|
15.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 153/179 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. Jenħtieġ li l-istat u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istat NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 55 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Id-dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-komponenti tal-akkoppjament mekkaniku ta' kombinazzjonijiet ta' vetturi [2018/862]
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Suppliment 7 tas-serje ta' emendi 01 – Data tad-dħul fis-seħħ: l-10 ta' Frar 2018
KONTENUT
REGOLAMENT
|
1. |
Il-kamp ta' applikazzjoni |
|
2. |
Id-definizzjonijiet |
|
3. |
L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta' apparat jew ta' komponent tal-akkoppjament mekkaniku |
|
4. |
Ir-rekwiżiti ġenerali għal apparati jew għal komponenti tal-akkoppjament mekkaniku |
|
5. |
L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta' vettura b'apparat jew b'komponent tal-akkoppjament mekkaniku |
|
6. |
Ir-rekwiżiti ġenerali għal vetturi b'apparat jew b'komponent tal-akkoppjament mekkaniku |
|
7. |
L-immarkar |
|
8. |
L-approvazzjoni |
|
9. |
Il-modifiki tal-apparat jew tal-komponent tal-akkoppjament mekkaniku, jew tal-vettura, u l-estensjoni tal-approvazzjoni |
|
10. |
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni |
|
11. |
Il-penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni |
|
12. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
13. |
Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali |
|
14. |
L-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
ANNESSI
|
1. |
Komunikazzjoni |
|
2. |
Komunikazzjoni |
|
3. |
Eżempju ta' arranġament tal-marka tal-approvazzjoni |
|
4. |
Eżempji ta' arranġamenti tal-immarkar tal-valuri karatteristiċi |
|
5. |
Ir-rekwiżiti għall-apparati jew għall-komponenti tal-akkoppjament mekkaniku |
|
6. |
L-ittestjar tal-apparati jew tal-komponenti tal-akkoppjament mekkaniku |
|
7. |
L-installazzjoni u r-rekwiżiti speċjali |
|
Appendiċi – |
Kundizzjonijiet tat-tagħbija għall-kejl tal-għoli tal-boċċa tal-akkoppjament |
|
8. |
Il-proċedura ta' verifika tal-vettura fir-rigward tat-tagħmir tal-akkoppjament installat |
1. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI
1.1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti li l-apparati u l-komponenti tal-akkoppjament mekkaniku għandhom jissodisfaw sabiex jitqiesu internazzjonalment bħala kompatibbli ma' xulxin.
1.2. Dan ir-Regolament japplika għall-apparati u għall-komponenti maħsuba għal:
|
1.2.1. |
Vetturi bil-mutur u trejlers maħsuba biex jiffurmaw kombinazzjoni ta' vetturi (1);
|
|
1.2.2. |
Vetturi bil-mutur u trejlers maħsuba biex jiffurmaw vetturi artikolati (1), fejn it-tagħbija vertikali imposta fuq il-vettura bil-mutur mit-trejler ma taqbiżx il-200 kN. |
1.3. Dan ir-Regolament japplika għal:
|
1.3.1. |
Apparati u komponenti standard kif definiti fil-paragrafu 2.3; |
|
1.3.2. |
Apparati u komponenti mhux standard kif definiti fil-paragrafu 2.4; |
|
1.3.3. |
Apparati u komponenti mixxellanji mhux standard kif definiti fil-paragrafu 2.5. |
2. ID-DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
|
2.1. |
“Apparati u komponenti tal-akkoppjament mekkaniku” tfisser dawk l-oġġetti kollha fuq il-qafas, il-partijiet tal-karozzerija li jġorru t-tagħbija u x-xażì tal-vettura bil-mutur u t-trejler li permezz tagħhom ikunu magħquda flimkien sabiex jiffurmaw il-kombinazzjoni ta' vetturi jew il-vetturi artikolati. Il-partijiet fissi jew li jistgħu jinqalgħu għat-twaħħil jew għat-tħaddim tal-apparat jew tal-komponent tal-akkoppjament mekkaniku huma inklużi. |
|
2.2. |
Ir-rekwiżit tal-akkoppjament awtomatiku jinkiseb jekk l-irriversjar tal-vettura tal-irmonk mat-trejler ikun biżżejjed biex l-akkoppjament jiġi attwat kompletament, sabiex jillokkja awtomatikament u jindika l-attwazzjoni kif suppost tal-apparati tal-illokkjar mingħajr xi intervent estern. Fil-każ tal-akkoppjamenti bil-ganċ, ir-rekwiżit tal-akkoppjament awtomatiku jinkiseb jekk il-ftuħ u l-għeluq tal-apparat li jillokkja l-akkoppjament iseħħu mingħajr xi intervent estern meta għajn l-iżbarra tal-irmonk tiddaħħal fil-ganċ. |
|
2.3. |
L-apparati u l-komponenti standard tal-akkoppjament mekkaniku jikkonformaw mad-dimensjonijiet standard u mal-valuri karatteristiċi kif mogħtija f'dan ir-Regolament. Dawn huma interkambjabbli fil-klassi tagħhom, b'mod indipendenti mill-manifattur. |
|
2.4. |
L-apparati u l-komponenti mhux standard tal-akkoppjament mekkaniku ma jikkonformawx fl-aspetti kollha mad-dimensjonijiet standard u mal-valuri karatteristiċi kif mogħtija f'dan ir-Regolament, iżda jistgħu jitqabbdu mal-apparati u mal-komponenti standard tal-akkoppjament fil-klassi rilevanti. |
|
2.5. |
L-apparati u l-komponenti mixxellanji mhux standard tal-akkoppjament mekkaniku ma jikkonformawx mad-dimensjonijiet standard u mal-valuri karatteristiċi kif mogħtija f'dan ir-Regolament u ma jistgħux jitqabbdu mal-apparati u mal-komponenti standard tal-akkoppjament. Dawn huma apparati li ma jikkorrispondu mal-ebda klassi minn fost il-Klassijiet A sa L, T jew W elenkati fil-paragrafu 2.6. u li huma maħsuba għall-użu għat-trasport tqil speċjali, jew apparati mixxellanji li jikkonformaw mal-istandards nazzjonali eżistenti. |
|
2.6. |
L-apparati u l-komponenti tal-akkoppjament mekkaniku huma kklassifikati skont it-tip kif ġej:
L-iżbarri tal-irmonk jistgħu jkunu impernjati sabiex jiċċaqilqu b'mod ħieles fuq pjan vertikali u ma jsostnu l-ebda tagħbija vertikali jew ikunu fissi fuq pjan vertikali sabiex isostnu tagħbija vertikali (żbarri tal-irmonk riġidi). L-iżbarri tal-irmonk riġidi jistgħu jkunu kollha kemm huma riġidi jew ikunu mmuntati b'mod flessibbli. L-iżbarri tal-irmonk jistgħu jkunu jikkonsistu minn iktar minn komponent wieħed u jistgħu jkunu aġġustabbli jew ikunu jiċċaqilqu. Dan ir-Regolament japplika għall-iżbarri tal-irmonk li jkunu unitajiet separati, mhux dawk li jkunu parti integrali mix-xażì tal-vettura rmonkata.
|
|
2.7. |
L-ifilsa tal-immanuvrar huma apparati jew komponenti mmuntati fuq semitrejlers li jikkontrollaw l-immanuvrar pożittiv tat-trejler flimkien mal-akkoppjament tan-nagħla. |
|
2.8. |
Is-sistemi ta' kontroll mill-bogħod huma apparati jew komponenti li permezz tagħhom l-apparat tal-akkoppjament ikun jista' jitħaddem mill-ġenb tal-vettura jew mill-kabina tas-sewqan tal-vettura. |
|
2.9. |
L-indikaturi mill-bogħod huma apparati jew komponenti li jagħtu indikazzjoni li l-akkoppjament twettaq u li l-apparati tal-illokkjar ġew attwati b'mod pożittiv. |
|
2.10. |
“Tip ta' apparat jew ta' komponent tal-akkoppjament” tfisser apparat jew komponent li ma jvarjax f'aspetti essenzjali bħal:
|
|
2.11. |
Il-valuri karatteristiċi D, Dc, S, V u Av huma definiti u vverifikati bħala:
|
|
2.12. |
Is-simboli u d-definizzjonijiet li jintużaw fl-Anness 6 u fl-Anness 8 ta' dan ir-Regolament.
L-ittri subskritti:
|
|
2.13. |
“Trejler b'fus ċentrali” tfisser trejler li jkollu żbarra tal-irmonk li ma tistax tiċċaqlaq fuq pjan vertikali u li ma tiddependix mit-trejler, u li jkollu fus jew fusien li jkunu ppożizzjonati qrib iċ-ċentru tal-gravità tat-trejler, meta dan ikun mgħobbi b'mod uniformi. It-tagħbija vertikali imposta fuq l-akkoppjament tal-vettura tal-irmonk ma għandhiex taqbeż l-10 fil-mija tal-massa massima tat-trejler, jew 1 000 kg, skont liema minnhom tkun l-inqas. Il-massa massima tat-trejler b'fus ċentrali tfisser il-massa totali trażmessa fl-art mill-fus jew mill-fusien tat-trejler meta jkun akkoppjat ma' vettura tal-irmonk u meta jkun mgħobbi sal-massa massima teknikament permissibbli (2). |
|
2.14. |
“Attwazzjoni mekkanika pożittiva” tfisser li d-disinn u l-ġeometrija ta' apparat u tal-partijiet komponenti tiegħu għandhom ikunu tali li l-apparat ma jinfetaħx jew ma jibqax attwat minħabba l-azzjoni ta' xi forza jew komponenti ta' forzi li jkun soġġett għalihom waqt l-użu normali jew l-ittestjar. |
|
2.15. |
“Tip ta' vettura” tfisser vetturi li ma jvarjawx f'ċerti aspetti essenzjali bħall-istruttura, id-dimensjonijiet, l-għamla u l-materjali fiż-żoni li magħhom jitwaħħal l-apparat jew il-komponent tal-akkoppjament mekkaniku. Dan japplika kemm għall-vettura tal-irmonk u kemm għat-trejler. |
|
2.16. |
“Apparat tal-akkoppjament sekondarju” tfisser katina, ħabel metalliku, eċċ., iffittjati ma' apparat tal-akkoppjament, li f'każ ta' separazzjoni tal-apparat tal-akkoppjament prinċipali, ikunu kapaċi jiżguraw li t-trejler jibqa' mqabbad mal-vettura tal-irmonk u li jkun hemm xi azzjoni residwa tal-immanuvrar. |
3. L-APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TA' APPARAT JEW TA' KOMPONENT TAL-AKKOPPJAMENT MEKKANIKU
3.1. L-applikazzjoni għal approvazzjoni għandha tintbagħat mid-detentur tal-isem jew tal-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu kif ikun xieraq.
3.2. Għal kull tip ta' apparat jew ta' komponent tal-akkoppjament mekkaniku, l-applikazzjoni għandu jkollha magħha l-informazzjoni li ġejja, pereżempju, permezz tal-formola ta' komunikazzjoni mogħtija fl-Anness 1.
|
3.2.1. |
Id-dettalji tal-ismijiet jew tal-marki kummerċjali tal-manifatturi jew tal-fornituri li jridu jitpoġġew mal-apparat jew mal-komponent tal-akkoppjament; |
|
3.2.2. |
Tliet settijiet ta' tpinġijiet li jkunu dettaljati biżżejjed biex jiddefinixxu l-apparat jew il-komponent u li jispeċifikaw kif iridu jiġu ffittjati mal-vettura; it-tpinġijiet għandhom juru l-pożizzjoni u l-ispazju pprovdut għan-numru tal-approvazzjoni u għal immarkar ieħor kif indikat fil-paragrafu 7; |
|
3.2.3. |
Dikjarazzjoni tal-valuri D, Dc, S, V u U kif applikabbli u kif definiti fil-paragrafu 2.11. Għall-apparati tal-irmonk maħsuba għal vettura tal-kategorija M1 jew N1, għandha ssir dikjarazzjoni dwar il-mases massimi permissibbli tal-vettura tal-irmonk u tat-trejler u dwar it-tagħbija vertikali statika massima permissibbli u imposta fuq l-apparat tal-irmonk kif irrakkomandat mill-manifattur tal-vettura tal-irmonk; jekk il-valur għall-massa massima permissibbli li tista' tiġi rmonkata jkun żero jew ma jiġi ddikjarat l-ebda valur mill-manifattur tal-vettura, l-applikazzjoni għal approvazzjoni għandha tiġi rrifjutata. 3.2.3.1. Il-valuri karatteristiċi għandhom ikunu minn tal-inqas ugwali għal dawk applikabbli għall-mases massimi permissibbli tal-vettura tal-irmonk, tat-trejler u tal-kombinazzjoni ta' vetturi. |
|
3.2.4. |
Deskrizzjoni teknika dettaljata tal-apparat jew tal-komponent, li tispeċifika, b'mod partikulari, it-tip u l-materjali li jintużaw; |
|
3.2.5. |
Ir-restrizzjonijiet fuq il-vetturi li magħhom jista' jiġi ffittjat l-akkoppjament – ara l-paragrafu 12 tal-Anness 1 u l-paragrafu 3.4 tal-Anness 5; |
|
3.2.6. |
Kampjun wieħed, flimkien ma' kampjuni addizzjonali kif mitlub mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew mis-servizz tekniku; |
|
3.2.7. |
Il-kampjuni kollha għandhom jitlestew għalkollox billi jsirilhom it-trattament finali tas-superfiċe. Madankollu, jekk it-trattament finali jsir biż-żebgħa jew b'kisja tat-trab epossidiku, jenħtieġ li dan jitħalla barra; |
|
3.2.8. |
Fil-każ ta' apparat jew ta' komponent tal-akkoppjament mekkaniku maħsub għal tip speċifiku ta' vettura, il-manifattur tal-apparat jew tal-komponent għandu jibgħat ukoll id-dejta dwar l-installazzjoni, skont l-Appendiċi tal-Anness 2, mogħtija mill-manifattur tal-vettura. L-awtorità tal-approvazzjoni jew is-servizz tekniku jistgħu jitolbu wkoll li tiġi ppreżentata vettura rappreżentattiva tat-tip ikkonċernat. |
4. IR-REKWIŻITI ĠENERALI GĦAL APPARATI JEW GĦAL KOMPONENTI TAL-AKKOPPJAMENT MEKKANIKU
4.1. Kull kampjun għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet dimensjonali u tar-reżistenza, stabbiliti fl-Annessi 5 u 6. Wara li jsiru t-testijiet speċifikati fl-Anness 6, ma għandu jkun hemm l-ebda xquq, ksur jew xi tip ta' distorsjoni permanenti eċċessiva li jkunu ta' detriment għat-tħaddim sodisfaċenti tal-apparat jew tal-komponent.
4.2. Il-partijiet kollha tal-apparat jew tal-komponent tal-akkoppjament mekkaniku, li jekk ma jibqgħux attwati jistgħu jwasslu għas-separazzjoni tal-vettura u t-trejler, għandhom ikunu magħmula mill-azzar. Jistgħu jintużaw materjali oħra diment li l-manifattur ikun wera l-ekwivalenza għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew tas-Servizz Tekniku tal-Parti Kontraenti li tkun qed tapplika dan ir-Regolament.
4.3. L-apparati jew il-komponenti tal-akkoppjament mekkaniku ma għandhomx ikunu ta' periklu meta jitħaddmu u persuna waħda għandha tkun tista' tħaddem l-akkoppjament u d-diżakkoppjament mingħajr l-użu tal-għodod. Bl-eċċezzjoni tal-akkoppjamenti tal-Klassi T, dawk l-apparati biss li jippermettu l-akkoppjament awtomatiku għandhom jitħallew għall-akkoppjament tat-trejlers li jkollhom massa massima teknikament permissibbli li tkun ikbar minn 3,5 tunnellati.
4.4. L-apparati jew il-komponenti tal-akkoppjament mekkaniku għandhom jiġu ddisinjati u mmanifatturati b'tali mod li fl-użu normali, bil-manutenzjoni korretta u bis-sostituzzjoni tal-partijiet li jkunu ttieklu bl-użu, ikomplu jiffunzjonaw b'mod sodisfaċenti u jżommu l-karatteristiki preskritti b'dan ir-Regolament.
4.5. L-apparati jew il-komponenti kollha tal-akkoppjament mekkaniku għandhom jiġu ddisinjati b'tali mod li jkollhom attwazzjoni mekkanika pożittiva u l-pożizzjoni magħluqa għandha tkun illokkjata minn tal-inqas darba b'attwazzjoni mekkanika pożittiva oħra, sakemm ma jiġux iddikjarati rekwiżiti ulterjuri fl-Anness 5. Alternattivament, jista' jkun hemm żewġ arranġamenti separati jew iktar sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-apparat, iżda kull arranġament għandu jiġi ddisinjat b'tali mod li jkollu attwazzjoni mekkanika pożittiva u għandu jiġi ttestjat b'mod individwali skont kwalunkwe rekwiżit mogħti fl-Anness 6. L-attwazzjoni mekkanika pożittiva għandha tkun kif definita fil-paragrafu 2.14.
Il-forzi tal-molla jistgħu jintużaw biss biex jagħlqu l-apparat u biex jipprevjenu li l-effetti tal-vibrazzjoni jikkawżaw iċ-ċaqliq tal-partijiet komponenti tal-apparat f'pożizzjonijiet fejn l-apparat jista' jinfetaħ jew ma jibqax attwat.
Il-ħsara jew l-ommissjoni ta' kwalunkwe waħda mill-molol ma għandiex tippermetti li l-apparat kollu jinfetaħ jew ma jibqax attwat.
4.6. Kull apparat jew komponent għandu jkollu miegħu struzzjonijiet dwar l-installazzjoni u t-tħaddim b'biżżejjed informazzjoni sabiex kwalunkwe persuna kompetenti tkun tista' tinstallah sew fuq il-vettura u tħaddmu kif suppost – ara wkoll l-Anness 7. L-istruzzjonijiet għandhom ikunu minn tal-inqas bil-lingwa tal-pajjiż li fih jiġi offrut għall-bejgħ. Fil-każ ta' apparati u ta' komponenti fornuti għall-iffittjar ta' tagħmir oriġinali minn manifattur tal-vettura jew tal-karozzerija, jaf ma jkunx hemm l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni iżda l-manifattur tal-vettura jew tal-karozzerija jkunu responsabbli biex jiżguraw li min iħaddem il-vettura jingħata l-istruzzjonijiet meħtieġa biex l-apparat jew il-komponent tal-akkoppjament jitħaddem sew.
4.7. Għall-apparati u għall-komponenti tal-Klassi A, tal-Klassi K, jew tal-Klassi S, jekk ikun applikabbli, għall-użu ma' trejlers b'massa massima permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati, li jiġu prodotti minn manifatturi li ma jkollhom l-ebda assoċjazzjoni mal-manifattur tal-vettura, u meta l-apparati u l-komponenti jkunu maħsuba għall-iffittjar wara l-bejgħ fis-suq, l-għoli u karatteristiki oħra tal-installazzjoni tal-akkoppjament għandhom jiġu vverifikati fil-każijiet kollha mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew mis-servizz tekniku b'konformità mal-paragrafu 1 tal-Anness 7.
4.8. Il-brekits tal-irmonk/it-travi tal-irmonk li jkunu maħsuba għall-irmonk ta' trejlers ta' mhux iktar minn 3,5 t għandhom jinkorporaw punti tat-twaħħil li magħhom ikunu jistgħu jitwaħħlu l-akkoppjamenti sekondarji jew l-apparati meħtieġa biex it-trejler jiġi ggwidat u/jew jitwaqqaf awtomatikament f'każ ta' separazzjoni tal-akkoppjament prinċipali. Għajr għall-unitajiet li jistgħu jinqalgħu, bħala alternattiva, punt tat-twaħħil jista' jiġi integrat mal-komponent tal-akkoppjament iffittjat mal-brekit tal-irmonk/mat-travu tal-irmonk. L-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u t-tħaddim speċifikati fil-paragrafu 4.6 għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha għall-użu korrett ta' dawn il-punti tat-twaħħil.
4.8.1. Il-punti tat-twaħħil għal akkoppjament sekondarju jew għal kejbil tad-diżakkoppjament għandhom jiġu ppożizzjonati b'tali mod li meta jintużaw, l-akkoppjament sekondarju jew il-kejbil tad-diżakkoppjament ma jirrestrinġux l-artikolazzjoni normali tal-akkoppjament jew jinterferixxu mat-tħaddim normali tas-sistema tal-ibbrejkjar bl-inerzja. Punt uniku tat-twaħħil għandu jiġi ppożizzjonat sa 100 mm minn pjan vertikali li jgħaddi miċ-ċentru tal-artikolazzjoni tal-akkoppjament. Jekk dan ma jkunx jista' jsir, għandhom jiġu pprovduti żewġ punti tat-twaħħil, wieħed fuq kull naħa tal-assi vertikali u ekwidistanti mill-assi b'massimu ta' 250 mm. Il-punt(i) tat-twaħħil għandu/għandhom fuq wara u għoli/għoljin kemm jista' jkun.
4.8.2. Il-punti tat-twaħħil ta' hawn fuq għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit definit fil-paragrafu 3.1.8 tal-Anness 6.
4.9. L-irjus tal-akkoppjament/għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-akkoppjament maħsuba biex jiġu ffittjati fuq trejlers tal-kategorija O1 mingħajr brejkijiet għandhom jiġu ffittjati b'apparat tal-akkoppjament sekondarju jew minn tal-inqas b'punt(i) tat-twaħħil sabiex ikun jista' jsir it-tqabbid ta' apparat(i) tal-akkoppjament sekondarju/i.
4.9.1. L-ippożizzjonar tal-punt(i) tat-twaħħil għandu jkun tali li waqt l-użu, l-apparat(i) tal-akkoppjament sekondarju/i ma jirrestrinġix/jirrestrinġux l-artikolazzjoni normali tal-akkoppjament.
4.9.2. Il-punt(i) tat-twaħħil ta' hawn fuq għandu/għandhom jikkonforma(w) mar-rekwiżit definit fil-paragrafu 3.2.4. tal-Anness 6.
4.10. Għal apparati jew għal komponenti oħra tqal, mixxellanji u mhux standard tal-akkoppjament tal-Klassi S u tal-Klassi T, għandhom jintużaw ir-rekwiżiti rilevanti fl-Annessi 5, 6 u 7 għall-eqreb apparat jew komponent standard jew mhux standard.
5. L-APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TA' VETTURA B'APPARAT JEW B'KOMPONENT TAL-AKKOPPJAMENT MEKKANIKU
5.1. Meta manifattur tal-vettura japplika għal approvazzjoni ta' vettura b'apparat jew b'komponent tal-akkoppjament mekkaniku jew jawtorizza l-użu ta' vettura għall-irmonk ta' kwalunkwe forma ta' trejler, imbagħad, fuq it-talba ta' applikant bona fide għal approvazzjoni possibbli tat-tip għal apparat jew għal komponent tal-akkoppjament mekkaniku, jew tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew tas-servizz tekniku ta' Parti Kontraenti, il-manifattur tal-vettura għandu minnufih jagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għal min qed jagħmel dik it-talba, għall-awtorità jew għas-servizz tekniku kif mitlub fl-Appendiċi tal-Anness 2, sabiex il-manifattur tal-apparat jew tal-komponent tal-akkoppjament mekkaniku jkun jista' jiddisinja u jimmanifattura apparat jew komponent tal-akkoppjament mekkaniku xieraq għal dik il-vettura. Fuq it-talba ta' applikant bona fide għal approvazzjoni possibbli tat-tip għal apparat jew għal komponent tal-akkoppjament mekkaniku, kwalunkwe informazzjoni mogħtija fl-Appendiċi tal-Anness 2 miżmuma mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi rrilaxxata għal dak l-applikant.
