Δt (min), wara l-impatt. L-intervall tal-ħin, Δt, jibda meta l-vettura tieqaf wara l-impatt u jkompli għal ta-anqas 60 minuta. Jekk ikun meħtieġ, l-intervall tal-ħin, Δt, għandu jiżdied sabiex jakkomoda l-preċiżjoni tal-kejl għal sistema tal-ħżin b'volum kbir li jopera sa 70MPa; f'dak il-każ, Δt jiġi kkalkulat mill-ekwazzjoni li ġejja:
Δt = VCHSS × NWP/1 000 × ((– 0,027 × NWP +4) × Rs – 0,21) – 1,7 × Rs
fejn Rs = Ps/NWP, Ps hija l-firxa ta' pressjoni tas-senser tal-pressjoni (MPa), NWP hija l-Pressjoni tat-Tħaddim Nominali (MPa), VCHSS huwa l-volum tas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat (l), u Δt huwa l-intervall tal-ħin (min). Jekk il-valur ikkalkulat ta' Δt ikun anqas minn 60 minuta, Δt jiġi stabbilit għal 60 minuta.
Il-massa ta' idroġenu inizjali fis-sistema tal-ħżin tiġi kkalkulata kif ġej:
|
Po′ = Po × 288/(273 + T0) |
|
ρo′ = – 0,0027 × (P0′)2 + 0,75 × P0′ + 0,5789 |
|
Mo = ρo′ × VCHSS |
Il-massa finali tal-idroġenu fis-sistema tal-ħżin, Mf, lejn l-aħħar tal-intervall tal-ħin, Δt, tiġi kkalkulata kif ġej:
|
Pf′ = Pf × 288/(273 + Tf) |
|
ρf′ = –0,0027 × (Pf')2 + 0,75 × Pf′ + 0,5789 |
|
Mf = ρf′ × VCHSS |
fejn Pf hija l-pressjoni finali mkejla (MPa) fi tmien l-intervall tal-ħin, u Tf it-temperatura finali mkejla (°C).
Ir-rata tal-fluss tal-idroġenu medja matul l-intervall tal-ħin (li għandu jkun anqas mill-kriterji fil-paragrafu 7.2.1) hija għalhekk
VH2 = (Mf – Mo)/Δt × 22,41/2,016 × (Ptarget /Po)
fejn VH2 hija r-rata medja tal-fluss volumetriku (NL/min) matul l-intervall tal-ħin u t-terminu (Ptarget /Po) jintuża biex jikkumpensa għad-differenzi bejn il-pressjoni inizjali mkejla, Po, u l-pressjoni tal-mili fil-mira Ptarget.
1.2. Test tat-tnixxija ta' wara l-ħbit: Sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat mimlija bl-elju kkompressat
Il-pressjoni tal-gass tal-elju, P0 (MPa), u t-temperatura T0 (°C), jitkejlu immedjatament qabel l-impatt u mbagħad f'intervall tal-ħin predeterminat wara l-impatt. L-intervall tal-ħin, Δt, jibda meta l-vettura tieqaf wara l-impatt u jkompli għal ta-anqas 60 minuta. L-intervall tal-ħin, Δt, għandu jiġi miżjud jekk ikun meħtieġ sabiex jakkomoda l-preċiżjoni tal-kejl għal sistema tal-ħżin b'volum kbir u li topera 70MPa; f'dak il-każ, Δt jiġi kkalkulat mill-ekwazzjoni li ġejja:
Δt = VCHSS × NWP/1 000 × ((– 0,028 × NWP +5,5) × Rs – 0,3) – 2,6 × Rs
fejn Rs = Ps/NWP, Ps hija l-firxa tal-pressjoni tas-senser tal-pressjoni (MPa), NWP hija l-Pressjoni tat-Tħaddim Nominali (MPa), VCHSS huwa l-volum tas-sistema tal-ħżin tal-idroġenu kkompressat (l), u Δt huwa l-intervall tal-ħin (min). Jekk il-valur ta' Δt ikun anqas minn 60 minuta, Δt jiġi stabbilit għal 60 minuta.
