|
26.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/36 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 141 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta' vetturi fir-rigward tas-Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS) [2018/1593]
Data tad-dħul fis-seħħ: It-22 ta' Jannar 2017
WERREJ
REGOLAMENT
|
1. |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Approvazzjoni |
|
5. |
Speċifikazzjonijiet u testijiet |
|
6. |
Informazzjoni supplimentari |
|
7. |
Modifiki u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura |
|
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Penali għan-nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
11. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet ta' approvazzjoni, kif ukoll tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
ANNESSI
|
1. |
Komunikazzjoni |
|
2. |
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni |
|
3. |
Rekwiżiti tat-test għas-Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS) |
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategorija M1 sa massa massima ta' 3 500 kg u N1 (1) meta mgħammra b'sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers, minbarra vetturi mmuntati b'roti doppji fuq fus.
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
|
2.1. |
“Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tas-sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers tagħha. |
|
2.2. |
“Tip ta' vettura” tfisser vetturi li ma jvarjawx b'mod sinifikanti f'aspetti essenzjali bħal:
|
|
2.3. |
“Rota” tfisser rota kompleta li tikkonsisti minn rimm u diska tar-rota; |
|
2.4. |
“Tajer” tfisser tajer pnewmatiku, li huwa kopertura flessibbli rinforzata li jkollha, jew flimkien mar-rota li tkun mqabbda magħha, tifforma spazju magħluq kontinwu u essenzjalment torojdali li jkun fih gass (normalment arja) jew inkella gass u likwidu, u li normalment ikun maħsub biex jintuża fi pressjoni ogħla mill-pressjoni atmosferika; |
|
2.5. |
“Massa massima” tfisser il-valur massimu tal-vettura ddikjarat mill-manifattur bħala teknikament permissibbli (din il-massa tista' tkun ogħla mill-“massa massima permissibbli” stabbilita mill-amministrazzjoni nazzjonali). |
|
2.6. |
“Tagħbija massima fuq il-fus” tfisser il-valur massimu, kif indikat mill-manifattur, tal-forza vertikali totali bejn is-superfiċji ta' kuntatt tat-tajers jew it-tracks ta' fus wieħed u l-art, li jirriżulta mill-parti tal-massa tal-vettura merfugħa minn dak il-fus; din it-tagħbija tista' tkun ogħla mit-“tagħbija awtorizzata fuq il-fus” stabbilita mill-amministrazzjoni nazzjonali. It-total tat-tagħbijiet fuq il-fusien jista' jkun ogħla mill-valur korrispondenti għall-massa totali tal-vettura; |
|
2.7. |
“Sistema ta' Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS)” tfisser sistema installata fuq vettura li tkun tista' twettaq funzjoni ta' evalwazzjoni tal-pressjoni ta' nfiħ fit-tajers, jew inkella tal-varjazzjoni ta' din il-pressjoni ta' nfiħ tul il-ħin, u tittrażmetti l-informazzjoni korrispondenti lill-utent waqt li l-vettura tkun qed tinstaq; |
|
2.8. |
“Pressjoni ta' nfiħ tat-tajer fil-kiesaħ” tfisser il-pressjoni tat-tajer f'temperatura ambjentali, fin-nuqqas ta' kwalunkwe akkumulazzjoni ta' pressjoni mill-użu tat-tajer; |
|
2.9. |
“Pressjoni ta' nfiħ fil-kiesaħ irrakkomandata (Prec)” tfisser il-pressjoni rrakkomandata għal kull pożizzjoni tat-tajer mill-manifattur tal-vettura, għall-kundizzjonijiet ta' servizz intenzjonati (eż. veloċità u tagħbija) tal-vettura kkonċernata, kif iddefinita fuq il-plakard tal-vettura u/jew fil-manwal ta' sid il-vettura; |
|
2.10. |
“Pressjoni operattiva waqt l-użu (Pwarm)” tfisser il-pressjoni ta' nfiħ għal kull pożizzjoni tat-tajer elevata mill-pressjoni fil-kiesaħ (Prec) bl-effetti tat-temperatura matul l-użu tal-vettura; |
|
2.11. |
“Pressjoni waqt it-Test (Ptest)” tfisser il-pressjoni reali tat-tajer(s) magħżula għal kull pożizzjoni tat-tajer wara li jitniżżel matul il-proċedura tat-test. |
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tas-sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers tagħha għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li jkun akkreditat kif xieraq;
3.2. Din għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni, fi tliet kopji, tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-affarijiet speċifikati fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament:
3.3. Għandha tintbagħat vettura, li tkun rappreżentattiva tat-tip ta' vettura li għandu jiġi approvat, lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew lis-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet ta' approvazzjoni.