5.2. L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-iffittjar ta' apparat jew ta' komponent tal-akkoppjament mekkaniku għandha tintbagħat mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu kif ikun xieraq.
5.3. L-applikazzjoni għandu jkollha magħha l-informazzjoni li ġejja sabiex l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tkun tista' timla l-formola ta' komunikazzjoni mogħtija fl-Anness 2.
5.3.1. Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta' vettura skont l-Appendiċi tal-Anness 2 u tal-apparat jew tal-komponent tal-akkoppjament mekkaniku u, fuq it-talba tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew tas-servizz tekniku, kopja tal-formola tal-approvazzjoni għall-apparat jew għall-komponent;
5.3.2. Imħassar
5.3.2.1. Imħassar
5.3.3. Tliet settijiet ta' tpinġijiet li jkunu dettaljati biżżejjed biex jidentifikaw l-apparat jew il-komponent u li jispeċifikaw kif iridu jiġu ffittjati mal-vettura; it-tpinġijiet għandhom juru l-pożizzjoni u l-ispazju pprovdut għan-numru tal-approvazzjoni u għal immarkar ieħor kif indikat fil-paragrafu 7;
5.3.4. Deskrizzjoni teknika dettaljata tal-apparat jew tal-komponent, li tispeċifika, b'mod partikulari, it-tip u l-materjali li jintużaw;
5.3.5. Dikjarazzjoni tal-valuri karatteristiċi tal-prestazzjoni D, Dc, S, V u U kif applikabbli u kif definiti fil-paragrafu 2.11;
5.3.5.1. Il-valuri karatteristiċi tal-prestazzjoni tat-tagħmir tal-akkoppjament installat fuq il-vettura għandhom jiġu vverifikati skont l-Anness 8 ta' dan ir-Regolament u għandhom jiġu applikati l-mases massimi permissibbli tal-vettura tal-irmonk, tat-trejler u tal-kombinazzjoni ta' vetturi.
5.3.6. Vettura, li tkun rappreżentattiva tat-tip li jrid jiġi approvat u ffittjata b'apparat tal-akkoppjament mekkaniku, għandha tiġi ppreżentata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew lis-Servizz Tekniku li jistgħu jitolbu wkoll għal kampjuni addizzjonali tal-apparat jew tal-komponent;
5.3.7. Vettura li ma jkollhiex il-komponenti kollha li jkunu xierqa għat-tip jaf tiġi aċċettata diment li l-applikant ikun jista' juri, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-tip jew tas-Servizz Tekniku, li n-nuqqas tal-komponenti ma għandu l-ebda effett fuq ir-riżultati tal-ispezzjoni sa fejn huma kkonċernati r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
6. IR-REKWIŻITI ĠENERALI GĦAL VETTURI B'APPARAT JEW B'KOMPONENT TAL-AKKOPPJAMENT MEKKANIKU
6.1. L-apparat jew il-komponent tal-akkoppjament mekkaniku ffittjati mal-vettura għandhom jiġu approvati b'konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 3 u 4 u tal-Annessi 5 u 6 ta' dan ir-Regolament.
6.2. L-installazzjoni tal-apparat jew tal-komponent tal-akkoppjament mekkaniku għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness 7 ta' dan ir-Regolament.
6.3. L-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim għandhom jiġu pprovduti għall-użu tal-apparat jew tal-komponent tal-akkoppjament u għandu jkun fihom l-istruzzjonijiet speċjali għal tħaddim li jkun differenti minn dak li normalment huwa assoċjat mat-tip ta' apparat jew ta' komponent tal-akkoppjament, u l-istruzzjonijiet dwar l-akkoppjament u d-diżakkoppjament b'modalitajiet differenti ta' tħaddim, pereżempju, f'diversi angoli bejn il-vetturi tal-irmonk u l-vetturi rmonkati. Kull vettura għandu jkollha magħha dawn l-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim li għandhom ikunu minn tal-inqas bil-lingwa tal-pajjiż li fih se tiġi offruta għall-bejgħ.
7. L-IMMARKAR
7.1. It-tipi ta' apparati jew ta' komponenti tal-akkoppjament mekkaniku li jiġu ppreżentati għal approvazzjoni għandu jkollhom l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur, tal-fornitur jew tal-applikant.
7.2. Għandu jkun hemm spazju kbir biżżejjed sabiex titpoġġa l-marka tal-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 8.5 u murija fl-Anness 3. Dan l-ispazju għandu jintwera fuq it-tpinġijiet imsemmija fil-paragrafu 3.2.2.
7.3. Maġenb il-marka tal-approvazzjoni msemmija fil-paragrafi 7.2 u 8.5, l-apparat jew il-komponent tal-akkoppjament mekkaniku għandu jkun immarkat bil-klassi tal-akkoppjament, kif definita fil-paragrafu 2.6 u bil-valuri karatteristiċi rilevanti kif definiti fil-paragrafu 2.11 u kif murija fl-Anness 4. Il-pożizzjoni għal dan l-immarkar għandha tintwera fuq it-tpinġijiet imsemmija fil-paragrafu 3.2.2.
Il-valuri karatteristiċi ma hemmx għalfejn jiġu mmarkati f'każijiet meta dawk il-valuri jkunu definiti fil-klassifikazzjoni mogħtija f'dan ir-Regolament, pereżempju, il-Klassijiet A50-1 sa A50-5.
7.4. Meta l-apparat jew il-komponent tal-akkoppjament mekkaniku jiġi approvat għal valuri karatteristiċi alternattivi fl-istess klassi tal-akkoppjament jew tal-apparat, massimu ta' żewġ alternattivi għandhom jiġu mmarkati fuq l-apparat jew fuq il-komponent.
7.5. Jekk l-applikazzjoni tal-apparat jew tal-komponent tal-akkoppjament mekkaniku tiġi ristretta b'xi mod, pereżempju, jekk ma għandhiex tintuża mal-ifilsa tal-immanuvrar, imbagħad dik ir-restrizzjoni għandha tiġi mmarkata fuq l-apparat jew fuq il-komponent.
7.6. L-immarkar kollu għandu jkun permanenti u jista' jinqara meta l-apparat jew il-komponent jiġu installati fuq il-vettura.
8. L-APPROVAZZJONI
8.1. Jekk il-kampjun(i) ta' tip ta' apparat jew ta' komponent tal-akkoppjament mekkaniku jissodisfa(w) ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-approvazzjoni għandha tingħata diment li r-rekwiżiti tal-paragrafu 10. jiġu ssodisfati kif xieraq.
8.2. Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri (bħalissa 01) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-iżjed emendi tekniċi maġġuri reċenti li saru fir-rigward tar-Regolament fi żmien l-għoti tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' apparat jew ta' komponent imsemmi f'dan ir-Regolament.
8.3. L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni, tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew li l-produzzjoni twaqqfet għalkollox, fir-rigward ta' tip ta' apparat jew ta' komponent tal-akkoppjament mekkaniku approvat skont dan ir-Regolament, għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni skont il-mudell li jinsab fl-Anness 1 jew fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.
8.4. Minbarra l-marka preskritta fil-paragrafu 7.1, ma' kull apparat jew komponent tal-akkoppjament mekkaniku approvat skont dan ir-Regolament, fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 7.2 għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni kif deskritta fil-paragrafu 8.5.
8.5. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun marka internazzjonali li tikkonsisti minn:
|
8.5.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (3); |
|
8.5.2. |
In-numru tal-approvazzjoni preskritt fil-paragrafu 8.2; |
|
8.5.3. |
Il-marka u n-numru tal-approvazzjoni għandhom jiġu rranġati kif muri fl-eżempju tal-Anness 3. |
9. IL-MODIFIKI TAL-APPARAT JEW TAL-KOMPONENT TAL-AKKOPPJAMENT MEKKANIKU, JEW TAL-VETTURA, U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI
9.1. Kwalunkwe modifika fit-tip ta' apparat jew ta' komponent tal-akkoppjament mekkaniku, jew tal-vettura kif definita fil-paragrafu 2.10 għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew lis-Servizz Tekniku li jkunu taw l-approvazzjoni. Imbagħad l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku jistgħu:
|
9.1.1. |
Jikkunsidraw li l-modifiki x'aktarx li mhux se jkollhom xi effett avvers sinifikanti u li xorta waħda l-apparat, il-komponent jew il-vettura għadhom jikkonformaw mar-rekwiżiti; jew |
|
9.1.2. |
Jirrikjedu rapport ulterjuri tal-ittestjar. |
9.2. Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, flimkien mal-ispeċifikazzjoni tal-modifika, għandhom jiġu kkomunikati lill-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament, permezz tal-proċedura preskritta fil-paragrafu 8.3.
9.3. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku li jagħtu estensjoni tal-approvazzjoni għandhom jassenjaw numru tas-serje għal tali estensjoni u għandhom jinformaw lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz tal-proċedura preskritta fil-paragrafu 8.3.
10. IL-PROĊEDURI TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma' dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324 - E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:
10.1. Id-detentur tal-approvazzjoni għandu jiżgura li r-riżultati tat-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni jiġu rreġistrati u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu stabbilit bi qbil mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew mas-Servizz Tekniku. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż l-10 snin li jibdew jgħoddu miż-żmien meta l-produzzjoni tiġi mwaqqfa għalkollox.
10.2. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku li taw l-approvazzjoni tat-tip jistgħu fi kwalunkwe ħin jivverifikaw il-metodi ta' kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darba kull sentejn.
11. IL-PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
11.1. L-approvazzjoni li tingħata għal tip ta' apparat jew ta' komponent tal-akkoppjament mekkaniku skont dan ir-Regolament, tista' tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti jew jekk apparat jew komponent li jkollu l-marka tal-approvazzjoni ma jikkonformawx mat-tip approvat.
11.2. Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha tinnotifika minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 jew fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.
12. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta' tip ta' apparat jew ta' komponent tal-akkoppjament mekkaniku approvat skont dan ir-Regolament, dan għandu jinforma lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew lis-Servizz Tekniku li taw l-approvazzjoni. Meta jirċievu l-komunikazzjoni rilevanti, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku kkonċernati għandhom jinformaw lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 jew fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.
13. ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
13.1. Sakemm is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ma jiġix innotifikat mod ieħor, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament u li huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea jiddikjaraw li, fir-rigward tal-apparati jew tal-komponenti tal-akkoppjament mekkaniku, huma se jkunu marbuta biss bl-obbligi tal-Ftehim li miegħu hu anness dan ir-Regolament fir-rigward ta' dawn l-apparati jew komponenti maħsuba għall-vetturi tal-kategoriji kollha għajr l-M1.
13.2. Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 tas-serje ta' emendi 01 ta' dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont is-Suppliment 5 tas-serje ta' emendi 01.
13.3. Sa tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 5 tas-serje ta' emendi 01, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip skont is-serje ta' emendi 01 ta' dan ir-Regolament mingħajr ma jqisu d-dispożizzjonijiet tas-Suppliment 5.
14. L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
14.1. Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni, l-estensjoni, ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew ta' produzzjoni mwaqqfa għalkollox, maħruġa f'pajjiżi oħra.
(1) Skont it-tifsira tal-Konvenzjoni dwar it-Traffiku fit-Toroq (Vjenna, 1968, is-sottoparagrafi (t) u (u) tal-Artikolu 1).
(2) Il-massa teknikament permissibbli tista' tkun ikbar mill-massa massima permissibbli preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
(3) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 huma indikati fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 3- www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html.
Appendiċi (*1)
Lista tad-dejta tal-installazzjoni għal apparat jew għal komponent tal-akkoppjament mekkaniku għal tip speċifiku ta' vettura
1. Id-deskrizzjoni tat-tip ta' vettura:
|
1.1. |
L-isem jew il-marka kummerċjali tal-vettura; |
|
1.2. |
Il-mudelli jew l-ismijiet kummerċjali tal-vetturi li jikkostitwixxu t-tip ta' vettura, jekk ikunu disponibbli. |
2. Il-mases tal-vettura tal-irmonk u tal-vettura rmonkata:
|
2.1. |
Il-mases massimi permissibbli tal-vettura tal-irmonk u tal-vettura rmonkata; |
|
2.2. |
id-distribuzzjoni tal-massa massima permissibbli tal-vettura tal-irmonk bejn il-fusien; |
|
2.3. |
it-tagħbija vertikali massima permissibbli li trid tiġi imposta fuq il-boċċa/il-ganċ tal-akkoppjament tal-vettura tal-irmonk; |
|
2.4. |
il-kundizzjoni tat-tagħbija li fiha jrid jitkejjel l-għoli tal-boċċa tal-irmonk tal-vetturi tal-kategorija M1 – ara l-paragrafu 2 tal-Anness 7, l-Appendiċi. |
3. L-ispeċifikazzjoni tal-punti tat-twaħħil:
|
3.1. |
Id-dettalji u/jew it-tpinġijiet tal-installazzjoni tal-punti tal-immuntar għall-apparat jew għall-komponent u ta' kwalunkwe pjanċa ta' rinfurzar jew brekit ta' sostenn addizzjonali, eċċ., li jkunu meħtieġa għat-twaħħil affidabbli tal-apparat jew tal-komponent tal-akkoppjament mekkaniku mal-vettura tal-irmonk; |
|
3.2. |
Il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika:
|
|
3.3. |
Għal kull punt tat-twaħħil, għandu jiġi speċifikat dan li ġej (jekk ikun applikabbli):
|
4. L-isem u l-indirizz tal-manifattur tal-vettura.
(*1) Fuq it-talba tal-applikant(i) għal apparat jew għal komponent tal-akkoppjament mekkaniku ddisinjati għal tip speċifiku ta' vettura, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-manifattur tal-vettura direttament jew permezz tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip kif elenkat f'dan l-Anness 2 li tkun tat l-approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 55, jekk tkun disponibbli. F'każ bħal dan tal-aħħar, il-manifattur tal-vettura għandu jikkomunika minn qabel iċ-ċertifikat tan-numru tal-approvazzjoni li jikkorrispondi għat-talba lill-manifattur tal-apparat tal-akkoppjament.
Madankollu, din l-informazzjoni ma għandhiex tiġi pprovduta għal finijiet oħra għajr l-approvazzjonijiet tar-Regolament Nru 55.
ANNESS 3
EŻEMPJU TA' ARRANĠAMENT TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI
L-apparat jew il-komponent tal-akkoppjament mekkaniku jew il-vettura li jkollhom il-marka tal-approvazzjoni murija hawn fuq huwa apparat jew komponent approvati fin-Netherlands (E 4), bin-numru tal-approvazzjoni 2439, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-serje ta' emendi 01 ta' dan ir-Regolament.
Nota: In-numru tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għandhom jitqiegħdu qrib iċ-ċirku u fuq jew taħt l-ittra “E”, jew inkella fuq il-lemin jew fuq ix-xellug ta' dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni għandhom jitqiegħdu fuq l-istess naħa tal-ittra “E” u għandhom ikunu jħarsu fl-istess direzzjoni. Jenħtieġ li l-użu ta' numri Rumani bħala numri tal-approvazzjoni jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma' simboli oħra.
ANNESS 4
EŻEMPJI TA' ARRANĠAMENTI TAL-IMMARKAR TAL-VALURI KARATTERISTIĊI
1. L-apparati jew il-komponenti kollha tal-akkoppjament mekkaniku għandhom jiġu mmarkati bil-klassi tal-apparat jew tal-komponent. Barra minn hekk, għandu jkun hemm immarkar li jindika l-kapaċità f'termini ta' valuri karatteristiċi kif definit fil-paragrafu 2.11 ta' dan ir-Regolament.
1.1. L-għoli tal-ittri u tan-numri kollha ma għandux ikun inqas minn dak tan-numru tal-approvazzjoni, jiġifieri a/3 fejn a jkun minimu ta' 8 mm.
1.2. Il-valuri karatteristiċi applikabbli għal kull apparat jew komponent li jridu jiġu mmarkati huma dawk murija fit-tabella ta' hawn taħt – ara wkoll il-paragrafu 7.3 ta' dan ir-Regolament:
Tabella 1
Il-valuri karatteristiċi rilevanti li jridu jiġu mmarkati fuq l-apparati jew fuq il-komponenti tal-akkoppjament
|
Deskrizzjoni tal-apparati jew tal-komponenti tal-akkoppjament mekkaniku |
Il-valuri karatteristiċi rilevanti li jridu jiġu mmarkati |
|||||
|
Klassi |
D |
Dc |
S |
U |
V |
|
|
Il-boċċi tal-akkoppjament u l-brekits tal-irmonk – ara l-paragrafu 1 tal-Anness 5 ta' dan ir-Regolament |
★ |
★ |
|
★ |
|
|
|
L-irjus tal-akkoppjament |
★ |
★ |
|
★ |
|
|
|
L-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk |
★ |
★ |
★ |
★ |
|
★ |
|
Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk (*2) |
★ |
★ |
★ |
★ |
|
★ |
|
L-iżbarri tal-irmonk (*1) |
★ |
★ |
★ |
★ |
|
★ |
|
It-travi tal-irmonk |
★ |
★ |
★ |
★ |
|
★ |
|
L-akkoppjamenti tan-nagħla |
★ |
★ |
|
|
★ |
|
|
Il-pinnijiet tan-nagħla |
★ |
★ |
|
|
|
|
|
Il-pjanċi tal-immuntar tan-nagħla |
★ |
★ |
|
|
★ |
|
|
L-akkoppjamenti bil-ganċ |
★ |
★ |
★ |
★ |
|
★ |
|
Eżempji: |
C50-X D130 Dc90 S1000 V35 jidentifika akkoppjament bi żbarra tal-irmonk mhux standard tal-Klassi C50-X b'valur D massimu ta' 130 kN, b'valur Dc massimu permess ta' 90 kN, b'massa imposta vertikali statika massima permessa ta' 1 000 kg u b'valur V massimu permess ta' 35 kN.
A50-X D20 S120 jidentifika brekit tal-irmonk standard b'akkoppjament bil-boċċa tal-Klassi A50-X b'valur D massimu ta' 20 kN u b'massa imposta vertikali statika massima permessa ta' 120 kg. |
(*1) L-iżbarri tal-irmonk impernjati għandu jkollhom ukoll il-valur Av immarkat fuq il-pjanċa tat-tip.
(*2) Għall-apparati jew għall-komponenti tal-akkoppjamenti li jappartjenu għal iktar minn klassi waħda, għandhom jiġu speċifikati l-valuri karatteristiċi rilevanti ta' kull klassi.
ANNESS 5
IR-REKWIŻITI GĦALL-APPARATI JEW GĦALL-KOMPONENTI TAL-AKKOPPJAMENT MEKKANIKU
1. Il-boċċi tal-akkoppjament u l-brekits tal-irmonk
Ir-rekwiżiti ddikjarati fil-paragrafi 1.1 sa 1.5 ta' dan l-anness huma applikabbli għall-boċċi tal-akkoppjament u għall-brekits tal-irmonk kollha tal-Klassi A. Il-paragrafu 1.6 jiddeskrivi rekwiżiti addizzjonali li għandhom jiġu ssodisfati mill-boċċi tal-akkoppjament standard b'dijametru ta' 50 mm b'apparati tat-twaħħil bi flanġ ibboltjat.
1.1. Il-boċċi tal-akkoppjament tal-Klassi A għandhom jikkonformaw mal-Illustrazzjoni 2 fir-rigward tal-għamla esterna u d-dimensjonijiet esterni.
Illustrazzjoni 2
Boċċa tal-akkoppjament tal-Klassi A
1.2. L-għamla u d-dimensjonijiet tal-brekits tal-irmonk għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-manifattur tal-vettura fir-rigward tal-punti tat-twaħħil u l-apparati jew il-komponenti addizzjonali tal-immuntar, ara l-Appendiċi tal-Anness 2.
1.3. Boċċi tal-akkoppjament li jistgħu jitneħħew:
|
1.3.1. |
Fil-każ tal-boċċi jew tal-komponenti tal-akkoppjament li jistgħu jitneħħew u li mhumiex imwaħħla bil-boltijiet, bħal pereżempju tal-Klassi A50-X, il-punt tat-tqabbid u l-arranġament tal-illokkjar għandhom jiġu ddisinjati biex ikollhom attwazzjoni mekkanika pożittiva. |
|
1.3.2. |
Fil-każ tal-boċċi jew tal-komponenti tal-akkoppjament li jistgħu jitneħħew u li jistgħu jiġu approvati separatament għall-użu ma' varjetà ta' brekits tal-irmonk li jistgħu jitqiegħdu ma' vetturi differenti, bħal pereżempju tal-Klassi A50-X, l-ispazju għal-laxkezza meta dawn it-tipi ta' boċċi tal-akkoppjament jiġu ffittjati mal-brekit tal-irmonk għandu jkun dak preskritt fl-Illustrazzjoni 25 tal-Anness 7. |
1.4. L-apparati tal-akkoppjament li jistgħu jiġu mċaqilqa (l-akkoppjamenti li jistgħu jiġu mċaqilqa mingħajr separazzjoni)
L-apparat tal-akkoppjament li jista' jiġi mċaqlaq għandu jiġi ddisinjat għal attwazzjonijiet mekkaniċi pożittivi fil-pożizzjoni ta' tħaddim. F'każ ta' ċaqliq manwali, il-forza tal-attwazzjoni ma għandhiex taqbeż l-20 daN. Iċ-ċaqliq għandu jiġi limitat permezz ta' limitaturi mekkaniċi.
1.5. Il-boċċi tal-akkoppjament u l-apparati tal-irmonk għandhom ikunu kapaċi jissodisfaw it-testijiet mogħtija fil-paragrafu 3.1 jew fil-paragrafu 3.10 tal-Anness 6, skont l-għażla tal-manifattur. Madankollu, ir-rekwiżiti mogħtija fil-paragrafi 3.1.7 u 3.1.8 huma applikabbli dejjem.
1.6. Ir-rekwiżiti speċjali għall-boċċi tal-akkoppjament u għall-brekits tal-irmonk bi flanġ standard tal-Klassi A50-1 sal-Klassi A50-5:
|
1.6.1. |
Id-dimensjonijiet tal-boċċi tal-akkoppjament u tal-brekits tal-irmonk bi flanġ tal-Klassi A50-1 għandhom ikunu bħal dawk mogħtija fl-Illustrazzjoni 3 u fit-Tabella 2. |
|
1.6.2. |
Id-dimensjonijiet tal-boċċi tal-akkoppjament u tal-brekits tal-irmonk bi flanġ tal-Klassijiet A50-2, A50-3, A50-4 u A50-5 għandhom ikunu bħal dawk mogħtija fl-Illustrazzjoni 4 u fit-Tabella 2. |
|
1.6.3. |
Il-boċċi tal-akkoppjament u l-brekits tal-irmonk bi flanġ tal-Klassi A50-1 sal-Klassi A50-5 għandhom ikunu xierqa u għandhom jiġu ttestjati għall-valuri karatteristiċi mogħtija fit-Tabella 3. Illustrazzjoni 3 Id-dimensjonijiet tal-akkoppjamenti bil-boċċa bi flanġ standard tal-Klassi A50-1 (ara t-Tabella 2)
Illustrazzjoni 4 Id-dimensjonijiet tal-akkoppjamenti bil-boċċa bi flanġ standard tal-Klassi A50-2 sal-Klassi A50-5 (ara t-Tabella 2)
Tabella 2 Id-dimensjonijiet tal-akkoppjamenti bil-boċċa bi flanġ standard (mm) (ara l-Illustrazzjonijiet 3 u 4)
Tabella 3 Il-valuri karatteristiċi minimi għall-akkoppjamenti bil-boċċa bi flanġ standard
|
1.7. Il-manifatturi tal-boċċi tal-akkoppjamenti u tal-brekits tal-irmonk maħsuba għall-iffittjar wara l-bejgħ fis-suq u li ma għandhom l-ebda assoċjazzjoni mal-manifattur tal-vettura rilevanti għandhom ikunu jafu bir-rekwiżiti għall-artikolazzjoni tal-akkoppjament mogħtija fil-paragrafu 2 ta' dan l-anness u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti xierqa fl-Anness 7 ta' dan ir-Regolament.