Il-massa inizjali tal-elju fis-sistema tal-ħżin tiġi kkalkulata kif ġej:
|
Po′ = Po × 288/(273 + T0) |
|
ρo′ = – 0,0043 × (P0′)2 + 1,53 × P0′ + 1,49 |
|
Mo = ρo′ × VCHSS |
Il-massa finali tal-elju fis-sistema tal-ħżin, Mf, fi tmiem l-intervall tal-ħin, Δt, tiġi kkalkulata kif ġej:
|
Pf′ = Pf × 288/(273 + Tf) |
|
ρf′ = – 0,0043 × (Pf′)2 + 1,53 × Pf′ + 1,49 |
|
Mf = ρf′ × VCHSS |
fejn Pf hija l-pressjoni finali mkejla (MPa) fi tmien l-intervall tal-ħin, u Tf it-temperatura finali mkejla (°C).
Ir-rata medja tal-fluss tal-elju matul l-intervall tal-ħin hija għalhekk
VHe = (Mf-Mo)/Δt × 22,41/4,003 × (Ptarget/ Po)
fejn VHe hija r-rata medja ta' fluss volumetriku (NL/min) matul l-intervall tal-ħin u t-terminu Ptarget/ Po jintuża biex jikkumpensa għad-differenzi bejn il-pressjoni inizjali mkejla (Po) u l-pressjoni tal-mili fil-mira (Ptarget).
Il-konverżjoni tal-fluss medju volumetriku tal-elju għall-fluss medju tal-idroġenu tiġi kkalkulata bl-espressjoni li ġejja:
VH2 = VHe/0,75
fejn VH2 huwa l-fluss volumetriku medju korrispondenti tal-idroġenu (li għandu jkun anqas mir-rekwiżiti fil-paragrafu 7.2.1 ta' dan ir-Regolament li għandha ssir konformità magħhom).
2. IT-TEST TAL-KONĊENTRAZZJONI TA' WARA L-ĦBIT GĦAL SPAZJI MAGĦLUQA
Il-kejl jiġi rreġistrat fit-test tal-ħbit li jevalwa t-tnixxija potenzjali tal-idroġenu (jew tal-elju) (proċedura tat-test tal-Anness 5, il-paragrafu 1).
Jintgħażlu sensers biex ikejlu jew l-akkumulazzjoni tal-gass tal-idroġenu jew tal-elju jew it-tnaqqis fl-ossiġenu (minħabba l-ispostament tal-arja permezz tat-tnixxija ta' idroġenu/elju).
Is-sensersjiġu kkalibrati għal referenzi traċċabbli sabiex tiġi żgurata preċiżjoni ta' ±5 % fil-kriterji fil-mira ta' 4 % idroġenu u 3 % elju skont il-volum fl-arja, u kapaċità ta' kejl fuq skala sħiħa ta' tal-anqas 25 % 'il fuq mill-kriterji fil-mira. Is-senser għandu jkollu kapaċità ta' rispons ta' 90 % għal bidla fuq skala sħiħa fil-konċentrazzjoni f'10 sekondi.
Qabel l-impatt tal-ħbit, is-senserajiġu lokalizzati fil-kompartiment tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-vettura kif ġej:
(a) |
F'distanza ta' 250 mm mill-headliner fuq is-sit tas-sewwieq jew qrib iċ-ċentru ta' fuq tal-kompartiment tal-passiġġieri; |
(b) |
F'distanza ta' 250 mm mill-art quddiem is-sit ta' wara (jew dak li jinsab l-aktar fuq wara) fil-kompartiment tal-passiġġieri; |
(c) |
F'distanza ta' 100 mm minn fuq nett tal-kompartimenti tal-bagalji fil-vettura li ma jiġux affettwati direttament mill-impatt tal-ħbit artikolari li għandu jitwettaq. |
Is-sensers jiġu mmuntati kif xieraq mal-istruttura tal-vettura jew is-sits protetti għat-test tal-ħbit ippjanat minn trab, gass tal-egżost tal-boroż tal-arja u projettili. Il-kejl wara l-ħbir jiġi rreġistrat permezz ta' strumenti lokalizzati fil-vettura jew permezz ta' trażmissjoni remota.
