4.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 32/5


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2019/163 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-1 ta' Frar 2019

li taħtar Imħallfin tal-Qorti Ġenerali

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta' tlieta u għoxrin Imħallef fil-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta' Awwissu 2019. Jenħtieġ li jsiru ħatriet biex jimtlew dawn il-karigi għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2019 sal-31 ta' Awwissu 2025.

(2)

Il-kandidaturi tas-Sur Stéphane GERVASONI, is-Sa Mariyana KANCHEVA, is-Sur Alexander KORNEZOV, is-Sur Ulf ÖBERG, is-Sa Inga REINE u s-Sur Fredrik SCHALIN ġew proposti għat-tiġdid tal-mandat tagħhom.

(3)

Barra minn hekk, l-Artikolu 48 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jipprevedi li l-Qorti Ġenerali tkun komposta minn żewġ imħallfin għal kull Stat Membru mill-1 ta' Settembru 2019 'il quddiem. L-Artikolu 2(c) ta' dak ir-Regolament jiddetermina t-tul tal-mandat ta' disa' mħallfin supplementari ġodda nnominati mill-1 ta' Settembru 2019 b'tali mod li t-tmiem ta' dan il-mandat jikkorrispondi mat-tiġdid parzjali tal-Qorti Ġenerali li ser isir fl-1 ta' Settembru 2022 u l-1 ta' Settembru 2025.

(4)

Il-kandidatura tas-Sa Mirela STANCU u tas-Sur Laurent TRUCHOT ġew proposti għall-karigi ta' Mħallfin supplementari fil-Qorti Ġenerali.

(5)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Stéphane GERVASONI, is-Sa Mariyana KANCHEVA, is-Sur Alexander KORNEZOV, is-Sur Ulf ÖBERG, is-Sa Inga REINE, is-Sur Fredrik SCHALIN, is-Sa Mirela STANCU u s-Sur Laurent TRUCHOT għall-qadi tad-dmirijiet ta' Mħallef fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Is-segwenti għandhom jinħatru Mħallfin tal-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2019 sal-31 ta' Awwissu 2025:

is-Sur Stéphane GERVASONI,

is-Sa Mariyana KANCHEVA,

is-Sur Alexander KORNEZOV,

is-Sur Ulf ÖBERG,

is-Sa Inga REINE,

is-Sur Fredrik SCHALIN,

is-Sur Laurent TRUCHOT.

2.   Is-Sa Mirela STANCU għandha tinħatar Imħallef tal-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2019 sal-31 ta' Awwissu 2022.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Frar 2019.

Il-President

L. ODOBESCU


(1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341 tal-24.12.2015, p. 14).