17.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/1


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istat u d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument ta' l-istat NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 10 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' vetturi fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika [2017/260]

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Supplement 1 tas-serje ta' emendi 05 — Data tad-dħul fis-seħħ: 8 ta' Ottubru 2016.

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta' applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Immarkar

6.

Speċifikazzjonijiet fil-konfigurazzjonijiet għajr il-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

7.

Speċifikazzjonijiet addizzjonali fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

8.

Emenda jew estensjoni ta' approvazzjoni tat-tip ta' vettura wara żieda jew sostituzzjoni tas-subassemblaġġ elettriku/elettroniku (ESA)

9.

Konformità tal-produzzjoni

10.

Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

11.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

12.

Modifika u estensjoni ta' approvazzjoni tat-tip ta' vettura jew ESA

13.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

14.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi li jwettqu t-testijiet ta' approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

Appendiċi 1 —

Lista ta' standards imsemmija f'dan ir-Regolament

Appendiċi 2 —

Limiti ta' referenza tal-broadband għall-vetturi — Separazzjoni antenna-vettura: 10 m

Appendiċi 3 —

Limiti ta' referenza tal-broadband għall-vetturi — Separazzjoni antenna-vettura: 3 m

Appendiċi 4 —

Limiti ta' referenza tan-narrowband għall-vetturi — Separazzjoni antenna-vettura: 10 m

Appendiċi 5 —

Limiti ta' referenza tan-narrowband għall-vetturi — Separazzjoni antenna-vettura: 3 m

Appendiċi 6 —

Subassemblaġġ elettriku/elettroniku — Limiti ta' referenza tal-broadband

Appendiċi 7 —

Subassemblaġġ elettriku/elettroniku — Limiti ta' referenza tan-narrowband

Appendiċi 8 —

Netwerk HV artifiċjali

Annessi

1

Eżempji tal-marki tal-approvazzjoni

2 A

Dokument ta' informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika

2 B

Dokument ta' informazzjoni għal approvazzjoni tat-tip ta' subassemblaġġ elettriku/elettroniku fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika

3 A

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip ta' vettura/komponent/unità teknika separata fir-rigward tar-Regolament Nru 10

3 B

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip ta' subassemblaġġ elettriku/elettroniku fir-rigward tar-Regolament Nru 10.

4

Metodu ta' kejl tal-emissjonijiet elettromanjetiċi broadband radjati mill-vetturi

5

Metodu ta' kejl tal-emissjonijiet elettromanjetiċi narrowband radjati mill-vetturi

6

Metodu ta' ttestjar għall-immunità tal-vetturi għar-radjazzjoni elettromanjetika

7

Metodu ta' kejl tal-emissjonijiet elettromanjetiċi broadband radjati minn subassemblaġġi elettriċi/elettroniċi (ESA)

8

Metodu ta' kejl tal-emissjonijiet elettromanjetiċi narrowband radjati minn subassemblaġġi elettriċi/elettroniċi (ESA)

9

Metodu/i ta' ttestjar għall-immunità ta' subassemblaġġi elettriċi/elettroniċi għar-radjazzjoni elettromanjetika

10

Metodu/i tal-ittestjar tal-immunità għal u l-emissjoni ta' kurrenti tranżitorji ta' subassemblaġġi elettriċi/elettroniċi

11

Metodu/i ta' ttestjar għall-emissjonijiet tal-armoniċi ġġenerati minn linji AC minn vettura

12

Metodu/i ta' ttestjar għall-emissjonijiet ta' bidliet fil-vultaġġ, fluttwazzjonijiet fil-vultaġġ u tnemnim fuq il-linji AC mill-vettura

13

Metodu/i ta' ttestjar għall-emissjoni ta' disturbi kondotti mill-frekwenzi tar-radju fuq linji AC jew DC mill-vetturi

14

Metodu/i ta' ttestjar għall-emissjoni ta' disturbi kondotti mill-frekwenzi tar-radju fuq l-aċċess għat-telekomunikazzjoni u n-netwerk mill-vetturi

15

Metodu/i ta' ttestjar għall-immunità tal-vetturi għad-disturbi Tranżitorji Elettriċi Veloċi/Burst kondotti tul il-linji AC u DC

16

Metodu/i ta' ttestjar għall-immunità tal-vetturi għat-tlugħ f'daqqa kondott tul il-linji AC u DC

17

Metodu/i ta' ttestjar għall-emissjonijiet tal-armoniċi ġġenerati fuq linji AC minn ESA

18

Metodu/i ta' ttestjar għall-emissjoni tat-tibdil fil-vultaġġ, fluttwazzjonijiet fil-vultaġġ u tnemnim fuq il-linji AC minn ESA

19

Metodu/i ta' ttestjar għall-emissjoni ta' disturbi kondotti mill-frekwenzi tar-radju fuq linji AC jew DC minn ESA

20

Metodu/i ta' ttestjar għall-emissjoni ta' disturbi kondotti mill-frekwenzi tar-radju fuq l-aċċess għat-telekomunikazzjoni u n-netwerk minn ESA

21

Metodu/i ta' ttestjar għall-immunità ta' ESA għad-disturbi Tranżitorji Elettriċi Veloċi/Burst kondotti tul il-linji AC u DC

22

Metodu/i ta' ttestjar għall-immunità tal-ESAs għat-tlugħ f'daqqa kondott tul il-linji AC u DC

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għal:

1.1.

Vetturi tal-kategoriji L, M, N u O (1) fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika;

1.2.

Komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba biex jitwaħħlu f'dawn il-vetturi bil-limitazzjoni mogħtija fil-paragrafu 3.2.1 fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika.

1.3.

Dan ikopri:

(a)

Rekwiżiti fir-rigward tal-immunità minn disturbi radjati u kondotti għal funzjonijiet relatati mal-kontroll dirett tal-vettura, relatati mal-protezzjoni tas-sewwieq, tal-passiġġieri u ta' utenti oħra tat-triq, relatati ma' disturbi li jikkawżaw konfużjoni għas-sewwieq jew utenti oħra tat-triq, relatati mal-funzjonalità tal-bus tad-dejta tal-vettura, relatati ma' disturbi li jistgħu jaffettwaw id-dejta statutorja tal-vettura;

(b)

Rekwiżiti fir-rigward tal-kontroll ta' emissjonijiet mhux mixtieqa radjati u kondotti biex jitħares l-użu maħsub ta' tagħmir elettriku jew elettroniku fil-vettura kkonċernata jew f'dawk ta' biswit jew fil-qrib, u l-kontroll tal-disturbi minn aċċessorji li jistgħu jiġu armati fuq il-vettura.

(c)

Rekwiżiti addizzjonali għall-vetturi u l-ESAs li jipprovdu sistemi ta' akkoppjar għall-iċċarġjar tar-REESS fir-rigward tal-kontroll tal-emissjonijiet u l-immunità minn din il-konnessjoni bejn il-vettura u n-netwerk tal-elettriku.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

2.1.

“Kompatibbilità elettromanjetika” tfisser l-abbiltà ta' vettura jew komponent(i) jew unità(jiet) teknika/tekniċi separata/i li taħdem/jaħdmu b'mod sodisfaċenti fl-ambjent elettromanjetiku mingħajr ma tintroduċi/jintroduċu disturbi elettromanjetiċi intollerabbli għal kwalunkwe ħaġa f'dak l-ambjent.

2.2.

“Disturb elettromanjetiku” tfisser kull fenomenu elettromanjetiku li jista' jiddegrada l-prestazzjoni ta' vettura jew komponent(i) jew unità(jiet) teknika/tekniċi separata/i, jew ta' kull apparat ieħor, unità ta' tagħmir jew sistema mħaddma qrib vettura. Interruzzjoni elettromanjetika tista' tkun storbju elettromanjetiku, sinjal mhux mixtieq jew bidla fil-mezz tal-propagazzjoni nnifsu.

2.3.

“Immunità elettromanjetika” tfisser l-abbiltà ta' vettura jew komponent(i) jew unità(jiet) teknika/tekniċi separata/i li topera/joperaw mingħajr degradazzjoni tal-prestazzjoni fil-preżenza ta' disturbi elettromanjetiċi (speċifikati), inklużi sinjali ta' frekwenza tar-radju mixtieqa minn trażmettituri tar-radju jew emissjonijiet in-band radjati tal-apparat industrijali-xjentifiku-mediku (ISM), fil-vettura, jew fuq barra tagħha.

2.4.

“Ambjent elettromanjetiku” tfisser it-totalità tal-fenomeni elettromanjetiċi li jeżistu f'post partikolari.

2.5.

“Emissjoni broadband” tfisser emissjoni, li għandha wisa' tal-banda akbar minn dik ta' riċevitur jew apparat tal-kejl partikolari (Kumitat Speċjali Internazzjonali dwar l-Interferenza tar-Radju (CISPR) 25).

2.6.

“Emissjoni narrowband” tfisser emissjoni li għandha wisa' tal-banda inqas minn dik ta' riċevitur jew apparat tal-kejl partikolari (CISPR 25).

2.7.

“Sistema elettrika/elettronika” tfisser apparat jew sett(ijiet) ta' apparat elettriku u/jew elettroniku/elettroniċi flimkien ma' kull konnessjoni elettrika assoċjata li tifforma parti minn vettura imma li mhijiex maħsuba biex tingħatalha l-approvazzjoni tat-tip separatament mill-vettura.

2.8.

“Subassemblaġġ elettriku/elettroniku” (ESA) tfisser apparat jew sett(ijiet) ta' apparat elettriku u/jew elettroniku maħsub(a) biex ikun(u) parti minn vettura, flimkien ma' kull konnessjoni elettrika u wajers assoċjati, li għandha funzjoni waħda speċjalizzata jew aktar. L-ESA jista' jkun approvat fuq talba ta' manifattur jew rappreżentant awtorizzat tiegħu jew bħala “komponent” jew bħala “unità teknika separata (STU)”.

2.9.

“Tip ta' vettura” fir-rigward tal-kompatibbilità elettromanjetika tinkludi l-vetturi kollha, li mhumiex essenzjalment differenti f'aspetti bħalma huma:

2.9.1.

Id-daqs u l-għamla ġenerali tal-kompartiment tal-magna;

2.9.2.

L-arranġament ġenerali tal-komponenti elettriċi u/jew elettroniċi u l-arranġament ġenerali tal-wajers;

2.9.3.

Il-materjal primarju li minnu hi magħmula l-karrozzerija jew il-qafas tal-vettura (pereżempju, qafas tal-karrozzerija tal-azzar, tal-aluminju jew tal-fibreglass). Il-preżenza ta' pannelli ta' materjal differenti ma taffettwax it-tip ta' vettura sakemm il-materjal primarju tal-karozzerija ma jinbidilx. Madankollu, varjazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu notifikati.

2.10.

“Tip ta' ESA” fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika tfisser ESAs, li mhumiex essenzjalment differenti f'aspetti bħalma huma:

2.10.1.

Il-funzjoni mwettqa mill-ESA;

2.10.2.

L-arranġament ġenerali tal-komponenti elettriċi u/jew elettroniċi, jekk applikabbli.

2.11.

“Faxx tal-wajers tal-vettura” tfisser il-cables tal-vultaġġ tal-provvista, tas-sistema bus (eż. CAN), cables tal-antenna attivi jew bis-sinjali, li jiġu installati mill-manifattur tal-vettura.

2.12.

“Funzjonijiet relatati mal-immunità” huma:

(a)

Funzjonijiet relatati mal-kontroll dirett tal-vettura:

(i)

B'degradazzjoni jew bidla f'dawn li ġejjin: eż. apparati tal-magna, tal-gerijiet, tal-ibbrejkjar, tas-sospensjoni, tal-istering attiv, tal-limitazzjoni tal-veloċità;

(ii)

Billi tkun affettwata l-pożizzjoni tas-sewwieq: eż. il-pożizzjoni tas-sit jew tar-rota tal-istering;

(iii)

Billi tiġi affettwata l-viżibilità tas-sewwieq: eż. il-fanal b'raġġ baxx, il-wajper tal-windskrin.

(b)

Funzjonijiet relatati mal-protezzjoni tas-sewwieqa, il-passiġġieri u oħrajn li jużaw it-triq:

Eż. l-airbag u s-sistemi ta' trażżin ta' sikurezza.

(c)

Funzjonijiet li meta jkunu mfixkla jikkawżaw konfużjoni għas-sewwieq jew għal persuni oħra li jużaw it-triq:

(i)

Disturbi ottiċi: tħaddim mhux korrett ta', pereżempju, l-indikaturi tad-direzzjoni, il-fanali tal-waqfien, il-fanali li jimmarkaw il-profil tat-tarf, il-fanali tan-naħa ta' wara, sistemi tad-dawl għall-emerġenza, informazzjoni ħażina mill-indikaturi ta' twissija, fanali jew displays relatati ma' funzjonijiet fis-subparagrafi (a) jew (b) li jistgħu jiġu osservati fil-vista diretta tas-sewwieq;

(ii)

Disturbi akustiċi: tħaddim ħażin, pereżempju, tal-allarm kontra s-serq, tal-ħorn.

(d)

Funzjonijiet relatati mal-funzjonalità tal-bus tad-dejta tal-vettura:

Billi tiġi mblukkata t-trażmissjoni tad-dejta fuq is-sistemi tal-bus tad-dejta tal-vettura, li jintużaw biex jittrażmettu d-dejta, meħtieġa biex tiżgura l-funzjonament korrett ta' funzjonijiet oħra relatati mal-immunità.

(e)

Funzjonijiet li meta jiġu interrotti jaffettwaw id-dejta statutorja tal-vettura: eż. it-takografu, l-odometru.

(f)

Funzjonijiet marbuta mal-modalità tal-iċċarġjar meta mqabbda mal-grilja elettrika:

(i)

Għat-test tal-vettura: billi twassal għal moviment imprevist tal-vettura;

(ii)

Għat-test tal-ESA: billi twassal għal kundizzjoni tal-iċċarġjar mhux korretta (eż. sovrakurrent, sovravultaġġ).

2.13.

“REESS” tfisser is-sistema rikarikabbli ta' ħżin tal-enerġija, li tipprovdi l-enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika tal-vettura.

2.14.

“Sistema ta' akkoppjar għall-iċċarġjar tar-REESS” tfisser ċirkwit elettriku installat fil-vettura użat għall-iċċarġjar tar-REESS.

2.15.

“Modalità tal-iċċarġar tar-REESS meta mqabbda mal-grilja tal-elettriku” tfisser il-modalità tat-tħaddim tal-iċċarġjar normali tal-vettura u/jew tas-sistema tal-iċċarġjar.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   Approvazzjoni tat-tip ta' vettura

3.1.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura, fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika tagħha, għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura.

3.1.2.   Mudell tad-dokument ta' informazzjoni jidher fl-Anness 2A.

3.1.3.   Il-manifattur tal-vettura għandu jfassal skeda fejn jiddeskrivi s-sistemi elettriċi/elettroniċi tal-vettura jew l-ESAs relevanti kollha, l-istili tal-karozzerija, il-varjazzjonijiet fil-materjal tal-karozzerija, l-arranġamenti ġenerali tal-wajers, il-varjazzjonijiet tal-magna, il-verżjonijiet tas-sewqan fuq in-naħa tax-xellug/tal-lemin u verżjonijiet tal-bażi tar-roti. Is-sistemi elettriċi/elettroniċi rilevanti tal-vettura jew l-ESAs huma dawk li jistgħu jarmu radjazzjoni broadband jew narrowband sinifikanti u/jew dawk li huma involuti fil-funzjonijiet relatati mal-immunità tal-vettura (ara l-paragrafu 2.12) u dawk li jipprovdu s-sistemi ta' gganċjar għall-iċċarġjar tar-REESS.