2. L-irjus tal-akkoppjament
2.1. L-irjus tal-akkoppjament tal-Klassi B50 għandhom jiġu ddisinjati sabiex ikunu jistgħu jintużaw mingħajr periklu flimkien mal-boċċi tal-akkoppjament deskritti fil-paragrafu 1 ta' dan l-anness u b'hekk ikollhom il-karatteristiki preskritti.
L-irjus tal-akkoppjament għandhom jiġu ddisinjati b'tali mod li jiġi żgurat l-akkoppjament sikur, fejn jitqies ukoll kemm l-apparati tal-akkoppjament ikunu ttieklu bl-użu.
2.2. L-irjus tal-akkoppjament għandhom ikunu kapaċi jissodisfaw it-testijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.2 tal-Anness 6.
2.3. Kwalunkwe apparat addizzjonali (eż. tal-brejkijiet, stabbilizzatur, eċċ.) ma għandux ikollu xi effett avvers fuq it-tqabbid mekkaniku.
2.4. Meta r-ras tal-akkoppjament ma tkunx imwaħħla mal-vettura, ir-rotazzjoni orizzontali tagħha għandha tkun minn tal-inqas 90° fuq kull naħa tal-linja taċ-ċentru tal-boċċa tal-akkoppjament u tal-punt tal-immuntar deskritti fil-paragrafu 1. ta' dan l-anness. Fl-istess waqt, għandu jkun hemm angolu ta' ċaqliq vertikali ħieles ta' 20° 'il fuq u 'l isfel mill-assi orizzontali. Barra minn hekk, flimkien mal-angolu orizzontali ta' rotazzjoni ta' 90°, għandu jkun possibbli li jkun hemm irrolljar ta' 25° fiż-żewġ direzzjonijiet tal-assi orizzontali. L-artikolazzjoni li ġejja għandha tkun possibbli fl-angoli kollha tar-rotazzjoni orizzontali:
|
(a) |
Piċċ vertikali ta' ± 15° b'irrolljar assjali ta' ± 25° |
|
(b) |
Irrolljar assjali ta' ± 10° b'piċċ vertikali ta' ± 20° |
3. L-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk
Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 3.1 sa 3.6 ta' dan l-anness huma applikabbli għall-akkoppjamenti kollha bi żbarra tal-irmonk tal-Klassi C50. Ir-rekwiżiti addizzjonali li għandhom jiġu ssodisfati mill-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk standard tal-Klassi C50-1 sal-Klassi C50-6 jingħataw fil-paragrafu 3.7 ta' dan l-anness.
3.1. Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni – L-akkoppjamenti kollha bi żbarra tal-irmonk għandhom ikunu kapaċi jissodisfaw it-testijiet iddikjarati fil-paragrafu 3.3 tal-Anness 6.
3.2. Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk li jkunu xierqa – L-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk tal-Klassi C50 għandhom ikunu kompatibbli mal-għajnejn l-iżbarra tal-irmonk u mal-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk tal-Klassi D50 bil-karatteristiki speċifikati.
3.3. Ix-xedaq
L-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk tal-Klassi C50 għandu jkollhom xedaq li jkun iddisinjat b'tali mod li l-għajn ix-xierqa tal-iżbarra tal-irmonk tiġi ggwidata fl-akkoppjament.
Jekk ix-xedaq, jew parti li tkun ta' sostenn għax-xedaq, ikunu jistgħu joxxillaw fuq l-assi vertikali, dawn għandhom jistabbilixxu lilhom infushom b'mod awtomatiku fil-pożizzjoni normali u bil-pinn tal-akkoppjament miftuħ, ikunu mrażżna b'mod effettiv f'din il-pożizzjoni sabiex jiggwidaw b'mod sodisfaċenti lil għajn l-iżbarra tal-irmonk waqt il-proċedura tal-akkoppjament.
Jekk ix-xedaq, jew parti li tkun ta' sostenn għax-xedaq, ikunu jistgħu joxxillaw fuq l-assi trasversali orizzontali, il-ġonta li tipprovdi l-kapaċità ta' rotazzjoni għandha tkun imrażżna fil-pożizzjoni normali tagħha permezz ta' torque tal-illokkjar. It-torque għandu jkun biżżejjed biex jipprevjeni li forza ta' 200 N taġixxi 'l fuq b'mod vertikali fuq in-naħa ta' fuq tax-xedaq u tipproduċi xi deflessjoni tal-ġonta mill-pożizzjoni normali tagħha. It-torque tal-illokkjar għandu jkun ikbar minn dak li jinħoloq bit-tħaddim tal-liver manwali deskritt fil-paragrafu 3.6 ta' dan l-anness. Għandu jkun possibbli li x-xedaq jinġieb fil-pożizzjoni normali tiegħu manwalment. Xedaq li joxxilla fuq l-assi trasversali orizzontali huwa approvat biss biex jiflaħ għal massa, S, ta' mhux iktar minn 50 kg u għal valur V ta' mhux iktar minn 5 kN.
Jekk ix-xedaq, jew parti li tkun ta' sostenn għax-xedaq, joxxillaw fuq l-assi lonġitudinali, ir-rotazzjoni għandha tiġi mrażżna permezz ta' torque tal-illokkjar b'valur minimu ta' 100 Nm.
Id-daqs minimu meħtieġ tax-xedaq jiddependi fuq il-valur D tal-akkoppjament:
|
Il-valur D ≤ 18 kN |
— |
b'wisa' ta' 150 mm u għoli ta' 100 mm |
|
Il-valur D > 18 kN ≤ 25 kN |
— |
b'wisa' ta' 280 mm u għoli ta' 170 mm |
|
Il-valur D > 25 kN |
— |
b'wisa' ta' 360 mm u għoli ta' 200 mm |
Il-kantunieri esterni tax-xedaq jistgħu jiġu ttundjati.
Jistgħu jintużaw ixdqa iżgħar għall-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk tal-Klassi C50-X, jekk l-użu tagħhom ikun ristrett għat-trejlers b'fus ċentrali b'massa massima permissibbli ta' mhux iktar minn 3,5 tunnellati jew jekk l-użu ta' xedaq mit-tabella ta' hawn fuq ma jkunx possibbli minħabba raġunijiet tekniċi, u jekk ikun hemm ukoll ċirkostanzi speċjali bħal pereżempju għajnuna viżiva li tiżgura li l-proċedura tal-akkoppjament awtomatiku ssir mingħajr periklu, u jekk il-qasam ta' applikazzjoni jkun ristrett fl-approvazzjoni skont l-informazzjoni mogħtija mill-manifattur tal-akkoppjament fil-formola ta' komunikazzjoni murija fl-Anness 1.
3.4. L-artikolazzjoni minima ta' għajn l-iżbarra tal-irmonk akkoppjata
Għajn l-iżbarra tal-irmonk, meta tiġi akkoppjata ma' akkoppjament bi żbarra tal-irmonk iżda ma tkunx iffittjata ma' vettura, għandu jkollha l-gradi ta' artikolazzjoni mogħtija hawn taħt. Jekk parti mill-artikolazzjoni tiġi pprovduta b'ġonta speċjali (l-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk tal-Klassi C50-X biss), il-qasam ta' applikazzjoni mogħti fil-formola ta' komunikazzjoni murija fl-Anness 1 għandu jkun ristrett għall-każijiet iddikjarati fil-paragrafu 1.3.8 tal-Anness 7.
3.4.1. ± 90° b'mod orizzontali fuq l-assi vertikali mill-assi lonġitudinali tal-vettura – ara l-Illustrazzjoni 5.
Illustrazzjoni 5
Ir-rotazzjoni orizzontali ta' għajn l-iżbarra tal-irmonk akkoppjata
Assi lonġitudinali tal-vettura tal-irmonk
90°min
90°min
3.4.2. ± 20° b'mod vertikali fuq l-assi trasversali mill-pjan orizzontali tal-vettura – ara l-Illustrazzjoni 6.
Illustrazzjoni 6
Ir-rotazzjoni vertikali ta' għajn l-iżbarra tal-irmonk akkoppjata
Pjan orizzontali
ġonta
20°min
20°min
20°min
20°min
3.4.3. Rotazzjoni assjali ta' ± 25° fuq l-assi lonġitudinali mill-pjan orizzontali tal-vettura – ara l-Illustrazzjoni 7.
Illustrazzjoni 7
Ir-rotazzjoni assjali ta' għajn l-iżbarra tal-irmonk akkoppjata
Pjan orizzontali
25°min
25°min
25°min
25°min
3.5. L-illokkjar għall-prevenzjoni tad-diżakkoppjament b'mod mhux intenzjonat:
|
|
Fil-pożizzjoni l-magħluqa, il-pinn tal-akkoppjament għandu jiġi llokkjat b'żewġ apparati tal-illokkjar b'attwazzjoni mekkanika pożittiva u wieħed minn dawn l-apparati għandu jibqa' jkun effettiv jekk l-ieħor ma jibqax ikun effettiv. |
|
|
Il-pożizzjoni l-magħluqa u l-illokkjata tal-akkoppjament għandha tkun indikata esternament b'mod ċar permezz ta' apparat mekkaniku. Għandu jkun possibbli li tiġi vverifikata l-pożizzjoni tal-indikatur bil-mess, pereżempju fid-dlam. |
|
|
L-apparat mekkaniku ta' indikazzjoni għandu jindika l-attwazzjoni taż-żewġ apparati tal-illokkjar (kundizzjoni AND) |
Madankollu, ikun biżżejjed li tiġi indikata l-attwazzjoni ta' apparat wieħed biss tal-illokkjar, jekk f'dan il-każ, l-attwazzjoni tat-tieni apparat tal-illokkjar tkun karatteristika inerenti tad-disinn.
3.6. L-apparati tal-ftuħ
3.6.1. Il-livers manwali
Il-livers manwali għandhom ikunu ddisinjati bit-tarf tagħhom ittundjat u b'tali mod li jkun faċli tużahom. L-akkoppjament ma għandux ikollu xi truf jaqtgħu jew ġejjin għall-ponta qrib il-liver manwali li wieħed jista' jinqaras magħhom u jkorri waqt it-tħaddim tal-akkoppjament. Il-forza meħtieġa biex jiġi rrilaxxat l-akkoppjament, imkejla mingħajr għajn l-iżbarra tal-irmonk, ma għandhiex taqbeż il-250 N perpendikolari mal-liver manwali tul il-linja tat-tħaddim.
3.6.2. Il-kontroll mill-bogħod
Għall-installazzjonijiet bil-kontroll mill-bogħod japplika l-paragrafu 12.3.6 tal-Anness 5.
3.7. Ir-rekwiżiti speċjali għall-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk standard tal-Klassi C50-1 sal-Klassi C50-6:
|
3.7.1. |
It-tidwir ta' għajn l-iżbarra tal-irmonk fuq l-assi trasversali għandu jinkiseb permezz tal-għamla sferika tal-pinn tal-akkoppjament (u mhux permezz ta' ġonta); |
|
3.7.2. |
It-tagħbijiet f'daqqa tensili u kompressivi tul l-assi lonġitudinali minħabba l-laxkezza bejn il-pinn tal-akkoppjament u għajn l-iżbarra tal-irmonk għandhom jittaffew permezz ta' apparati bil-molla u/jew ta' smorzament (għajr tal-Klassi C50-1). |
|
3.7.3. |
Id-dimensjonijiet għandhom ikunu kif mogħtija fl-Illustrazzjoni 8 u fit-Tabella 4. |
|
3.7.4. |
L-akkoppjamenti għandhom ikunu xierqa u ttestjati għall-valuri karatteristiċi mogħtija fit-Tabella 5. Illustrazzjoni 8 Id-dimensjonijiet tal-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk standard (mm) (ara t-Tabella 4)
Tabella 4 Id-dimensjonijiet tal-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk standard (mm) (ara l-Illustrazzjoni 8)
Tabella 5 Il-valuri karatteristiċi minimi għall-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk standard
|
4. Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk
4.1. Ir-rekwiżiti ġenerali għal għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi D50:
|
|
L-għajnejn kollha tal-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi D50 għandhom ikunu kapaċi jissodisfaw it-test iddikjarat fil-paragrafu 3.4 tal-Anness 6. |
|
|
Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi D50 huma maħsuba biex jintużaw mal-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk tal-Klassi C50. Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk għandhom ikunu kapaċi jwettqu rotazzjoni assjali (peress li l-akkoppjamenti rispettivi jistgħu jwettqu rotazzjoni). |
|
|
Jekk għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi D50 jiġu ffittjati b'tubi apposta (sleeves), dawn għandhom jikkonformaw mad-dimensjonijiet murija fl-Illustrazzjoni 9 (dan mhux permess għall-Klassi D50-C) jew fl-Illustrazzjoni 10. |
|
|
It-tubi apposta ma għandhomx jiġu wweldjati f'għajnejn l-iżbarra tal-irmonk. Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi D50 għandu jkollhom id-dimensjonijiet mogħtija fil-paragrafu 4.2 Il-forma tal-virga tawwalija (shank) għal għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi D50-X mhix speċifikata, iżda għal distanza ta' 210 mm miċ-ċentru tal-għajn, l-għoli “h” u l-wisa' “b” għandhom ikunu fil-limiti mogħtija fit-Tabella 6. Illustrazzjoni 9 Tubu apposta bi xquq għal għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi D50
Illustrazzjoni 10 Tubu apposta mhux bi xquq għal għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi D50-C
Tabella 6 Id-dimensjonijiet għal għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi D50-A u tal-Klassi D50-X (ara l-Illustrazzjoni 11)
Tabella 7 Il-valuri karatteristiċi minimi għal għajnejn l-iżbarra tal-irmonk standard
|
4.2. Ir-rekwiżiti speċjali għal għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi D50:
|
4.2.1. |
Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi D50-A u tal-Klassi D50-X għandu jkollhom id-dimensjonijiet murija fl-Illustrazzjoni 11. Illustrazzjoni 11 Id-dimensjonijiet ta' għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi D50-A u tal-Klassi D50-X (ara t-Tabella 6) |
|
4.2.2. |
Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi D50-B għandu jkollhom id-dimensjonijiet murija fl-Illustrazzjoni 12. Illustrazzjoni 12 Id-dimensjonijiet ta' għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi D50-B (ara d-dimensjonijiet l-oħra fl-Illustrazzjoni 11) |
|
4.2.3. |
Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi D50-C u tal-Klassi D50-D għandu jkollhom id-dimensjonijiet murija fl-Illustrazzjoni 13. Illustrazzjoni 13 Id-dimensjonijiet ta' għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi D50-C u tal-Klassi D50-D (ara d-dimensjonijiet l-oħra fl-Illustrazzjoni 11) |
|
4.2.4. |
Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi D50-C u tal-Klassi D50-D għandhom jiġu ffittjati b'tubi apposta mhux bi xquq murija fl-Illustrazzjoni 10. |
4.3. Il-valuri tat-tagħbija għal għajnejn l-iżbarra tal-irmonk standard
Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk standard u l-mezz tat-twaħħil għandhom ikunu xierqa u ttestjati għall-valuri tat-tagħbija ddikjarati fit-Tabella 7.
4.4. Ir-rekwiżiti ġenerali għall-għajnejn torojdali tal-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi L:
|
4.4.1. |
L-għajnejn torojdali tal-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi L huma maħsuba biex jintużaw mal-akkoppjamenti bil-ganċ tal-Klassi K. |
|
4.4.2. |
Meta jintużaw mal-akkoppjament bil-ganċ tal-Klassi K, dawn għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-artikolazzjoni mogħtija fil-paragrafu 10.2 ta' dan l-anness. |
|
4.4.3. |
Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi L għandu jkollhom id-dimensjonijiet mogħtija fl-Illustrazzjoni 14 u fit-Tabella 8. Illustrazzjoni 14 Id-dimensjonijiet tal-għajnejn torojdali tal-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi L (ara t-Tabella 8)
|
|
4.4.4. |
L-għajnejn torojdali tal-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi L għandhom jissodisfaw it-testijiet mogħtija fil-paragrafu 3.4 tal-Anness 6 u għandhom ikunu xierqa għall-valuri karatteristiċi mogħtija fit-Tabella 9. Tabella 8 Id-dimensjonijiet tal-għajnejn torojdali tal-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi L (ara l-Illustrazzjoni 14)
Tabella 9 Il-valuri karatteristiċi minimi għall-għajnejn torojdali tal-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi L
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. L-iżbarri tal-irmonk
5.1. L-iżbarri tal-irmonk tal-Klassi E għandhom jissodisfaw it-testijiet iddikjarati fil-paragrafu 3.3 tal-Anness 6.
5.2. Sabiex jipprovdu tqabbid mal-vettura tal-irmonk, l-iżbarri tal-irmonk jistgħu jiġu ffittjati mal-irjus tal-akkoppjament kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew ma' għajnejn l-iżbarra tal-irmonk kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-anness. L-irjus tal-akkoppjament u għajnejn l-iżbarra tal-irmonk jistgħu jitwaħħlu bil-viti, bil-boltijiet jew bl-iwweldjar.
5.3. L-apparati għall-aġġustament tal-għoli għall-iżbarri tal-irmonk impernjati
5.3.1. L-iżbarri tal-irmonk impernjati għandhom jiġu ffittjati b'apparati għall-aġġustament tal-iżbarra tal-irmonk mal-għoli tal-apparat tal-akkoppjament jew tax-xedaq. Dawn l-apparati għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li l-iżbarra tal-irmonk tkun tista' tiġi aġġustata minn persuna waħda mingħajr l-użu tal-għodod jew ta' xi għajnuna oħra.
5.3.2. L-apparati għall-aġġustament tal-għoli għandhom ikunu kapaċi jaġġustaw għajnejn l-iżbarra tal-irmonk jew l-akkoppjamenti bil-boċċa mill-assi orizzontali 'l fuq mill-art b'minn tal-inqas 300 mm 'il fuq u 'l isfel. F'din il-firxa, l-iżbarra tal-irmonk għandha tkun aġġustabbli mingħajr passi, jew b'passi massimi ta' 50 mm imkejla minn għajn l-iżbarra tal-irmonk jew mill-akkoppjament bil-boċċa.
5.3.3. L-apparati għall-aġġustament tal-għoli ma għandhomx jinterferixxu maċ-ċaqliq ħieles tal-iżbarra tal-irmonk wara l-akkoppjament.
5.3.4. L-apparati għall-aġġustament tal-għoli ma għandhomx jinterferixxu mal-azzjoni tal-inerzja, tat-tip ta' overrun, mal-brejkijiet.
5.4. Fil-każ tal-iżbarri tal-irmonk flimkien mal-inerzja, mal-overrun u mal-brejkijiet, id-distanza bejn iċ-ċentru ta' għajn l-iżbarra tal-irmonk u t-tarf tal-virga tawwalija ħielsa ta' għajn l-iżbarra tal-irmonk ma għandhiex tkun inqas minn 200 mm fil-pożizzjoni tal-għafis tal-brejkijiet. Bil-virga tawwalija ta' għajn l-iżbarra tal-irmonk imdaħħla għalkollox, id-distanza ma għandhiex tkun inqas minn 150 mm.
5.5. L-iżbarri tal-irmonk għall-użu fuq it-trejlers b'fus ċentrali għandu jkollhom minn tal-inqas nofs il-moment ta' reżistenza kontra l-forzi laterali bħal kif ikollhom kontra l-forzi vertikali.
6. It-travi tal-irmonk
6.1. It-travi tal-irmonk tal-Klassi F għandhom jissodisfaw it-testijiet iddikjarati fil-paragrafu 3.3 tal-Anness 6.
6.2. Il-mudell tat-tħaffir għall-immuntar tal-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk standard tal-Klassi C għandu jkun skont l-Illustrazzjoni 15 u t-Tabella 10 ta' hawn taħt.
6.3. It-travi tal-irmonk ma għandhomx jiġu wweldjati max-xażì, mal-karozzerija jew ma' xi parti oħra tal-vettura.
Illustrazzjoni 15
Id-dimensjonijiet tal-immuntar għall-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk standard
(ara t-Tabella 10)
Tabella 10
Id-dimensjonijiet tal-immuntar għall-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk standard
(ara l-Illustrazzjoni 15)
|
(mm) |
|||||||
|
Klassi |
C50-1 |
C50-2 |
C50-3 |
C50-4 |
C50-5 |
C50-6 C50-7 |
Rimarki |
|
e1 |
83 |
83 |
120 |
140 |
160 |
160 |
± 0,5 |
|
e2 |
56 |
56 |
55 |
80 |
100 |
100 |
± 0,5 |
|
d1 |
— |
55 |
75 |
85 |
95 |
95 |
+ 1,0/– 0,5 |
|
d2 |
10,5 |
10,5 |
15 |
17 |
21 |
21 |
H13 |
|
T |
— |
15 |
20 |
35 |
35 |
35 |
massimu |
|
F |
120 |
120 |
165 |
190 |
210 |
210 |
minimu |
|
G |
95 |
95 |
100 |
130 |
150 |
150 |
minimu |
|
L1 |
— |
200 |
300 |
400 |
400 |
400 |
minimu |
7. L-akkoppjamenti tan-nagħla u l-ifilsa tal-immanuvrar
Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 7.1 sa 7.7 ta' hawn taħt huma applikabbli għall-akkoppjamenti kollha tan-nagħla tal-Klassi G50.
Ir-rekwiżiti addizzjonali li għandhom jiġu ssodisfati mill-apparati tal-akkoppjament standard jingħataw fil-paragrafu 7.9.
L-ifilsa tal-immanuvrar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti elenkati fil-paragrafu 7.8.
7.1. Il-pinnijiet xierqa tal-akkoppjament tan-nagħla
L-akkoppjamenti tan-nagħla tal-Klassi G50 għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu jistgħu jintużaw mal-pinnijiet tal-akkoppjament tal-Klassi H50, u flimkien magħhom jipprovdu l-karatteristiċi speċifikati.
7.2. Gwidi
L-akkoppjamenti tan-nagħla għandhom ikunu mgħammra bi gwida li tiżgura l-attwazzjoni sikura u korretta tal-pinn tal-akkoppjament. Il-wisa' tad-dħul tal-gwida għall-akkoppjamenti tan-nagħla standard b'dijametru ta' 50 mm għandha tkun minn tal-inqas ta' 350 mm (ara l-Illustrazzjoni 16).
Għall-akkoppjamenti tan-nagħla żgħar u mhux standard tal-Klassi G50-X u li jkollhom valur “D” ta' 25 kN, il-wisa' tad-dħul għandha tkun minn tal-inqas ta' 250 mm.
