|
4.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/7 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2019/164 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-1 ta' Frar 2019
li taħtar żewġ Imħallfin u Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-mandati ta' erbatax-il Imħallef u ta' ħames Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja skadew fis-6 ta' Ottubru 2018. Jenħtieġ li jsiru ħatriet biex jimtlew dawn iż-żewġ karigi li għadhom vakanti. |
|
(2) |
Il-kandidatura tas-Sur Christopher VAJDA ġiet proposta għall-kariga ta' Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-kandidatura tas-Sur Priit PIKAMÄE ġiet proposta għall-kariga ta' Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-mandat ta' Imħallef propost mill-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, is-Sur M. VAJA, ser jiskadi fis-6 ta' Ottubru 2024 jew fid-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, skont liema minn dawn l-iskadenzi tiġi l-ewwel. Madankollu, il-mandat tal-Avukat Ġenerali ser jiskadi fis-6 ta' Ottubru 2024. |
|
(4) |
Barra minn hekk, skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara r-riżenja tas-Sur Allan ROSAS, li ssir effettiva fis-7 ta' Ottubru 2019, jenħtieġ li jinħatar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-bqija tal-mandat tas-Sur Allan ROSAS, jiġifieri sas-6 ta' Ottubru 2021. |
|
(5) |
Il-kandidatura tas-Sur Niilo JÄÄSKINEN ġiet proposta għall-kariga li saret vakanti. |
|
(6) |
Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità ta' dawn il-kandidati sabiex jaqdu d-dmirijiet ta' Mħallef u Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Is-Sur Christopher VAJA huwa b'dan maħtur Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sas-6 ta' Ottubru 2024, jew sad-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, skont liema minn dawn l-iskadenzi tiġi l-ewwel.
2. Is-Sur Priit PIKAMÄE huwa b'dan maħtur Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sas-6 ta' Ottubru 2024.
3. Is-Sur Niilo JÄÄSKINEN huwa b'dan maħtur Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2019 sas-6 ta' Ottubru 2021.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Frar 2019.
Il-President
L. ODOBESCU