3.1.4.   Vettura rappreżentattiva tat-tip li jrid jiġi approvat għandha tintgħażel minn din l-iskeda permezz ta' ftehim reċiproku bejn il-manifattur u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. L-għażla tal-vettura għandha tkun imsejsa fuq is-sistemi elettriċi/elettroniċi offruti mill-manifattur. Vettura waħda jew aktar jistgħu jintgħażlu minn din l-iskeda jekk jitqies, permezz ta' ftehim reċiproku bejn il-manifattur u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, li s-sistemi elettriċi/elettroniċi differenti huma inklużi, li x'aktarx ikollhom effett sinifikanti fuq il-kompatibbiltà elettromanjetika tal-vettura meta mqabbla mal-ewwel vettura rappreżentattiva.

3.1.5.   L-għażla tal-vettura(i) b'konformità mal-paragrafu 3.1.4 hawn fuq għandha tkun limitata għall-kombinazzjonijiet tas-sistema elettrika/elettronika tal-vettura maħsuba għall-produzzjoni effettiva.

3.1.6.   Il-manifattur jista' jżid mal-applikazzjoni rapport dwar it-testijiet li jkunu twettqu. Kwalunkwe dejta bħal din li tiġi pprovduta tista' tintuża mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għall-finijiet ta' tħejjija tal-formola ta' komunikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

3.1.7.   Jekk is-Servizz Tekniku responsabbli għat-test tal-approvazzjoni tat-tip iwettaq it-test hu stess, allura għandha tkun ipprovduta vettura rappreżentattiva tat-tip li jrid jiġi approvat, skont il-paragrafu 3.1.4.

3.1.8.   Għal vetturi tal-kategoriji M, N u O, il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-bandi ta' frekwenza, il-livelli ta' potenza, il-pożizzjonijiet tal-antenna u l-provvedimenti għall-installazzjoni ta' trażmettituri ta' frekwenzi tar-radju (trażmettituri RF), anki jekk il-vettura ma tkunx mgħammra bi trażmettitur RF fil-waqt tal-approvazzjoni tat-tip. Din għandha tkopri s-servizzi kollha tar-radju mobbli normalment użati fil-vetturi. Din l-informazzjoni għandha ssir pubblikament disponibbli wara l-approvazzjoni tat-tip.

Il-manifatturi tal-vetturi għandhom jipprovdu evidenza li l-prestazzjoni tal-vettura mhijiex milquta b'mod negattiv minn installazzjonijiet tat-trażmettituri bħal dawn.

3.1.9.   L-approvazzjoni tat-tip tal-vettura għandha tiġi applikata kemm għar-REESS kif ukoll għas-Sistema ta' tqabbid għall-iċċarġjar tar-REESS, billi dawn jitqiesu bħala sistemi elettriċi/elettroniċi.

3.2.   L-approvazzjoni tat-tip tal-ESA

3.2.1.   L-applikabbiltà ta' dan ir-Regolament għall-ESA:

Image 1

Imqabbad permezz ta' interfaċċja bl-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament, kif emendat?

Imqabbad b'mod permanenti jew temporanju mal-faxx tal-wajers tal-vettura?

Jipprovdi sistema ta' akkoppjar biex tiġi ċċarġjata r-REESS?

Mhux applikabbli

Mingħajr marki

Mingħajr approvazzjoni tat-tip

Ir-Regolament Nru. 10 ma japplikax

Applikazzjoni tar-Regolament Nru. 10

Marbut mekkanikament mal-vettura u ma jistax jiġi żarmet jew imneħħi mingħajr l-użu tal-għodda?

L-użu huwa ristrett b'mezzi tekniċi mal-vettura immobilizzata

ESA jew sistema passiva (e.g. spark plugs, kejbils, antenna passiva)?

ESA maħsub biex jiġi armat fil-vetturi?

Le

Le

Le

Le

Le

Le

Le

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Klassifikazzjoni tas-subassemblaġġi elettriċi/elettroniċi (ESA)

3.2.2.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' ESA fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika tiegħu għandha tkun ippreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mill-manifattur tal-ESA.

3.2.3.   Mudell tad-dokument ta' informazzjoni jidher fl-Anness 2B.

3.2.4.   Flimkien mal-applikazzjoni, il-manifattur jista' jżid rapport dwar it-testijiet li jkunu twettqu. Kwalunkwe dejta bħal din li tiġi pprovduta tista' tintuża mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għall-finijiet ta' tħejjija tal-formola ta' komunikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

3.2.5.   Jekk is-Servizz Tekniku responsabbli mit-test tal-approvazzjoni tat-tip iwettaq it-test hu stess, allura għandu jkun ipprovdut kampjun tas-sistema ESA rappreżentattiv tat-tip li jrid jiġi approvat, jekk ikun meħtieġ, wara diskussjoni mal-manifattur dwar, pereżempju, il-varjazzjonijiet possibbli fit-tqassim, l-għadd ta' komponenti, l-għadd ta' sensers. Jekk is-Servizz Tekniku jqis li hemm bżonn, dan jista' jagħżel kampjun ieħor.

3.2.6.   Il-kampjun(i) għandu(hom) ikun(u) mmarkat(i) b'mod ċar u li ma jitħassarx, bl-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur u bid-deżinjazzjoni tat-tip.

3.2.7.   Jekk applikabbli, għandha tkun identifikata kull restrizzjoni fuq l-użu. Restrizzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu inklużi fl-Annessi 2B u/jew 3B.

3.2.8.   L-ESAs li jiddaħħlu fis-suq bħala spare parts ma jeħtieġu l-ebda approvazzjoni tat-tip jekk dawn ikunu mmarkati b'mod ovvju bħala spare part b'numru ta' identifikazzjoni u jekk ikunu identiċi għall-parti korrispondenti prodotta mill-manifattur tat-tagħmir oriġinali (OEM) għal vettura li diġà kisbet l-approvazzjoni tat-tip.

3.2.9.   Il-komponenti mibjugħa bħala tagħmir ta' wara l-bejgħ u maħsuba għall-installazzjoni fil-vetturi motorizzati ma jeħtieġu l-ebda approvazzjoni tat-tip jekk mhumiex marbuta ma' funzjonijiet relatati mal-immunità (ara l-paragrafu 2.12). F'dan il-każ għandha tinħareġ dikjarazzjoni mill-manifattur li l-ESA jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari l-limiti deskritti fil-paragrafi 6.5, 6.6, 6.8 u 6.9 ta' dan ir-Regolament.

3.2.10.   Fil-każ li ESA huwa (parti minn) sors tad-dawl, l-applikant għandu:

(a)

Jispeċifika n-numru tal-approvazzjoni mogħtija lil dan l-ESA skont ir-Regolament Nru 37, ir-Regolament Nru 99 jew ir-Regolament Nru 128.

jew

(b)

Jipprovdi rapport tat-test minn Servizz Tekniku nnominat minn Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, li jgħid li dan l-ESA mhux mekkanikament sostitwibbli bi kwalunkwe sors tad-dawl skont ir-Regolament Nru 37, ir-Regolament Nru 99 jew ir-Regolament Nru 128.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip

4.1.1.   Approvazzjoni tat-tip ta' vettura

Il-proċeduri alternattivi li ġejjin għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura jistgħu jintużaw bid-diskrezzjoni tal-manifattur tal-vettura.

4.1.1.1.   Approvazzjoni ta' installazzjoni ta' vettura

L-installazzjoni ta' vettura tista' tikseb l-approvazzjoni tat-tip direttament billi jiġu segwiti d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6 u jekk applikabbli, fil-paragrafu 7, ta' dan ir-Regolament. Jekk din il-proċedura tintgħażel minn manifattur ta' vettura, ma jkun jeħtieġ l-ebda test separat tas-sistemi elettriċi/elettroniċi jew ESAs.

4.1.1.2.   Approvazzjoni tat-tip ta' vettura permezz tal-ittestjar tal-ESAs individwali

Manifattur ta' vettura jista' jikseb l-approvazzjoni għall-vettura billi juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li s-sistemi elettriċi/elettroniċi (ara l-paragrafu 3.1.3 ta' dan ir-Regolament) jew l-ESAs rilevanti kollha ġew approvati skont dan ir-Regolament u ġew installati skont il-kundizzjonijiet mehmuża miegħu.

4.1.1.3.   Manifattur jista' jikseb l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jekk il-vettura ma jkollha l-ebda tagħmir tat-tip li jkun suġġett għat-testijiet tal-immunità jew tal-emissjoni. Approvazzjonijiet bħal dawn ma jeħtiġux ittestjar.

4.1.2.   Approvazzjoni tat-tip ta' ESA

L-approvazzjoni tat-tip tista' tingħata lil ESA li jkun se jitwaħħal jew ma' kull tip ta' vettura (approvazzjoni ta' komponent) jew ma' tip jew tipi speċifiċi ta' vettura mitluba mill-manifattur tal-ESA (approvazzjoni ta' unità teknika separata).

4.1.3.   L-ESAs, li huma trażmettituri RF intenzjonati, li ma rċevewx l-approvazzjoni tat-tip b'rabta ma' manifattur tal-vettura, għandu jkollhom magħhom linji gwida xierqa dwar l-installazzjoni.

4.2.   L-għoti ta' approvazzjoni tat-tip

4.2.1.   Il-vettura

4.2.1.1.   Jekk il-vettura rappreżentattiva tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6, u jekk rilevanti, tal-paragrafu 7 ta' dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

4.2.1.2.   Mudell ta' formola ta' komunikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip jinsab fl-Anness 3A.

4.2.2.   ESA

4.2.2.1.   Jekk is-sistema/i tal-ESA rappreżentattiva tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6, u jekk rilevanti, tal-paragrafu 7, ta' dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

4.2.2.2.   Mudell ta' formola ta' komunikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip jinsab fl-Anness 3 B.

4.2.3.   Sabiex jitfasslu l-formoli ta' komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.2.1.2 jew 4.2.2.2 hawn fuq, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tal-Parti Kontraenti li tagħti l-approvazzjoni tista' tuża' rapport imħejji jew approvat minn laboratorju rikonoxxut jew skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

4.2.4.   Fil-każ li ESA huwa (parti minn) sors tad-dawl u jekk id-dokumentazzjoni kif speċifikata hawn fuq fil-paragrafu 3.2.10 tkun nieqsa, l-approvazzjoni ta' dan l-ESA skont ir-Regolament Nru 10 m'għandhiex tingħata.

4.3.   L-approvazzjoni, jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, ta' tip ta' vettura jew ESA b'konformità ma' dan ir-Regolament għandu jiġi notifikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament fuq formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 3A jew 3B ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' ritratti u/jew dijagrammi jew disinji fuq skala adattata pprovduti mill-applikant f'format mhux akbar minn A4 (210 × 297 mm) jew milwija għal dawn id-dimensjonijiet.

5.   IMMARKAR

5.1.   Għandu jingħata numru ta' approvazzjoni lil kull tip ta' vettura jew ESA approvat. L-ewwel żewġ ċifri ta' dan in-numru (bħalissa 05) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jikkorrispondu għall-emendi tekniċi essenzjali l-aktar reċenti li saru lir-Regolament fid-data tal-approvazzjoni. Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru tal-approvazzjoni lil tip ieħor ta' vettura jew ESA.

5.2.   Preżenza ta' mmarkar

5.2.1.   Il-vettura

Marka tal-approvazzjoni deskritta fil-paragrafu 5.3 hawn taħt għandha titwaħħal ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip approvat skont dan ir-Regolament.

5.2.2.   Subassemblaġġ

Marka tal-approvazzjoni deskritta fil-paragrafu 5.3 hawn taħt għandha titwaħħal ma' kull ESA li jikkonforma ma' tip approvat skont dan ir-Regolament.

Ma tinħtieġ l-ebda marka għal sistemi elettriċi/elettroniċi mibnija fil-vetturi li huma approvati bħala unitajiet.

5.3.   Għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali, f'post fejn jidher sew u faċilment aċċessibbli, speċifikat fuq il-formola ta' komunikazzjoni tal-approvazzjoni, fuq kull vettura li tikkonforma mat-tip approvat skont dan ir-Regolament. Din il-marka għandha tinkludi:

5.3.1.

Ċirku li jinkludi l-ittra “E”, segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jagħti l-approvazzjoni (2).

5.3.2.

In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku speċifikat fil-paragrafu 5.3.1 ta' hawn fuq.

5.4.   Eżempju tal-marka tal-approvazzjoni tat-tip jidher fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

5.5.   L-immarkar fuq l-ESAs b'konformità mal-paragrafu 5.3 hawn fuq jista' ma jkunx jidher meta l-ESA jkun installat fil-vettura.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET FIL-KONFIGURAZZJONIJIET GĦAJR IL-MODALITÀ TA' ĊĊARĠJAR TAR-REESS IMQABBDA MAL-GRILJA TAL-ELETTRIKU

6.1.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.1.1.   Vettura u s-sistema jew is-sistemi elettriċi/elettroniċi jew l-ESA(s) tagħha għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u mwaħħla b'tali mod li l-vettura, f'kundizzjonijiet normali ta' użu, tkun tista' tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

6.1.1.1.   Vettura għandha tiġi ttestjata għall-emissjonijiet radjati u għall-immunità għal disturbi radjati. Ma jinħtieġu l-ebda testijiet għal emissjonijiet kondotti jew immunità għall-disturbi kondotti għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura.

6.1.1.2.   L-ESA(s) għandhom jiġu ttestjati għal emissjonijiet radjati u kondotti, għal immunità għall-disturbi radjati u kondotti.

6.1.2.   Qabel l-ittestjar is-Servizz Tekniku għandu jħejji pjan tat-test flimkien mal-manifattur, li jinkludi għall-inqas il-metodu ta' tħaddim, il-funzjoni(jiet) stimolata/i, il-funzjoni(jiet) immonitorjata/i, il-kriterju/i ta' aċċettabilità/inaċċettabilità u l-emissjonijiet previsti.

6.2.   Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw ir-radjazzjoni elettromanjetika broadband mill-vetturi

6.2.1.   Metodu ta' kejl

Ir-radjazzjoni elettromanjetika ġġenerata mill-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha titkejjel billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 4. Il-metodu ta' kejl għandu jkun definit mill-manifattur tal-vettura bi qbil mas-Servizz Tekniku.

6.2.2.   Limiti tal-approvazzjoni tat-tip broadband tal-vettura

6.2.2.1.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 4 bl-użu ta' spazju mill-vettura sal-antenna ta' 10,0 ± 0,2 m, il-limiti għandhom ikunu 32 dB microvolts/m fil-banda ta' frekwenzi bejn 30 u 75 MHz u bejn 32 u 43 dB microvolts/m fil-banda ta' frekwenzi bejn 75 u 400 MHz, u dan il-limitu jiżdied b'mod logaritmiku ma' frekwenzi 'l fuq minn 75 MHz kif jidher fl-Appendiċi 2 ta' dan ir-Regolament. Fil-banda ta' frekwenzi bejn 400 sa 1 000 MHz il-limitu jibqa' kostanti għal 43 dB microvolts/m.