3.4. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tivverifika l-eżistenza ta' arranġamenti sodisfaċenti biex jiġi żgurat il-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.
4. APPROVAZZJONI
4.1. Jekk il-vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5. ta' hawn taħt, dak it-tip ta' vettura għandu jiġi approvat.
4.2. Għandu jiġi assenjat numru ta' approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (attwalment 00 għar-regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi importanti l-aktar reċenti li jkunu saru għar-regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.
4.3. Avviż dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut tal-approvazzjoni ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola li tkun tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
4.4. Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, b'mod li jolqot l-għajn u f'post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:
|
4.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E”, segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni (2); |
|
4.4.2. |
In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru ta' approvazzjoni fuq il-lemin tal-marki preskritti fil-paragrafu 4.4.1. |
4.5. Jekk il-vettura tkun konformi ma' tip ta' vettura approvat skont regolament wieħed jew aktar anness/i mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f'każ bħal dan, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.
4.6. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.
4.7. Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta' jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.
4.8. L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji ta' marki tal-approvazzjoni.
5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET
5.1. Ġenerali
5.1.1. Kwalunkwe vettura tal-kategoriji M1 sa 3 500 kg u N1, fiż-żewġ każijiet bil-fusien kollha installati b'tajer wieħed, u mgħammra b'sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers li tikkonforma mad-definizzjoni tal-paragrafu 2.7, għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni fil-paragrafi 5.1.2 sa 5.5.5 ta' dan ir-Regolament f'firxa wiesgħa ta' kundizzjonijiet tat-toroq u ambjentali ffaċċjati fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti.
5.1.2. L-effettività tas-sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers installata fuq vettura ma għandhiex tkun affettwata b'mod avvers minn kampijiet manjetiċi jew tal-elettriku. Dan għandu jiġi jintwera billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tekniċi u billi jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tar-Regolament Nru 10, permezz tal-applikazzjoni:
|
(a) |
Tas-serje ta' emendi 03 għal vetturi mingħajr sistema ta' akkoppjar biex tiġi ċċarġjata s-Sistema ta' Ħażna ta' Enerġija Elettrika Rikarikabbli (batteriji tat-trazzjoni); |
|
(b) |
Tas-serje ta' emendi 04 għal vetturi b'sistema ta' akkoppjar biex tiġi ċċarġjata s-Sistema ta' Ħażna ta' Enerġija Elettrika Rikarikabbli (batteriji tat-trazzjoni) |
5.1.3. Is-sistema għandha taħdem minn veloċità ta' 40 km/h jew inqas, sal-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura.
5.1.4. Il-vettura għandha tissodisfa t-testijiet (panċer, diffużjoni u ħsara) kif speċifikati fl-Anness 3.
5.2. Detezzjoni tal-pressjoni tat-tajers għal telf ta' pressjoni relatat ma' inċidenti.
5.2.1. It-TPMS għandha tixgħel is-sinjal ta' twissija deskritt fil-paragrafu 5.5 mhux aktar tard minn 10 minuti ta' ħin ta' sewqan kumulattiv wara li l-pressjoni operattiva waqt l-użu f'wieħed mit-tajers tal-vettura tkun tnaqqset b'20 %, jew inkella tkun qiegħda fi pressjoni minima ta' 150 kPa, skont liema minnhom tkun l-ogħla.