Il-vettura tista' tiġi lokalizzata jew fuq barra f'żona protetta mir-riħ u effetti solari possibbli jew fuq ġewwa fi spazju li jkun kbir biżżejjed jew ventilat biex tiġi impedita akkumulazzjoni tal-idroġenu ta' aktar minn 10 % tal-kriterji fil-mira fil-kompartimenti tal-passiġġieri u tal-bagalji.
Il-ġbir tad-data ta' wara l-ħbit fi spazji magħluqa jibda meta l-vettura tieqaf. Id-data mis-sensers tinġabar tal-anqas kull 5 sekondi u tkompli tinġabar għal perjodu ta' 60 minuta wara t-test. Perjodu latenti (kostant tal-ħin) tal-ewwel klassi sa massimu ta' 5 sekondi jista' jiġi applikat mal-kejl biex jiġi pprovdut “irfinar” u jiġu ffiltrati l-effetti ta' punti tad-data qarrieqa.
Il-qari ffiltrat minn kull senser għandu jkun taħt il-kriterji fil-mira ta' 4,0 % għall-idroġenu jew 3,0 % għall-elju fil-ħinijiet kollha matul il-perjodu tal-ittestjar ta' wara l-ħbit ta' 60 minuta.
3. IT-TEST TA' KONFORMITÀ GĦAL KUNDIZZJONIJIET TA' FALLIMENT UNIKU
Għandha tiġi eżegwita jew il-proċedura tat-test tal-Anness 5, il-paragrafu 3.1 jew il-paragrafu 3.2:
3.1. Il-proċedura tat-test għal vetturi mgħammra b'detetturi tat-tnixxija tal-gass tal-idroġenu
3.1.1. Il-kundizzjoni tat-test
3.1.1.1 Il-vettura tat-test: Is-sistema ta' propulsjoni tal-vettura tat-test tinxtegħel, tissaħħan sat-temperatura operattiva normali tagħha, u titħalla topera għad-durata tat-test. Jekk il-vettura ma tkunx vettura taċ-ċelluli tal-fjuwil, tissaħħan u titħalla mhix ingranata. Jekk il-vettura tat-test ikollha sistema biex twaqqaf l-idling b'mod awtomatiku, jittieħdu miżuri sabiex jiġi impedit li l-magna tieqaf.
3.1.1.2. Il-gass tat-test: Żewġ taħlitiet ta' gass tal-arja u tal-idroġenu: konċentrazzjoni ta' 3,0 % (jew anqas) ta' idroġenu fl-arja sabiex tiġi vverifikata l-funzjoni tat-twissija', u konċentrazzjoni ta' 4,0 % (jew anqas) ta' idroġenu fl-arja sabiex tiġi vverifikata l-funzjoni ta' tifi. Il-konċentrazzjonijiet xierqa jintgħażlu abbażi tar-rakkomandazzjoni (jew l-ispeċifikazzjoni tad-detettur) mill-manifattur.
3.1.2. Metodu tal-test
3.1.2.1. Preparazzjoni għat-test: It-test jitwettaq mingħajr l-ebda influwenza ta' riħ permezz ta' mezzi xierqa bħal:
(a) |
Pajp flessibbli tal-induzzjoni tal-gass tat-test li jitwaħħal mad-detettur tat-tnixxija tal-gass tal-idroġenu; |
(b) |
Id-ditekter tat-tnixxija tal-idroġenu jingħalaq b'għata sabiex il-gass jibqa' madwar id-detettur tat-tnixxija tal-idroġenu. |
3.1.2.2. Eżekuzzjoni tat-test
(a) |
Il-gass tat-test jintnefaħ fid-detettur tat-tnixxija tal-gass tal-idroġenu; |
(b) |
Il-funzjoni primarja tas-sistema tat-twissija' tiġi kkonfermata meta tiġi ttestjata mal-gass sabiex tiġi vverifikata l-funzjoni tat-twissija; |
(c) |
Il-valv iżolanti ewlieni jiġi kkonfermat li jkun magħluq meta jiġi ttestjat bil-gass sabiex tiġi vverifikata l-funzjoni tal-iżolament. Pereżempju, il-monitoraġġ tal-potenza elettrika tal-valv iżolanti jew tal-ħoss tal-attivazzjoni tal-valv iżolanti jistgħu jintużaw biex jikkonfermaw l-operazzjoni tal-valv iżolanti ewlieni tal-provvista tal-idroġenu. |