6.2.2.2.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 4 bl-użu ta' spazju mill-vettura sal-antenna ta' 3,0 ± 0,05 m, il-limiti għandhom ikunu 42 dB microvolts/m fil-banda ta' frekwenzi bejn 30 u 75 MHz u bejn 42 u 53 dB microvolts/m fil-banda ta' frekwenzi bejn 75 u 400 MHz, u dan il-limitu jiżdied b'mod logaritmiku ma' frekwenzi 'l fuq minn 75 MHz kif jidher fl-Appendiċi 3 ta' dan ir-Regolament. Fil-banda ta' frekwenzi bejn 400 sa 1 000 MHz il-limitu jibqa' kostanti għal 53 dB microvolts/m.

6.2.2.3.   Fuq il-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha, il-valuri mkejla, espressi f'dB microvolts/m għandhom ikunu taħt il-limiti tal-approvazzjoni tat-tip.

6.3.   Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw ir-radjazzjoni elettromanjetika narrowband mill-vetturi.

6.3.1.   Metodu ta' kejl

Ir-radjazzjoni elettromanjetika ġġenerata mill-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha titkejjel billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 5. Dawn għandhom jiġu definiti mill-manifattur tal-vettura bi qbil mas-Servizz Tekniku.

6.3.2.   Il-limiti tal-approvazzjoni tat-tip narrowband tal-vettura

6.3.2.1.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 5 bl-użu ta' spazju mill-vettura sal-antenna ta' 10,0 ± 0,2 m, il-limiti għandhom ikunu 22 dB microvolts/m fil-banda ta' frekwenzi bejn 30 u 75 MHz u bejn 22 u 33 dB microvolts/m fil-banda ta' frekwenzi bejn 75 u 400 MHz, u dan il-limitu jiżdied b'mod logaritmiku ma' frekwenzi 'l fuq minn 75 MHz kif jidher fl-Appendiċi 4 ta' dan ir-Regolament. Fil-banda ta' frekwenzi bejn 400 sa 1 000 MHz il-limitu jibqa' kostanti għal 33 dB microvolts/m.

6.3.2.2.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 5 bl-użu ta' spazju mill-vettura sal-antenna ta' 3,0 ± 0,05 m, il-limitu għandu jkun 32 dB microvolts/m fil-banda ta' frekwenzi bejn 30 u 75 MHz u bejn 32 u 43 dB microvolts/m fil-banda ta' frekwenzi bejn 75 sa 400 MHz, u dan il-limitu jiżdied b'mod logaritmiku bi frekwenzi 'l fuq minn 75 MHz kif jidher fl-Appendiċi 5 ta' dan ir-Regolament. Fil-banda ta' frekwenzi bejn 400 sa 1 000 MHz il-limitu jibqa' kostanti għal 43 dB microvolts/m.

6.3.2.3.   Fuq il-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha, il-valuri mkejla, espressi f'dB microvolts/m, għandhom ikunu taħt il-limitu tal-approvazzjoni tat-tip.

6.3.2.4.   Minkejja l-limiti definiti fil-paragrafi 6.3.2.1, 6.3.2.2 u 6.3.2.3 ta' dan ir-Regolament, jekk, matul l-istadju inizjali deskritt fil-paragrafu 1.3 tal-Anness 5, l-intensità tas-sinjal imkejla mill-antenna tar-riċevitur bir-radju tal-vettura tkun inqas minn 20 dB microvolts 'il fuq mill-medda ta' frekwenzi bejn 76 u 108 MHz imkejla b'detettur tal-medja, allura l-vettura għandha titqies li tikkonforma mal-limiti għall-emissjonijiet narrowband u ma għandu jinħtieġ l-ebda test ulterjuri.

6.4.   Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-immunità ta' vettura għal radjazzjoni elettromanjetika.

6.4.1.   Metodu tal-ittestjar

L-immunità għar-radjazzjoni elettromanjetika tal-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha tkun ittestjata bil-metodu deskritt fl-Anness 6.

6.4.2.   Il-limiti tal-approvazzjoni tat-tip tal-immunità tal-vettura

6.4.2.1.   Jekk it-testijiet isiru billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 6, l-intensità tal-kamp għandha tkun 30 volts/m rms (l-għerq tal-medja tal-kwadrati) f'aktar minn 90 fil-mija tal-banda ta' frekwenzi bejn 20 u 2 000 MHz u minimu ta' 25 volts/m rms fuq il-banda ta' frekwenzi sħiħa bejn 20 u 2 000 MHz.

6.4.2.2.   Il-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' immunità jekk, waqt it-testijiet imwettqa skont l-Anness 6, ma jkun hemm l-ebda degradazzjoni tal-prestazzjoni tal-“funzjonijiet relatati mal-immunità”, skont il-paragrafu 2.1 tal-Anness 6.

6.5.   Speċifikazzjoni li tikkonċerna l-interferenza elettromanjetika broadband iġġenerata mill-ESAs.

6.5.1.   Metodu ta' kejl

Ir-radjazzjoni elettromanjetika ġġenerata mill-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu għandha titkejjel bil-metodu deskritt fl-Anness 7.

6.5.2.   Il-limiti tal-approvazzjoni tat-tip broadband tal-ESA

6.5.2.1.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 7, il-limiti għandhom ikunu bejn 62 u 52 dB microvolts/m fil-banda ta' frekwenzi bejn 30 u 75 MHz, u dan il-limitu jonqos b'mod logaritmiku bi frekwenzi 'l fuq minn 30 MHz, u bejn 52 u 63 dB microvolts/m fil-banda bejn 75 u 400 MHz, u dan il-limitu jiżdied b'mod logaritmiku bi frekwenzi 'l fuq minn 75 MHz kif jidher fl-Appendiċi 6 ta' dan ir-Regolament. Fil-banda ta' frekwenzi bejn 400 sa 1 000 MHz il-limitu jibqa' kostanti għal 63 dB microvolts/m.

6.5.2.2.   Fuq l-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu, il-valuri mkejla, espressi f'dB microvolts/m, għandhom ikunu taħt il-limiti tal-approvazzjoni tat-tip.

6.6.   Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-interfereneza elettromanjetika narrowband iġġenerata mill-ESAs.

6.6.1.   Metodu ta' kejl

Ir-radjazzjoni elettromanjetika ġġenerata mill-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu għandha titkejjel bil-metodu deskritt fl-Anness 8.

6.6.2.   Il-limiti tal-approvazzjoni tat-tip narrowband tal-ESA

6.6.2.1.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 8, il-limiti għandhom ikunu bejn 52 u 42 dB microvolts/m fil-banda ta' frekwenzi bejn 30 u 75 MHz, u dan il-limitu jonqos b'mod logaritmiku bi frekwenzi 'l fuq minn 30 MHz, u bejn 42 u 53 dB microvolts/m fil-banda bejn 75 u 400 MHz, u dan il-limitu jiżdied b'mod logaritmiku bi frekwenzi 'l fuq minn 75 MHz kif jidher fl-Appendiċi 7. Fil-banda ta' frekwenzi bejn 400 sa 1 000 MHz il-limitu jibqa' kostanti għal 53 dB microvolts/m.

6.6.2.2.   Fuq l-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu, il-valur imkejjel, espress f'dB microvolts/m, għandu jkun taħt il-limiti tal-approvazzjoni tat-tip.

6.7.   L-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-emissjoni tal-disturbi tranżitorji fil-kurrent iġġenerati mill-ESAs tul il-linji tal-provvista 12/24V

6.7.1.   Metodu tal-ittestjar

L-emissjoni tal-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu għandha tiġi ttestjata permezz tal-metodu/i b'konformità mal-ISO 7637-2 kif deskritt fl-Anness 10 għal-livelli mogħtija fit-Tabella 1.

Tabella 1

Amplitudni massima awtorizzata tal-pulsazzjoni

(V)

 

Amplitudni massima awtorizzata tal-pulsazzjoni għal

Polarità tal-Amplitudni tal-pulsazzjoni

Vetturi b'sistemi ta' 12 V

Vetturi b'sistemi ta' 24 V

Pożittiva

+ 75

+ 150

Negattiva

– 100

– 450

6.8.   Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-immunità ta' ESA għar-radjazzjoni elettromanjetika.

6.8.1.   Metodu jew metodi tal-ittestjar

L-immunità għar-radjazzjoni elettromanjetika tal-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu għandha tkun ittestjata bil-metodu jew metodi magħżula minn fost dawk deskritti fl-Anness 9.

6.8.2.   Il-limiti tal-approvazzjoni tat-tip tal-immunità tal-ESA

6.8.2.1.   Jekk it-testijiet isiru billi jintużaw il-metodi deskritti fl-Anness 9, il-livelli tat-test tal-immunità għandhom ikunu 60 volts/m il-valur medju kwadrat (rms) għall-metodu tal-ittestjar bi stripline ta' 150 mm, 15 volts/m rms għall-metodu tal-ittestjar bi stripline ta' 800 mm, 75 volts/m rms għall-metodu ta' ttestjar b'ċellula b'Mod Elettromanjetiku Trasversali (TEM), 60 mA rms għall-metodu ta' ttestjar b'injezzjoni ta' massa ta' kurrent (BCI) u 30 volts/m rms għall-metodu ta' ttestjar ta' kamp ħieles f'aktar minn 90 fil-mija tal-banda ta' frekwenzi bejn 20 u 2 000 MHz, u sa minimu ta' 50 volts/m rms għall-metodu tal-ittestjar bi stripline ta' 150 mm, 12,5 volts/m rms għall-metodu tal-ittestjar testing ta' 800 mm, 62,5 volts/m rms, għall-metodu tal-ittestjar b'ċellula TEM, 50 mA rms għall-metodu ta' ttestjar b'injezzjoni ta' massa ta' kurrent (BCI) u 25 volts/m rms għall-metodu ta' ttestjar ta' kamp ħieles tul il-banda ta' frekwenzi sħiħa bejn 20 u 2 000 MHz.

6.8.2.2.   L-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' immunità jekk, waqt it-testijiet imwettqa skont l-Anness 9, ma jkun hemm l-ebda degradazzjoni tal-prestazzjoni tal-“funzjonijiet relatati mal-immunità”.

6.9.   L-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-immunità tal-ESAs għal disturbi tranżitorji kondotti tul il-linji tal-provvista 12/24V.

6.9.1.   Metodu tal-ittestjar

L-immunità tal-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu għandha tiġi ttestjata permezz tal-metodu/i b'konformità mal-ISO 7637-2 kif deskritt fl-Anness 10 għal-livelli mogħtija fit-Tabella 2.

Tabella 2

Immunità tal-ESA

Numru tal-pulsazzjonijiet tat-test

Il-livell tat-test tal-immunità

Status funzjonali għas-sistemi:

Relatati mal-funzjonijiet marbuta mal-immunità

Mhux relatati ma' funzjonijiet marbuta mal-immunità

1

III

C

D

2a

III

B

D

2b

III

C

D

3a/3b

III

A

D

4

III

B

(għal ESA li għandu jkun operattiv matul il-fażijiet tal-istartjar tal-magna)

C

(għal ESA ieħor)

D

6.10.   Eċċezzjonijiet

6.10.1.   Meta vettura jew sistema elettrika/elettronika jew ESA ma jinkludix oxxillatur elettroniku bi frekwenza tat-tħaddim akbar minn 9 kHz, dan għandu jitqies li jikkonforma mal-paragrafu 6.3.2 jew 6.6.2 u mal-Annessi 5 u 8.

6.10.2.   Il-vetturi li ma jkollhomx sistemi elettriċi/elettroniċi b'“funzjonijiet relatati mal-immunità” ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati għall-immunità għal disturbi radjati u għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-paragrafu 6.4 u mal-Anness 6 ta' dan ir-Regolament.

6.10.3.   L-ESAs bl-ebda funzjoni relatata mal-immunità ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati għall-immunità għal disturbi radjati u għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-paragrafu 6.8 u mal-Anness 9 ta' dan ir-Regolament.

6.10.4.   L-emissjoni ta' ċarġ elettrostatiku

Għall-vetturi mgħammra b'tajers, il-karozzerija/ix-xażi tal-vettura jista' jitqies bħala struttura elettrikament iżolata. Forzi elettrostatiċi sinifikanti b'rabta mal-ambjent estern tal-vettura jseħħu biss fil-mument meta l-okkupant jidħol fil-vettur jew joħroġ minnha. Billi f'dawn il-mumenti l-vettura tkun wieqfa, ma hemm bżonn tal-ebda test tal-approvazzjoni tat-tip għall-emissjoni ta' ċarġ elettrostatiku.

6.10.5.   L-emissjoni ta' disturbi tranżitorji fil-kurrent iġġenerati mill-ESAs tul il-linji tal-provvista 12/24V.

L-ESAs li mhumiex swiċċjati, li ma fihom l-ebda swiċċ jew ma jinkludux ċarġ induttiv, ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati għal emissjonijiet tranżitorji kondotti u għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-paragrafu 6.7.

6.10.6.   It-telf ta' funzjonalità tar-riċevituri matul it-test tal-immunità, meta s-sinjal tat-test ikun fil-wisa' tal-banda tar-riċevitur (frekwenza ta' esklużjoni RF) kif speċifikat għall-prodott/servizz speċifiku tar-radju fl-istandard tal-EMC internazzjonali armonizzat, ma jwassalx neċessarjament għal kriterju ta' inaċċettabilità.

6.10.7.   It-trażmettituri RF għandhom jiġu ttestjati fil-modalità ta' trażmissjoni. L-emissjonijiet meħtieġa (eż. minn sistemi ta' trażmissjoni RF) fil-wisa' tal-banda neċessarja u emissjonijiet barra mill-frekwenza ma jitqisux għall-fini ta' dan ir-Regolament. L-emissjonijiet spurji huma suġġetti għal dan ir-Regolament.

6.10.7.1.   “Wisa' tal-banda meħtieġa”: Għal klassi partikolari ta' emissjoni, il-wisa' tal-banda ta' frekwenzi li hija biżżejjed biex tiżgura t-trażmissjoni tal-informazzjoni bir-rata u bil-kwalità meħtieġa skont il-kundizzjonijiet speċifikati (l-Artikolu 1, Nru 1.152 tar-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT)).

6.10.7.2.   “Emissjonijiet barra mill-banda”: L-emissjoni fuq frekwenza jew frekwenzi immedjatament barra mill-wisa' tal-banda meħtieġa li tirriżulta minn proċess ta' modulazzjoni, iżda li teskludi emissjonijiet spurji (l-Artikolu 1, Nru 1.144 tar-Regolament tar-Radju UIT).

6.10.7.3.   “Emissjonijiet spurji”: F'kull proċess ta' modulazzjoni jeżistu sinjali addizzjonali mhux mixtieqa. Dawn jitqassru taħt l-espressjoni “emissjonijiet spurji”. L-emissjonijiet spurji huma emissjonijiet fuq frekwenza jew frekwenzi, li jinsabu 'l barra mill-wisa' tal-banda meħtieġa u li l-livell tagħhom jista' jitnaqqas mingħajr ma jaffettwa t-trażmissjoni korrispondenti ta' informazzjoni. L-emissjonijiet spurji jinkludu emissjonijiet armoniċi, emissjonijiet parassitiċi, prodotti ta' intermodulazzjoni u prodotti ta' konverżjoni ta' frekwenza, iżda jeskludu emissjonijiet barra mill-frekwenza (l-Artikolu 1, Nru 1.145 tar-Regolamenti tar-Radju UIT).