5.3. Detezzjoni għal livell ta' pressjoni tat-tajers sinifikattivament aktar baxx mill-pressjoni rrakkomandata għal prestazzjoni ottimali, inklużi l-konsum tal-fjuwil u s-sikurezza
5.3.1. It-TPMS għandha tixgħel is-sinjal ta' twissija deskritt fil-paragrafu 5.5 mhux aktar tard minn 60 minuta ta' ħin ta' sewqan kumulattiv wara li l-pressjoni operattiva waqt l-użu fi kwalunkwe wieħed mit-tajers tal-vettura, sa total ta' erba' tajers, tkun tnaqqset b'20 % jew inkella tkun qiegħda fi pressjoni minima ta' 150 kPa, skont liema minnhom tkun l-ogħla.
5.4. Detezzjoni ta' ħsara.
5.4.1. It-TPMS għandha tixgħel is-sinjal ta' twissija deskritt fil-paragrafu 5.5 mhux aktar tard minn 10 minuti wara li sseħħ ħsara li taffettwa l-ġenerazzjoni jew it-trażmissjoni tas-sinjali tal-kontroll jew ta' reazzjoni fis-sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers tal-vettura.
5.5. Indikazzjoni ta' twissija.
5.5.1. L-indikazzjoni ta' twissija għandha tkun permezz ta' sinjal ottiku ta' twissija li jikkonforma mar-Regolament Nru 121.
5.5.2. Is-sinjal ta' twissija għandu jiġi attivat meta l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run) (kontroll tal-bozza). Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal indikaturi operatorji murija fi spazju komuni.
5.5.3. Is-sinjal ta' twissija għandu jkun viżibbli anke matul il-ġurnata; il-kundizzjoni sodisfaċenti tas-sinjal trid tkun verifikabbli faċilment mis-sewwieq minn fuq is-sit tiegħu.
5.5.4. L-indikazzjoni ta' ħsara tista' tkun l-istess sinjal ta' twissija bħal dak li jintuża biex jindika tajer baxx. Jekk is-sinjal ta' twissija deskritt fil-paragrafu 5.5.1 jintuża biex jindika kemm tajer baxx kif ukoll ħsara fit-TPMS, għandu japplika dan li ġej: meta l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run), is-sinjal ta' twissija għandu jteptep biex jindika ħsara. Wara ftit ħin, is-sinjal ta' twissija għandu jibqa' mixgħul il-ħin kollu sakemm ikun hemm ħsara u sakemm l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run). Sakemm tissewwa l-ħsara, is-sekwenza tat-teptip u tal-illuminazzjoni għandha tiġi ripetuta kull darba li l-iswiċċ tal-ignixin (start) ikun fil-pożizzjoni “on” (run).
5.5.5. L-indikatur operatorju tat-twissija deskritt fil-paragrafu 5.5.1 jista' jintuża f'modalità ta' teptip sabiex jipprovdi informazzjoni dwar l-istatus ta' risettjar tas-sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers, f'konformità mal-manwal ta' sid il-vettura.
6. INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI
6.1. Il-manwal ta' sid il-vettura, jekk ikun hemm wieħed, għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
6.1.1. |
Dikjarazzjoni li l-vettura hija mgħammra b'sistema ta' dan it-tip (u informazzjoni dwar kif tiġi rrisettjata s-sistema, jekk is-sistema attwali tkun tinkludi din il-karatteristika). |
|
6.1.2. |
Stampa tas-simbolu tal-indikatur operatorju deskritt fil-paragrafu 5.5.1 (u stampa tas-simbolu tal-indikatur operatorju ta' ħsara, jekk jintuża indikatur operatorju ddedikat għal din il-funzjoni). |
|
6.1.3. |
Informazzjoni addizzjonali dwar is-sinifikat ta' meta jixgħel l-indikatur operatorju ta' twissija dwar pressjoni baxxa fit-tajers, u deskrizzjoni tal-azzjoni korrettiva li trid tittieħed jekk dan iseħħ. |
6.2. Jekk mal-vettura ma jingħatax il-manwal ta' sid il-vettura, l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 6.1 ta' hawn fuq għandha tintwera f'post prominenti fil-vettura.