3.2. Il-proċedura tat-test għall-integrità ta' spazji magħluqa u sistemi ta' detezzjoni.
3.2.1. Preparazzjoni:
3.2.1.1. |
It-test jitwettaq mingħajr l-ebda influwenza ta' riħ. |
3.2.1.2. |
Tingħata attenzjoni speċjali lill-ambjent tat-test, minħabba li matul it-test jistgħu jokkorru taħlitiet fjammabbli tal-idroġenu u tal-arja. |
3.2.1.3. |
Qabel it-test il-vettura tiġi ppreparata biex tippermetti rilaxxi tal-idroġenu kontrollabbli mill-bogħod mis-sistema tal-idroġenu. In-numru, il-post, u l-kapaċità tal-fluss tal-punti tar-rilaxx downstram tal-valv iżolanti ewlieni tal-idroġenu jiġu definiti mill-manifattur tal-vettura filwaqt li jitqiesu l-agħar xenarji tal-każ ta' tnixxija taħt kundizzjoni ta' falliment uniku. Bħala minimu, il-fluss totali tar-rilaxxi kollha kkontrollati mill-bogħod għandu jkun adegwat biex jiskatta l-wiri tal-funzjonijiet tal-iżolament tal-idroġenu u “tat-twissija” awtomatika. |
3.2.1.4. |
Għall-finijiet ta' dan it-test, jiġi installat detettur tal-konċentrazzjoni tal-idroġenu fejn il-gass tal-idroġenu jista' jakkumula l-aktar fil-kompartiment tal-passiġġieri (e.ż. Qrib il-headliner) meta jsir test għall-konformità mal-paragrafu 7.1.4.2 ta' dan ir-Regolament u jiġu installati detetturi tal-konċentrazzjoni tal-idroġenu f'volumi magħluqa jew semimagħluqa mal-vettura fejn jista' jakkumula idroġenu mir-rilaxxi simulati tal-idroġenu waqt l-ittestjar għall-konformità mal-paragrafu 7.1.4.3 ta' dan ir-Regolament (ara l-Anness 5, il-paragrafu 3.2.1.3). |
3.2.2. Proċedura:
3.2.2.1. |
Bibien ta' vetturi, twieqi u kisi ieħor jingħalqu. |
3.2.2.2. |
Is-sistema ta' propulsjoni tal-vettura tat-test tinxtegħel, tissaħħan sat-temperatura operattiva normali tagħha, u titħalla topera għad-durata tat-test. |
3.2.2.3. |
Tiġi simulata tnixxija permezz tal-użu tal-funzjoni kontrollabbli mill-bogħod. |
3.2.2.4. |
Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu titkejjel kontinwament sakemm il-konċentrazzjoni ma tiżdiedx għal 3 minuti. Waqt l-ittestjar għall-konformità mal-paragrafu 7.1.4.3 ta' dan ir-Regolament, it-tnixxija simulata u mbagħad tiġi miżjuda bl-użu tal-funzjoni kontrollabbli mill-bogħod sakemm il-valv iżolanti tal-idroġenu jingħalaq u jiġi attivat is-sinjal ta' twissija tal-indikatur operatorju. Il-monitoraġġ tal-potenza elettrika tal-valv iżolanti jew tal-ħoss tal-attivazzjoni tal-valv iżolanti jistgħu jintużaw biex jikkonfermaw l-operazzjoni tal-valv iżolanti ewlieni tal-provvista tal-idroġenu. |
3.2.2.5. |
Meta jitwettaq test għall-konformità mal-paragrafu 7.1.4.2 ta' dan ir-Regolament, it-test jitlesta b'suċċess jekk il-konċentrazzjoni ta' idroġenu fil-kompartiment tal-passiġġieri ma tkunx taqbeż il-1,0 %. Meta jitwettaq test għall-konformità mal-paragrafu 7.1.4.3 ta' dan ir-Regolament, it-test jitlesta b'suċċess jekk it-twissija tal-indikatur operatorju u l-funzjoni tal-iżolament jiġu eżegwiti fil-livelli (jew taħthom) speċifikati fil-paragrafu 7.1.4.3 ta' dan ir-Regolament; inkella, it-test ma jirnexxix u s-sistema ma tiġix ikkwalifikata għall-użu ma' vetturi. |
4. IT-TEST TAL-KONFORMITÀ GĦAS-SISTEMA TAL-EGŻOST TAL-VETTURI
4.1. Is-sistema tal-enerġija tal-vettura tat-test (e.ż s-saffi taċ-ċelluli tal-fjuwil jew il-magna) tissaħħan għat-temperatura operattiva normali tagħha.