7.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ADDIZZJONALI FIL-KONFIGURAZZJONI “MODALITÀ TA' ĊĊARĠJAR TAR-REESS IMQABBDA MAL-GRILJA TAL-ELETTRIKU”

7.1.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

7.1.1.   Vettura u s-sistema jew is-sistemi elettriċi/elettroniċi tagħha għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u mwaħħla b'tali mod li l-vettura, fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”, tkun tista' tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

7.1.1.1.   Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” għandha tiġi ttestjata għall-emissjonijiet radjati, l-immunità għad-disturbi radjati, l-emissjonijiet kondotti u l-immunità għad-disturbi kondotti.

7.1.1.2.   L-ESAs fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” għandhhom jiġu ttestjati għall-emissjonijiet radjati u kondotti, għall-immunità għad-disturbi radjati u d-disturbi kondotti.

7.1.2.   Qabel l-ittestjar is-Servizz Tekniku għandu jħejji pjan tat-test flimkien mal-manifattur, għall-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” li jinkludi għall-inqas il-metodu ta' tħaddim, il-funzjoni(jiet) stimolata/i, il-funzjoni(jiet) immonitorjata/i, il-kriterju/i ta' aċċettabilità/inaċċettabilità u l-emissjonijiet previsti.

7.1.3.   Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” għandha tiġi ttestjata permezz tal-cable tal-iċċarġjar ipprovdut mill-manifattur. F'dan il-każ, il-cable għandu jkun approvat għat-tip bħala parti mill-vettura.

7.1.4.   Netwerks artifiċjali

Il-mains tal-elettriku AC għandhom jiġu mqabbda mal-vettura/ESA permezz ta' 50 μH/50 W AN(s) kif definit fis-CISPR 16-1-2 paragrafu 4.3.

Il-mains tal-elettriku DC għandhom jiġu mqabbda mal-vettura/ESA permezz ta' 5 μH/50 W AN(s) kif definit fis-CISPR 25.

Linja tal-elettriku b'vultaġġ għoli għandha tiġi mqabbda mal-ESA permezz ta' 5 μH/50 W HV-AN(s) kif definit fl-Appendiċi 8.

7.2.   Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw ir-radjazzjoni elettromanjetika broadband mill-vetturi

7.2.1.   Metodu ta' kejl

Ir-radjazzjoni elettromanjetika ġġenerata mill-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha titkejjel billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 4. Il-metodu ta' kejl għandu jkun definit mill-manifattur tal-vettura bi qbil mas-Servizz Tekniku.

7.2.2.   Limiti tal-approvazzjoni tat-tip broadband tal-vettura

7.2.2.1.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 4 bl-użu ta' spazju mill-vettura sal-antenna ta' 10,0 ± 0,2 m, il-limitu għandu jkun 32 dB microvolts/m fil-banda ta' frekwenzi bejn 30 u 75 MHz u bejn 32 u 43 dB microvolts/m fil-banda ta' frekwenzi bejn 75 sa 400 MHz, u dan il-limitu jiżdied b'mod logaritmiku bi frekwenzi 'l fuq minn 75 MHz kif jidher fl-Appendiċi 2. Fil-banda ta' frekwenzi bejn 400 sa 1 000 MHz il-limitu jibqa' kostanti għal 43 dB microvolts/m.

7.2.2.2.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 4 bl-użu ta' spazju mill-vettura sal-antenna ta' 3,0 ± 0,05 m, il-limitu għandu jkun 42 dB microvolts/m fil-banda ta' frekwenzi bejn 30 u 75 MHz u bejn 42 u 53 dB microvolts/m fil-banda ta' frekwenzi bejn 75 sa 400 MHz, u dan il-limitu jiżdied b'mod logaritmiku bi frekwenzi 'l fuq minn 75 MHz kif jidher fl-Appendiċi 3. Fil-banda ta' frekwenzi bejn 400 sa 1 000 MHz il-limitu jibqa' kostanti għal 53 dB microvolts/m.

Fuq il-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha, il-valuri mkejla, espressi f'dB microvolts/m għandhom ikunu taħt il-limiti tal-approvazzjoni tat-tip.

7.3.   L-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-emissjoni armonika fuq il-linji AC mill-vetturi

7.3.1.   Metodu ta' kejl

L-emissjoni armonika fuq il-linji AC iġġenerata mill-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha titkejjel permezz tal-metodu deskritt fl-Anness 11. Il-metodu ta' kejl għandu jkun definit mill-manifattur tal-vettura bi qbil mas-Servizz Tekniku.

7.3.2.   Il-limitu tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura

7.3.2.1.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 11, il-limiti għall-kurrent tal-input ≤ 16 A għal kull fażi huma dawk definiti fl-IEC 61000-3-2-u mogħtija fit-Tabella 3.

Tabella 3

L-armoniċi massimi awtorizzati (kurrent tal-input ≤ 16 A għal kull fażi)

Numru ta' armoniċi

n

Kurrent armoniku massimu awtorizzat

A

Armoniċi bil-fard

3

2,3

5

1,14

7

0,77

9

0,40

11

0,33

13

0,21

15 ≤ n ≤ 39

0,15 × 15/n

Armoniċi biż-żewġ

2

1,08

4

0,43

6

0,30

8 ≤ n ≤ 40

0,23 × 8/n

7.3.2.2.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 11, il-limiti għall-kurrent tal-input > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi huma dawk definiti fl-IEC 61000-3-12 u mogħtija fit-Tabelli 4, 5 u 6.

Tabella 4

L-armoniċi massimi awtorizzati (kurrent tal-input > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi) għal tagħmir għajr l-apparat trifażi bbilanċjat.

Rsce minimu

Kurrent armoniku individwali aċċettabbli In/I1

%

Proporzjon massimu tal-kurrent armoniku

%

I3

I5

I7

I9

I11

I13

THD

PWHD

33

21,6

10,7

7,2

3,8

3,1

2

23

23

66

24

13

8

5

4

3

26

26

120

27

15

10

6

5

4

30

30

250

35

20

13

9

8

6

40

40

≥ 350

41

24

15

12

10

8

47

47

Il-valuri relattivi tal-armoniċi biż-żewġ inqas jew ugwali għal 12 għandhom ikunu inqas minn 16/n %. L-armoniċi biż-żewġ ta' aktar minn 12 jitqiesu fit-Total Harmonic Distorsion (THD) u fil-Partial Weighted Harmonic Distorsion (PWHD) bl-istess mod bħall-armoniċi bil-fard.

L-interpolazzjoni lineari bejn il-valuri suċċessivi tal-Proporzjon ta' Xort fiċ-Ċirkwit ta' biċċa Apparat (Rsce) hija awtorizzata.

Tabella 5

L-armoniċi massimi awtorizzati (kurrent tal-input > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi) għat-tagħmir trifażi bbilanċjat

Rsce minimu

Kurrent armoniku individwali aċċettabbli In/I1

%

Proporzjon massimu tal-kurrent armoniku %

%

I5

I7

I11

I13

THD

PWHD

33

10,.7

7,2

3,1

2

13

22

66

14

9

5

3

16

25

120

19

12

7

4

22

28

250

31

20

12

7

37

38

≥ 350

40

25

15

10

48

46

Il-valuri relattivi tal-armoniċi biż-żewġ inqas jew ugwali għal 12 għandhom ikunu inqas minn 16/n %. L-armoniċi biż-żewġ ta' aktar minn 12 jitqiesu fit-THD u fil-PWHD bl-istess mod bħall-armoniċi bil-fard.

L-interpolazzjoni lineari bejn il-valuri suċċessivi ta' Rsce hi awtorizzata.

Tabella 6

L-armoniċi massimi awtorizzati (kurrent tal-input > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi) għat-tagħmir trifażi bbilanċjat

Rsce minimu

Kurrent armoniku individwali aċċettabbli In/I1

%

Proporzjon massimu tal-kurrent armoniku

%

I5

I7

I11

I13

THD

PWHD

33

10,7

7,2

3,1

2

13

22

≥ 120

40

25

15

10

48

46

Il-valuri relattivi tal-armoniċi biż-żewġ inqas jew ugwali għal 12 għandhom ikunu inqas minn 16/n %. L-armoniċi biż-żewġ ta' aktar minn 12 jitqiesu fit-THD u fil-PWHD bl-istess mod bħall-armoniċi bil-fard

7.4.   L-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-emissjoni tat-tibdil fil-vultaġġ, fluttwazzjonijiet fil-vultaġġ u tnemnim fuq il-linji AC mill-vetturi.

7.4.1.   Metodu ta' kejl

L-emissjoni ta' tibdil fil-vultaġġ, fluttwazzjonijiet fil-vultaġġ u tnemnim fuq il-linji AC iġġenerata mill-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha titkejjel permezz tal-metodu deskritt fl-Anness 12. Il-metodu ta' kejl għandu jkun definit mill-manifattur tal-vettura bi qbil mas-Servizz Tekniku.

7.4.2.   Il-limitu tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura

7.4.2.1.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 12, il-limiti għall-kurrent nominali ≤ 16 A għal kull fażi u mhux suġġett għal konnessjoni kondizzjonali huma dawk definiti fl-IEC 61000-3-3, paragrafu 5.

7.4.2.2.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 12, il-limiti għall-kurrent nominali > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi u mhux suġġett għal konnessjoni kondizzjonali huma dawk definiti fl-IEC 61000-3-11, paragrafu 5.

7.5.   L-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-emissjoni ta' disturbi kondotti mill-frekwenzi tar-radju fuq linji AC jew DC mill-vetturi

7.5.1.   Metodu ta' kejl

L-emissjoni ta' disturbi kondotti mill-frekwenzi tar-radju fuq linji AC jew DC, iġġenerata mill-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha, għandha titkejjel permezz tal-metodu deskritt fl-Anness 13. Il-metodu ta' kejl għandu jkun definit mill-manifattur tal-vettura bi qbil mas-Servizz Tekniku.

7.5.2.   Il-limitu tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura

7.5.2.1.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 13, il-limiti għall-linji AC huma dawk definiti fl-IEC 61000-6-3 u mogħtija fit-Tabella 7.

Tabella 7

Il-livell massimu awtorizzat ta' disturbi tal-frekwenzi tar-radju kondotti fuq il-linji AC

Frekwenza (MHz)

Limiti u detettur

0,15 sa 0,5

minn 66 sa 56 dBμV (kważi quċċata) minn 56 sa 46 dBμV (medja)

(li jonqos b'mod lineari b'logaritmu ta' frekwenza)

0,5 sa 5

56 dBμV (kważi quċċata) 46 dBμV (medja)

5 sa 30

60 dBμV (kważi quċċata) 50 dBμV (medja)

7.5.2.2.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 13, il-limiti għall-linji DC huma dawk definiti fl-IEC 61000-6-3 u mogħtija fit-Tabella 8.

Tabella 8

Il-livell massimu awtorizzat ta' disturbi tal-frekwenzi tar-radju kondotti fuq il-linji DC

Frekwenza (MHz)

Limiti u detettur

0,15 sa 0,5

79 dBμV (kważi quċċata)

66 dBμV (medja)

0,5 sa 30

73 dBμV (kważi quċċata)

60 dBμV (medja)

7.6.   L-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-emissjoni ta' disturbi kondotti mill-frekwenzi tar-radju fuq l-aċċess għan-netwerk u t-telekomunikazzjoni mill-vetturi

7.6.1.   Metodu ta' kejl

L-emissjoni ta' disturbi kondotti mill-frekwenzi tar-radju fuq l-aċċess għan-netwerk u t-telekomunikazzjoni ġġenerata mill-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha, għandha titkejjel permezz tal-metodu deskritt fl-Anness 14. Il-metodu ta' kejl għandu jkun definit mill-manifattur tal-vettura bi qbil mas-Servizz Tekniku.

7.6.2.   Il-limitu tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura

7.6.2.1.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 14, il-limiti fuq in-netwerk u fuq l-aċċess għat-telekomunikazzjoni (l-aċċess għat-telekomunikazzjoni huwa definit fil-paragrafu 3.6 tas-CISPR22) huma dawk definiti fl-IEC 61000-6-3 u mogħtija fit-Tabella 9.

Tabella 9

Il-livell massimu awtorizzat ta' disturbi tal-frekwenzi tar-radju kondotti fuq l-aċċess għan-netwerk u t-telekomunikazzjoni

Frekwenza (MHz)

Limiti tal-vultaġġ (detettur)

Limiti tal-kurrent (detettur)

0,15 sa 0,5

84 sa 74 dBμV (kważi quċċata)

74 sa 64 dBμV (medja)

jonqos b'mod lineari b'logaritmu tal-frekwenza)

40 sa 30 dBμA (kważi quċċata)

30 sa 20 dBμA (medja)

jonqos b'mod lineari b'logaritmu tal-frekwenza)

0,5 sa 30

74 dBμV (kważi quċċata)

64 dBμV (medja)

30 dBμA (kważi quċċata)

20 dBμA (medja)

7.7.   Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-immunità ta' vettura għal radjazzjoni elettromanjetika.

7.7.1.   Metodu tal-ittestjar

L-immunità għar-radjazzjoni elettromanjetika tal-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha tkun ittestjata bil-metodu deskritt fl-Anness 6.

7.7.2.   Il-limiti tal-approvazzjoni tat-tip tal-immunità tal-vettura

7.7.2.1.   Jekk it-testijiet isiru billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 6, l-intensità tal-kamp għandha tkun 30 volts/m rms (il-valur medju kwadrat) f'aktar minn 90 fil-mija tal-banda ta' frekwenzi bejn 20 u 2 000 MHz u minimu ta' 25 volts/m rms fuq il-banda ta' frekwenzi sħiħa bejn 20 u 2 000 MHz.

7.7.2.2.   Il-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' immunità jekk, waqt it-testijiet imwettqa skont l-Anness 6, ma jkun hemm l-ebda degradazzjoni tal-prestazzjoni tal-“funzjonijiet relatati mal-immunità”, skont il-paragrafu 2.2 tal-Anness 6.

7.8.   L-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-immunità tal-vetturi għad-disturbi Tranżitorji Elettriċi Veloċi/Burst kondotti tul il-linji AC u DC.

7.8.1.   Metodu tal-ittestjar

7.8.1.1.   L-immunità għad-disturbi Tranżitorji Elettriċi Veloċi/Burst kondotti tul il-linji AC u DC tal-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha tkun ittestjata bil-metodu deskritt fl-Anness 15.

7.8.2.   Il-limiti tal-approvazzjoni tat-tip tal-immunità tal-vettura

7.8.2.1.   Jekk it-testijiet isiru billi jintużaw il-metodi deskritti fl-Anness 15, il-livelli tat-test tal-immunità, għal-linji AC u DC, għandhom ikunu: ±2 kV tal-vultaġġ tat-test f'ċirkwit miftuħ, b'ħin ta' żieda (Tr) ta' 5 ns, tul tal-funzjonament (Th) ta' 50 ns u rata ta' ripetizzjoni ta' 5 kHz għal mill-inqas minuta.

7.8.2.2.   Il-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' immunità jekk, waqt it-testijiet imwettqa skont l-Anness 15, ma jkun hemm l-ebda degradazzjoni tal-prestazzjoni tal-“funzjonijiet relatati mal-immunità”, skont il-paragrafu 2.2 tal-Anness 6.