Illustrazzjoni 16
Id-dimensjonijiet tal-akkoppjamenti tan-nagħla standard
(ara t-Tabella 11)
Noti:
Illustrazzjoni 16a
It-tolleranzi tat-toqob tal-immuntar għall-pjanċi tal-immuntar tal-Klassi J għall-akkoppjamenti tan-nagħla
(ara l-paragrafu 9.1 ta' dan l-anness)
Assi lonġitudinali tal-vettura tal-irmonk
Pożizzjoni tal-pinn tal-akkoppjament
Tabella 11
Id-dimensjonijiet tal-akkoppjamenti tan-nagħla standard
(ara l-Illustrazzjoni 16)
|
(mm) |
||||||
|
Klassi |
G50-1 |
G50-2 |
G50-3 |
G50-4 |
G50-5 |
G50-6 |
|
H |
140-159 |
160-179 |
180-199 |
200-219 |
220-239 |
240-260 |
7.3. L-artikolazzjoni minima tal-akkoppjament tan-nagħla
Bil-pinn tal-akkoppjament attwat, mingħajr ma l-akkoppjament tan-nagħla jkun imwaħħal mal-vettura jew mal-pjanċa tal-immuntar, iżda billi jitqies l-effett tal-boltijiet tal-immuntar, l-akkoppjament għandu jippermetti li fl-istess waqt ikun hemm il-valuri minimi ta' artikolazzjoni tal-pinn tal-akkoppjament li ġejjin:
|
7.3.1. |
± 90° fuq l-assi vertikali (mhux applikabbli għall-akkoppjamenti tan-nagħla b'immanuvrar pożittiv); |
|
7.3.2. |
± 12° fuq l-assi orizzontali trasversali mad-direzzjoni tal-ivvjaġġar. Dan l-angolu mhux bilfors ikopri l-użu fuq art imħarbta (off-road). |
|
7.3.3. |
Ir-rotazzjoni assjali fuq l-assi lonġitudinali sa mhux iktar minn ± 3° hija permessa. Madankollu, fuq akkoppjament tan-nagħla li joxxilla għalkollox, dan l-angolu jista' jinqabeż, diment li l-mekkaniżmu tal-illokkjar jippermetti r-restrizzjoni tar-rotazzjoni għal massimu ta' ± 3°. |
7.4. L-apparati tal-illokkjar biex ma jkunx hemm diżakkoppjament tal-akkoppjamenti tan-nagħla
L-akkoppjament tan-nagħla għandu jiġi llokkjat fil-pożizzjoni akkoppjata b'żewġ apparati tal-illokkjar mekkaniku pożittiv u wieħed minn dawn l-apparati għandu jibqa' jkun effettiv jekk l-ieħor ma jibqax ikun effettiv.
L-apparat tal-illokkjar primarju għandu jaħdem b'mod awtomatiku iżda l-apparat tal-illokkjar sekondarju jista' jkun awtomatiku jew inkella jiġi attwat manwalment. L-apparat tal-illokkjar sekondarju jista' jkun iddisinjat b'tali mod li jaħdem flimkien mal-apparat primarju u jipprovdi mekkaniżmu ta' llokkjar mekkaniku pożittiv addizzjonali għall-apparat primarju. L-attwazzjoni tal-apparat tal-illokkjar sekondarju għandha tkun possibbli biss jekk l-apparat primarju jkun attwat kif suppost.
Ma għandux ikun possibbli li l-apparati tal-illokkjar jiġu rrilaxxati b'mod mhux intenzjonat. Sabiex jiġu rrilaxxati għandu jkun hemm l-azzjoni intenzjonali mis-sewwieq jew mill-operatur tal-vettura.
Il-pożizzjoni l-magħluqa u l-illokkjata tal-akkoppjament għandha tkun indikata b'mod viżiv permezz ta' apparat mekkaniku u għandu jkun possibbli li tiġi vverifikata l-pożizzjoni tal-indikatur bil-mess, pereżempju, sabiex il-pożizzjoni tkun tista' tiġi vverifikata fid-dlam. L-apparat tal-indikazzjoni għandu jindika l-attwazzjoni kemm tal-apparat primarju u kemm tal-apparat sekondarju, iżda jkun biżżejjed li tiġi indikata l-attwazzjoni ta' apparat wieħed biss, jekk f'dan il-każ, l-attwazzjoni tal-apparat l-ieħor tkun karatteristika simultanja u inerenti tad-disinn.
7.5. L-apparati tat-tħaddim jew il-mekkaniżmi tar-rilaxx
Fil-pożizzjoni l-magħluqa, l-apparati tat-tħaddim jew il-mekkaniżmi tar-rilaxx ma għandhomx jitħallew jitħaddmu b'mod mhux intenzjonat jew aċċidentalment. Is-sistema tal-illokkjar għandha tkun iddisinjata b'tali mod li tkun meħtieġa azzjoni konxja pożittiva biex jiġi rrilaxxat l-apparat tal-illokkjar sabiex jitħaddem il-mekkaniżmu tar-rilaxx tal-akkoppjament.
7.6. It-tlestija tas-superfiċe
Is-superfiċi tal-pjanċa tal-akkoppjament u tal-mekkaniżmu tal-illokkjar tal-akkoppjament għandhom ikunu sodisfaċenti għalkollox u għandhom ikunu maħduma, mikwija bil-forġa, fonduti jew ippressati.
7.7. Ir-rekwiżiti tat-tagħbija
L-akkoppjamenti kollha tan-nagħla għandhom ikunu kapaċi jissodisfaw it-testijiet deskritti fil-paragrafu 4.7 tal-Anness 6.
7.8. L-ifilsa tal-immanuvrar
7.8.1. Id-dimensjonijiet tal-ifilsa tal-immanuvrar għall-immanuvrar pożittiv tas-semitrejlers għandhom ikunu bħal dawk fl-Illustrazzjoni 17.
Illustrazzjoni 17
Id-dimensjonijiet tal-ifilsa tal-immanuvrar immuntati bil-molla
7.8.2. Il-feles tal-immanuvrar għandu jippermetti l-akkoppjament sikur u korrett u għandu jkun immuntat bil-molla. Ir-reżistenza tal-molla għandha tintgħażel b'tali mod li jkun possibbli l-akkoppjament ta' semitrejler mhux mgħobbi u b'tali mod li, bis-semitrejler mgħobbi għalkollox, il-feles tal-immanuvrar ikun f'kuntatt sew mal-ġnub tal-akkoppjament waqt l-użu. Id-diżakkoppjament tan-nagħla għandu jkun possibbli kemm bis-semitrejler mgħobbi u kemm bis-semitrejler mhux mgħobbi.
7.9. Ir-rekwiżiti speċjali għall-akkoppjamenti tan-nagħla standard:
|
7.9.1. |
Id-dimensjonijiet għandhom ikunu kif murija fl-Illustrazzjoni 16 u fit-Tabella 11. |
|
7.9.2. |
Dawn għandhom ikunu xierqa u ttestjati għal valur D ta' 150 kN u għal valur U ta' 20 tunnellata. |
|
7.9.3. |
Ir-rilaxx għandu jkun possibbli b'liver manwali mmuntat direttament fuq l-akkoppjament. |
|
7.9.4. |
Dawn għandhom ikunu xierqa għall-immanuvrar pożittiv tas-semitrejlers permezz tal-ifilsa tal-immanuvrar – ara l-paragrafu 7.8. |
8. Il-pinnijiet tal-akkoppjament tan-nagħla
8.1. Il-pinnijiet tal-akkoppjament tan-nagħla tal-Klassi H50 (ISO 337) għandu jkollhom id-dimensjonijiet murija fl-Illustrazzjoni 18.
Illustrazzjoni 18
Id-dimensjonijiet tal-pinnijiet tal-akkoppjament tan-nagħla tal-Klassi H50
8.2. Il-pinnijiet tal-akkoppjament għandhom ikunu kapaċi jissodisfaw it-testijiet deskritti fil-paragrafu 3.9 tal-Anness 6.
9. Il-pjanċi tal-immuntar
9.1. Il-pjanċi tal-immuntar tal-Klassi J għall-akkoppjamenti tan-nagħla għandu jkollhom toqob tal-immuntar tondi ppożizzjonati kif muri fl-Illustrazzjoni 16a jekk ikunu maħsuba għall-akkoppjamenti tan-nagħla standard. Madankollu, it-toqob tal-immuntar għandu jkollhom dijametru ta' 17 mm + 2,0 mm/– 0,0 mm. It-toqob għandhom ikunu tondi, MHUX bi xquq (ara l-Illustrazzjoni 16a).
9.2. Il-pjanċi tal-immuntar għall-akkoppjamenti tan-nagħla standard għandhom ikunu xierqa għall-immanuvrar pożittiv tas-semitrejlers (b'ifilsa tal-immanuvrar). Il-pjanċi tal-immuntar għall-akkoppjamenti tan-nagħla mhux standard li ma jkunux xierqa għall-immanuvrar pożittiv għandhom ikunu mmarkati sew.
9.3. Il-pjanċi tal-immuntar għall-akkoppjamenti tan-nagħla għandhom ikunu kapaċi jissodisfaw it-testijiet deskritti fil-paragrafu 3.8 tal-Anness 6.
10. L-akkoppjamnti bil-ganċ
10.1. Ir-rekwiżiti ġenerali għall-akkoppjamenti bil-ganċ tal-Klassi K:
|
10.1.1. |
L-akkoppjamenti bil-ganċ kollha tal-Klassi K għandhom jissodisfaw it-testijiet mogħtija fil-paragrafu 3.5 tal-Anness 6 u għandhom ikunu xierqa għall-valuri karatteristiċi mogħtija fit-Tabella 13. |
|
10.1.2. |
L-akkoppjamenti bil-ganċ tal-Klassi K għandu jkollhom id-dimensjonijiet mogħtija fl-Illustrazzjoni 19 u fit-Tabella 12. L-akkoppjamenti tal-Klassi K1 sal-Klassi K4 huma akkoppjamenti mhux awtomatiċi għall-użu biss fuq trejlers li jkollhom massa massima permissibbli li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati u l-akkoppjamenti tal-Klassi KA1 sal-Klassi KA3 huma akkoppjamenti awtomatiċi. Illustrazzjoni 19 Id-dimensjonijiet u l-artikolazzjoni tal-akkoppjamenti bil-ganċ tal-Klassi K
|
|
10.1.3. |
L-akkoppjament bil-ganċ għandu jintuża biss b'għajn torojdali tal-iżbarra tal-irmonk u meta jintuża ma' għajn torojdali tal-iżbarra tal-irmonk tal-Klassi L, l-akkoppjament tal-Klassi K għandu jkollu l-gradi ta' artikolazzjoni mogħtija fil-paragrafu 10.2 ta' dan l-anness. |
|
10.1.4. |
L-akkoppjament bil-ganċ tal-Klassi K għandu jintuża ma' għajn torojdali biex ikun hemm laxkezza jew ċaqliq ħieles minimu ta' 3 mm u laxkezza massima ta' 5 mm meta jkun ġdid. L-għajnejn xierqa tal-iżbarra tal-irmonk għandhom jiġu ddikjarati mill-manifattur tal-akkoppjament fil-formola ta' komunikazzjoni murija fl-Anness 1. |
10.2. L-akkoppjament tal-Klassi K, meta jintuża ma' għajn torojdali tal-Klassi L, iżda ma jiġix iffittjat ma' vettura, għandu jkollu l-angoli ta' artikolazzjoni mhux simultanji li ġejjin – ara l-Illustrazzjoni 19:
|
10.2.1. |
± 90° b'mod orizzontali fuq l-assi vertikali tal-akkoppjament; |
|
10.2.2. |
± 40° b'mod vertikali fuq l-assi trasversali orizzontali tal-akkoppjament; |
|
10.2.3. |
± 20° b'rotazzjoni assjali fuq il-linja taċ-ċentru lonġitudinali orizzontali tal-akkoppjament. |
10.3. L-akkoppjamenti bil-ganċ awtomatiċi tal-Klassi K għandu jkollhom xedaq iddisinjat b'tali mod li għajn l-iżbarra tal-irmonk tiġi ggwidata fl-akkoppjament.
10.4. L-illokkjar għall-prevenzjoni tad-diżakkoppjament b'mod mhux intenzjonat:
|
|
Fil-pożizzjoni l-magħluqa, l-akkoppjament għandu jiġi llokkjat b'żewġ apparati tal-illokkjar b'attwazzjoni mekkanika pożittiva u wieħed minn dawn l-apparati għandu jibqa' jkun effettiv jekk l-ieħor ma jibqax ikun effettiv. |
|
|
Il-pożizzjoni l-magħluqa u l-illokkjata tal-akkoppjament għandha tkun indikata esternament b'mod ċar permezz ta' apparat mekkaniku. Għandu jkun possibbli li tiġi vverifikata l-pożizzjoni tal-indikatur bil-mess, pereżempju fid-dlam. |
|
|
L-apparat mekkaniku ta' indikazzjoni għandu jindika l-attwazzjoni taż-żewġ apparati tal-illokkjar (kundizzjoni AND) |
|
|
Madankollu, ikun biżżejjed li tiġi indikata l-attwazzjoni ta' apparat wieħed biss tal-illokkjar, jekk f'dan il-każ, l-attwazzjoni tat-tieni apparat tal-illokkjar tkun karatteristika inerenti tad-disinn. |
10.5. Il-livers manwali
Il-livers manwali għandhom ikunu ddisinjati bit-tarf tagħhom ittundjat u b'tali mod li jkun faċli tużahom. L-akkoppjament ma għandux ikollu xi truf jaqtgħu jew ġejjin għall-ponta qrib il-liver manwali li wieħed jista' jinqaras magħhom u jkorri waqt it-tħaddim tal-akkoppjament. Il-forza meħtieġa biex jiġi rrilaxxat l-akkoppjament, imkejla mingħajr għajn l-iżbarra tal-irmonk, ma għandhiex taqbeż il-250 N perpendikolari mal-liver manwali tul il-linja tat-tħaddim.
Tabella 12
Id-dimensjonijiet għall-akkoppjamenti bil-ganċ tal-Klassi K
(ara l-Illustrazzjoni 19)
|
Klassi |
K1 |
K2 |
K3 |
K4 |
KA1 |
KA2 |
KA3 |
Rimarki |
|
e1 |
— |
83 |
83 |
120 |
120 |
140 |
160 |
± 0,5 |
|
e2 |
— |
56 |
56 |
55 |
55 |
80 |
100 |
± 0,5 |
|
e3 |
90 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
± 0,5 |
|
d2 |
17 |
10,5 |
10,5 |
15 |
15 |
17 |
21 |
H13 |
|
c |
3 |
3 |
3 |
3 |
3 |
3 |
3 |
Minimu |
|
f |
130 |
175 |
175 |
180 |
180 |
200 |
200 |
Massimu |
|
g |
100 |
100 |
100 |
120 |
120 |
140 |
200 |
Massimu |
|
a |
45 |
45 |
45 |
45 |
45 |
45 |
45 |
+ 1,6/– 0,0 |
|
L1 |
120 |
120 |
120 |
120 |
250 |
300 |
300 |
Massimu |
|
L2 |
74 |
74 |
63 |
74 |
90 |
90 |
90 |
Massimu |
|
L3 |
110 |
130 |
130 |
150 |
150 |
200 |
200 |
Massimu |
Tabella 13
Il-valuri karatteristiċi minimi għall-akkoppjamenti bil-ganċ tal-Klassi K
|
Klassi |
K1 |
K2 |
K3 |
K4 |
KA1 |
KA2 |
KA3 |
|
D kN |
17 |
20 |
20 |
25 |
70 |
100 |
130 |
|
Dc kN |
— |
— |
17 |
20 |
54 |
70 |
90 |
|
S kg |
120 |
120 |
200 |
250 |
700 |
900 |
1 000 |
|
V kN |
— |
— |
10 |
10 |
18 |
25 |
35 |
11. L-akkoppjamenti dedikati bi żbarra tal-irmonk — Klassi T
11.1. L-akkoppjamenti dedikati bi żbarra tal-irmonk tal-Klassi T huma maħsuba għall-użu fuq kombinazzjonijiet ta' vetturi speċifiċi, pereżempju, it-trasportaturi tal-karozzi.
Dawn il-vetturi jkollhom strutturi speċjali u jaf ikollhom bżonn li l-akkoppjament ikun f'post partikolari u mhux tas-soltu.
11.2. L-użu tal-akkoppjamenti tal-Klassi T għandu jkun ristrett għall-użu mat-trejlers b'fus ċentrali u din ir-restrizzjoni għandha tiġi nnotifikata fuq il-formola ta' komunikazzjoni murija fl-Anness 1.
11.3. L-akkoppjamenti tal-Klassi T għandhom ikunu approvati bħala par li jaqbel u ma għandux ikun possibbli li l-akkoppjament jiġi sseparat għajr f'workshop bl-użu ta' għodod li normalment ma jinżammux fuq il-vettura.
11.4. L-akkoppjamenti tal-Klassi T ma għandux ikollhom tħaddim awtomatiku.
11.5. L-akkoppjamenti tal-Klassi T għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-ittestjar mogħtija fil-paragrafu 3.3 tal-Anness 6, għajr il-paragrafu 3.3.4.
11.6. L-angoli ta' artikolazzjoni minimi u simultanji li ġejjin għandhom ikunu possibbli mingħajr ma l-akkoppjament ikun iffittjat ma' vettura iżda jiġi assemblat, u jkun fl-istess pożizzjoni normali bħal meta jkun iffittjat ma' vettura;
|
11.6.1. |
± 90° b'mod orizzontali fuq l-assi vertikali; |
|
11.6.2. |
± 8° b'mod vertikali fuq l-assi trasversali orizzontali; |
|
11.6.3. |
± 3° b'rotazzjoni assjali fuq l-assi lonġitudinali orizzontali. |
12. L-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk – Klassi W
12.1.1. L-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk tal-Klassi W għandhom, bħala parti minn sekwenza awtomatizzata ta' azzjonijiet, iqabbdu b'mod mekkaniku u awtomatiku ż-żewġ vetturi u jistabbilixxu t-tqabbid tat-trażmissjoni tal-ibbrejkjar elettriku u pnewmatiku.
12.1.2. L-akkoppjamenti tal-Klassi W għandhom, bħala parti minn sekwenza awtomatizzata ta' azzjonijiet, jirrilaxxaw b'mod awtomatiku t-tqabbid tat-trażmissjoni tal-ibbrejkjar elettriku u pnewmatiku, u jiskonnettjaw b'mod mekkaniku ż-żewġ vetturi.
12.2. L-akkoppjamenti tal-Klassi W għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-ittestjar mogħtija fil-paragrafu 3.3 tal-Anness 6, għajr il-paragrafu 3.3.4. L-apparati tal-għeluq u kwalunkwe apparat tal-illokkjar għandhom jiġu ttestjati permezz ta' forza statika ta' 0,25 D li taġixxi fid-direzzjoni tal-ftuħ. It-test ma għandux jikkawża l-ftuħ tal-għeluq. L-apparat tal-illokkjar għandu jibqa' jiffunzjona għalkollox wara li jsir it-test. Waqt it-test, forza ta' 0,1 D hija biżżejjed fil-każ tal-pinnijiet ċilindriċi tal-akkoppjament.
12.3. L-angoli ta' artikolazzjoni minimi u simultanji li ġejjin għandhom ikunu possibbli mingħajr ma l-akkoppjament ikun iffittjat ma' vettura iżda jiġi assemblat, akkoppjat, u jkun fl-istess pożizzjoni normali bħal meta jkun iffittjat ma' vettura:
|
12.3.1. |
± 90° b'mod orizzontali fuq l-assi vertikali; |
|
12.3.2. |
± 20° b'mod vertikali fuq l-assi trasversali orizzontali; |
|
12.3.3. |
± 25° b'rotazzjoni assjali fuq l-assi lonġitudinali orizzontali. |
12.4. L-akkoppjament tal-Klassi W mgħammar b'kontroll mill-bogħod għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 13. ta' dan l-anness.
12.5. L-akkoppjament tal-Klassi W għandu jkollu indikazzjoni mill-bogħod skont il-paragrafu 13 ta' dan l-anness.
13. L-apparati għall-indikazzjoni mill-bogħod u għall-kontroll mill-bogħod
13.1. L-apparati għall-indikazzjoni mill-bogħod u għall-kontroll mill-bogħod huma permessi biss fuq l-akkoppjamenti awtomatiċi bi żbarra tal-irmonk u fuq l-akkoppjamenti awtomatiċi tan-nagħla.
L-apparati għall-indikazzjoni mill-bogħod u għall-kontroll mill-bogħod huma permessi biss fuq l-apparati tal-akkoppjament awtomatiku tal-Klassi C50-X u tal-Klassi G50-X.
L-apparati għall-indikazzjoni mill-bogħod u għall-kontroll mill-bogħod ma għandhomx jinterferixxu maċ-ċaqliq ħieles minimu ta' għajn l-iżbarra tal-irmonk akkoppjata jew tas-semitrejler akkoppjat. Dawn għandhom ikunu ffittjati b'mod permanenti mal-vettura.
L-apparati kollha għall-indikazzjoni mill-bogħod jew għall-kontroll mill-bogħod jaqgħu fl-ambitu tal-ittestjar u tal-approvazzjoni tal-apparat tal-akkoppjament flimkien mal-partijiet kollha tal-apparati tat-tħaddim u tal-apparati tat-trażmissjoni.
13.2. L-indikazzjoni mill-bogħod
13.2.1. Għal proċedura ta' akkoppjament awtomatiku, l-apparati ta' indikazzjoni mill-bogħod għandhom jindikaw il-pożizzjoni l-magħluqa u l-illokkjata doppjament tal-akkoppjament b'mod ottiku skont il-paragrafu 13.2.2. Barra minn hekk, il-pożizzjoni l-miftuħa tista' tiġi indikata. F'dan il-każ, l-indikazzjoni għandha titwettaq kif deskritta fil-paragrafu 13.2.3.
L-apparat tal-indikazzjoni mill-bogħod għandu jiġi attivat u risettjat b'mod awtomatiku waqt kull ftuħ u għeluq tal-akkoppjament.
13.2.2. Il-bidla mill-pożizzjoni l-miftuħa għall-pożizzjoni l-magħluqa u l-illokkjata doppjament għandha tiġi indikata b'sinjal ottiku aħdar.
13.2.3. Jekk tiġi indikata l-pożizzjoni l-miftuħa u/jew il-pożizzjoni mhux illokkjata, għandu jintuża sinjal ottiku aħmar.
13.2.4. Fil-każ tal-indikazzjoni tat-tlestija tal-proċedura tal-akkoppjament awtomatiku, l-indikatur mill-bogħod għandu jiżgura li l-pinn tal-akkoppjament ikun laħaq il-pożizzjoni finali llokkjata doppjament.
13.2.5. Meta titfaċċa xi ħsara fis-sistema tal-indikazzjoni mill-bogħod, din ma għandhiex tindika pożizzjoni magħluqa u llokkjata waqt il-proċedura tal-akkoppjament jekk il-pożizzjoni finali ma tkunx intlaħqet.
13.2.6. Meta wieħed miż-żewġ apparati tal-illokkjar ma jibqax attwat, dan għandu jwassal biex is-sinjal ottiku aħdar jintefa u biex is-sinjal ottiku aħmar (jekk ikun iffittjat) jixgħel.
13.2.7. L-indikaturi mekkaniċi ffittjati direttament mal-apparat tal-akkoppjament għandhom jinżammu.
13.2.8. Sabiex tiġi evitata d-distrazzjoni tas-sewwieq waqt is-sewqan normali, għandu jkun hemm mod biex l-apparat tal-indikazzjoni mill-bogħod jintefa iżda dan għandu jerġa' jiġi attivat meta l-akkoppjament jerġa' jinfetaħ u jingħalaq – ara l-paragrafu 13.2.1.
13.2.9. Meta jiġu installati fil-kabina tal-vettura, l-apparati tal-indikazzjoni mill-bogħod għandhom jiġu mmuntati fejn is-sewwieq jista' jarahom b'mod dirett, u jidentifikahom b'mod ċar.
Meta jiġu installati fuq ġenb il-vettura, l-apparati tal-indikazzjoni mill-bogħod għandhom jiġu identifikati b'mod permanenti u ċar.