7. MODIFIKI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' VETTURA
7.1. Kull modifika fit-tip ta' vettura, kif iddefinit fil-paragrafu 2.2 ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta' vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista' mbagħad jew:
|
7.1.1. |
Tqis li l-modifiki li saru ma għandhomx effett avvers fuq il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-approvazzjoni, u tagħti estensjoni tal-approvazzjoni; |
|
7.1.2. |
Tqis li l-modifiki li saru jaffettwaw il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-approvazzjoni, u titlob li jsiru testijiet jew kontrolli addizzjonali qabel ma tingħata estensjoni tal-approvazzjoni. |
7.2. Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet, għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta' hawn fuq.
7.3. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tinforma lill-Partijiet Kontraenti l-oħra dwar l-estensjoni permezz tal-formola ta' komunikazzjoni li tidher fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament. Hija għandha tassenja numru tas-serje lil kull estensjoni, li jkun magħruf bħala n-numru tal-estensjoni.
8. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
8.1. Il-proċeduri għall-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma' dawk stipulati fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324–E/ECE/TRANS/505/Rev. 2), bir-rekwiżiti li ġejjin:
8.2. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista', fi kwalunkwe żmien, tivverifika l-konformità tal-produzzjoni f'kull faċilità ta' produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' mill-inqas darba f'sena.
9. PENALI GĦAN-NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
9.1. L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ma jkunux rispettati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8.
9.2. Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hija għandha tavża minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar tagħha jkollha, f'ittri kbar, l-annotazzjoni “APPROVAZZJONI RTIRATA” iffirmata u datata.
10. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tavża lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar tagħha jkollha, f'ittri kbar, l-annotazzjoni “PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX” iffirmata u datata.
11. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni, ir-rifjut, l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni maħruġa f'pajjiżi oħra.
(1) Kif iddefiniti fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6, il-paragrafu 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(2) In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6, l-Anness 3 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
ANNESS 2
ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
(Ara l-paragrafu 4.4 ta' dan ir-Regolament)
Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq li titwaħħal ma' vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) fir-rigward tat-tagħmir ta' sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers, skont ir-Regolament Nru 141 u bin-numru ta' approvazzjoni 002439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 141 fil-forma oriġinali tiegħu.
ANNESS 3
TESTIJIET GĦAS-SISTEMI TA' MONITORAĠĠ TAL-PRESSJONI TAT-TAJERS (TPMS)
1. KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST
1.1. Temperatura ambjentali.
It-temperatura ambjentali għandha tkun bejn 0 °C u 40 °C.
1.2. Is-superfiċje tat-test fit-triq.
It-triq għandu jkollha superfiċje li tippermetti aderenza tajba. Is-superfiċje tat-triq għandha tkun niexfa waqt it-testijiet.
1.3. It-testijiet għandhom jitwettqu f'ambjent ħieles minn kull interferenza ta' radio waves.
1.4. Il-kundizzjonijiet tal-vettura.
1.4.1. Piż waqt it-test
Il-vettura tista' tiġi ttestjata fi kwalunkwe kundizzjoni ta' tagħbija, fejn id-distribuzzjoni tal-massa fuq il-fusien għandha tkun dik iddikjarata mill-manifattur tal-vettura mingħajr ma taqbeż il-massa massima permissibbli fuq kull fus.
Madankollu, fil-każ li ma jkun hemm ebda possibilità li s-sistema tiġi ssettjata jew irrisettjata, il-vettura ma għandhiex tkun mgħobbija. Minbarra s-sewwieq, jista' jkun hemm persuna oħra fis-sit ta' quddiem li tkun responsabbli biex tirreġistra r-riżultati tat-testijiet. Il-kundizzjoni tat-tagħbija ma għandhiex tiġi mmodifikata matul it-test.
1.4.2. Veloċità tal-vettura.
It-TPMS tal-vettura għandha tiġi kkalibrata u ttestjata:
|
(a) |
F'medda ta' veloċità minn 40 km/h sa 120 km/h jew il-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura, jekk din tkun inqas minn 120 km/h, biex it-test tal-panċer jivverifika r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2 ta' dan ir-Regolament; u |
|
(b) |
F'medda ta' veloċità minn 40 km/h sa 100 km/h biex it-test tad-diffużjoni jivverifika r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3 ta' dan ir-Regolament u biex it-test tal-ħsara jivverifika r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.4 ta' dan ir-Regolament. |
Matul it-test, għandha tkun koperta il-medda ta' veloċità sħiħa.