7.9.   L-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-immunità tal-vetturi għat-tlugħ f'daqqa kondott tul il-linji AC u DC.

7.9.1.   Metodu tal-ittestjar

7.9.1.1.   L-immunità għat-tlugħ f'daqqa kondott tul il-linji AC u DC tal-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha tkun ittestjata bil-metodu deskritt fl-Anness 16.

7.9.2.   Il-limiti tal-approvazzjoni tat-tip tal-immutà tal-vettura

7.9.2.1.   Jekk it-testijiet isiru billi jintużaw il-metodi deskritti fl-Anness 16, il-livelli tat-test tal-immunità għandhom ikunu:

(a)

Għal-linji AC: ±2 kV tal-vultaġġ tat-test f'ċirkwit miftuħ bejn linja u ert u ±1 kV bejn il-linji, (pulsazzjoni 1,2 μs / 50 μs), b'ħin tat-tlugħ (Tr) ta' 1,2 μs, u ħin taż-żamma (Th) ta' 50 μs. Kull tlugħ f'daqqa għandu jiġi applikat ħames darbiet b'dewmien massimu ta' minuta bejn kull pulsazzjoni. Dan għandu jsir għall-fażijiet li ġejjin: 0, 90, 180 u 270°,

(b)

Għal-linji DC: ± 0.5 kV tal-vultaġġ tat-test f'ċirkwit miftuħ bejn linja u ert u ±0.5 kV bejn il-linji, (pulsazzjoni 1,2 μs / 50 μs), b'ħin tat-tlugħ (Tr) ta' 1,2 μs, u ħin taż-żamma (Th) ta' 50 μs. Kull tlugħ f'daqqa għandu jiġi applikat ħames darbiet b'dewmien massimu ta' minuta.

7.9.2.2.   Il-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' immunità jekk, waqt it-testijiet imwettqa skont l-Anness 16, ma jkun hemm l-ebda degradazzjoni tal-prestazzjoni tal-“funzjonijiet relatati mal-immunità”, skont il-paragrafu 2.2 tal-Anness 6.

7.10.   Speċifikazzjonijiet li jirrigwardaw l-interferenza elettromanjetika kkawżata mill-ESAs.

7.10.1.   Metodu ta' kejl

Ir-radjazzjoni elettromanjetika ġġenerata mill-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu għandha titkejjel bil-metodu deskritt fl-Anness 7.

7.10.2.   Il-limiti tal-approvazzjoni tat-tip broadband tal-ESA

7.10.2.1.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 7, il-limiti għandhom ikunu bejn 62 u 52 dBμV/m fil-banda ta' frekwenzi bejn 30 u 75 MHz, u dan il-limitu jonqos b'mod logaritmiku bi frekwenzi 'l fuq minn 30 MHz, u minn 52 sa 63 dBμV/m fil-banda bejn 75 u 400 MHz, u dan il-limitu jiżdied b'mod logaritmiku bi frekwenzi 'l fuq minn 75 MHz kif jidher fl-Appendiċi 6. Fil-banda ta' frekwenzi bejn 400 sa 1 000 MHz il-limitu jibqa' kostanti għal 63 dB dBμV/m.

7.10.2.2.   Fuq l-ESA rappreżentattiv ta' dan it-tip, il-valuri mkejla, espressi f'dBμV/m, għandhom ikunu taħt il-limiti tal-approvazzjoni tat-tip.

7.11.   L-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-emissjoni armonika fuq il-linji AC mill-ESAs

7.11.1.   Metodu ta' kejl

L-emissjoni armonika fuq il-linji AC iġġenerata mill-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu għandha titkejjel permezz tal-metodu deskritt fl-Anness 17. Il-metodu ta' kejl għandu jkun definit mill-manifattur tal-vettura bi qbil mas-Servizz Tekniku.

7.11.2.   Il-limitu tal-approvazzjoni tat-tip tal-ESA

7.11.2.1.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 17, il-limiti għall-kurrent tal-input ≤ 16 A għal kull fażi huma dawk definiti fl-IEC 61000-3-2 u mogħtija fit-Tabella 10.

Tabella 10

L-armoniċi massimi awtorizzati (kurrent tal-input ≤ 16 A għal kull fażi)

Numru ta' armoniċi

n

Kurrent armoniku massimu awtorizzat

A

Armoniċi bil-fard

3

2,3

5

1,14

7

0,77

9

0,40

11

0,33

13

0,21

15 ≤ n ≤ 39

0,15 × 15/n

Armoniċi biż-żewġ

2

1,08

4

0,43

6

0,30

8 ≤ n ≤ 40

0,23 × 8/n

7.11.2.2.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 17, il-limiti għall-kurrent tal-input > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi huma dawk definiti fl-IEC 61000-3-12 u mogħtija fit-Tabelli 11, 12 u 13.

Tabella 11

L-armoniċi massimi awtorizzati (kurrent tal-input > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi) għal tagħmir għajr it-tagħmir trifażi bbilanċjat

Rsce minimu

Kurrent armoniku individwali aċċettabbli In/I1

%

Proporzjon massimu tal-kurrent armoniku

%

I3

I5

I7

I9

I11

I13

THD

PWHD

33

21,6

10,7

7,2

3,8

3,1

2

23

23

66

24

13

8

5

4

3

26

26

120

27

15

10

6

5

4

30

30

250

35

20

13

9

8

6

40

40

≥ 350

41

24

15

12

10

8

47

47

Il-valuri relattivi tal-armoniċi biż-żewġ inqas jew ugwali għal 12 għandhom ikunu inqas minn 16/n %. L-armoniċi biż-żewġ ta' aktar minn 12 jitqiesu fit-THD u fil-PWHD bl-istess mod bħall-armoniċi bil-fard.

L-interpolazzjoni lineari bejn il-valuri suċċessivi ta' Rsce hi awtorizzata.

Tabella 12

L-armoniċi massimi awtorizzati (kurrent tal-input > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi) għat-tagħmir trifażi bbilanċjat

Rsce minimu

Kurrent armoniku individwali aċċettabbli In/I1

%

Proporzjon massimu tal-kurrent armoniku

%

I5

I7

I11

I13

THD

PWHD

33

10,7

7,2

3,1

2

13

22

66

14

9

5

3

16

25

120

19

12

7

4

22

28

250

31

20

12

7

37

38

≥ 350

40

25

15

10

48

46

Il-valuri relattivi tal-armoniċi biż-żewġ inqas jew ugwali għal 12 għandhom ikunu inqas minn 16/n %. L-armoniċi biż-żewġ ta' aktar minn 12 jitqiesu fit-THD u fil-PWHD bl-istess mod bħall-armoniċi bil-fard

L-interpolazzjoni lineari bejn il-valuri suċċessivi ta' Rsce hi awtorizzata.

Tabella 13

L-armoniċi massimi awtorizzati (kurrent tal-input > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi) għat-tagħmir trifażi bbilanċjat

Rsce minimu

Kurrent armoniku individwali aċċettabbli In/I1

%

Proporzjon massimu tal-kurrent armoniku

%

I5

I7

I11

I13

THD

PWHD

33

10,7

7,2

3,1

2

13

22

≥ 120

40

25

15

10

48

46

Il-valuri relattivi tal-armoniċi biż-żewġ inqas jew ugwali għal 12 għandhom ikunu inqas minn 16/n %. L-armoniċi biż-żewġ ta' aktar minn 12 jitqiesu fit-THD u fil-PWHD bl-istess mod bħall-armoniċi bil-fard

7.12.   L-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-emissjoni tat-tibdil fil-vultaġġ, fluttwazzjonijiet fil-vultaġġ u tnemnim fuq il-linji AC mill-ESAs.

7.12.1.   Metodu ta' kejl

L-emissjoni ta' tibdil fil-vultaġġ, fluttwazzjonijiet fil-vultaġġ u tnemnim fuq il-linji AC iġġenerata mill-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu għandha titkejjel permezz tal-metodu deskritt fl-Anness 18. Il-metodu ta' kejl għandu jkun definit mill-manifattur tal-vettura bi qbil mas-Servizz Tekniku.

7.12.2.   Il-limitu tal-approvazzjoni tat-tip tal-ESA

7.12.2.1.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 18, il-limiti għall-kurrent nominali ≤ 16 A għal kull fażi u mhux suġġett għal konnessjoni kondizzjonali huma dawk definiti fl-IEC 61000-3-3, paragrafu 5.

7.12.2.2.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 18, il-limiti għall-kurrent nominali > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi u mhux suġġett għal konnessjoni kondizzjonali huma dawk definiti fl-IEC 61000-3-11, paragrafu 5.

7.13.   L-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-emissjoni ta' disturbi kondotti mill-frekwenzi tar-radju fuq linji AC jew DC mill-ESAs

7.13.1.   Metodu ta' kejl

L-emissjoni ta' disturbi kondotti mill-frekwenzi tar-radju fuq linji AC jew DC, iġġenerata mill-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu, għandha titkejjel permezz tal-metodu deskritt fl-Anness 19. Il-metodu ta' kejl għandu jkun definit mill-manifattur tal-vettura bi qbil mas-Servizz Tekniku.

7.13.2.   Il-limitu tal-approvazzjoni tat-tip tal-ESA

7.13.2.1.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 19, il-limiti għall-linji AC huma dawk definiti fl-IEC 61000-6-3 u mogħtija fit-Tabella 14.

Tabella 14

Il-livell massimu awtorizzat ta' disturbi tal-frekwenzi tar-radju kondotti fuq il-linji AC

Frekwenza (MHz)

Limiti u detettur

0,15 sa 0,5

66 sa 56 dBμV (kważi quċċata)

56 sa 46 dBμV (medja)

(li jonqos b'mod lineari b'logaritmu ta' frekwenza)

0,5 sa 5

56 dBμV (kważi quċċata)

46 dBμV (medja)

5 sa 30

60 dBμV (kważi quċċata)

50 dBμV (medja)

7.13.2.2.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 19, il-limiti għall-linji DC huma dawk definiti fl-IEC 61000-6-3 u mogħtija fit-Tabella 15.

Tabella 15

Il-livell massimu awtorizzat ta' disturbi tal-frekwenzi tar-radju kondotti fuq il-linji DC

Frekwenza (MHz)

Limiti u detettur

0,15 sa 0,5

79 dBμV (kważi quċċata)

66 dBμV (medja)

0,5 sa 30

73 dBμV (kważi quċċata)

60 dBμV (medja)

7.14.   L-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-emissjoni ta' disturbi kondotti mill-frekwenzi tar-radju fuq l-aċċess għan-netwerk u t-telekomunikazzjoni mill-ESAs

7.14.1.   Metodu ta' kejl

L-emissjoni ta' disturbi kondotti mill-frekwenzi tar-radju fuq l-aċċess għan-netwerk u t-telekomunikazzjoni ġġenerata mill-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu, għandha titkejjel permezz tal-metodu deskritt fl-Anness 20. Il-metodu ta' kejl għandu jkun definit mill-manifattur tal-vettura bi qbil mas-Servizz Tekniku.

7.14.2.   Il-limitu tal-approvazzjoni tat-tip tal-ESA

7.14.2.1.   Jekk il-kejl isir billi jintuża l-metodu deskritt fl-Anness 20, il-limiti fuq in-netwerk u fuq l-aċċess għat-telekomunikazzjoni (l-aċċess għat-telekomunikazzjoni huwa definit fil-paragrafu 3.6 tas-CISPR22) huma dawk definiti fl-IEC 61000-6-3 u mogħtija fit-Tabella 16.

Tabella 16

Il-livell massimu awtorizzat ta' disturbi tal-frekwenzi tar-radju kondotti fuq l-aċċess għan-netwerk u t-telekomunikazzjoni

Frekwenza (MHz)

Limiti tal-vultaġġ (detettur)

Limiti tal-kurrent (detettur)

0,15 sa 0,5

84 sa 74 dBμV (kważi quċċata)

74 sa 64 dBμV (medja)

(jonqos b'mod lineari b'logaritmu tal-frekwenza)

40 sa 30 dBμA (kważi quċċata)

30 sa 20 dBμA (medja)

(jonqos b'mod lineari b'logaritmu tal-frekwenza)

0,5 sa 30

74 dBμV (kważi quċċata)

64 dBμV (medja)

30 dBμA (kważi quċċata)

20 dBμA (medja)

7.15.   Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-immunità ta' ESAs għal disturbi tranżitorji elettriċi mgħaġġla veloċi/burst, kondotti tul il-linji AC u DC

7.15.1.   Metodu tal-ittestjar

7.15.1.1.   L-immunità għad-disturbi Tranżitorji Elettriċi Veloċi/Burst kondotti tul il-linji AC u DC tal-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu għandha tkun ittestjata bil-metodu deskritt fl-Anness 21.

7.15.2.   Il-limiti tal-approvazzjoni tat-tip tal-immunità tal-ESA

7.15.2.1.   Jekk it-testijiet isiru billi jintużaw il-metodi deskritti fl-Anness 21, il-livelli tat-test tal-immunità, għal-linji AC u DC, għandhom ikunu: ± 2 kV tal-vultaġġ tat-test f'ċirkwit miftuħ, b'ħin tat-tlugħ (Tr) ta' 5 ns, ħin taż-żamma (Th) ta' 50 ns u rata ta' ripetizzjoni ta' 5 kHz għal mill-inqas minuta.

7.15.2.2.   Il-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu għandu jitqies li Jikkonforma mar-rekwiżiti ta' immunità jekk, waqt it-testijiet imwettqa skont l-Anness 21, ma jkun hemm l-ebda degradazzjoni tal-prestazzjoni tal-“funzjonijiet relatati mal-immunità”, skont il-paragrafu 2.2 tal-Anness 9.

7.16.   L-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-immunità tal-vetturi għat-tlugħ f'daqqa kondott tul il-linji AC u DC.

7.16.1.   Metodu tal-ittestjar

7.16.1.1.   L-immunità għat-tlugħ f'daqqa kondott tul il-linji AC u DC tal-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu għandha tkun ittestjata bil-metodu deskritt fl-Anness 22.

7.16.2.   Il-limiti tal-approvazzjoni tat-tip tal-immunità tal-ESA

7.16.2.1.   Jekk it-testijiet isiru billi jintużaw il-metodi deskritti fl-Anness 22, il-livelli tat-test tal-immunità għandhom ikunu:

(a)

Għal-linji AC: ± 2 kV tal-vultaġġ tat-test f'ċirkwit miftuħ bejn linja u ert u ± 1 kV bejn il-linji, (pulsazzjoni 1,2 μs/50 μs), b'ħin tat-tlugħ (Tr) ta' 1,2 μs, u ħin taż-żamma (Th) ta' 50 μs. Kull tlugħ f'daqqa għandu jiġi applikat ħames darbiet b'dewmien massimu ta' minuta bejn kull pulsazzjoni. Dan għandu jsir għall-fażijiet li ġejjin: 0, 90, 180 and 270°,

(b)

Għal-linji DC: ± 0,5 kV tal-vultaġġ tat-test f'ċirkwit miftuħ bejn linja u ert u ± 0,5 kV bejn il-linji, (pulsazzjoni 1,2 μs/50 μs), b'ħin tat-tlugħ (Tr) ta' 1.2 μs, u ħin taż-żamma (Th) ta' 50 μs. Kull tlugħ f'daqqa għandu jiġi applikat ħames darbiet b'dewmien massimu ta' minuta.