13.3. Il-kontroll mill-bogħod
13.3.1. Jekk jintuża apparat tal-kontroll mill-bogħod, kif definit fil-paragrafu 2.8 ta' dan ir-Regolament, għandu jkun hemm ukoll apparat tal-indikazzjoni mill-bogħod kif deskritt fil-paragrafu 13.2.
13.3.2. Għandu jkun hemm swiċċ dedikat (jiġifieri swiċċ ewlieni, liver jew valv) li bih l-akkoppjament ikun jista' jinfetaħ jew jingħalaq permezz tal-apparat tal-kontroll mill-bogħod. Jekk dan is-swiċċ ewlieni ma jkunx jinsab fil-kabina tas-sewqan, dan ma għandux ikun f'pożizzjoni li fiha jkun aċċessibbli liberament għal persuni mhux awtorizzati jew inkella għandu jkun jista' jiġi llokkjat. It-tħaddim reali tal-akkoppjament mill-kabina tas-sewqan jista' jkun possibbli biss meta t-tħaddim mhux intenzjonat ikun ġie prekluż, pereżempju bi tħaddim li jirrikjedi l-użu ta' żewġ idejn.
Għandu jkun possibbli li jiġi aċċertat jekk il-ftuħ tal-akkoppjament bil-kontroll mill-bogħod ikunx tlesta jew le.
13.3.3. Jekk il-kontroll mill-bogħod jinvolvi l-ftuħ tal-akkoppjament minn forza esterna, il-kundizzjoni li fiha l-forza esterna taġixxi fuq l-akkoppjament għandha tiġi indikata sew lis-sewwieq. Dan mhux meħtieġ jekk il-forza esterna titħaddem biss waqt li l-kontroll mill-bogħod ikun qed jitħaddem.
13.3.4. Jekk l-apparat tal-attwazzjoni għall-ftuħ tal-akkoppjament bil-kontroll mill-bogħod jiġi mmuntat esternament fuq il-vettura, għandu jkun possibbli li tiġi ssorveljata ż-żona bejn il-vetturi akkoppjati. Madankollu, ma għandux ikun meħtieġ li wieħed jidħol fiż-żona sabiex iħaddmu.
13.3.5. Kwalunkwe żball fit-tħaddim jew l-okkorrenza ta' kwalunkwe ħsara fis-sistema ma għandhomx jirriżultaw fil-ftuħ aċċidentali tal-akkoppjament waqt l-użu normali fit-triq. Kwalunkwe ħsara fis-sistema għandha tiġi indikata direttament jew tkun ovvja minnufih meta terġa' titħaddem, pereżempju billi tiffunzjona ħażin.
13.3.6. Fil-każ ta' ħsara fil-kontroll mill-bogħod, għandu jkun possibbli, f'emerġenza, li l-akkoppjament jinfetaħ b'minn tal-inqas mod ieħor. Jekk dan ikun jirrikjedi l-użu ta' għodda, allura din għandha tiġi inkluża fis-sett tal-għodda tal-vettura. Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.6 ta' dan l-anness mhumiex applikabbli għal-livers manwali li jintużaw b'mod esklużiv għall-ftuħ tal-akkoppjament f'emerġenza.
13.3.7. L-apparati tal-kontroll mill-bogħod għandhom jiġu identifikati b'mod permanenti u ċar.
ANNESS 6
L-ITTESTJAR TAL-APPARATI JEW TAL-KOMPONENTI TAL-AKKOPPJAMENT MEKKANIKU
1. Ir-rekwiżiti ġenerali tal-ittestjar
1.1. Il-kampjuni tal-apparati tal-akkoppjament għandhom jiġu ttestjati kemm għall-qawwa kif ukoll għall-funzjoni tagħhom. It-testijiet għandhom isiru b'rabta mal-agħar kundizzjonijiet possibbli.
Il-valutazzjoni teorika tista' titwettaq sabiex jiġu stabbiliti l-agħar kundizzjonijiet possibbli. L-ittestjar fiżiku għandu jsir kull meta jkun possibbli, iżda sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku jistgħu jagħmlu deroga biex it-test tal-qawwa fiżika ma jsirx jekk id-disinn sempliċi ta' komponent jagħmilha possibbli li titwettaq valutazzjoni teorika.
Fil-każijiet kollha, il-valutazzjonijiet teoriċi għandhom jiżguraw l-istess kwalità ta' riżultati bħal fl-ittestjar dinamiku jew statiku. F'każijiet ta' dubju, japplikaw ir-riżultati tal-ittestjar fiżiku.
Ara wkoll il-paragrafu 4.10 ta' dan ir-Regolament.
1.2. Fir-rigward tal-apparati tal-akkoppjament, il-qawwa għandha tiġi vverifikata b'test dinamiku (test tar-reżistenza). F'ċerti każijiet, jaf ikunu meħtieġa testijiet statiċi addizzjonali (ara l-paragrafu 3. ta' dan l-anness).
1.3. It-test dinamiku (għajr it-test skont il-paragrafu 3.10 ta' dan l-anness) għandu jitwettaq b'tagħbija bejn wieħed u ieħor sinusojdali (alternanti u/jew pulsanti) b'numru ta' ċikli ta' stress li jkun xieraq għall-materjal. Il-materjal ma għandux jixxaqqaq jew jinqasam.
1.4. Fit-testijiet statiċi preskritti hija permessa biss daqsxejn ta' deformazzjoni permanenti. Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, id-deformazzjoni permanenti plastika wara r-rilaxx ma għandhiex tkun iktar minn 10 fil-mija tad-deformazzjoni massima mkejla waqt it-test. Fil-każ fejn il-kejl tad-deformazzjoni waqt it-test ipoġġi f'riskju lil min iwettaq it-test, diment li l-istess parametru jiġi vverifikat waqt testijiet oħra, bħal pereżempju t-test dinamiku, din il-parti tat-test statiku tista' ma ssirx.
1.5. Is-suppożizzjonijiet tat-tagħbija fit-testijiet dinamiċi huma bbażati fuq il-komponent tal-forza orizzontali fl-assi lonġitudinali tal-vettura u fuq il-komponent tal-forza vertikali. Il-komponenti tal-forza orizzontali trasversali mal-assi lonġitudinali tal-vettura, u l-moments, ma jitqisux diment li jkunu ta' sinifikat minuri biss. Din is-simplifikazzjoni mhix valida għall-proċedura tat-test skont il-paragrafu 3.10 ta' dan l-anness.
Jekk id-disinn tal-apparat tal-akkoppjament jew it-twaħħil tiegħu mal-vettura jew it-twaħħil ta' sistemi addizzjonali (bħal pereżempju stabbilizzaturi, apparati tal-akkoppjament magħluqa, eċċ.) jiġġeneraw forzi jew moments addizzjonali, jaf ikunu meħtieġa testijiet addizzjonali mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew mis-Servizz Tekniku.
Il-komponent tal-forza orizzontali fl-assi lonġitudinali tal-vettura huwa rrappreżentat b'forza ta' referenza stabbilita b'mod teoriku, jiġifieri l-valur D jew Dc. Il-komponent tal-forza vertikali, meta jkun applikabbli, huwa rrappreżentat mit-tagħbija vertikali statika imposta, S, fil-punt tal-akkoppjament u s-suppożizzjoni tat-tagħbija vertikali, V, jew mit-tagħbija vertikali statika imposta, U, fil-każ tal-akkoppjamenti tan-nagħla.
1.6. Il-valuri karatteristiċi D, Dc, S, V u U, li fuqhom huma bbażati t-testijiet u li huma definiti fil-paragrafu 2.11 ta' dan ir-Regolament, għandhom jittieħdu mill-informazzjoni tal-manifattur mogħtija fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip – ara l-formoli ta' komunikazzjoni murija fl-Annessi 1 u 2.
1.7. Kwalunkwe apparat tal-illokkjar pożittiv, li jinżamm fil-pożizzjoni permezz tal-forza tal-molla, għandu jibqa' fil-pożizzjoni mrażżna tiegħu meta jkun soġġett għal forza applikata fl-inqas direzzjoni favorevoli u ekwivalenti għat-triplu tal-massa tal-mekkaniżmu tal-illokkjar.
2. Il-proċeduri tat-test
F'każ li tintuża l-proċedura tat-test skont il-paragrafu 3.10 ta' dan l-anness, il-paragrafi 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5 mhumiex applikabbli.
2.1. Għat-testijiet dinamiċi u għat-testijiet statiċi, il-kampjun għandu jitqiegħed f'rigg xieraq b'mezz ta' applikazzjoni tal-forza, b'tali mod li ma jkunx soġġett għal xi forzi jew moments addizzjonali għajr il-forza speċifikata tat-test. Fil-każ tat-testijiet alternanti, id-direzzjoni tal-applikazzjoni tal-forza ma għandhiex tiddevja b'iktar minn ± 1° mid-direzzjoni speċifikata. Fil-każ tat-testijiet pulsanti u statiċi, l-angolu għandu jiġi stabbilit għall-forza massima tat-test. Normalment, dan ikun jirrikjedi ġonta fil-punt tal-applikazzjoni tal-forza (jiġifieri l-punt tal-akkoppjament) u t-tieni ġonta f'distanza adegwata 'l bogħod mill-ġonta l-oħra.
2.2. Il-frekwenza tat-test ma għandhiex taqbeż il-35 Hz. Il-frekwenza magħżula għandha tkun isseparata sew mill-frekwenzi tar-riżonanza tat-test stabbilit, inkluż l-apparat ittestjat. Fl-ittestjar asinkroniku, il-frekwenzi taż-żewġ komponenti tal-forza għandhom ikunu bejn wieħed u ieħor bejn 1 fil-mija u massimu ta' 3 fil-mija 'l bogħod minn xulxin. Għall-apparati tal-akkoppjament magħmula mill-azzar, in-numru ta' ċiklu ta' stress huwa 2 × 106. Għal apparati magħmula minn materjali għajr l-azzar, jaf ikun meħtieġ numru għoli ta' ċikli. Il-metodu tal-penetrazzjoni tal-kolorant tal-ittestjar tat-tixqiq jew metodu ekwivalenti għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit jekk il-materjal jixxaqqaqx waqt it-test.
2.3. Fit-testijiet pulsanti, il-forza tat-test tvarja bejn il-forza massima tat-test u forza tat-test iktar baxxa u minima, li ma tistax tkun ikbar minn 5 fil-mija tal-forza massima tat-test, sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor fil-proċedura speċifika tal-ittestjar.
2.4. Fit-testijiet statiċi, għajr it-testijiet speċjali meħtieġa skont il-paragrafu 3.2.3 ta' dan l-anness, il-forza tat-test għandha tiġi applikata malajr u b'mod uniformi, u għandha tinżamm għal minn tal-inqas 60 sekonda.
2.5. Normalment, l-apparati jew il-komponent tal-akkoppjament li jiġu ttestjati għandhom ikunu mmuntati b'mod riġidu kemm jista' jkun fuq rigg tal-ittestjar fil-pożizzjoni reali li fihom jintużaw fuq il-vettura. Jenħtieġ li l-apparati tat-twaħħil ikunu dawk speċifikati mill-manifattur jew mill-applikant u jenħtieġ li jkunu dawk maħsuba għat-twaħħil tal-apparat jew tal-komponent tal-akkoppjament mal-vettura u/jew għandu jkollhom karatteristiċi mekkaniċi identiċi.
2.6. L-apparati jew il-komponenti tal-akkoppjament għandhom jiġu ttestjati fil-forma ta' kif jintużaw fit-triq. Madankollu, skont id-diskrezzjoni tal-manifattur, u bi qbil mas-Servizz Tekniku, il-komponenti flessibbli jaf jiġu nnewtralizzati jekk dan ikun meħtieġ għall-proċedura tat-test u jekk dan ma jkollu l-ebda influwenza mhux realistika fuq ir-riżultat tat-test.
Il-komponenti flessibbli li jisħnu żżejjed waqt dawn il-proċeduri aċċellerati tat-test jistgħu jiġu sostitwiti waqt it-test. It-tagħbijiet tat-test jistgħu jiġu applikati permezz ta' apparati speċjali stirati.
3. Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ittestjar
F'każ li tintuża l-proċedura tat-test skont il-paragrafu 3.10 ta' dan l-anness, ir-rekwiżiti tal-paragrafi 3.1.1 sa 3.1.6 mhumiex applikabbli.
3.1. Il-boċċi tal-akkoppjament u l-brekits tal-irmonk
3.1.1. It-tipi ta' apparati tal-akkoppjament mekkaniku b'boċċi tal-akkoppjament jistgħu jkunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
Boċċi tal-akkoppjament, li jikkonsistu minn biċċa waħda li jinkludu apparati b'boċċi mhux interkambjabbli li jistgħu jinqalgħu (ara l-Illustrazzjonijiet 20a u 20b), |
|
(b) |
Boċċi tal-akkoppjament, li jikkonsistu minn għadd ta' biċċiet li jistgħu jiżżarmaw (ara l-Illustrazzjonijiet 20c, 20d u 20e), |
|
(c) |
Brekits tal-irmonk mingħajr boċċa ffittjata (ara l-Illustrazzjoni 20f). |
Illustrazzjoni 20
L-arranġamenti ta' brekits tal-irmonk bil-boċċa
|
|
|
||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
3.1.2. It-test bażiku huwa test dinamiku ta' reżistenza. Il-kampjun tat-test jikkonsisti mill-boċċa tal-akkoppjament, mill-għonq tal-boċċa u mill-punti ta' mmuntar meħtieġa għat-twaħħil tal-assemblaġġ mal-vettura. Il-boċċa tal-akkoppjament u l-brekit tal-irmonk għandhom ikunu mmuntati b'mod riġidu ma' rigg tal-ittestjar, li jkun kapaċi jipproduċi forza alternanti, fil-pożizzjoni reali li fiha huwa maħsub li jintużaw.
3.1.3. Il-pożizzjonijiet tal-punti tat-twaħħil biex jitwaħħlu l-boċċa tal-akkoppjament u l-brekit tal-irmonk jiġu speċifikati mill-manifattur tal-vettura (ara l-Appendiċi tal-Anness 2 ta' dan ir-Regolament).
3.1.4. L-apparati ppreżentati għal test għandhom jiġu pprovduti bil-partijiet kollha u bid-dettalji kollha dwar id-disinn li jaf ikollhom influwenza fuq il-kriterji tal-qawwa (pereżempju pjanċa b'sokit tal-elettriku, kwalunkwe mmarkar, eċċ.). Il-kampjun tat-test għandu jinkludi l-partijiet kollha sal-punti tal-ankraġġ jew il-punti tat-twaħħil mal-vettura. Il-post ġeometriku fejn tinsab il-boċċa tal-akkoppjament u l-punti tat-twaħħil tal-apparat tal-akkoppjament b'rabta mal-linja ta' referenza għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur tal-vettura u għandhom jintwerew fir-rapport tal-ittestjar. Il-pożizzjonijiet relattivi tal-punti tal-ankraġġ fir-rigward tal-linja ta' referenza, li għalihom il-manifattur tal-vettura tal-irmonk għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-manifattur tal-apparat tal-irmonk, għandhom jiġu rrepetuti fuq ir-rigg tal-ittestjar.
3.1.5. Il-kampjun immuntat fuq ir-rigg tal-ittestjar għandu jkun soġġett għal test ta' stress alternanti applikat f'angolu mal-boċċa kif muri fl-Illustrazzjoni 21 jew 22.
Id-direzzjoni tal-angolu tal-ittestjar għandu jiġi stabbilit permezz tar-relazzjoni vertikali bejn linja ta' referenza orizzontali li tgħaddi miċ-ċentru tal-boċċa u linja orizzontali li tgħaddi mill-punt tat-twaħħil tal-apparat tal-akkoppjament li jkun l-ogħla mill-eqreb, meta mkejla fi pjan orizzontali, imqabbla ma' pjan vertikali trasversali li jgħaddi miċ-ċentru tal-boċċa. Jekk il-linja tal-punt tat-twaħħil tkun 'il fuq mil-linja ta' referenza orizzontali, l-ittestjar għandu jitwettaq f'angolu ta' α = + 15° ± 1° u jekk tkun 'l isfel, l-ittestjar għandu jitwettaq f'angolu ta' α = – 15° ± 1° (ara l-Illustrazzjoni 21). Il-punti tat-twaħħil li jridu jiġu kkunsidrati biex jiġi stabbilit l-angolu tal-ittestjar għandhom ikunu dawk li jiġu ddikjarati mill-manifattur tal-vettura u dawk li jittrażmettu l-forzi maġġuri tal-irmonk lill-istruttura tal-vettura tal-irmonk.
Dan l-angolu jintgħażel sabiex titqies it-tagħbija vertikali statika u dinamika u huwa applikabbli biss għal tagħbija vertikali statika permessa li ma taqbiżx:
|
S = 120 × D |
[N] |
Fejn it-tagħbija vertikali statika taqbeż dik ikkalkolata hawn fuq, l-angolu għandu, fiż-żewġ kundizzjonijiet, jiżdied għal 20°.
It-test dinamiku għandu jitwettaq bil-forza tat-test li ġejja:
Fhs res = ± 0,6 D
3.1.6. Il-proċedura tat-test hija applikabbli għat-tipi differenti ta' apparati tal-akkoppjament (ara l-paragrafu 3.1.1 ta' dan l-anness) kif ġej:
|
3.1.6.1. |
Boċċi tal-akkoppjament, li jikkonsistu minn biċċa waħda li jinkludu apparati b'boċċi mhux interkambjabbli li jistgħu jinqalgħu (ara l-Illustrazzjonijiet 20a u 20b). 3.1.6.1.1. It-test tal-qawwa għall-apparati murija fl-Illustrazzjonijiet 20a u 20b għandu jitwettaq skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.1.5; Illustrazzjoni 21 L-angoli tal-applikazzjoni tal-forza tat-test
Nota: Il-linja parallela mal-linja ta' referenza tgħaddi miċ-ċentru tal-ogħla u l-eqreb punt għall-immuntar tal-brekit tal-irmonk mal-vettura – ara l-paragrafu 3.1.5 tal-Anness 6. Illustrazzjoni 22 L-angoli tal-applikazzjoni tal-forza tat-test
Nota: Id-direzzjoni tal-forza alternanti tat-test, Fhs res, li tiddependi fuq il-post fejn tinsab il-linja ta' referenza orizzontali taċ-ċentru tal-boċċa b'rabta mal-linja parallela ma' din il-linja ta' referenza – ara l-Illustrazzjoni 21. |
|
3.1.6.2. |
Il-boċċi tal-akkoppjament, li jikkonsistu minn partijiet li jistgħu jiżżarmaw. Il-kategoriji li ġejjin huma definiti:
3.1.6.2.1. It-test tal-qawwa għall-apparati murija fl-Illustrazzjonijiet 20c sa 20f għandu jitwettaq skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.1.5. Id-dimensjonijiet e u f għandu jkollhom tolleranza tal-manifattura ta' ± 5 mm u għandhom jiġu ddikjarati fir-rapport tal-ittestjar. It-test tal-brekit tal-irmonk (ara l-Illustrazzjoni 20f) għandu jitwettaq b'boċċa mmuntata (fuq sostenn). Jitqies biss ir-riżultat tal-ittestjar fuq il-brekit tal-irmonk bejn il-punti tat-twaħħil u s-superfiċe tal-immuntar tas-sostenn tal-boċċa. Id-dimensjonijiet e u f għandu jkollhom tolleranza tal-manifattura ta' ± 5 mm u għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur tal-apparat tal-akkoppjament. |
|
3.1.6.3. |
L-apparati tal-akkoppjament b'dimensjonijiet varjabbli, e u f, għall-boċċi tal-akkoppjament interkambjabbli li jistgħu jiġu żmuntati – ara l-Illustrazzjoni 22. 3.1.6.3.1. It-testijiet tal-qawwa għal brekits tal-irmonk bħal dawn għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.1.5. 3.1.6.3.2. Jekk konfigurazzjoni fl-agħar każ possibbli tista' tiġi definita bi qbil bejn il-manifattur u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku, allura l-ittestjar ta' din il-konfigurazzjoni waħedha għandu jkun biżżejjed. Inkella, diversi pożizzjonijiet tal-boċċa għandhom jiġu ttestjati f'programm issimplifikat tal-ittestjar skont il-paragrafu 3.1.6.3.3. 3.1.6.3.3. F'programm issimplifikat tal-ittestjar, il-valur għal f għandu jkun bejn valur definit ta' fmin u valur ta' fmax li ma jaqbiżx il-100 mm. Il-boċċa għandha tkun f'distanza, emax, ta' 130 mm 'il bogħod mis-sostenn. Sabiex jiġu koperti l-pożizzjonijiet possibbli kollha tal-boċċa, fiż-żona delinjata bid-distanza orizzontali mis-superfiċe tal-immuntar u l-firxa vertikali ta' f (fmin sa fmax), iridu jiġu ttestjati żewġ apparati:
L-angolu tal-applikazzjoni tal-forza tat-test ivarja bejn pożittiv u negattiv skont ir-relazzjoni tal-linja ta' referenza orizzontali taċ-ċentru tal-boċċa mqabbla mal-linja parallela li tgħaddi mill-ogħla u mill-eqreb punt tat-twaħħil tal-apparat tal-akkoppjament. L-angoli li jridu jintużaw huma murija fl-Illustrazzjoni 22. |
3.1.7. Fil-każ fejn l-unitajiet tal-boċċa li jistgħu jinqalgħu jinżammu bl-użu ta' arranġamenti tat-twaħħil għajr it-twaħħil bil-viti, pereżempju klippijiet bil-molla, u fejn l-aspett tal-attwazzjoni mekkanika pożittiva tal-arranġament ma jiġix ittestjat waqt it-test dinamiku, l-arranġament għandu jkun soġġett għal test statiku applikat lill-boċċa jew lill-arranġament tal-attwazzjoni mekkanika pożittiva f'direzzjoni xierqa. Fejn l-arranġament tal-attwazzjoni mekkanika pożittiva jżomm l-unità tal-boċċa b'mod vertikali, it-test statiku għandu jkun li tiġi applikata forza vertikali 'l fuq mal-boċċa li tkun ekwivalenti għall-valur “D”. Fejn l-arranġament tal-attwazzjoni mekkanika pożittiva jżomm l-unità tal-boċċa permezz ta' disinn orizzontali trasversali, it-test statiku għandu jkun li tiġi applikata forza f'din id-direzzjoni li tkun ekwivalenti għal 0,25 D. Ma għandu jkun hemm l-ebda ħsara fl-apparat tal-attwazzjoni mekkanika pożittiva jew l-ebda distorsjoni li x'aktarx ikollha effett avvers fuq il-funzjoni tiegħu.
3.1.8. Il-punti tat-twaħħil għall-akkoppjament sekondarju msemmija fil-paragrafu 4.8 għandhom ikunu jifilħu għal forza statika orizzontali li tkun ekwivalenti għal 2 D b'massimu ta' 15 kN. Fejn ikun hemm punt tat-twaħħil separat għal kejbil tad-diżakkoppjament, dan għandu jiflaħ għal forza statika orizzontali li tkun ekwivalenti għal D.
3.2. L-irjus tal-akkoppjament
3.2.1. It-test bażiku huwa test ta' reżistenza li juża forza alternanti tat-test, segwit b'test statiku (test tal-irfigħ) fuq l-istess kampjun tat-test.