Għall-vetturi mgħammra bil-kontroll awtomatiku tal-veloċità, dan ma għandux jintuża matul l-ittestjar.
1.4.3. Pożizzjoni tar-rimmijiet.
Ir-rimmijiet tal-vettura jistgħu jitqiegħdu fi kwalunkwe pożizzjoni tar-roti, b'konsistenza ma' kwalunkwe struzzjonijiet jew limitazzjonijiet relatati mill-manifattur tal-vettura.
1.4.4. Post fejn titħalla wieqfa.
Meta l-vettura tkun ipparkjata, it-tajers tal-vettura għandhom jinżammu fid-dell. Il-post għandu jkun protett kontra kull riħ li jista' jaffettwa r-riżultati.
1.4.5. Applikazzjoni tal-pedala tal-brejk.
Il-ħin tas-sewqan ma għandux jakkumula matul l-applikazzjoni tal-brejk ta' servizz waqt li l-vettura tkun miexja.
1.4.6. Tajers.
Il-vettura għandha tiġi ttestjata bit-tajers imwaħħla fuq il-vettura skont ir-rakkomandazzjoni tal-manifattur tal-vettura. Madankollu, l-istepni jista' jintuża biex tiġi ttestjata ħsara fit-TPMS.
1.5. Il-preċiżjoni tal-apparat għall-kejl tal-pressjoni.
L-apparat għall-kejl tal-pressjoni li għandu jintuża għat-testijiet li jinsabu f'dan l-anness għandu jkun preċiż sa mill-inqas +/– 3 kPa.
2. PROĊEDURA TAT-TEST
It-test għandu jitwettaq b'veloċità tat-test li tinsab fi ħdan il-medda skont il-paragrafu 1.4.2 ta' dan l-anness, mill-inqas darba għall-każ tat-test skont il-paragrafu 2.6.1 ta' dan l-anness (“test tal-panċer”), u mill-inqas darba għal kull każ tat-test skont il-paragrafu 2.6.2 ta' dan l-anness (“test tad-diffużjoni”).
2.1. Qabel ma jintefħu t-tajers tal-vettura, ħalli l-vettura wieqfa barra għal mill-inqas siegħa f'temperatura ambjentali bil-magna mitfija, fid-dell u mhux esposta għar-riħ jew għal influwenzi oħra li jistgħu jsaħħnuha jew ikessħuha. Onfoħ it-tajers tal-vettura sal-pressjoni ta' nfiħ fil-kiesaħ (Prec) irrakkomandata mill-manifattur tal-vettura, f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-manifattur tal-vettura għall-kundizzjonijiet tal-veloċità u tat-tagħbija, kif ukoll tal-pożizzjonijiet tat-tajers. Il-kejl kollu tal-pressjoni għandu jsir bl-użu tal-istess tagħmir tat-testijiet.
2.2. Bil-vettura wieqfa u s-sistema tal-illokkjar tal-ignixin fil-pożizzjoni “Lock” jew “Off”, attiva s-sistema tal-illokkjar tal-ignixin fil-pożizzjoni “On” jew “Run”. Is-sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers għandha twettaq kontroll tal-funzjoni tal-bozza għall-indikatur operatorju ta' pressjoni baxxa fit-tajers, kif speċifikat fil-paragrafu 5.5.2 ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rekwiżit tal-aħħar ma japplikax għal indikaturi operatorji murija fi spazju komuni.
2.3. Jekk applikabbli, issettja jew irrisettja s-sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur tal-vettura.
2.4. Fażi ta' tagħlim.
2.4.1. Suq il-vettura għal mill-inqas 20 minuta fi ħdan il-medda ta' veloċità fil-paragrafu 1.4.2 ta' dan l-anness, u b'veloċità medja ta' 80 km/h (± 10 km/h). Matul il-fażi ta' tagħlim, tista' toħroġ barra l-medda ta' veloċità għal ħin kumulattiv massimu ta' żewġ minuti.