7.16.2.2.   L-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' immunità jekk, waqt it-testijiet imwettqa skont l-Anness 22, ma jkun hemm l-ebda degradazzjoni tal-prestazzjoni tal-“funzjonijiet relatati mal-immunità”, skont il-paragrafu 2.2 tal-Anness 9.

7.17.   L-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-emissjoni tad-disturbi tranżitorji fil-kurrent iġġenerati mill-ESAs tul il-linji tal-provvista 12/24V

7.17.1.   Metodu tal-ittestjar

L-emissjoni tal-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu għandha tiġi ttestjata permezz tal-metodu/i b'konformità mal-ISO 7637-2, kif deskritt fl-Anness 10 għal-livelli mogħtija fit-Tabella 17.

Tabella 17

Amplitudni massima awtorizzata tal-pulsazzjoni

(V)

 

Amplitudni massima awtorizzata tal-pulsazzjoni għal

Polarità tal-amplitudni tal-pulsazzjoni

Vetturi b'sistemi ta' 12 V

Vetturi b'sistemi ta' 24 V

Pożittiva

+ 75

+ 150

Negattiva

– 100

– 450

7.18.   Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-immunità tal-ESAs għal radjazzjoni elettromanjetika.

7.18.1.   Metodu jew metodi tal-ittestjar

L-immunità għar-radjazzjoni elettromanjetika tal-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu għandha tkun ittestjata bil-metodu jew metodi magħżula minn fost dawk deskritti fl-Anness 9.

7.18.2.   Il-limiti tal-approvazzjoni tat-tip tal-immunità tal-ESA

7.18.2.1.   Jekk it-testijiet isiru billi jintużaw il-metodi deskritti fl-Anness 9, il-livelli tat-test tal-immunità għandhom ikunu 60 volts/m il-valur medju kwadrat (rms) għall-metodu tal-ittestjar bi stripline ta' 150 mm, 15 volts/m rms għall-metodu tal-ittestjar bi stripline ta' 800 mm, 75 volts/m rms għall-metodu ta' ttestjar b'ċellula b'Mod Elettromanjetiku Trasversali (TEM), 60 mA rms għall-metodu ta' ttestjar b'injezzjoni ta' kurrent qawwi (BCI) u 30 volts/m rms għall-metodu ta' ttestjar ta' kamp ħieles f'aktar minn 90 fil-mija tal-banda ta' frekwenzi bejn 20 u 2 000 MHz, u sa minimu ta' 50 volts/m rms għall-metodu tal-ittestjar bi stripline ta' 150 mm, 12,5 volts/m rms għall-metodu tal-ittestjar bi stripline ta' 800 mm, 62,5 volts/m rms, għall-metodu tal-ittestjar b'ċellula TEM, 50 mA rms għall-metodu ta' ttestjar b'injezzjoni ta' kurrent qawwi (BCI) u 25 volts/m rms għall-metodu ta' ttestjar ta' kamp ħieles tul il-banda ta' frekwenzi sħiħa bejn 20 u 2 000 MHz.

7.18.2.2.   L-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' immunità jekk, waqt it-testijiet imwettqa skont l-Anness 9, ma jkun hemm l-ebda degradazzjoni tal-prestazzjoni tal-“funzjonijiet relatati mal-immunità”.

7.19.   L-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-immunità tal-ESAs għal disturbi tranżitorji fil-kurrent kondotti tul il-linji tal-provvista 12/24V.

7.19.1.   Metodu tal-ittestjar

L-immunità tal-ESA rappreżentattiv tat-tip tiegħu għandha tiġi ttestjata permezz tal-metodu/i b'konformità mal-ISO 7637-2, kif deskritt fl-Anness 10 għal-livelli mogħtija fit-Tabella 18.

Tabella 18

Immunità tal-ESA

Numru tal-pulsazzjonijiet tat-test

Il-livell tat-test tal-immunità

Status funzjonali għas-sistemi:

Relatati mal-funzjonijiet marbuta mal-immunità

Mhux relatati ma' funzjonijiet marbuta mal-immunità

1

III

C

D

2a

III

B

D

2b

III

C

D

3a/3b

III

A

D

4

III

B

(għal ESA li għandu jkun operattiv matul il-fażijiet tal-istartjar tal-magna)

C

(għal ESA ieħor)

D

7.20.   Eċċezzjonijiet

7.20.1.   Meta ma jkunx hemm konnessjoni diretta ma' netwerk tat-telekomunikazzjoni li jinkludi servizz tat-telekomunikazzjoni addizzjonali għas-servizz tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar, l-Anness 14 u l-Anness 20 ma japplikawx.

7.20.2.   Meta l-aċċess għan-netwerk u t-telekomunikazzjoni tal-vettura juża t-Trażmissjoni tal-linja tal-kurrent (PLT) fuq il-linji AC u DC tagħha, l-Anness 14 ma għandux jiġi applikat.

7.20.3.   Meta l-aċċess għan-netwerk u t-telekomunikazzjoni tal-vettura juża t-Trażmissjoni tal-Linja tal-Elettriku (PLT) fuq il-linji AC u DC tagħha, l-Anness 20 ma għandux jiġi applikat.

7.20.4.   Vetturi u/jew ESAs li huma maħsuba li jintużaw fil-modalità ta' ċċarġjar tar-REESS mqabbda mal-grilja tal-elettriku f'konfigurazzjoni mqabbda ma' stazzjon tal-iċċarġjar b'kurrent dirett b'tul tal-cable tan-netwerk DC iqsar minn 30m m'għandhomx għalfejn jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Annessi 13, 15, 16, 19, 21 u 22.

F'dan il-każ, il-manifattur għandu jipprovdi stqarrija li l-vettura u/jew l-ESA jistgħu jintużaw biss fil-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” jekk il-cables ikunu iqsar minn 30m. Din l-informazzjoni għandha ssir pubblikament disponibbli wara l-approvazzjoni tat-tip.

7.20.5.   Vetturi u/jew ESAs li huma maħsuba li jintużaw fil-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” fil-konfigurazzjoni mqabbda ma' stazzjon tal-iċċarġjar b'DC lokali/privata mingħajr parteċipanti addizzjonali, m'għandhomx għalfejn jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Annessi 13, 15, 16, 19, 21 u 22.

F'dan il-każ, il-manifattur għandu jipprovdi stqarrija li l-vettura u/jew l-ESA jistgħu jintużaw fil-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” biss ma' stazzjon tal-iċċarġjar b'DC lokali/privata mingħajr parteċipanti addizzjonali. Din l-informazzjoni għandha ssir pubblikament disponibbli wara l-approvazzjoni tat-tip.

8.   EMENDA JEW ESTENSJONI TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' VETTURA WARA ŻIEDA JEW SOSTITUZZJONI TAS-SUBASSEMBLAĠĠ ELETTRIKU/ELETTRONIKU (ESA)

8.1.   Meta manifattur ta' vettura jikseb l-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni ta' vettura u jixtieq iwaħħal sistema elettrika/elettronika jew ESA addizzjonali jew ta' sostituzzjoni li jkun diġà kiseb l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, u li jkun se jiġi installat skont kull kundizzjoni mehmuża miegħu, l-approvazzjoni tal-vettura tista' tiġi estiża mingħajr testijiet ulterjuri. Għall-finijiet ta' konformità tal-produzzjoni, is-sistema elettrika/elettronika jew l-ESA addizzjonali jew ta' sostituzzjoni għandu jitqies bħala parti mill-vettura.

8.2.   Meta l-parti jew partijiet addizzjonali jew ta' sostituzzjoni ma jiksbux l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, u jekk jitqies li jinħtieġ ittestjar, il-vettura kollha għandha titqies li tikkonforma jekk jista' jintwera li l-parti jew il-partijiet ġodda jew riveduti jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tal-paragrafu 6 u, jekk applikabbli, tal-paragrafu 7 jew jekk, f'test komparattiv, jista' jintwera li l-parti l-ġdida x'aktarx li ma taffettwax ħażin il-konformità tat-tip ta' vettura.

8.3.   Iż-żieda mill-manifattur ta' vettura ma' vettura approvata, ta' tagħmir domestiku jew kummerċjali standard, għajr tagħmir ta' komunikazzjoni mobbli, li jikkonforma ma' regolamenti oħra, u li l-installazzjoni, is-sostituzzjoni jew it-tneħħija tiegħu hija konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-manifatturi tat-tagħmir u l-vettura, ma għandhiex tinvalida l-approvazzjoni tal-vettura. Dan ma għandux iżomm lill-manifatturi tal-vetturi milli jwaħħlu t-tagħmir ta' komunikazzjoni skont il-linji gwida ta' installazzjoni adattati, żviluppati mill-manifattur tal-vettura u/jew mill-manifattur(i) ta' dan it-tagħmir ta' komunikazzjoni. Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi evidenza (jekk dan ikun mitlub mill-awtorità tat-test) li l-prestazzjoni tal-vettura mhijiex affettwata b'mod negattiv minn dawn it-trażmettituri. Din tista' tkun dikjarazzjoni li l-livelli ta' potenza u l-installazzjoni huma tali li l-livelli ta' immunità ta' dan ir-Regolament joffru protezzjoni biżżejjed meta jkunu suġġetti għat-trażmissjoni waħidha, jiġifieri li jeskludi trażmissjoni b'rabta mat-testijiet speċifikati fil-paragrafu 6. Dan ir-Regolament ma jawtorizzax l-użu ta' trażmettitur ta' komunikazzjoni meta japplikaw rekwiżiti oħra fuq dan it-tagħmir jew l-użu tiegħu.

9.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2) bir-rekwiżiti li ġejjin:

9.1.   Il-vetturi jew il-komponenti jew l-ESAs approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b'mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6, u, jekk applikabbli, fil-paragrafu 7, ta' hawn fuq.

9.2.   Il-konformità tal-produzzjoni tal-vettura jew il-komponent jew l-unità teknika separata għandha tiġi ċċekkjata fuq il-bażi tad-dejta li tinsab fil-formola/i ta' komunikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip stabbiliti fl-Anness 3A u/jew 3B ta' dan ir-Regolament.

9.3.   Jekk l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip ma tkunx sodisfatta bil-proċedura ta' ċċekkjar tal-manifattur, allura japplikaw il-paragrafi 9.3.1, 9.3.2 u 9.3.3 hawn taħt.

9.3.1.   Meta tkun qed tiġi vverifikata l-konformità ta' vettura, komponent jew ESA meħud mis-serje, il-produzzjoni għandha titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'rabta mad-disturbi elettromanjetiċi broadband u d-disturbi elettromanjetiċi narrowband, jekk il-livelli mkejla ma jaqbżux b'aktar minn 4 dB (60 fil-mija) il-limiti ta' referenza stabbiliti fil-paragrafi 6.2.2.1, 6.2.2.2, 6.3.2.1 u 6.3.2.2, u, jekk applikabbli, il-paragrafi 7.2.2.1 u 7.2.2.2 għall-vetturi u l-paragrafi 6.5.2.1, 6.6.2.1, u, jekk applikabbli, il-paragrafu 7.10.2.1 hawn fuq għall-ESAs (kif xieraq).

9.3.2.   Meta tkun qed tiġi vverifikata l-konformità ta' vettura, ta' komponent jew ta' ESA meħud mis-serje, il-produzzjoni għandha titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'rabta mal-immunità għar-radjazzjoni elettromanjetika, jekk il-vettura ma turi l-ebda degradazzjoni relatata mal-kontroll dirett tal-vettura li tista' tkun osservata mis-sewwieq jew minn oħrajn li jużaw it-triq meta l-vettura tkun fl-istat definit fl-Anness 6, il-paragrafu 4, u tkun suġġetta b'referenza għal potenza tal-kamp, espressa f'Volts/m, sa 80 fil-mija tal-limiti ta' referenza stabbiliti fil-paragrafu 6.4.2.1 u, jekk applikabbli, il-paragrafu 7.7.2.1 għall-vetturi u l-paragrafu 6.8.2.1 u, jekk applikabbli, il-paragrafu 7.18.2.1 għall-ESAs hawn fuq.

9.3.3.   Jekk tkun qed tiġi vverifikata l-konformità ta' komponent jew Unità Teknika Separata (STU) meħuda mis-serje, il-produzzjoni għandha titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'rabta mal-immunità għad-disturbi u l-emissjonijiet kondotti jekk il-komponent jew l-STU ma turi l-ebda degradazzjoni fil-prestazzjoni tal-“funzjonijiet relatati mal-immunità” sal-livelli mogħtija fil-paragrafu 6.9.1 u, jekk applikabbli, il-paragrafu 7.19.1, u ma taqbiżx il-livelli mogħtija fil-paragrafu 6.7.1 u, jekk applikabbli, il-paragrafu 7.17.1 hawn fuq.

10.   PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

10.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' vettura, komponent jew unità teknika separata skont dan ir-Regolament, tista' tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 u, jekk applikabbli, il-paragrafu 7 hawn fuq jew jekk il-vetturi magħżula ma jgħaddux mit-testijiet previsti fil-paragrafu 6 u, jekk applikabbli, il-paragrafu 7 hawn fuq.

10.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha tavża minnufih b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Annessi 3A u 3B ta' dan ir-Regolament.

11.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur ta' approvazzjoni jieqaf b'mod permanenti mill-manifattura ta' tip ta' vettura jew ESA approvat skont dan ir-Regolament, dan għandu jinforma b'dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Annessi 3A u 3B ta' dan ir-Regolament.

12.   MODIFIKA U ESTENSJONI TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' VETTURA JEW ESA

12.1.   Kull modifika tat-tip ta' vettura jew ESA għandha tiġi notifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura. Din l-Awtorità mbagħad tista' jew:

12.1.1.

Tqis li l-modifiki li saru x'aktarx li ma jkollhomx effett negattiv apprezzabbli u li jkun xi jkun il-każ, il-vettura jew l-ESA xorta għadu jissodisfa r-rekwiżiti; inkella

12.1.2.

Titlob rapport ieħor tat-testijiet mis-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

12.2.   L-avviż ta' konferma tal-approvazzjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni, flimkien mad-dettalji tal-modifiki, għandu jiġi kkomunikat permezz tal-proċedura indikata fil-paragrafu 4 ta' hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

12.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tagħti l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lill-estensjoni u tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudelli fl-Annessi 3A u 3B ta' dan ir-Regolament.

13.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

13.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje ta' emendi 03.

13.2.   Minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje ta' emendi 03, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura, komponent jew unità teknika separata li trid tiġi approvata, tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 03.

13.3.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estenzjonijiet ta' approvazzjonijiet għas-serje ta' emendi preċedenti ta' dan ir-Regolament.

13.4.   Sa minn 48 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03 ta' dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta' vettura, komponent jew unità teknika separata li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje ta' emendi 03 ta' dan ir-Regolament.

13.5.   Mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 04, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad li tagħti approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta' emendi 04.

13.6.   Sa minn 36-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje ta' emendi 04, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura, komponent jew unità teknika separata li trid tiġi approvata, tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 04.

13.7.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu joħorġu approvazzjonijiet lil dawk it-tipi ta' vetturi jew komponenti jew tipi ta' unitajiet tekniċi separati li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi preċedenti matul il-perjodu ta' 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 04.

13.8.   Sa 60 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 04, l-ebda Parti Kontraenti ma għandha tirrifjuta l-approvazzjoni nazzjonali jew reġjonali ta' tip ta' vettura, komponent jew tip ta' unità teknika separata approvati skont is-serje ta' emendi preċedenti ta' dan ir-Regolament.