4.2. Il-mekkaniżmu tal-kejl jissaħħan sat-temperatura operattiva normali tiegħu qabel jintuża.
4.3. Is-sezzjoni tal-kejl tal-mekkaniżmu tal-kejl titqiegħed fuq il-linja ċentrali tal-fluss tal-gass tal-egżost anqas minn 100 mm 'il bogħod mill-punt tar-rilaxx tal-egżost estern għall-vettura.
4.4. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu tal-egżost tiġi mkejla kontinwament matul l-istadji li ġejjin:
(a) |
Is-sistema tal-enerġija tintefa'; |
(b) |
Mat-tlestija tal-proċess tat-tifi, is-sistema tal-enerġija tinxtegħel immedjatament; |
(c) |
Wara li tgħaddi minuta, is-sistema tal-enerġija tintefa u l-kejl ikompli sakemm titlesta l-proċedura tat-tifi tas-sistema tal-enerġija. |
4.5. Il-mekkaniżmu tal-kejl għandu jkollu ħin ta' rispons tal-kejl ta' anqas minn 300 millisekonda.
5. IT-TEST TAL-KONFORMITÀ GĦAT-TNIXXIJA TAL-LINJA TAL-FJUWIL
5.1. Is-sistema tal-enerġija tal-vettura tat-test (e.ż s-saffi taċ-ċelluli tal-fjuwil jew il-magna) tissaħħan u topera bit-temperatura operattiva normali tagħha bil-pressjoni operattiva applikata lil-linji tal-fjuwil.
5.2. It-tnixxija tal-idroġenu tiġi evalwata f'sezzjonijiet aċċessibbli tal-linji tal-fjuwil mis-sezzjoni ta' pressjoni għolja għas-saffi taċ-ċelluli tal-fjuwil (jew il-magna), bl-użu ta' detettur tat-tnixxija tal-gass jew likwidu ta' detezzjoni ta' tnixxija, bħal soluzzjoni ta' sapun.
5.3. Id-detezzjoni tat-tnixxija tal-idroġenu titwettaq l-ewwel fil-ġonot
5.4. Meta jintużaw detettur tat-tnixxija, id-detezzjoni titwettaq billi d-detettur tat-tnixxija jitħalla jaħdem għal tal-anqas 10 sekondi f'postijiet qrib kemm jista jkun tal-linji tal-fjuwil.
5.5. Meta jintuża likwidu li jindividwa tnixxija, titwettaq individwazzjoni tat-tnixxija tal-gass tal-idroġenu immedjatament wara l-applikazzjoni tal-likwidu. Barra minn hekk, jitwettqu kontrolli viżwali ftit minuti wara l-applikazzjoni tal-likwidu sabiex jiġi vverifikat jekk ikunx hemm bżieżaq ikkawżati minn traċċi ta' tnixxijiet.
6. VERIFIKA TAL-INSTALLAZZJONI
Is-sistema tiġi spezzjonata viżwalment għall-konformità.