2.4.2. Għad-diskrezzjoni tas-Servizz Tekniku, fejn it-test tas-sewqan jitwettaq fuq korsa (ċirku/ovali) b'dawran lejn naħa waħda biss, it-test tas-sewqan fil-paragrafu 2.4.1 ta' hawn fuq għandu jinqasam b'mod ugwali (+/– 2 minuti) fiż-żewġ direzzjonijiet.
2.4.3. Fi żmien ħames minuti mill-ikkompletar tal-fażi ta' tagħlim, kejjel il-pressjoni fis-sħana tat-tajer(s) li jridu jitniżżlu. Il-pressjoni fis-sħana għandha tittieħed bħala l-valur Pwarm. Dan il-valur jintuża għal operazzjonijiet sussegwenti.
2.5. Fażi ta' tniżżil tat-tajer.
2.5.1. Il-proċedura għat-test tal-panċer biex jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2 ta' dan ir-Regolament.
Niżżel wieħed mit-tajers tal-vettura fi żmien 5 minuti minn meta titkejjel il-pressjoni fis-sħana, kif deskritt fil-paragrafu 2.4.3 ta' hawn fuq, sakemm dan ikun f'Pwarm – 20 % jew fi pressjoni minima ta' 150 kPa, skont liema jkun l-ogħla, jiġifieri Ptest. Wara perjodu ta' stabbilizzazzjoni ta' bejn 2 u 5 minuti, il-pressjoni Ptest għandha terġa' tiġi ċċekkjata u aġġustata jekk ikun hemm bżonn.
2.5.2. Il-proċedura għat-test tad-diffużjoni biex jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3 ta' dan ir-Regolament.
Niżżel l-erba' tajers kollha fi żmien 5 minuti minn meta titkejjel il-pressjoni fis-sħana, kif deskritt fil-paragrafu 2.4.3 ta' hawn fuq, sakemm dawn ikunu f'Pwarm – 20 % b'deflazzjoni ulterjuri ta' 7 kPa, jiġifieri Ptest. Wara perjodu ta' stabbilizzazzjoni ta' bejn 2 u 5 minuti, il-pressjoni Ptest għandha terġa' tiġi ċċekkjata u aġġustata jekk ikun hemm bżonn.
2.6. Fażi ta' detezzjoni ta' pressjoni baxxa tat-tajers
2.6.1. Il-proċedura għat-test tal-panċer biex jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2 ta' dan ir-Regolament.
2.6.1.1. Suq il-vettura tul kwalunkwe parti tal-korsa tat-test (mhux bilfors kontinwament). It-total tal-ħin tas-sewqan akkumulat għandu jkun l-inqas wieħed bejn 10 minuti jew il-ħin sakemm jixgħel l-indikatur operatorju ta' pressjoni baxxa fit-tajers.
2.6.2. Il-proċedura għat-test tad-diffużjoni biex jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3 ta' dan ir-Regolament.
2.6.2.1. Suq il-vettura tul kwalunkwe parti tal-korsa tat-test. Wara mhux inqas minn għoxrin (20) minuta u mhux iktar minn erbgħin (40) minuta, waqqaf il-vettura kompletament bil-magna mitfija u biċ-ċavetta tal-ignixin imneħħija għal mhux inqas minn (1) minuta u mhux aktar minn tliet (3) minuti. Kompli t-test. It-total tal-ħin tas-sewqan akkumulat għandu jkun l-inqas wieħed bejn 60 minuta ta' sewqan akkumulat skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.4.2 ta' hawn fuq jew il-ħin sakemm jixgħel l-indikatur operatorju ta' pressjoni baxxa fit-tajers.