3.2.2. It-test dinamiku għandu jitwettaq b'boċċa tal-akkoppjament tal-Klassi A b'qawwa xierqa. Fuq ir-rigg tal-ittestjar, il-boċċa tal-akkoppjament u r-ras tal-akkoppjament għandhom jiġu rranġati kif muri mill-manifattur u għandhom jiġu orjentati b'mod li jikkorrispondi għall-pożizzjonijiet rilevanti fl-użu normali. Jenħtieġ li flimkien mal-forza tat-test li taġixxi fuq il-kampjun, ma jkun hemm l-ebda forza addizzjonali. Il-forza tat-test għandha tiġi applikata tul linja li tgħaddi miċ-ċentru tal-boċċa u li tkun inklinata 'l isfel lejn in-naħa ta' wara f'angolu ta' 15° (ara l-Illustrazzjoni 23). Għandu jitwettaq test ta' reżistenza fuq kampjun tat-test bil-forza tat-test li ġejja:
Fhs res w = ± 0,6 D
Fejn il-massa vertikali statika massima permissibbli, S, taqbeż il-120 D, l-angolu tat-test għandu jiżdied għal 20°.
Illustrazzjoni 23
It-test dinamiku
3.2.3. Għandu jitwettaq ukoll test statiku ta' separazzjoni. Il-boċċa tal-akkoppjament li tintuża għat-test għandu jkollha dijametru minn 49,00 mm sa 49,13 mm sabiex tirrappreżenta boċċa tal-akkoppjament li tkun ittieklet. Il-forza tas-separazzjoni, Fa, għandha tiġi applikata b'mod perpendikolari maż-żewġ assi tal-linja taċ-ċentru trasversali u lonġitudinali tar-ras tal-akkoppjament u għandha tiżdied malajr u b'mod uniformi għal valur ta':
Fa = g(C + S/1 000) kN u tinżamm għal 10 sekondi.
Ir-ras tal-akkoppjament ma għandhiex tissepara minn mal-boċċa u l-ebda komponent tar-ras tal-akkoppjament ma għandu jkollu xi distorsjoni permanenti li tista' jkollha effett avvers fuq il-kapaċità funzjonali tagħha.
3.2.4. Il-punt(i) tat-twaħħil tal-apparat(i) tal-akkoppjament sekondarju/i msemmi(ja) fil-paragrafu 4.9 għandu jkun jiflaħ/għandhom ikunu jifilħu għal forza statika li tkun ekwivalenti għal 2 D b'massimu ta' 15 kN.
3.3. L-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk u t-travi tal-irmonk
3.3.1. Għandu jitwettaq test ta' reżistenza fuq kampjun tat-test. L-apparat tal-akkoppjament għandu jkun mgħammar bl-apparati tat-twaħħil kollha meħtieġa biex jitwaħħal mal-vettura. Kull apparat intermedju li jiġi ffittjat bejn l-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk u l-qafas tal-vettura (jiġifieri, it-travi tal-irmonk) għandu jiġi ttestjat bl-istess forzi bħall-akkoppjament. Meta jiġu ttestjati t-travi tal-irmonk maħsuba għall-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk standard, it-tagħbija vertikali għandha tiġi applikata fuq distanza lonġitudinali mill-pjan vertikali tal-punti tat-twaħħil li tkun ugwali għall-pożizzjoni tal-akkoppjament standard korrispondenti.
3.3.2. L-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk standard għall-iżbarri tal-irmonk impernjati (S = 0).
It-test dinamiku għandu jitwettaq b'forza alternanti orizzontali ta' Fhw = ± 0,6 D li taġixxi f'linja parallela mal-art u fi pjan medjan lonġitudinali tal-vettura tal-irmonk li jgħaddi miċ-ċentru tal-pinn tal-akkoppjament.
3.3.3. L-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk għall-użu mat-trejlers b'fus ċentrali (S > 0).
3.3.3.1. Il-mases ta' trejlers b'fus ċentrali sa massimu inkluż ta' 3,5 tunnellati: L-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk għall-użu mat-trejlers b'fus ċentrali b'massa massima inkluża ta' 3,5 tunnellati għandhom jiġu ttestjati bl-istess mod bħall-boċċi tal-akkoppjament u bħall-brekits tal-irmonk deskritti fil-paragrafu 3.1 ta' dan l-anness.
3.3.3.2. Il-mases ta' trejlers b'fus ċentrali li jaqbżu t-3,5 tunnellati:
|
|
Il-forzi tat-test jiġu applikati fuq il-kampjun fiż-żewġ direzzjonijiet orizzontali u vertikali f'test ta' reżistenza asinkroniku. Il-linja orizzontali ta' azzjoni għandha tkun ekwivalenti għal linja parallela mal-art u tul il-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura tal-irmonk, u għandha tgħaddi miċ-ċentru tal-pinn tal-akkoppjament. Il-linja vertikali ta' azzjoni għandha tkun perpendikolari mal-linja orizzontali ta' azzjoni u għandha taġixxi tul il-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-pinn tal-akkoppjament. |
|
|
L-arranġamenti tat-twaħħil għall-akkoppjament bi żbarra tal-irmonk u għal għajn l-iżbarra tal-irmonk fuq ir-rigg tal-ittestjar għandhom ikunu dawk maħsuba għat-twaħħil mal-vettura skont l-istruzzjonijiet tal-iffittjar tal-manifattur. |
|
|
Għandhom jiġu applikati l-forzi tat-test li ġejjin: Tabella 14 Il-forzi tat-test
Nota: Fil-każ ta' akkoppjamenti dedikati bi żbarra tal-irmonk tal-Klassi T, dawn il-valuri għandhom jitnaqqsu għal ± 0,5 Dc u għal ± 0,5 V. Il-komponenti vertikali u orizzontali għandu jkollhom għamla sinusojdali u għandhom jiġu applikati asinkronikament, fejn id-differenza bejn il-frekwenzi tagħhom għandha tkun bejn 1 fil-mija u 3 fil-mija. |
3.3.4. It-test statiku fuq apparat tal-illokkjar tal-pinn tal-akkoppjament
Fir-rigward tal-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk, jeħtieġ ukoll li jiġu ttestjati l-apparati tal-għeluq u kwalunkwe apparat tal-illokkjar permezz ta' forza statika ta' 0,25 D li taġixxi fid-direzzjoni tal-ftuħ. It-test ma għandux jikkawża xi ħsara. Waqt it-test, forza ta' 0,1 D hija biżżejjed fil-każ tal-pinnijiet ċilindriċi tal-akkoppjament.
3.4. Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk
3.4.1. Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk għandhom ikunu soġġetti għall-istess ittestjar dinamiku bħall-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk. Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk li jintużaw biss għal trejlers li jkollhom żbarri tal-irmonk impernjati li jippermettu ċaqliq vertikali ħieles għandhom ikunu soġġetti għal forza alternanti kif deskritt fil-paragrafu 3.3.2. Għajnejn l-iżbarra tal-irmonk li huma maħsuba wkoll għall-użu fuq trejlers b'fus ċentrali għandhom jiġu ttestjati bl-istess mod bħall-irjus tal-akkoppjament bil-boċċa (il-paragrafu 3.2) għal mases, C, tat-trejler sa massimu inkluż ta' 3,5 tunnellati u bl-istess mod bħall-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk (il-paragrafu 3.3.3.2) għal trejlers b'fus ċentrali b'massa, C, li taqbeż it-3,5 tunnellati.
3.4.2. L-għajnejn torojdali tal-Klassi L għandhom jiġu ttestjati kif deskritt fil-paragrafi 3.4.2.1 u 3.4.2.2.
3.4.2.1. Dawn għandhom jiġu ppreżentati għal test pulsanti bil-konfigurazzjoni tal-immuntar li tkun ekwivalenti għall-installazzjoni fuq il-vettura. It-test għandu jitwettaq billi jintuża l-akkoppjament tal-Klassi K. Alternattivament, l-apparat tal-akkoppjament jista' jiġi sostitwit b'ġigg li jkun jirrappreżenta l-istess ambjent bil-qbil tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew tas-Servizz Tekniku.
3.4.2.2. Dawn għandhom ikunu soġġetti għal ittestjar dinamiku kif deskritt fil-paragrafu 3.4.1 fir-rigward tal-valuri karatteristiċi korrispondenti tal-apparat tal-akkoppjament tal-Klassi K speċifikati mill-manifattur.
3.4.3. L-ittestjar ta' għajnejn l-iżbarra tal-irmonk għandu jsir b'tali mod li l-forza alternanti taġixxi wkoll fuq il-partijiet li jintużaw għat-twaħħil ta' għajn l-iżbarra tal-irmonk mal-iżbarra tal-irmonk. Għandhom jiġu kklampjati l-komponenti intermedji flessibbli kollha.
3.5. L-akkoppjamenti bil-ganċ
3.5.1. L-akkoppjamenti bil-ganċ tal-Klassi K għandhom jissodisfaw it-test dinamiku mogħti fil-paragrafu 3.5.2 ta' dan l-anness.
3.5.2. It-test dinamiku:
|
3.5.2.1. |
It-test dinamiku għandu jkun test pulsanti li juża għajn torojdali tal-Klassi L, bl-akkoppjament immuntat bl-istess mod kif ikun immuntat fuq vettura, u bil-partijiet kollha meħtieġa għall-installazzjoni fuq il-vettura. Madankollu, kull komponent flessibbli jista' jiġi nnewtralizzat bil-qbil tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew tas-Servizz Tekniku; |
|
3.5.2.2. |
L-akkoppjamenti bil-ganċ maħsuba għall-użu mat-trejlers bl-iżbarra tal-irmonk impernjata – fejn it-tagħbija vertikali imposta, S, fuq l-akkoppjament tkun żero – għandhom jiġu ttestjati bl-istess mod kif deskritt fil-paragrafu 3.3.2. |
|
3.5.2.3. |
L-akkoppjamenti bil-ganċ maħsuba għall-użu mat-trejlers b'fus ċentrali (S> 0):
|
3.5.3. It-test statiku fuq apparat tal-illokkjar tal-akkoppjament
Fir-rigward tal-akkoppjamenti bil-ganċ, jeħtieġ ukoll li jiġu ttestjati l-apparati tal-għeluq u kwalunkwe apparat tal-illokkjar permezz ta' forza statika ta' 0,6 D li taġixxi fid-direzzjoni tal-ftuħ. It-test ma għandux jikkawża l-ftuħ tal-għeluq. L-apparat tal-għeluq/tal-illokkjar għandu jibqa' jiffunzjona wara li jsir it-test.
3.6. L-iżbarri tal-irmonk
3.6.1. L-iżbarri tal-irmonk għandhom jiġu ttestjati bl-istess mod bħal għajnejn l-iżbarra tal-irmonk (ara l-paragrafu 3.4). L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku jistgħu jagħmlu deroga biex test ta' reżistenza ma jsirx jekk id-disinn sempliċi ta' komponent jagħmilha possibbli li titwettaq valutazzjoni teorika tal-qawwa tiegħu. Il-forzi tad-disinn għall-verifika teorika tal-iżbarra tal-irmonk ta' trejlers b'fus ċentrali b'massa, C, b'massimu inkluż ta' 3,5 tunnellati, għandhom jittieħdu mill-ISO 7641/1:1983. Il-forzi tad-disinn għall-verifika teorika tal-iżbarri tal-irmonk għal trejlers b'fus ċentrali li jkollhom massa, C, ta' iżjed minn 3,5 tunnellati, għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
Fsp = (g × S/1 000) + V
Fejn l-amplitudni tal-forza, V, tkun dik definita fil-paragrafu 2.11.4 ta' dan ir-Regolament.
L-ammont ta' stress permissibbli abbażi tal-mases tad-disinn għal trejlers li jkollhom massa totali, C, ta' iżjed minn 3,5 tunnellati, għandu jkun skont il-paragrafu 5.3 tal-ISO 7641/1:1983. Għall-iżbarri tal-irmonk milwija (eż. b'għamla ta' għonq ta' ċinju) u għall-iżbarri tal-irmonk għat-trejlers sħaħ, il-komponent tal-forza orizzontali Fhp = 1,0 × D għandu jitqies.
3.6.2. Għall-iżbarri tal-irmonk għat-trejlers sħaħ b'ċaqliq ħieles fil-pjan vertikali, flimkien mat-test ta' reżistenza jew il-verifika teorika tal-qawwa, ir-reżistenza għat-tgħattin għandha tiġi vverifikata b'kalkolu teoriku b'forza tad-disinn ta' 3,0 × D jew b'test tat-tgħattin b'forza ta' 3,0 × D. L-ammont ta' stress permissibbli fil-każ tal-kalkolu għandu jkun skont il-paragrafu 5.3 tal-ISO 7641/1:1983.
3.6.3. Fil-każ tal-fusien immanuvrati, ir-reżistenza għal-liwi għandha tiġi vverifikata permezz ta' kalkoli teoriċi jew b'test tal-liwi. Għandha tiġi applikata forza statika laterali orizzontali fiċ-ċentru tal-punt tal-akkoppjament. Il-kobor ta' din il-forza għandu jintgħażel b'tali mod li jkun hemm moment ta' 0,6 × Av × g (kNm) fuq iċ-ċentru tal-fusien ta' quddiem. L-ammont ta' stress permissibbli għandu jkun skont il-paragrafu 5.3 tal-ISO 7641/1:1983.
Madankollu, fil-każ fejn il-fusien immanuvrati jiffurmaw par jew tandem ta' fusien ta' quddiem (bogie mmanuvrat), il-moment għandu jiżdied għal 0,95 × Av × g (kNm).
3.7. L-akkoppjamenti tan-nagħla
3.7.1. It-testijiet bażiċi tal-qawwa huma test dinamiku u test statiku (test tal-irfigħ). L-akkoppjamenti tan-nagħla maħsuba għall-immanuvrar pożittiv tas-semitrejlers għandhom ikunu soġġetti għal test statiku addizzjonali (test tal-liwi). Għall-fini tat-testijiet, l-apparat tal-akkoppjament għandu jkun mgħammar bl-apparati tat-twaħħil kollha meħtieġa biex jitwaħħal mal-vettura. Il-metodu tal-immuntar għandu jkun identiku għal dak li jintuża fuq il-vettura stess. Mhuwiex permissibbli li jintuża metodu ta' kalkolu bħala alternattiva għall-ittestjar fiżiku.
3.7.2. It-testijiet statiċi
3.7.2.1. L-akkoppjamenti tan-nagħla standard iddisinjati għal feles tal-immanuvrar jew għal apparat simili għall-immanuvrar pożittiv tas-semitrejlers (ara l-paragrafu 2.7 ta' dan ir-Regolament) għandhom jiġu ttestjati għal qawwa adegwata permezz ta' test statiku tal-liwi fil-firxa tat-tħaddim tal-apparat tal-immanuvrar bl-applikazzjoni simultanja ta' tagħbija tan-nagħla. It-tagħbija vertikali imposta massima permessa, U, għan-nagħla għandha tiġi applikata b'mod vertikali fuq l-akkoppjament fil-pożizzjoni tat-tħaddim tiegħu permezz ta' pjanċa riġida ta' daqs suffiċjenti li jkopri għalkollox l-akkoppjament.
It-tagħbija applikata li tirriżulta għandha tgħaddi miċ-ċentru tal-ġonta orizzontali tal-akkoppjament tan-nagħla.
Fl-istess waqt, forza laterali orizzontali, li tirrappreżenta l-forza meħtieġa għall-immanuvrar pożittiv tas-semitrejler, għandha tiġi applikata fuq il-ġnub tal-gwida għall-pinn tal-akkoppjament. Il-kobor ta' din il-forza u d-direzzjoni li fiha taġixxi għandhom jintgħażlu b'tali mod li jkun hemm moment ta' 0,75 m × D tul iċ-ċentru tal-pinn tal-akkoppjament permezz ta' forza li taġixxi fuq driegħ il-liver b'tul ta' 0,5 m ± 0,1 m. Deformazzjoni permanenti plastika sa 0,5 fil-mija tad-dimensjonijiet nominali kollha hija permessa. Il-materjal ma għandux jixxaqqaq.
3.7.2.2. Għandu jitwettaq test statiku tal-irfigħ fuq l-akkoppjament kollha tan-nagħla. Sa forza tal-irfigħ ta' Fa = g × U, ma għandux ikun hemm xi liwi permanenti maġġuri tal-pjanċa tal-akkoppjament ta' iżjed minn 0,2 fil-mija tal-wisa' tagħha.
Fil-każ tal-akkoppjamenti tan-nagħla standard tal-Klassi G50 u l-akkoppjament komparabbli għall-istess dijametru tal-pinn tal-akkoppjament, ma għandu jkun hemm l-ebda separazzjoni tal-pinn tal-akkoppjament mill-akkoppjament b'forza tal-irfigħ ta' Fa = g × 2,5 U. Fil-każ tal-akkoppjamenti mhux standard li jużaw dijametru tal-pinn ikbar minn 50 mm, pereżempju akkoppjamenti b'dijametru tal-pinn ta' 90 mm, il-forza tal-irfigħ għandha tkun: Fa = g × 1,6 U b'valur minimu ta' 500 kN.
Il-forza għandha tiġi applikata permezz ta' liver li jagħmel forza fuq il-pjanċa tal-akkoppjament f'tarf wieħed u li jgħola mit-tarf l-ieħor b'distanza ta' 1,0 m sa 1,5 m miċ-ċentru tal-pinn tal-akkoppjament – ara l-Illustrazzjoni 24.
Id-driegħ tal-liver għandu jkollu angolu ta' 90° mad-direzzjoni tad-dħul tal-pinn tal-akkoppjament fl-akkoppjament. Jekk l-agħar każ possibbli jkun ovvju, dan irid jiġi ttestjat. Jekk ma jkunx diffiċli li jiġi stabbilit l-agħar każ possibbli, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip jew is-Servizz Tekniku għandhom jiddeċiedu liema naħa jittestjaw. Huwa meħtieġ test wieħed biss.
Illustrazzjoni 24
It-test tal-irfigħ fuq l-akkoppjamenti tan-nagħla
1 to 1,5 m
Ħarsa minn wara
3.7.3. It-test dinamiku
L-akkoppjament tan-nagħla għandu jkun soġġett għal stress alternanti fuq rigg tal-ittestjar (test dinamiku asinkroniku) b'forzi alternanti u forzi pulsanti vertikali li jaġixxu fl-istess waqt.
3.7.3.1. Fil-każ tal-akkoppjamenti tan-nagħla mhux maħsuba għall-immanuvrar pożittiv tas-semitrejlers, għandhom jintużaw il-forzi li ġejjin:
|
Orizzontali |
: |
Fhw = ± 0,6 × D |
|
Vertikali |
: |
FsO = g × 1,2 U FsU = g × 0,4 U |
Dawn iż-żewġ forzi għandhom jiġu applikati fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura bil-linji ta' azzjoni taż-żewġ forzi, FsO u FsU, jgħaddu miċ-ċentru tal-ġonta tal-akkoppjament.
Il-forza vertikali, Fs, talterna bejn il-limiti + g × 1,2 U u +g × 0,4 U u l-forza orizzontali bejn ± 0,6 D.
3.7.3.2. Fil-każ tal-akkoppjamenti tan-nagħla maħsuba għall-immanuvrar pożittiv tas-semitrejlers, għandhom jintużaw il-forzi li ġejjin:
|
Orizzontali |
: |
Fhw = ± 0,675 D |
|
Vertikali |
: |
FsO u FsU kif deskritt fil-paragrafu 3.7.3.1. |
Il-linji ta' azzjoni tal-forzi huma kif mogħtija fil-paragrafu 3.7.3.1.
3.7.3.3. Għat-test dinamiku tal-akkoppjamenti tan-nagħla, għandu jitqiegħed materjal lubrifikant xieraq bejn il-pjanċa tal-akkoppjament u l-pjanċa tat-trejler, sabiex il-koeffiċjent massimu tal-frizzjoni, μ, ikun ≤ 0,15.
3.8. Il-pjanċa tal-immuntar għall-akkoppjamenti tan-nagħla
It-test dinamiku għall-akkoppjamenti tan-nagħla deskritti fil-paragrafu 3.7.3 u t-testijiet statiċi deskritti fil-paragrafu 3.7.2 għandhom jiġu applikati wkoll għall-pjanċi tal-immuntar. Fir-rigward tal-pjanċi tal-immuntar, it-test tal-irfigħ biżżejjed li jitwettaq fuq naħa waħda biss. It-test għandu jkun ibbażat fuq l-għoli massimu stabbilit għall-installazzjoni tal-akkoppjament, il-wisa' massima stabbilita u t-tul minimu stabbilit tad-disinn tal-pjanċa tal-immuntar. Mhux meħtieġ li dan it-test jitwettaq jekk il-pjanċa tal-immuntar inkwistjoni tkun identika għal dik li jkun diġà sarilha t-test, għajr li tkun idjaq u/jew itwal u l-għoli totali jkun iktar baxx. Mhuwiex permissibbli li jintuża metodu ta' kalkolu bħala alternattiva għall-ittestjar fiżiku.
3.9. Il-pinnijiet tal-akkoppjament tan-nagħla tas-semitrejlers
3.9.1. Għandu jitwettaq test dinamiku bi stress alternanti fuq kampjun immuntat fuq rigg tal-ittestjar. L-ittestjar tal-pinn tal-akkoppjament ma għandux jiġi kkombinat flimkien mal-ittestjar tal-akkoppjament tan-nagħla. It-test għandu jsir sabiex il-forza tiġi applikata wkoll fuq l-apparati tat-twaħħil meħtieġa biex il-pinn tal-akkoppjament jitwaħħal mas-semitrejler. Mhuwiex permissibbli li jintuża metodu ta' kalkolu bħala alternattiva għall-ittestjar fiżiku.
3.9.2. Għandu jitwettaq test dinamiku b'forza orizzontali alternanti ta' Fhw = ± 0,6 D li tiġi applikata fuq il-pinn tal-akkoppjament fil-pożizzjoni tat-tħaddim.
Il-linja ta' azzjoni tal-forza għandha tgħaddi miċ-ċentru tal-iżgħar dijametru tal-parti ċilindrika tal-pinn tal-akkoppjament tal-Klassi H50 b'dijametru ta' 50,8 mm (ara l-Illustrazzjoni 18 tal-Anness 5).
3.10. Test ta' reżistenza alternattiv għall-boċċi tal-akkoppjament u għall-brekits tal-irmonk b'valur D ≤ 14 kN.
Alternattivament għall-proċedura tat-test deskritta fil-paragrafu 3.1, il-boċċi tal-akkoppjament u l-brekits tal-irmonk b'valur D ≤ 14 kN jistgħu jiġu ttestjati bil-kundizzjonijiet li ġejjin.
3.10.1. Introduzzjoni
It-test ta' reżistenza deskritt hawn taħt jikkonsisti minn test b'diversi assi bi tliet direzzjonijiet tat-tagħbija, b'forzi introdotti fl-istess waqt, b'amplitudnijiet massimi u b'ekwivalenzi tar-reħja definiti (valuri tal-intensità tat-tagħbija, skont id-definizzjoni mogħtija hawn taħt).
3.10.2. Ir-rekwiżiti tal-ittestjar
3.10.2.1. Definizzjoni tal-valur tal-intensità tat-tagħbija (LIV)
L-LIV huwa valur skalari li jirrappreżenta s-severità tal-valur ta' tagħbija waħda maż-żmien meta jitqiesu l-aspetti tad-durabbiltà (identiku għas-somma tad-danni). Għall-akkumulazzjoni tad-danni, tintuża r-regola elementari ta' Miner. Sabiex tiġi stabbilita, jitqiesu l-amplitudnijiet tat-tagħbija u n-numru ta' repetizzjonijiet ta' kull amplitudni (l-effetti tat-tagħbijiet medji ma jitqisux).