13.9.   Minn 60 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 04 ta' dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali jew l-ewwel dħul fis-servizz ta' vettura, komponent jew unità teknika separata li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje ta' emendi 04 ta' dan ir-Regolament.

13.10.   Minkejja l-paragrafi 13.8 u 13.9 hawn fuq, l-approvazzjonijiet mogħtija lis-serje ta' emendi preċedenti tar-Regolament għal tip ta' vettura li ma tkunx mgħammra b'sistema ta' akkoppjar biex tiġi ċċarġjata r-REESS, jew għal komponent jew unità teknika separata li ma tinkludix parti tal-akkoppjar biex tiġi ċċarġjata r-REESS, għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom.

13.11   Minn 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje ta' emendi 05, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura, komponent jew tip ta' unità teknika separata li trid tiġi approvata, jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 05.

14.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI LI JWETTQU T-TESTIJIET TA' APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta' approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjonijiet u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni, ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.


(1)  Kif definiti fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2 — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html.

(2)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 3 — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html.


Appendiċi 1

Lista ta' standards imsemmija f'dan ir-Regolament

1.

CISPR 12 “Vehicles', motorboats' and spark-ignited engine-driven devices' radio disturbance characteristics — Limits and methods of measurement”, fifth edition 2001 and Amd1: 2005.

2.

CISPR 16-1-4 “Specifications for radio disturbance and immunity measuring apparatus and methods — Part 1: Radio disturbance and immunity measuring apparatus — Antennas and test sites for radiated disturbances mesaurements”, third edition 2010.

3.

CISPR 25 “Limits and methods of measurement of radio disturbance characteristics for the protection of receivers used on board vehicles”, second edition 2002 and corrigendum 2004.

4.

ISO 7637-1 “Road vehicles — Electrical disturbance from conduction and coupling — Part 1: Definitions and general considerations”, second edition 2002.

5.

ISO 7637-2 “Road vehicles — Electrical disturbance from conduction and coupling — Part 2: Electrical transient conduction along supply lines only on vehicles with nominal 12 V or 24 V supply voltage”, second edition 2004.

6.

ISO-EN 17025 “General requirements for the competence of testing and calibration laboratories”, second edition 2005 and Corrigendum: 2006.

7.

ISO 11451 “Road vehicles — Electrical disturbances by narrowband radiated electromagnetic energy — Vehicle test methods”:

 

Part 1: General and definitions (ISO 11451-1, third edition 2005 and Amd1: 2008);

 

Part 2: Off-vehicle radiation source (ISO 11451-2, third edition 2005);

 

Part 4: Bulk current injection (BCI) (ISO 11451-4, first edition 1995).

8.

ISO 11452 “Road vehicles — Electrical disturbances by narrowband radiated electromagnetic energy — Component test methods”:

 

Part 1: General and definitions (ISO 11452-1, third edition 2005 and Amd1: 2008);

 

Part 2: Absorber-lined chamber (ISO 11452-2, second edition 2004);

 

Part 3: Transverse electromagnetic mode (TEM) cell (ISO 11452-3, third edition 2001);

 

Part 4: Bulk current injection (BCI) (ISO 11452-4, third edition 2005 and Corrigendum 1:2009);

 

Part 5: Stripline (ISO 11452-5, second edition 2002).

9.

ITU Radio Regulations, edition 2008.

10.

IEC 61000-3-2 “Electromagnetic Compatibility (EMC) — Part 3-2 — Limits for harmonic current emissions (equipment input current ≤ 16 A per phase)”, edition 3.2 — 2005 + A1: 2008 + A2: 2009.

11.

IEC 61000-3-3 “Electromagnetic Compatibility (EMC) — Part 3-3 — Limits — Limitation of voltage changes, voltage fluctuations and flicker in public low-voltage systems for equipment with rated current ≤ 16 A per phase and not subjected to conditional connection”, edition 2.0 — 2008.

12.

IEC 61000-3-11 “Electromagnetic Compatibility (EMC) — Part 3-11 — Limits — Limitation of voltage changes, voltage fluctuations and flicker in public low-voltage systems — Equipment with rated current ≤ 75 A per phase and subjected to conditional connection”, edition 1.0 — 2000.

13.

IEC 61000-3-12 “Electromagnetic Compatibility (EMC) — Part 3-12 — Limits for harmonic current emissions produced by equipment connected to public low-voltage systems with input current > 16 A and ≤ 75 A per phase”, edition 1.0 — 2004.

14.

IEC 61000-4-4 “Electromagnetic Compatibility (EMC) — Part 4-4 — Testing and measurement techniques — Electrical fast transients/burst immunity test”, edition 2.0 — 2004.

15.

IEC 61000-4-5 “Electromagnetic Compatibility (EMC) — Part 4-5 — Testing and measurement techniques — Surge immunity test”, edition 2.0 — 2005.

16.

IEC 61000-6-2 “Electromagnetic Compatibility (EMC) — Part 6-2 — Generic standards Immunity for industrial environments”, edition 2.0 — 2005.

17.

IEC 61000-6-3 “Electromagnetic Compatibility (EMC) — Part 6-3 — Generic standards Emission standard for residential, commercial and light-industrial environments”, edition 2.0 — 2006.

18.

CISPR 16–2–1 “Specification for radio disturbances and immunity measuring apparatus and methods — Part 2-1 — Methods of measurement of disturbances and immunity — Conducted disturbances measurement”, edition 2.0 — 2008.

19.

CISPR 22 “Information Technology Equipment — Radio disturbances characteristics — Limits and methods of measurement”, edition 6.0 — 2008.

20.

CISPR 16-1-2 “Specification for radio disturbance and immunity measuring apparatus and methods — Part 1-2: Radio disturbance and immunity measuring apparatus — Ancillary equipment — Conducted disturbances”, edition 1.2: 2006.


Appendiċi 2

Limiti ta' referenza tal-broadband għall-vetturi — Separazzjoni antenna-vettura: 10 m

Limitu E (dBμV/m) bi frekwenza F (MHz)

30-75 MHz

75-400 MHz

400-1 000  MHz

E = 32

E = 32 + 15,13 log (F/75)

E = 43

Image 2

F (MHz)

E (dBμV/m)

Limitu tal-emissjonijiet radjati mill-vettura Limitu tal-approvazzjoni tat-tip tal-Broadband - 10 m Ditettur tal-Kważi-Quċċata - 120 kHz bandwidth

Frekwenza — megahertz — logaritmiku

(Ara l-paragrafi 6.2.2.1 u 7.2.2.1 ta' dan ir-Regolament)


Appendiċi 3

Limiti ta' referenza tal-broadband għall-vetturi — Separazzjoni antenna-vettura: 3 m

Limitu E (dBμV/m) bi frekwenza F (MHz)

30-75 MHz

75-400 MHz

400-1 000  MHz

E = 42

E = 42 + 15,13 log (F/75)

E = 53

Image 3

F (MHz)

E (dBμV/m)

Limitu tal-emissjonijiet radjati mill-vettura Limitu tal-approvazzjoni tat-tip tal-Broadband - 10 m Ditettur tal-Kważi-Quċċata - 120 kHz bandwidth

Frekwenza — megahertz — logaritmiku

(Ara l-paragrafi 6.2.2.2 u 7.2.2.2 ta' dan ir-Regolament)


Appendiċi 4

Limiti ta' referenza tan-narrowband għall-vetturi — Separazzjoni antenna-vettura: 10 m

Limitu E (dBμV/m) bi frekwenza F (MHz)

30-75 MHz

75-400 MHz

400-1 000  MHz

E = 22

E = 22 + 15,13 log (F/75)

E = 33

Image 4

F (MHz)

E (dBμV/m)

Limitu għall-emissjonijiet radjati mill-vettura Limitu tal-approvazzjoni tat-tip għan-narrowband - 10 m Ditettur tal-medja - 120 kHz bandwidth

Frekwenza — megahertz — logaritmiku

(Ara l-paragrafu 6.3.2.1 ta' dan ir-Regolament)


Appendiċi 5

Limiti ta' referenza tan-narrowband għall-vetturi — Separazzjoni antenna-vettura: 3 m

Limitu E (dBμV/m) bi frekwenza F (MHz)

30-75 MHz

75-400 MHz

400-1 000  MHz

E = 32

E = 32 + 15,13 log (F/75)

E = 43

Image 5

F (MHz)

E (dB)μV/m

Limitu għall-emissjonijiet radjati mill-vettura Limitu tal-approvazzjoni tat-tip għan-narrowband - 3 m Ditettur tal-medja - 120 kHz bandwidth

Frekwenza — megahertz — logaritmiku

(Ara l-paragrafu 6.3.2.2 ta' dan ir-Regolament)


Appendiċi 6

Subassemblaġġ elettriku/elettroniku — Limiti ta' referenza tal-broadband

Limitu E (dBμV/m) bi frekwenza F (MHz)

30-75 MHz

75-400 MHz

400-1 000  MHz

E = 62 – 25,13 log (F/30)

E = 52 + 15,13 log (F/75)

E = 63

Image 6

F (MHz)

E (dBμV/m)

Limitu tal-emissjonijiet radjati mill-ESA Limitu tal-approvazzjoni tat-tip għall-broadband - 1 m Ditettur tal-kważi quċċata - 120 kHz bandwidth

Frekwenza — megahertz — logaritmiku

(Ara l-paragrafi 6.5.2.1 u 7.10.2.1 ta' dan ir-Regolament)


Appendiċi 7

Subassemblaġġ elettriku/elettroniku — Limiti ta' referenza tan-narrowband

Limitu E (dBμV/m) bi frekwenza F (MHz)

30-75 MHz

75-400 MHz

400-1 000  MHz

E = 52 – 25,13 log (F/30)

E = 42 + 15,13 log (F/75)

E = 53

Image 7

F (MHz)

E (dBμV/m)

Limitu tal-emissjonijiet radjati mill-ESA Limitu tal-approvazzjoni tat-tip għall-broadband - 1 m Ditettur tal-medja - 120 kHz bandwidth

Frekwenza — megahertz — logaritmiku

(Ara l-paragrafu 6.6.2.1 ta' dan ir-Regolament)


Appendiċi 8

Netwerk artifiċjali HV

Grafika 1

Netwerk artifiċjali HV

Image 8

Spjega:

C2: 0,1 μF

L1: 5 μH

R1: 1 kΩ

C1: 0,1 μF

R2: 1 MΩ (skargar C2 sa < 50 Vdc f'ħin ta' 60 s)

Grafika 2

Impedenza tan-netwerk artifiċjali HV

Image 9

Impedenza

Frekwenza/MHz

Grafika 3

Kombinazzjoni tan-netwerks artifiċjali HV

Image 10

Port tal-kejl HV-

Linja tal-provvista HV-

Port tal-kejl HV+

Ert

Ert

Linja tal-provvista HV+


ANNESS 1

EŻEMPJI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

Mudell A

(Ara l-paragrafu 5.2 ta' dan ir-Regolament)

Image 11

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq vettura jew ESA turi li t-tip ta' vettura kkonċernat, fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nru 10 bin-Nru tal-approvazzjoni 2439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 10 kif emendat mis-serje ta' emendi 05.

Mudell B

(Ara l-paragrafu 5.2 ta' dan ir-Regolament)

Image 12

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq vettura jew ESA turi li t-tip ta' vettura kkonċernat, fir-rigward tal-kompatibbiltà elettromanjetika, ġie approvat fin-Netherlands (E4) skont ir-Regolamenti Nri 10 u 33. (1) In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-data meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 10 inkluda s-serje ta' emendi 05 u r-Regolament Nru 33 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu.


(1)  It-tieni numru hu mogħti biss bħala eżempju.


ANNESS 2A

DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' VETTURA FIR-RIGWARD TAL-KOMPATIBBILTÀ ELETTROMANJETIKA

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u għandha tinkludi werrej.

Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti fuq karta ta' daqs A4 jew folder ta' format A4.

F'każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, trid tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

Ġenerali

1.   Id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

2.   It-tip: …

3.   Il-kategorija tal-vettura: …

4.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat, jekk ikun hemm: …

5.   L-indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ …

Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura

6.   Ir-ritratt(i) u/jew id-disinn/disinji ta' vettura rappreżentattiva: …

7.   Pożizzjoni u arranġament tal-magna: …

Sistema tal-magna

8.   Manifattur: …

9.   Il-kodiċi tal-magna tal-manifattur kif immarkat fuq il-magna: …

10.   Il-magna ta' kombustjoni interna. …

11.   Il-prinċipju ta' tħaddim: tqabbid bi spark/tqabbid bil-kompressjoni, four-stroke/two-stroke (1)

12.   L-għadd u l-orjentament taċ-ċilindri …

13.   Alimentazzjoni tal-fjuwil …

14.   B'injezzjoni tal-fjuwil (tqabbid bil-kompressjoni biss): iva/le (1)

15.   L-unità ta' kontroll elettroniku: …

16.   Għamliet: …

17.   Deskrizzjoni tas-sistema: …

18.   B'injezzjoni tal-fjuwil (tqabbid bl-ispark plaggs biss): iva/le (1)

19.   Is-sistema elettrika: …

20.   Vultaġġ nominali: …V, ert pożittiv/negattiv (1)

21.   Il-ġeneratur: …

22.   It-tip: …

23.   L-ignixin: …

24.   Għamliet: …

25.   It-tip(i): …

26.   Il-prinċipju ta' tħaddim: …

27.   Is-sistema ta' alimentazzjoni tal-LPG: iva/le (1)

28.   L-unità ta' kontroll elettronika ta' ġestjoni tal-magna għall-alimentazzjoni tal-LPG …

29.   Għamliet: …

30.   It-tip(i): …

31.   Is-sistema ta' alimentazzjoni tan-NG: iva/le (1)

32.   L-unità ta' kontroll elettroniku ta' ġestjoni tal-magna għall-alimentazzjoni tal-NG …

33.   Għamliet: …

34.   It-tip(i): …

35.   Il-mutur tal-elettriku: …

36.   Tip (koljatura, eċitazzjoni) …

37.   Il-vultaġġ ta' operazzjoni: …

Il-magni li jaħdmu bil-gass (fil-każ ta' sistemi b'konfigurazzjoni differenti, agħti l-informazzjoni ekwivalenti)

38.   Unità ta' kontroll elettroniku (ECU)

39.   Għamliet: …

40.   It-tip(i): …

Trażmissjoni

41.   It-tip (mekkaniku, idrawliku, elettriku, eċċ): …

42.   Deskrizzjoni qasira tal-komponenti elettriċi/elettroniċi (jekk ikun hemm): …

Sospensjoni

43.   Deskrizzjoni qasira tal-komponenti elettriċi/elettroniċi (jekk ikun hemm): …

L-istering

44.   Deskrizzjoni qasira tal-komponenti elettriċi/elettroniċi (jekk ikun hemm): …

Brejkijiet

45.   Sistema ta' brejkijiet antilokk iva/le/fakultattiv (1)

46.   Għall-vetturi b'sistemi antilokk, deskrizzjoni tal-operazzjoni tas-sistema (inkluża kull parti elettronika), dijagramma blokka elettrika, pjan taċ-ċirkwit idrawliku jew pnewmatiku: …