2.6.3. Jekk ma jkunx xegħel is-sinjal li jindika pressjoni baxxa fit-tajers, waqqaf it-test.
2.7. Jekk l-indikatur operatorju li jindika pressjoni baxxa fit-tajers ikun xegħel matul il-proċedura fil-paragrafu 2.6 ta' hawn fuq, iddiżattiva s-sistema tal-illokkjar tal-ignixin billi taqlibha fil-pożizzjoni “Off” jew “Lock”. Wara ħames minuti, erġa' attiva s-sistema tal-illokkjar tal-ignixin tal-vettura billi taqlibha fil-pożizzjoni “On” (“Run”). Dan l-indikatur operatorju jrid jixgħel u jibqa' mixgħul sakemm is-sistema tal-illokkjar tal-ignixin tkun fil-pożizzjoni “On” (“Run”).
2.8. Onfoħ it-tajers kollha tal-vettura sal-pressjoni ta' nfiħ fil-kiesaħ irrakkomandata mill-manifattur. Irrisettja s-sistema f'konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vettura. Iddetermina jekk ikunx intefa l-indikatur operatorju. Jekk ikun meħtieġ, suq il-vettura sakemm jintefa dan l-indikatur operatorju. Jekk dan l-indikatur operatorju jibqa' ma jintefiex, waqqaf it-test.
2.9. Ripetizzjoni tal-fażi ta' tniżżil tat-tajer.
It-test jista' jiġi ripetut, bl-istess tagħbijiet jew b'tagħbijiet differenti, bl-użu tal-proċeduri tat-test rilevanti fil-paragrafi 2.1 sa 2.8 ta' hawn fuq, bit-tajer(s) rilevanti tal-vettura mhux minfuħ(a) biżżejjed, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 5.2 jew 5.3 ta' dan ir-Regolament, skont liema jkun rilevanti.
3. DETEZZJONI TA' ĦSARA FIT-TPMS
3.1. Issimula ħsara fit-TPMS, pereżempju billi tiskonnettja s-sors tal-enerġija minn kwalunkwe komponent tat-TPMS, jew billi tiskonnettja kwalunkwe konnessjoni elettrika bejn il-komponenti tat-TPMS, jew billi tarma tajer jew rota mal-vettura li jkunu inkompatibbli mat-TPMS. Meta tissimula ħsara fit-TPMS, ma għandhomx jiġu skonnessi l-konnessjonijiet elettriċi għall-bozoz tal-indikaturi operatorji.
3.2. Suq il-vettura għal ħin kumulattiv ta' mhux aktar minn 10 minuti (mhux bilfors kontinwament) tul kwalunkwe parti mill-korsa tat-test.
3.3. It-total tal-ħin tas-sewqan akkumulat skont il-paragrafu 3.2 għandu jkun l-inqas wieħed bejn 10 minuti jew il-ħin sakemm jixgħel l-indikatur operatorju ta' ħsara fit-TPMS.
3.4. Jekk l-indikatur ta' ħsara fit-TPMS ma jkunx xegħel f'konformità mal-paragrafu 5.4 ta' dan ir-Regolament, kif meħtieġ, waqqaf it-test.
3.5. Jekk l-indikatur ta' ħsara fit-TPMS ikun mixgħul jew jixgħel waqt il-proċedura fil-paragrafi 3.1 sa 3.3 ta' hawn fuq, iddiżattiva s-sistema tal-illokkjar tal-ignixin billi taqlibha fil-pożizzjoni “Off” jew “Lock”. Wara ħames minuti, erġa' attiva s-sistema tal-illokkjar tal-ignixin tal-vettura billi taqlibha fil-pożizzjoni “On” (“Run”). Għal darb'oħra, l-indikatur ta' ħsara fit-TPMS għandu jissinjala ħsara u jibqa' mixgħul sakemm is-sistema tal-illokkjar tal-ignixin tkun fil-pożizzjoni “On” (“Run”).
3.6. Irritorna t-TPMS għal sitwazzjoni ta' tħaddim normali. Jekk ikun meħtieġ, suq il-vettura sakemm jintefa s-sinjal ta' twissija. Jekk il-bozza ta' twissija tibqa' ma tintefiex, waqqaf it-test.
3.7. It-test jista' jiġi ripetut bl-użu tal-proċeduri tat-test fil-paragrafi 3.1 sa 3.6 ta' hawn fuq, b'kull wieħed minn dawn it-testijiet limitat għal simulazzjoni ta' każ wieħed ta' ħsara.