Il-kurva S-N (il-kurva ta' Basquin) tirrappreżenta l-amplitudnijiet tat-tagħbija kontra n-numru ta' repetizzjonijiet (SA,i vs. Ni). Għandha inklinazzjoni grafika kostanti, k, f'dijagramma logaritmika doppja (jiġifieri, kull amplitudni/forza tat-test applikata SA,i hija relatata ma' numru limitat ta' ċikli Ni). Il-kurva tirrappreżenta l-limitu teoriku tar-reħja għall-istruttura analizzata.
Iż-żmien tat-tagħbija jingħadd f'dijagramma b'par firxiet ta' amplitudni tat-tagħbija kontra n-numru ta' repetizzjonijiet (SA,i vs. ni). Is-somma tal-proporzjon ni/Ni għal-livelli kollha disponibbli ta' amplitudni SA,i hija ugwali għal-LIV.
amplitudni SA
ċikli N; n
3.10.2.2. L-LIVs u l-amplitudnijiet massimi meħtieġa
Is-sistema ta' koordinati li ġejja trid titqies:
|
|
id-direzzjoni x: id-direzzjoni lonġitudinali/l-oppost tad-direzzjoni tas-sewqan |
|
|
id-direzzjoni y: fuq il-lemin tad-direzzjoni tas-sewqan |
|
|
id-direzzjoni z: 'il fuq b'mod vertikali |
Imbagħad, iż-żmien tat-tagħbija jista' jiġi espress billi jiġu segwiti d-direzzjonijiet intermedji abbażi tad-direzzjonijiet ewlenin (x, y, z) filwaqt li jitqiesu l-ekwazzjonijiet li ġejjin (α = 45; α′ = 35,2):
|
|
Fxy(t) = Fx(t) × cos(α) + Fy(t) × sin(α) |
|
|
Fxz(t) = Fx(t) × cos(α) + Fz(t) × sin(α) |
|
|
Fyz(t) = Fy(t) × cos(α) + Fz(t) × sin(α) |
|
|
Fxyz(t) = Fxy(t) × cos(α′) + Fz(t) × sin(α′) |
|
|
Fxzy(t) = Fxz(t) × cos(α′) – Fy(t) × sin(α′) |
|
|
Fyzx(t) = Fyz(t) × cos(α′) – Fx(t) × sin(α′) |
L-LIVs espressi f'kull direzzjoni (anke direzzjonijiet ikkombinati) jiġu kkalkolati rispettivament bħala s-somma tal-proporzjon ni/Ni għal-livelli kollha disponibbli ta' amplitudni definiti fid-direzzjoni adegwata.
Sabiex tintwera l-ħajja minima tar-reħja tal-apparat li jrid jiġi approvat għat-tip, it-test ta' reżistenza jrid jikseb minn tal-inqas l-LIVs li ġejjin:
|
|
LIV (1 kN ≤ D ≤ 7 kN) |
LIV (7 kN < D ≤ 14 kN) |
|
LIVx |
0,0212 |
0,0212 |
|
LIVy |
rigressjoni lineari bejn:D = 1 kN: 7,026 e– 4; D = 7 kN: 1,4052 e– 4 |
1,4052 e– 4 |
|
LIVz |
1,1519 e– 3 |
1,1519 e– 3 |
|
LIVxy |
rigressjoni lineari bejn:D = 1 kN: 6,2617 e– 3; D = 7 kN: 4,9884 e– 3 |
4,9884 e– 3 |
|
LIVxz |
9,1802 e– 3 |
9,1802 e– 3 |
|
LIVyz |
rigressjoni lineari bejn:D = 1 kN: 7,4988 e– 4; D = 7 kN: 4,2919 e-4 |
4,2919 e– 4 |
|
LIVxyz |
rigressjoni lineari bejn:D = 1 kN: 4,5456 e– 3; D = 7 kN: 3,9478 e– 3 |
3,9478 e– 3 |
|
LIVxzy |
rigressjoni lineari bejn:D = 1 kN: 5,1977 e– 3; D = 7 kN: 4,3325 e– 3 |
4,3325 e– 3 |
|
LIVyzx |
rigressjoni lineari bejn:D = 1 kN: 4,5204 e– 3; D = 7 kN: 2,9687 e– 3 |
2,9687 e– 3 |
Sabiex jinkiseb żmien tat-tagħbija bbażat fuq l-LIVs imsemmija hawn fuq, l-inklinazzjoni grafika għandha tkun k = 5 (ara d-definizzjoni fil-paragrafu 3.10.2.1). Il-kurva ta' Basquin għandha tgħaddi mill-punt ta' amplitudni SA = 0,6 × D b'numru ta' ċikli N = 2 × 106.
It-tagħbija vertikali statika (kif definita fil-paragrafu 2.11.3 ta' dan ir-Regolament), S, fuq l-apparat tal-akkoppjament kif iddikjarata mill-manifattur għandha tiżdied mat-tagħbijiet vertikali.
Waqt it-test, jenħtieġ li l-amplitudnijiet massimi ma jaqbżux il-valuri li ġejjin:
|
|
Fx lonġitudinali [-] |
Fy laterali [-] |
Fz vertikali [-] |
|
Massimu |
+ 1,3 × D |
+ 0,45 × D |
+ 0,6 × D + S |
|
Minimu |
– 1,75 × D |
– 0,45 × D |
– 0,6 × D + S |
Eżempju ta' żmien tat-tagħbija li jissodisfa dawn ir-rekwiżiti jingħata fuq is-sit web:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29grrf/grrf-reg55.html
3.10.3. Il-kundizzjonijiet tat-test
L-apparat tal-akkoppjament għandu jiġi mmuntat fuq bank tat-test riġidu jew fuq vettura. Fil-każ ta' sinjal taż-żmien tridimensjonali, dan għandu jiġi applikat bi tliet attwaturi għall-introduzzjoni u għall-kontroll fl-istess waqt tal-komponenti tal-forza Fx (lonġitudinali), Fy (laterali) u Fz (vertikali). F'każijiet oħra, in-numru u l-pożizzjoni tal-attwaturi jistgħu jintgħażlu bi qbil bejn il-manifattur u s-servizzi tekniċi. Fi kwalunkwe każ, il-bank tat-test għandu jkun kapaċi jintroduċi fl-istess waqt il-forzi neċessarji sabiex jiġu ssodisfati l-LIVs meħtieġa fil-paragrafu 3.10.2.2.
Il-boltijiet kollha jridu jiġu ssikkati bit-torque speċifikat mill-manifattur.
3.10.3.1. L-apparat tal-akkoppjament immuntat fuq sostenn riġidu:
Il-konformità mal-punti tat-twaħħil tal-apparat tal-akkoppjament ma għandhiex taqbeż il-1,5 mm mill-punt ta' referenza ta' “Tagħbija 0” waqt l-applikazzjoni tal-forzi massimi u minimi Fx, Fy, Fz u minn kull forza applikata separatament fuq il-punt tal-akkoppjament.
3.10.3.2. L-apparat tal-akkoppjament immuntat fuq il-karozzerija tal-vettura jew fuq parti tal-karozzerija:
|
|
F'dan il-każ, l-apparat tal-akkoppjament għandu jiġi mmuntat fuq il-karozzerija tal-vettura jew fuq parti tal-karozzerija tat-tip ta' vettura, li għaliha jkun iddisinjat l-apparat tal-akkoppjament. Il-vettura jew il-parti tal-karozzerija għandhom jiġu ffittjati fuq rigg jew fuq bank tat-test xierqa b'tali mod li jiġi eliminat kwalunkwe effett tas-sospensjoni tal-vettura. |
|
|
Il-kundizzjonijiet eżatti waqt it-test għandhom jiġu ddikjarati fir-rapport tal-ittestjar relatat. L-effetti possibbli ta' riżonanza jridu jiġu kkumpensati b'sistema xierqa ta' kontroll tal-faċilità tat-test u jistgħu jitnaqqsu bi twaħħil addizzjonali bejn il-karozzerija tal-vettura u r-rigg tal-ittestjar jew b'frekwenza modifikata. |
3.10.4. Il-kriterji ta' falliment
Minbarra l-kriterji mogħtija fil-paragrafu 4.1 ta' dan ir-Regolament u vverifikati b'test tal-penetrazzjoni ta' likwidi, l-apparat tal-akkoppjament għandu jitqies li ma għaddiex mit-test, jekk:
|
(a) |
Tiġi identifikata xi deformazzjoni plastika viżibbli; |
|
(b) |
Tiġi affettwata xi funzjonalità jew is-sikurezza tal-akkoppjament (eż. it-tqabbid sikur tat-trejler, il-laxkezza massima, eċċ.); |
|
(c) |
Jintilef xi torque tal-boltijiet li jkun jaqbeż it-30 fil-mija tat-torque nominali mkejjel fid-direzzjoni tal-għeluq; |
|
(d) |
Apparat tal-akkoppjament b'parti li tista' tinqala' ma jkunx jista' jinqala' u jitwaħħal għal minn tal-inqas tliet darbiet. Għall-ewwel darba li jinqala', huwa permess impatt wieħed. |
ANNESS 7
L-INSTALLAZZJONI U R-REKWIŻITI SPEĊJALI
1. L-installazzjoni u r-rekwiżiti speċjali
1.1. It-twaħħil tal-boċċi tal-akkoppjament, tal-akkoppjamenti bil-ganċ u tal-brekits tal-irmonk
1.1.1. Il-boċċi tal-akkoppjament, l-akkoppjamenti bil-ganċ u l-brekits tal-irmonk għandhom jitwaħħlu ma' vetturi tal-kategoriji M1, M2 (b'massa permissibbli massima ta' inqas minn 3,5 t) u N1 b'tali mod li jkun jikkonforma mad-dimensjonijiet tal-laxkezza u tal-għoli mogħtija fl-Illustrazzjoni 25. L-għoli għandu jitkejjel bil-kundizzjonijiet tat-tagħbija tal-vettura mogħtija fl-Appendiċi ta' dan l-anness.
Ir-rekwiżit tal-għoli ma għandux japplika fil-każ tal-vetturi tal-użu fuq art imħarbta tal-kategorija G, kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.).
1.1.1.1. L-ispazju tal-laxkezza muri fl-Illustrazzjonijiet 25a u 25b jista' jiġi okkupat minn tagħmir li ma jkunx jista' jiġi żmuntat, bħal pereżempju stepni, diment li d-distanza miċ-ċentru tal-boċċa jew miċ-ċentru tal-ganċ fuq pjan vertikali fl-iżjed punt ta' wara nett tat-tagħmir ma taqbiżx il-250 mm. It-tagħmir għandu jiġi mmuntat b'tali mod li jippermetti aċċess adegwat għall-akkoppjament u għad-diżakkoppjament mingħajr riskju ta' korriment għall-utent u mingħajr ma tiġi affettwata l-artikolazzjoni tal-akkoppjament.
1.1.2. Għall-boċċi tal-akkoppjament jew għall-akkoppjamenti bil-ganċ u għall-brekits tal-irmonk, il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi l-istruzzjonijiet tal-immuntar u jiddikjara jekk ikunx meħtieġ xi rinfurzar taż-żona tat-twaħħil (ara l-Appendiċi tal-Anness 2 ta' dan ir-Regolament).
1.1.3. Għandu jkun possibbli li l-akkoppjamenti bil-boċċa/l-akkoppjamenti bil-ganċ jiġu akkoppjati u diżakkoppjati meta l-assi lonġitudinali tal-akkoppjament bil-boċċa/tal-akkoppjament bil-ganċ b'rabta mal-linja taċ-ċentru tal-montatura tal-akkoppjament bil-boċċa/tal-akkoppjament bil-ganċ:
|
|
ikollu rotazzjoni orizzontali ta' 60° fuq il-lemin jew ix-xellug, (β = 60°, ara l-Illustrazzjoni 25); |
|
|
ikollu rotazzjoni vertikali ta' 10° 'il fuq jew 'l isfel, (α = 10°, ara l-Illustrazzjoni 25); |
|
|
ikollu rotazzjoni assjali ta' 10° fuq il-lemin jew ix-xellug. |
|
Illustrazzjoni 25a |
Illustrazzjoni 25b |
|
|
|
1.1.4. Meta t-trejler ma jkunx akkoppjat mal-vettura tal-irmonk, il-brekit tal-irmonk u l-boċċa tal-akkoppjament immuntati ma għandhomx joskuraw (parzjalment), fil-pjani ta' viżibbiltà ġeometrika, xi komponent tat-tidwil (eż. fanal ta' wara kontra ċ-ċpar) jew l-ispazju għall-immuntar u għat-twaħħil tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara tal-vettura tal-irmonk, sakemm l-apparat installat tal-akkoppjament mekkaniku ma jkunx jista' jitneħħa jew jiġi ppożizzjonat mill-ġdid mingħajr l-użu tal-għodod, għajr kjavi tar-rilaxx li titħaddem faċilment (jiġifieri, bi sforz li ma jaqbiżx l-għoxrin (20) Nm) u li tinġarr fil-vettura.
Jekk l-apparat installat tal-akkoppjament mekkaniku jkun kapaċi joskura (parzjalment) xi komponent tad-tidwil u/jew xi spazju għall-immuntar u għat-twaħħil tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara tal-vettura tal-irmonk, dan għandu jiġi miktub minnufih fir-rapport tal-ittestjar u għandu jiġi ddikjarat b'mod ċar fir-“Rimarki” fuq il-formola ta' komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.
Jekk il-manifattur tal-vettura jispeċifika post alternattiv għall-ispazju għall-montatura u għat-twaħħil tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara tal-vettura tal-irmonk u/jew ta' xi apparat tat-tidwil fil-kuntest ta' apparat tal-akkoppjament mekkaniku li joskura (parzjalment) wieħed minn dawn jew it-tnejn li huma, dan għandu jiġi miktub minnufih fir-rapport tal-ittestjar u għandu jiġi ddikjarat b'mod ċar fir-“Rimarki” fuq il-formola ta' komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.
1.2. It-twaħħil tal-irjus tal-akkoppjament jew tal-għajnejn torodjali tal-iżbarra tal-irmonk
1.2.1. L-irjus tal-akkoppjament tal-Klassi B huma permessi għal trejlers b'massa massima inkluża ta' mhux iktar minn 3,5 tunnellati.
Bit-trejler f'pożizzjoni orizzontali u jġorr it-tagħbija massima permissibbli fuq il-fus, l-irjus tal-akkoppjament jew l-għajnejn torojdali tal-iżbarra tal-irmonk għandhom jiġu ffittjati b'tali mod li l-linja taċ-ċentru taż-żona sferika li fiha tiffittja l-boċċa tkun 430 ± 35 mm 'il fuq mill-pjan orizzontali li fuqu jserrħu r-roti tat-trejler.
Fil-każ ta' karavannijiet u trejlers tal-merkanzija, il-pożizzjoni orizzontali titqies li hija dik meta l-art jew is-superfiċe tat-tagħbija tkun orizzontali. Fil-każ ta' trejlers mingħajr superfiċe ta' referenza bħal din (eż. trejlers tad-dgħajjes jew trejlers simili), il-manifattur tat-trejler għandu jagħti linja ta' referenza xierqa li tiddefinixxi l-pożizzjoni orizzontali. Ir-rekwiżit tal-għoli għandu japplika biss għal trejlers maħsuba biex jitwaħħlu mal-vetturi msemmija fil-paragrafu 1.1.1 ta' dan l-anness. Fil-każijiet kollha, il-pożizzjoni orizzontali għandha tiġi stabbilita li tkun ± 1°.
1.2.2. Għandu jkun possibbli li l-irjus tal-akkoppjament/l-għajnejn torojdali tal-iżbarra tal-irmonk jitħaddmu mingħajr periklu fl-ispazju ħieles tal-boċċa tal-akkoppjament/tal-akkoppjament bil-ganċ mogħti fl-Illustrazzjonijiet 25a u 25b, sa angoli massimi ta' α = 25° u β = 60°.
1.2.3. Id-disinn tal-iżbarra tal-irmonk inklużi r-ras tal-akkoppjament/l-għajnejn torojdali tal-iżbarra tal-irmonk għall-użu fuq it-trejlers b'fus ċentrali tal-kategoriji O1 u O2 għandu jkun b'tali mod li jipprevjeni li r-ras tal-akkoppjament/l-għajnejn torojdali tal-iżbarra tal-irmonk iħaffru l-art f'każ ta' separazzjoni mill-akkoppjament prinċipali.
1.3. It-twaħħil tal-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk u l-blokok tal-immuntar
1.3.1. Id-dimensjonijiet tal-immuntar għall-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk standard:
Fil-każ ta' tipi ta' akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk standard, għandhom jiġu ssodisfati d-dimensjonijiet tal-immuntar fuq il-vettura mogħtija fl-Illustrazzjoni 15 u fit-Tabella 10 tal-Anness 5.
1.3.2. Il-ħtieġa għal akkoppjamenti bil-kontroll mill-bogħod
Jekk wieħed jew iktar mir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tat-tħaddim faċli u sikur (il-paragrafu 1.3.3), l-aċċessibbiltà (il-paragrafu 1.3.5) jew il-laxkezza għal-liver manwali (il-paragrafu 1.3.6) ma jkunx jista' jiġi ssodisfat, għandu jintuża akkoppjament b'apparat tal-kontroll mill-bogħod kif deskritt fil-paragrafu 12.3 tal-Anness 5.
1.3.3. It-tħaddim faċli u sikur tal-akkoppjament
L-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk għandhom jiġu mmuntati fuq il-vettura b'tali mod li t-tħaddim tagħhom ikun jista' jsir b'mod faċli u sikur.
Minbarra l-funzjoni tal-ftuħ (u tal-għeluq, jekk ikun applikabbli), dan jinkludi wkoll il-verifika tal-pożizzjoni tal-indikatur għall-pożizzjonijiet il-magħluqa u l-illokkjati tal-pinn tal-akkoppjament (bil-vista u bil-mess).
Fiż-żona li fiha trid toqgħod bilwieqfa l-persuna li tħaddem l-akkoppjament, ma għandux ikun hemm xi punti ta' periklu possibbli bħal xi truf jew kantunieri jaqtgħu, eċċ. li jkunu inerenti fid-disinn, sakemm ma jkunx hemm protezzjoni magħhom sabiex il-probabbiltà ta' korriment tkun ftit li xejn.
Il-ħruġ ta' emerġenza minn din iż-żona ma għandux jiġi ristrett jew imblukkat miż-żewġ naħat b'xi oġġett imwaħħal mal-akkoppjament jew mal-vetturi.
Kwalunkwe apparat ta' protezzjoni tal-qiegħ ma għandux jipprevjeni li l-persuna toqgħod f'pożizzjoni xierqa għat-tħaddim tal-akkoppjament.
1.3.4. L-angolu minimu għall-akkoppjament u għad-diżakkoppjament
L-akkoppjament u d-diżakkoppjament ta' għajn l-iżbarra tal-irmonk għandhom ikunu possibbli meta jkun hemm rotazzjoni simultanja tal-assi lonġitudinali ta' għajn l-iżbarra tal-irmonk b'rabta mal-linja taċ-ċentru tax-xedaq:
|
|
50° b'mod orizzontali fuq il-lemin jew ix-xellug; |
|
|
6° b'mod vertikali 'il fuq jew 'l isfel; |
|
|
6° b'rotazzjoni assjali fuq il-lemin jew ix-xellug. |
Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għall-akkoppjamenti bil-ganċ tal-Klassi K għal vetturi li jkollhom massa massima permissibbli ta' iżjed minn 3,5 t.
1.3.5. L-aċċessibbiltà
Id-distanza bejn iċ-ċentru tal-pinn tal-akkoppjament u t-tarf tal-karozzerija tal-vettura ma għandhiex taqbeż il-550 mm. Meta d-distanza taqbeż l-420 mm, l-akkoppjament għandu jiġi ffittjat b'mekkaniżmu ta' attwazzjoni li jippermetti t-tħaddim sikur b'distanza massima ta' 420 mm mit-tavla ta' barra tal-karozzerija.
Id-distanza ta' 550 mm tista' tinqabeż kif ġej, diment li tkun tista' tintwera ħtieġa teknika u li l-attwazzjoni faċli u sikura tal-akkoppjament bi żbarra tal-irmonk ma tiġix affettwata b'mod avvers:
|
(a) |
Sa distanza ta' mhux iktar minn 650 mm għal vetturi b'karozzeriji li jistgħu jgħolew u jinżlu jew b'tagħmir immuntat fuq wara; |
|
(b) |
Sa distanza ta' mhux iktar minn 1 320 mm jekk l-għoli mingħajr ostruzzjoni jkun minn tal-inqas ta' 1 150 mm; |
|
(c) |
Fil-każ tat-trasportaturi tal-karozzi b'minn tal-inqas żewġ livelli tat-tagħbija meta l-vettura tat-trejler ma tkunx separata mill-vettura tal-irmonk fit-trasport normali. |
1.3.6. Il-laxkezza għal-liver manwali
Sabiex ikun hemm lok għat-tħaddim sikur tal-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk, għandu jkun hemm spazju ħieles adegwat madwar il-liver manwali.
Il-laxkezza murija fl-Illustrazzjoni 26 titqies bħala suffiċjenti.
Jekk ikun hemm l-intenzjoni li jiġu ffittjati mal-vettura tipi differenti ta' akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk standard, il-laxkezza għandha tkun tali li l-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati wkoll għall-akkoppjament bl-ikbar daqs tal-klassi xierqa mogħti fil-paragrafu 3. tal-Anness 5.
Illustrazzjoni 26
Il-laxkezza tal-liver manwali
Id-dimensjonijiet tal-laxkezza huma applikabbli wkoll kif jixraq għall-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk li jkollhom livers manwali li jħarsu 'l isfel jew ta' disinn differenti.
Il-laxkezza għandha tinżamm ukoll fl-angolu minimu speċifikat għall-akkoppjament u għad-diżakkoppjament mogħti fil-paragrafu 1.3.4 ta' dan l-anness.
1.3.7. Il-laxkezza għall-moviment ħieles tal-akkoppjament bi żbarra tal-irmonk
L-akkoppjament bi żbarra tal-irmonk imwaħħal mal-vettura għandu jkollu distakk ċar minimu ta' 10 mm minn kull parti oħra tal-vettura, filwaqt li jitqiesu l-pożizzjonijiet ġeometriċi kollha possibbli mogħtija fil-paragrafu 3. tal-Anness 5.
Jekk ikun hemm l-intenzjoni li jiġu ffittjati mat-tip ta' vettura, tipi differenti ta' akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk standard, il-laxkezza għandha tkun tali li l-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati wkoll għall-ikbar akkoppjament possibbli tal-klassi xierqa ddikjarat fil-paragrafu 3. tal-Anness 5.
1.3.8. L-aċċettabbiltà tal-akkoppjamenti bi żbarra tal-irmonk b'ġonta speċjali għar-rotazzjoni vertikali – ara l-paragrafu 3.4 tal-Anness 5.
L-akkoppjamenti li jkollhom pinn ċilindriku u li jiksbu rotazzjoni vertikali għal għajn l-iżbarra tal-irmonk akkoppjata permezz ta' ġonta speċjali jkunu permessi biss meta tkun tista' tintwera ħtieġa teknika. Dan jista' jkun il-każ, pereżempju, fuq vetturi b'karozzeriji fuq wara li jistgħu jgħolew u jinżlu, meta r-ras tal-akkoppjament għandha tkun impernjata, jew bl-akkoppjamenti ta' trasportaturi tqal li minħabba raġunijiet ta' qawwa jkun meħtieġ l-użu ta' pinn ċilindriku tal-akkoppjament.
1.4. It-twaħħil ta' għajnejn l-iżbarra tal-irmonk u ta' żbarri tal-irmonk fuq it-trejlers
1.4.1. L-iżbarri tal-irmonk għat-trejlers b'fus ċentrali għandu jkollhom apparat ta' sostenn li l-għoli tiegħu jista' jiġi aġġustat jekk il-massa imposta ma' għajn l-iżbarra tal-irmonk fuq it-trejler taqbeż il-50 kg, meta t-trejler ikun mgħobbi b'mod uniformi sal-massa massima teknikament permissibbli tiegħu.
1.4.2. Meta għajnejn l-iżbarra tal-irmonk u l-iżbarra tal-irmonk jitwaħħlu mat-trejlers b'fus ċentrali b'massa massima, C, ta' iktar minn 3,5 tunnellati u b'iżjed minn fus wieħed, it-trejlers għandhom ikunu mgħammra b'apparat għall-qsim tat-tagħbija fuq il-fusien.
1.4.3. L-iżbarri tal-irmonk impernjati għandhom ikunu olzati mill-art. Ma għandux ikollhom għoli ta' inqas minn 200 mm mill-art meta jiġu rrilaxxati mill-pożizzjoni orizzontali. Ara wkoll il-paragrafi 5.3 u 5.4 tal-Anness 5.
1.5. It-twaħħil tal-akkoppjamenti tan-nagħla, tal-pjanċi tal-immuntar u tal-pinnijiet tal-akkoppjament fuq il-vetturi.
1.5.1. L-akkoppjamenti tan-nagħla tal-Klassi G50 ma għandhomx jiġu mmuntati direttament fuq il-qafas tal-vettura sakemm dan ma jkunx permess mill-manifattur tal-vettura. Dawn għandhom jitwaħħlu mal-qafas permezz ta' pjanċa tal-immuntar u għandhom jiġu segwiti l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni pprovduti mill-manifattur tal-vettura u mill-manifattur tal-akkoppjament.
1.5.2. Is-semitrejlers għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir tal-ħatt jew bi kwalunkwe tagħmir ieħor li jippermetti d-diżakkoppjament u l-parkeġġ tas-semitrejlers.
Jekk is-semitrejlers ikunu mgħammra b'tali mod li t-tqabbid tal-apparati tal-akkoppjament, tas-sistemi elettriċi u tas-sistemi tal-ibbrejkjar ikun jista' jitwettaq b'mod awtomatiku, it-trejler għandu jkollu tagħmir tal-ħatt li jinqata' mill-art b'mod awtomatiku wara li s-semitrejler ikun ġie akkoppjat.
Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw fil-każ ta' semitrejlers iddisinjati għal tħaddim speċjali fejn normalment jiġu sseparati biss f'workshop jew meta jkun hemm tagħbija u ħatt f'żoni tat-tħaddim iddisinjati speċifikament għal dan l-għan.
1.5.3. It-twaħħil tal-pinn tal-akkoppjament tan-nagħla mal-pjanċa tal-immuntar fuq is-semitrejler għandu jsir skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vettura jew tal-manifattur tal-pinn tal-akkoppjament tan-nagħla.
1.5.4. Jekk semitrejler ikun mgħammar b'feles tal-immanuvrar, dan għandu jissodisfa r-rekwiżiti kif deskritti fil-paragrafu 7.8 tal-Anness 5.
2. L-indikazzjoni u l-kontroll mill-bogħod
2.1. Meta jiġu installati l-apparati tal-indikazzjoni u tal-kontroll mill-bogħod, għandu jitqies kwalunkwe rekwiżit rilevanti mogħti fil-paragrafu 12 tal-Anness 5.
Appendiċi
Kundizzjonijiet tat-tagħbija għall-kejl tal-għoli tal-boċċa tal-akkoppjament
1. L-għoli għandu jkun kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1 tal-Anness 7.
2. Fil-każ tal-vetturi tal-kategorija M1 (1), il-massa tal-vettura li fiha dan l-għoli għandu jitkejjel għandha tiġi ddikjarata mill-manifattur tal-vettura u għandha tingħata fil-formola ta' komunikazzjoni (l-Anness 2). Il-massa għandha tkun il-massa massima permissibbli, iddistribwita bejn il-fusien kif iddikjarat mill-manifattur tal-vettura, jew il-massa mogħtija bit-tagħbija tal-vettura skont il-paragrafu 2.1 ta' dan l-appendiċi.
2.1. Iċ-ċifra massima għall-massa fi stat ta' tħaddim kif iddikjarata mill-manifattur tal-vettura tal-irmonk (ara l-punt 6. tal-formola ta' komunikazzjoni tal-Anness 2); +
2.1.1. Żewġ mases, kull waħda ta' 68 kg, ippożizzjonati fil-pożizzjoni bilqiegħda fuq barra ta' kull ringiela ta' sits, bis-sits fil-pożizzjoni aġġustabbli l-iktar lura possibbli għas-sewqan u għall-ivvjaġġar normali, u bil-mases jinsabu:
|
2.1.1.1. |
Għall-apparati u għall-komponenti tal-akkoppjament tat-tagħmir oriġinali li jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni mill-manifattur tal-vettura, bejn wieħed u ieħor f'punt li jinsab 100 mm quddiem il-punt “R” għas-sits aġġustabbli u 50 mm quddiem il-punt “R” għal sits oħra, filwaqt li l-punt “R” jiġi stabbilit skont il-paragrafu 5.1.1.2 tar-Regolament Nru 14; jew |
|
2.1.1.2. |
Għall-apparati u għall-komponenti tal-akkoppjament li jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni minn manifattur indipendenti u li jkunu maħsuba għall-iffittjar ta' sostituzzjoni, bejn wieħed u ieħor fil-pożizzjoni ta' persuna bilqiegħda; |
2.1.2. Barra minn hekk, għal kull massa ta' 68 kg, massa addizzjonali ta' 7 kg għall-bagalji personali għandha tiġi ddistribwita b'mod ibbilanċjat fiż-żona tal-vettura ddedikata għall-bagalji;
3. Fil-każ tal-vetturi tal-kategorija N1 (1), il-massa tal-vettura li fiha dan l-għoli għandu jitkejjel għandha tkun:
|
3.1. |
Il-massa massima permissibbli, iddistribwita bejn il-fusien kif iddikjarat mill-manifattur tal-vettura tal-irmonk (ara l-punt 6. tal-formola ta' komunikazzjoni tal-Anness 2). |
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), (fil-paragrafu 2 tad-Dokument TRANS/WP.29/78/Rev.3) – www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html.
ANNESS 8
IL-PROĊEDURA TA' VERIFIKA TAL-VETTURA FIR-RIGWARD TAT-TAGĦMIR TAL-AKKOPPJAMENT INSTALLAT
1. Ġenerali
L-għan ta' dan l-anness hu li jipprovdi proċedura u kriterju tal-aċċettazzjoni biex jiġi vverifikat li l-valuri karatteristiċi tal-prestazzjoni tat-tagħmir tal-akkoppjament installat fuq il-vettura li jrid jiġi approvat ikunu suffiċjenti biex isostnu l-massa massima li tista' tiġi rmonkata u karatteristiċi tekniċi oħra tal-vettura/tal-kombinazzjoni ta' vetturi.
1.1. Il-proċedura ta' verifika u l-kriterji tal-aċċettazzjoni
Ir-rekwiżiti tal-valuri tal-prestazzjoni għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-formuli rilevanti tal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-anness, billi jiġu applikati l-mases massimi permissibbli tal-vettura tal-irmonk, tat-trejler u tal-kombinazzjoni ta' vetturi li huma speċifikati mill-manifattur tal-vettura fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament.
Il-kriterji tal-aċċettazzjoni jkunu issodisfati:
|
(a) |
Jekk ir-rekwiżiti tal-valuri tal-prestazzjoni kkalkolati ma jkunux ogħla mill-valuri tal-prestazzjoni karatteristiċi tat-tagħmir tal-akkoppjament, |
|
(b) |
Jekk, f'każ li akkoppjament bi żbarra tal-irmonk ma jissodisfax il-kriterji ta' hawn fuq, ir-rekwiżiti kkalkolati tal-valuri tal-prestazzjoni u l-valur V limitanti speċifikati mill-manifattur tal-vettura jissodisfaw il-kriterji kollha speċifikati fil-paragrafu 4 ta' dan l-anness. |
2. Il-formuli tal-kalkolu applikabbli għall-kombinazzjonijiet ta' żewġ vetturi
2.1. Forzi orizzontali
Għall-apparati u għall-komponenti tal-akkoppjament mekkaniku li ma jkunux iddisinjati biex isostnu tagħbijiet vertikali imposti, il-valur huwa:
Għall-apparati u għall-komponenti tal-akkoppjament mekkaniku għat-trejlers b'fus ċentrali kif definiti fil-paragrafu 2.13, il-valur huwa:
Għall-akkoppjamenti tan-nagħla tal-Klassi G, għall-pinnijiet tal-akkoppjament tan-nagħla tal-Klassi H u għall-pjanċi tal-immuntar tal-Klassi J, kif definiti fil-paragrafu 2.6, il-valur huwa:
fejn:
|
T |
hija l-massa massima teknikament permissibbli tal-vettura tal-irmonk, f'tunnellati. Fejn hu rilevanti, din tinkludi wkoll it-tagħbija vertikali imposta minn trejler b'fus ċentrali (1). |
|
R |
hija l-massa massima teknikament permissibbli, f'tunnellati, ta' trejler bi żbarra tal-irmonk li tkun libera li tiċċaqlaq fuq pjan vertikali, jew ta' semitrejler (1). |
|
C |
hija l-massa, f'tunnellati, trażmessa fl-art mill-fus jew mill-fusien tat-trejler b'fus ċentrali, kif definit fil-paragrafu 2.13, meta jkun akkoppjat mal-vettura tal-irmonk u mgħobbi sal-massa massima teknikament permissibbli (1). Għat-trejlers b'fus ċentrali tal-kategoriji O1 u O2 (2), il-massa massima teknikament permissibbli tkun dik li tiġi ddikjarata mill-manifattur tal-vettura tal-irmonk. |
Il-massa li tista' tiġi rmonkata: R jew C (skont kif applikabbli)
2.2. Il-forzi vertikali mit-trejler b'fus ċentrali
Il-forza vertikali imposta fuq l-akkoppjament mit-trejler b'fus ċentrali b'massa massima teknikament permissibbli ikbar minn 3,5 tunnellati hija:
fejn:
|
C |
hija forza kif definita fil-paragrafu 2.1 ta' dan l-anness. |
|
a |
hija aċċellerazzjoni vertikali ekwivalenti fl-akkoppjament skont it-tip ta' sistema ta' sospensjoni tal-fus ta' wara tal-vettura tal-irmonk. |
Għas-sistemi ta' sospensjoni tal-arja (jew għas-sistemi ta' sospensjoni b'karatteristiki ta' smorzament ekwivalenti)
a = 1,8 m/s2
Għal tipi oħra ta' sospensjoni:
a = 2,4 m/s2
|
X |
huwa t-tul taż-żona tat-tagħbija tat-trejler, f'metri (ara l-Illustrazzjoni 27) |
|
L |
hija d-distanza miċ-ċentru ta' għajn l-iżbarra tal-irmonk saċ-ċentru tal-assemblaġġ tal-fus, f'metri (ara l-Illustrazzjoni 27) |
Nota:
Illustrazzjoni 27
Id-dimensjonijiet tat-trejler b'fus ċentrali
Il-massa li tista' tiġi rmonkata: C
3. Il-formuli tal-kalkolu applikabbli għall-kombinazzjonijiet ta' diversi vetturi
3.1. Kombinazzjoni 1:
|
Deskrizzjoni |
: |
Trakk riġidu + Karru + Semitrejler |
Mases [tunnellati]:
|
M1 |
= |
it-tagħbija totali fuq il-fus tat-trakk riġidu akkoppjat |
|
M2 |
= |
it-tagħbija totali fuq il-fus tal-karru u tas-semitrejler akkoppjati |
|
M3 |
= |
it-tagħbija totali fuq il-fus tal-karru akkoppjat |
|
M4 |
= |
it-tagħbija totali fuq il-fus tat-trakk riġidu akkoppjat + il-piż tara tal-karru |
|
M5 |
= |
it-tagħbija ta' sostenn fil-pinn ewlieni tas-semitrejler |
|
M6 |
= |
M5 + it-tagħbija totali fuq il-fus tas-semitrejler akkoppjat |
Il-massa totali tal-kombinazzjoni ta' vetturi = M1 + M2
Il-massa li tista' tiġi rmonkata tat-trakk riġidu: M2
Il-massa li tista' tiġi rmonkata tal-karru: M6
Dimensjonijiet:
|
L |
= |
id-distanza minn għajn l-iżbarra tal-irmonk saċ-ċentru tal-grupp ta' fusien tal-karru [m] |
Rekwiżit tal-kapaċità tal-akkoppjament:
|
Akkoppjament tat-tip clevis |
: |
|
|
Akkoppjament tan-nagħla |
: |
|
|
† |
Karru bi żbarra tal-irmonk riġida:
Dan ir-rekwiżit ikkalkolat tal-valur D għandu jkun iktar baxx mill-valur Dc iċċertifikat tal-prestazzjoni tat-tagħmir tal-akkoppjament li jintuża. Karru bi żbarra tal-irmonk impernjata: Dan ir-rekwiżit ikkalkolat tal-valur D għandu jkun iktar baxx mill-valur D iċċertifikat tal-prestazzjoni tat-tagħmir tal-akkoppjament li jintuża. Fir-rigward ta' żbarra tal-irmonk impernjata ma hemm l-ebda rekwiżit tal-valur V. |
3.2. Kombinazzjoni 2:
|
Deskrizzjoni |
: |
Trattur + Semitrejler + Trejler b'fus ċentrali |
Mases [tunnellati]:
|
M1 |
= |
it-tagħbija totali fuq il-fus tat-trattur akkoppjat (inkluża t-tagħbija ta' sostenn mis-semitrejler) |
|
M2 |
= |
it-tagħbija totali fuq il-fus tat-trejler b'fus ċentrali akkoppjat |
|
M3 |
= |
it-tagħbija totali fuq il-fus tat-trattur u tas-semitrejler akkoppjati |
|
M4 |
= |
it-tagħbija ta' sostenn fil-pinn ewlieni tas-semitrejler |
|
M5 |
= |
M4 + it-tagħbija totali fuq il-fus tas-semitrejler u tat-trejler b'fus ċentrali akkoppjati |
Il-massa totali tal-kombinazzjoni ta' vetturi = M2 + M3
Il-massa li tista' tiġi rmonkata tat-trattur: M5
Il-massa li tista' tiġi rmonkata tas-semitrejler: M2
Dimensjonijiet:
|
L |
= |
id-distanza minn għajn l-iżbarra tal-irmonk saċ-ċentru tal-grupp ta' fusien tat-trejler b'fus ċentrali [m] |
|
X |
= |
it-tul taż-żona mgħobbija tat-trejler b'fus ċentrali [m] |
|
a |
= |
2,4 [m/s2] għal semitrejler b'sospensjoni tal-azzar; 1,8 [m/s2] għal semitrejler b'sospensjoni tal-arja |
Rekwiżit tal-kapaċità tal-akkoppjament:
|
Akkoppjament tat-tip clevis fuq semitrejler |
: |
|
|
Akkoppjament tan-nagħla |
: |
|
Nota:
3.3. Kombinazzjoni 3:
|
Deskrizzjoni |
: |
Trattur + Semitrejler + Karru + Semitrejler |
Mases [tunnellati]:
|
M1 |
= |
it-tagħbija totali fuq il-fus tat-trattur akkoppjat (inkluża t-tagħbija ta' sostenn mill-ewwel semitrejler) |
|
M2 |
= |
it-tagħbija totali fuq il-fus tat-trattur u tal-ewwel semitrejler akkoppjati |
|
M3 |
= |
M4 + it-tagħbija totali fuq il-fus tat-tieni semitrejler akkoppjat |
|
M4 |
= |
it-tagħbija totali fuq il-fus tal-karru akkoppjat (inkluża t-tagħbija ta' sostenn mit-tieni semitrejler) |
|
M5 |
= |
M2 + il-piż tara tal-karru |
|
M6 |
= |
it-tagħbija ta' sostenn fil-pinn ewlieni tal-ewwel semitrejler |
|
M7 |
= |
it-tagħbija ta' sostenn fil-pinn ewlieni tat-tieni semitrejler |
|
M8 |
= |
M7 + it-tagħbija totali fuq il-fus tat-tieni semitrejler akkoppjat |
|
M9 |
= |
M6 + it-tagħbija totali fuq il-fus tal-ewwel semitrejler akkoppjat + M3 |
Il-massa totali tal-kombinazzjoni ta' vetturi = M2 + M3
Il-massa li tista' tiġi rmonkata tat-trattur: M9
Il-massa li tista' tiġi rmonkata tal-ewwel semitrejler: M3
Il-massa li tista' tiġi rmonkata tal-karru: M8
Dimensjonijiet:
|
L |
= |
id-distanza minn għajn l-iżbarra tal-irmonk saċ-ċentru tal-grupp ta' fusien tal-karru [m] |
Rekwiżit tal-kapaċità tal-akkoppjament:
|
Akkoppjament tat-tip clevis fuq l-ewwel semitrejler |
: |
|
||||
|
Akkoppjament tan-nagħla |
: |
D = Max(D1; D2), bi:
|
|
† |
Karru bi żbarra tal-irmonk riġida:
Dan ir-rekwiżit ikkalkolat tal-valur D għandu jkun iktar baxx mill-valur Dc iċċertifikat tal-prestazzjoni tat-tagħmir tal-akkoppjament li jintuża. Karru bi żbarra tal-irmonk impernjata: Dan ir-rekwiżit ikkalkolat tal-valur D għandu jkun iktar baxx mill-valur D iċċertifikat tal-prestazzjoni tat-tagħmir tal-akkoppjament li jintuża. Fir-rigward ta' żbarra tal-irmonk impernjata ma hemm l-ebda rekwiżit tal-valur V. |
3.4. Kombinazzjoni 4:
|
Deskrizzjoni |
: |
Trakk riġidu + Trejler b'fus ċentrali + Trejler b'fus ċentrali |
Mases [tunnellati]:
|
M1 |
= |
it-tagħbija totali fuq il-fus tat-trakk riġidu akkoppjat |
|
M2 |
= |
it-tagħbija totali fuq il-fus tal-ewwel trejler b'fus ċentrali akkoppjat |
|
M3 |
= |
it-tagħbija totali fuq il-fus tat-tieni trejler b'fus ċentrali akkoppjat |
|
M4 |
= |
M2 + M3 |
|
M5 |
= |
M1 + M2 |
Il-massa li tista' tiġi rmonkata tat-trakk riġidu: M4
Il-massa li tista' tiġi rmonkata tal-ewwel trejler b'fus ċentrali: M3
Il-massa totali tal-kombinazzjoni ta' vetturi = M1 + M2 + M3
Dimensjonijiet:
|
L1 |
= |
id-distanza minn għajn l-iżbarra tal-irmonk saċ-ċentru tal-grupp ta' fusien tal-ewwel trejler b'fus ċentrali [m] |
|
L2 |
= |
id-distanza minn għajn l-iżbarra tal-irmonk saċ-ċentru tal-grupp ta' fusien tat-tieni trejler b'fus ċentrali [m] |
|
X1 |
= |
it-tul taż-żona mgħobbija tal-ewwel trejler b'fus ċentrali [m] |
|
X2 |
= |
it-tul taż-żona mgħobbija tat-tieni trejler b'fus ċentrali [m] |
|
T1 |
= |
id-distanza miċ-ċentru tal-grupp ta' fusien sal-punt tal-akkoppjament tat-tip clevis fit-tarf ta' wara tal-ewwel trejler b'fus ċentrali [m] |
|
a |
= |
2,4 [m/s2] għal semitrejler b'sospensjoni tal-azzar; 1,8 [m/s2] għal semitrejler b'sospensjoni tal-arja |
Rekwiżit tal-kapaċità tal-akkoppjament:
|
Akkoppjamenti tat-tip clevis |
: |
V = V1
|
Nota:
3.5. Kombinazzjoni 5:
|
Deskrizzjoni |
: |
Trattur + Trejler b'kollegament (3) + Semitrejler |
Mases [tunnellati]:
|
M1 |
= |
it-tagħbija totali fuq il-fus tat-trattur akkoppjat (inkluża t-tagħbija ta' sostenn mit-trejler b'kollegament) |
|
M2 |
= |
it-tagħbija ta' sostenn fil-pinn ewlieni tat-trejler b'kollegament |
|
M3 |
= |
M2 + it-tagħbija totali fuq il-fus tat-trejler b'kollegament u tas-semitrejler akkoppjati |
|
M4 |
= |
it-tagħbija totali fuq il-fus tat-trejler b'kollegament u tas-semitrejler akkoppjati |
|
M5 |
= |
it-tagħbija ta' sostenn fil-pinn ewlieni tas-semitrejler |
|
M6 |
= |
M5 + it-tagħbija totali fuq il-fus tas-semitrejler |
Il-massa totali tal-kombinazzjoni ta' vetturi = M1 + M4
Il-massa li tista' tiġi rmonkata tat-trattur: M3
Il-massa li tista' tiġi rmonkata tat-trejler b'kollegament: M6
Rekwiżit tal-kapaċità tal-akkoppjament:
|
Akkoppjament tan-nagħla |
: |
|
4. L-estensjoni tal-prestazzjoni
Id-deżinjazzjonijiet Dcert, Dc-cert, Vcert u Scert li jintużaw hawn taħt f'dan il-paragrafu jiddeżinjaw il-valuri ċċertifikati tal-prestazzjoni tal-komponent tal-akkoppjament li qiegħed jiġi kkunsidrat. Id-deżinjazzjonijiet Dc-req, Vreq u Sreq jiddeżinjaw ir-rekwiżiti tal-valuri tal-prestazzjoni tal-kombinazzjoni ta' vetturi kkalkolati skont ir-regoli f'dan l-anness. Dawn iridu jiġu evalwati fil-konfront mal-valuri ċċertifikati tal-prestazzjoni.
4.1. Is-sistemi tal-akkoppjament tat-tip clevis li jinkludu travi tal-irmonk u għajnejn l-iżbarra tal-irmonk
Għal kull kombinazzjoni ta' valuri ċċertifikati tal-prestazzjoni, tista' titpinġa dijagramma kif muri fl-Illustrazzjoni 28. Ir-rekwiżiti kkalkolati tal-valuri tal-prestazzjoni Dc-req u Vreq li jinzertaw fiż-żona skura tad-dijagramma jistgħu jitħaddmu fit-traffiku tat-toroq.
Ir-rekwiżit Sreq għandu dejjem ikun inqas jew ugwali għal 1 000 kg.
Illustrazzjoni 28
4.2. Jekk ir-rekwiżiti kkalkolati tal-valuri tal-prestazzjoni jinzertaw fiż-żona skura tal-Illustrazzjoni 28, il-massa li tista' tiġi rmonkata tiġi vverifikata b'valur V limitanti. Għall-kombinazzjoni kkonċernata, il-valur V limitanti jieħu post il-valur V iċċertifikat tat-tagħmir tal-akkoppjament installat.
4.2.1. Il-valur V limitanti jingħata b'punt fuq il-linja inklinata fl-Illustrazzjoni 28. Dan il-punt jikkorrispondi mar-rekwiżit ikkalkolat tal-valur Dc għall-massa li tista' tiġi rmonkata.
(1) Il-mases T u R jistgħu jkunu ikbar mill-massa massima teknikament permissibbli preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
(2) Ara d-definizzjonijiet fir-Regolament Nru 13 annessi mal-Ftehim tal-1958 dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet. Id-definizzjoni tinsab ukoll fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.4).
(3) Trejler b'kollegament huwa semitrejler mgħammar b'nagħla fit-tarf ta' wara tiegħu li tippermetti li jiġi rmonkat it-tieni semitrejler.