Il-karozzerija

47.   It-tip ta' karrozzerija: …

48.   Materjali użati u metodi ta' kostruzzjoni: …

49.   Il-windskrin u twieqi oħra:

50.   Deskrizzjoni qasira tal-komponenti elettriċi/elettroniċi (jekk ikun hemm) tal-mekkaniżmu li jtella' t-twieqi: …

51.   Apparat għall-viżjoni indiretta fl-ambitu tar-Regolament Nru 46: …

52.   Deskrizzjoni qasira tal-komponenti elettriċi/elettroniċi (jekk hemm) tas-sistema ta' aġġustament: …

53.   Ċinturin tas-sikurezza u/jew sistemi oħra ta' trażżin

54.   Deskrizzjoni qasira tal-komponenti elettriċi/elettroniċi (jekk ikun hemm): …

55.   Is-soppressjoni tal-interferenza tar-radju:

56.   Deskrizzjoni u disinji/ritratti tal-forom u l-materjali kostitwenti tal-parti tal-karrozzerija li tifforma l-kompartiment tal-magna u l-parti tal-kompartiment tal-passiġġier l-eqreb tagħha: …

57.   Disinji jew ritratti tal-pożizzjoni tal-komponenti tal-metall li jinsabu fil-kompartiment tal-magna (eż. l-apparat tas-sħana, l-istepni, il-filtru tal-arja, il-mekkaniżmu tal-istering, eċċ): …

58.   It-tabella u d-disinn tat-tagħmir li jikkontrolla l-interferenza tar-radju: …

59.   Partikolaritajiet u valur nominali tar-resistenza DC, u fil-każ ta' cables tal-istartjar reżistenti, tar-reżistenza nominali tagħhom kull metru: …

Tidwil u l-apparat ta' sinjalar bid-dawl

60.   Deskrizzjoni qasira tal-komponenti elettriċi/elettroniċi minbarra l-fanali (jekk ikun hemm): …

Mixxellanji

61.   L-apparat għall-prevenzjoni tal-użu mhux awtorizzat tal-vettura: …

62.   Deskrizzjoni qasira tal-komponenti elettriċi/elettroniċi (jekk ikun hemm): …

63.   It-tabella tal-installazzjoni u tal-użu tat-trażmettituri RF fil-vettura jew vetturi, jekk applikabbli (ara l-paragrafu 3.1.8 ta' dan ir-Regolament): …

meded ta' frekwenza [Hz]

potenza ta' output massima [W]

Pożizzjoni tal-antenna fuq il-vettura, kundizzjonijiet speċifiċi għall-installazzjoni u/jew l-użu

64.   Vettura mgħammra b'tagħmir tar-radar b'medda qasira ta' 24 GHz: iva/le/fakultattiv (1).

L-applikant għall-approvazzjoni tat-tip għandu wkoll jipprovdi, fejn xieraq:

Appendiċi 1:

Lista bid-ditta/i u t-tip/i tal-komponenti elettriċi u/jew elettroniċi kollha kkonċernati minn dan ir-Regolament (ara l-paragrafi 2.9 u 2.10 ta' dan ir-Regolament) u mhux imniżżla qabel.

Appendiċi 2:

Dijagrammi skematiċi jew disinni tal-arranġament ġenerali ta' komponenti elettriċi u/jew elettroniċi (ikkonċernati minn dan ir-Regolament) u l-arranġament ġenerali tal-faxx tal-wajers.

Appendiċi 3:

Deskrizzjoni tal-vettura magħżula biex tirrappreżenta t-tip:

 

Stil tal-karrozzerija: …

 

Sewqan fuq il-lemin jew fuq ix-xellug: …

 

Il-bażi tar-rota: …

Appendiċi 4:

Rapport(i) tat-test rilevanti pprovduti mill-manifattur minn laboratorju tat-test akkreditat skont ISO 17025 u rikonoxxut mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-tip għall-fini tal-kompilazzjoni taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip.

65.   Iċ-ċarġer: abbord/estern/mingħajr (1):

66.   Kurrent tal-iċċarġjar: kurrent dirett/kurrent alternanti (numru ta' fażijiet/frekwenza) (1):

67.   Kurrent nominali massimu (f'kull modalità jekk meħtieġ): …

68.   Vultaġġ tal-iċċarġjar nominali: …

69.   Funzjonijiet bażiċi tal-interface tal-vettura: eż: L1/L2/L3/N/E/pilota ta' kontroll: …

70.   Valur Rsce minimu (ara l-paragrafu 7.3)

71.   Il-cable tal-iċċarġjar jiġi mal-vettura: iva/le (1)

72.   Jekk il-cable tal-iċċarġjar jiġi mal-vettura:

 

Tul (m) …

 

Erja tas-sezzjoni (mm2) …


(1)  Aqta' dak li ma japplikax.


ANNESS 2B

DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' SUBASSEMBLAĠĠ ELETTRIKU/ELETTRONIKU FIR-RIGWARD TAL-KOMPATIBBILTÀ ELETTROMANJETIKA

L-informazzjoni li ġejja, jekk din tkun tapplika, għandha tiġi ppreżentata fi tliet kopji u għandha tinkludi lista tal-kontenut. Kull disinn għandu jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti fuq karta ta' daqs A4 jew folder ta' format A4. F'każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

1.   Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

2.   It-tip: …

3.   Il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-komponent/l-unità teknika separata (1):

3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

4.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat, jekk ikun hemm: …

5.   Fil-każ ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu ta' twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni: …

6.   L-indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …

7.   Dan l-ESA għandu jkun approvat bħala komponent/STU (2)

8.   Kull restrizzjoni tal-użu u l-kundizzjonijiet għall-armar: …

9.   Vultaġġ nominali tas-sistema elettrika: …V, ert pożittiva/negattiva (2)

Appendiċi 1:

Deskrizzjoni tal-ESA magħżul biex jirrappreżenta t-tip (dijagramma elettronika bi blokki u lista tal-komponenti ewlenin li jikkostitwixxu l-ESA (eż. id-ditta u t-tip ta' mikroproċessur, kristall, eċċ.)).

Appendiċi 2:

Rapport(i) rilevanti tat-test ipprovduti mill-manifattur minn laboratorju tat-testijiet akkreditat għal ISO 17025 u rikonoxxut mill-Awtorità tal-Approvazzjoni għall-għan tal-kompilazzjoni taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip.

Applikabbli biss għas-sistemi tal-iċċarġjar: …

10.   Iċ-ċarġer: abbord/estern (2)

11.   Kurrent tal-iċċarġjar: kurrent dirett/kurrent alternanti (numru ta' fażijiet/frekwenza) (2)

12.   Kurrent nominali massimu (f'kull modalità jekk meħtieġ) …

13.   Vultaġġ tal-iċċarġjar nominali …

14.   Funzjonijiet bażiċi tal-interface tal-ESA: eż. L1/L2/L3/N/PE/pilota ta' kontroll …

15.   Valur Rsce minimu (ara l-paragrafu 7.11 ta' dan ir-Regolament) …


(1)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu l-komponent jew it-tipi tal-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(2)  Ħassar fejn ma japplikax.


ANNESS 3A

Image 13

Test ta 'immaġni

Image 14

Test ta 'immaġni

ANNESS 3B

Image 15

Test ta 'immaġni

Image 16

Test ta 'immaġni

ANNESS 4

METODU TA' KEJL TAL-EMISSJONIJIET ELETTROMANJETIĊI BROADBAND RADJATI MINN VETTURI

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu ta' test deskritt f'dan l-anness għandu jkun applikat biss għall-vetturi. Dan il-metodu jikkonċerna ż-żewġ konfigurazzjonijiet tal-vettura:

(a)

Għajr il-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”.

(b)

“Il-modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

1.2.   Metodu tal-ittestjar

Dan it-test hu maħsub biex ikejjel l-emissjonijiet broadband iġġenerati minn sistemi elettriċi jew elettroniċi mwaħħla fuq il-vettura (eż. sistemi tal-ignixin jew muturi tal-elettriku).

Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dan l-anness, it-test għandu jitwettaq skont is-CISPR 12.

2.   STAT TAL-VETTURA MATUL IT-TESTIJIET

2.1.   Vettura fil-konfigurazzjoni għajr “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”.

2.1.1.   Il-magna

Il-magna għandha titħaddem skont is-CISPR 12.

2.1.2.   Sistemi oħra tal-vettura

It-tagħmir kollu li kapaċi jiġġenera emissjonijiet broadband li jista' jinxtegħel b'mod permanenti mis-sewwieq jew mill-passiġġier, għandu jitħaddem b'tagħbija massima, eż. muturi tal wajpers jew fannijiet. Il-ħorn u l-muturi tat-twieqi elettriċi huma esklużi għax ma jintużawx kontinwament.

2.2.   Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

L-istat taċ-ċarġ (SOC) tal-batterija tat-trazzjoni għandu jinżamm bejn 20 u 80 fil-mija tas-SOC massimu matul il-kejl kollu tal-medda ta' frekwenzi (dan jista' jwassal biex il-kejl jinqasam bejn sottobandi differenti fejn ikun meħtieġ li l-batterija tat-trazzjoni tal-vettura tiġi skargata qabel ma jibdew is-sottobandi segwenti). Jekk il-konsum tal-kurrent ikun jista' jiġi aġġustat, il-kurrent għandu jiġi kkonfigurat għal tal-anqas 80 fil-mija tal-valur nominali tiegħu.

Il-preparazzjoni tat-test għall-konnessjoni tal-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità tal-iċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” tidher fil-Grafiki 3a sa 3h (skont jekk il-modalità tal-iċċarġjar tkunx bi provvista AC jew DC, skont fejn tkun tinsab il-plakka tal-iċċarġjar u jekk l-iċċarġjar isirx bil-komunikazzjoni jew mingħajrha) tal-Appendiċi ta' dan l-anness.

2.3.   Stazzjon tal-iċċarġjar / mains tal-elettriku

L-istazzjon tal-iċċarġjar jista' jitqiegħed fil-post tat-test jew barra minnu.

Nota 1: Jekk il-komunikazzjoni bejn il-vettura u l-istazzjon tal-iċċarġjar tista' tkun issimulata, l-istazzjon tal-iċċarġjar jista' jiġi sostitwit permezz ta' provvista mill-mains tal-elettriku.

Fiż-żewġ każijiet, il-mains tal-elettriku u s-sokits tal-linji tal-komunikazzjoni duplikati għandhom jitqiegħdu fil-post tat-test bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-vettura għandha titqiegħed direttament fuq il-pjan tal-massa.

(b)

It-tul tal-faxx tal-wajers bejn il-mains tal-elettriku/is-sokit tal-linji tal-komunikazzjoni u l-AN(s)/IS(s) għandu jinżamm qasir kemm jista' jkun.

(c)

It-tul tal-faxx tal-wajers bejn il-mains tal-elettriku/is-sokit tal-linji tal-komunikazzjoni u l-AN(s)/IS(s) għandu jitqiegħed qrib kemm jista' jkun tal-pjan tal-massa.

Nota 2: Il-mains tal-elettriku u s-sokit(s) tal-linji tal-komunikazzjoni għandhom ikunu ffiltrati.

Jekk l-istazzjon tal-iċċarġjar tkun fil-post tat-test, il-faxx tal-wajers bejn l-istazzjon tal-iċċarġjar u l-mains tal-elettriku/sokit tal-linja tal-komunikazzjoni għandu jitqiegħed b'dan il-mod:

(a)

Il-faxx fuq in-naħa tal-istazzjon tal-iċċarġjar għandu jiddendel 'l isfel vertikalment lejn il-pjan tal-massa.

(b)

It-tul żejjed għandu jitqiegħed qrib kemm jista' jkun tal-pjan tal-massa u mitwi forma ta' Z jekk meħtieġ.

Nota 3: L-istazzjon tal-iċċarġjar għandu jitqiegħed barra l-wisa' tar-raġġ tal-antenna tar-riċezzjoni.

2.4.   Netwerks artifiċjali

In-netwerks artifiċjali (AN) għandhom jitqiegħdu direttament fuq il-pjan tal-massa. Il-kaxxi tal-AN għandhom ikunu mwaħħla mal-pjan tal-massa.

Il-port tal-kejl ta' kull AN għandu jiġi tterminat b'tagħbija ta' 50 Ω.

L-AN għandu jitqiegħed kif definit fil-Grafiki 3a sa 3h.

2.5.   Stabilizzazzjoni tal-impedenza

Il-linji tal-komunikazzjoni għandhom jiġu mqabbda mal-vettura bl-istabilizzazzjoni tal-impedenza (IS).

L-istabilizzazzjoni tal-impedenza (IS) għandha titqabbad mal-cables tan-netwerk u tal-komunikazzjoni kif definit fis-CISPR 22, paragrafu 9.6.2.

L-IS(s) għandhom jitqiegħdu direttament fuq il-pjan tal-massa. Il-kaxxa tal-IS għandha tkun imwaħħla mal-pjan tal-massa.

Il-port tal-kejl ta' kull IS għandu jiġi tterminat b'tagħbija ta' 50 Ω.

L-IS għandu jitqiegħed kif definit fil-Grafiki 3e sa 3h.

2.6.   Cable tal-iċċarġjar/komunikazzjoni

Il-cable tal-iċċarġjar/komunikazzjoni għandu jitqiegħed f'linja dritta bejn l-AN(s)/IS(s) u l-plakka tal-iċċarġjar tal-vettura. It-tul ta' cable għandu jkun 0.8 m (+ 0,2/– 0 m).

Jekk it-tul tal-cable ikun aktar minn 1m, it-tul ta' barra għandu jkun mitwi forma ta' Z f'wisa' ta' inqas minn 0,5 m.

Il-cable tal-iċċarġjar/komunikazzjoni fil-ġenb tal-vettura għandu jiddendel vertikalment distanza ta' 100 mm (+ 200/– 0 mm) mill-karrozzerija tal-vettura.

Il-cable kollu kemm hu għandu jitqiegħed fuq materjal mhux konduċenti, b'permittività relattiva baxxa (kostant dielettriku) (εr ≤ 1,4), f'distanza ta' 100 mm (± 25 mm) 'il fuq mill-pjan tal-massa.

3.   LOKAZZJONI TAL-KEJL

3.1.   Bħala alternattiva għar-rekwiżiti ta' CISPR 12, għal vetturi tal-kategorija L il-wiċċ tat-test jista' jkun f'kull post li jissodisfa l-kundizzjonijiet li jidhru fil-Grafika fl-Appendiċi ta' dan l-anness. F'dan il-każ, it-tagħmir tal-kejl għandu jkun barra mill-parti li tidher fil-Grafika 1 tal-Appendiċi ta' dan l-Anness.

3.2.   Jistgħu jintużaw faċilitajiet magħluqa tat-test jekk tista' tintwera korrelazzjoni bejn ir-riżultati miksuba fil-faċilità magħluqa tat-test u dawk miksuba f'sit ta' barra. Il-faċilitajiet magħluqa tat-test ma għandhomx bżonn jissodisfaw ir-rekwiżiti dimensjonali tas-sit ta' barra ħlief id-distanza mill-antenna sal-vettura u l-għoli tal-antenna.

4.   REKWIŻITI TAT-TEST

4.1.   Il-limiti japplikaw tul il-medda kollha ta' frekwenzi bejn 30 u 1 000 MHz għal kejl li jsir f'kamra semianekoika jew f'sit tat-test ta' barra.

4.2.   Il-kejl jista' jsir b'detetturi tal-qċaċet jew tal-kważi qċaċet. Il-limiti mogħtija fil-paragrafi 6.2 u 6.5 ta' dan ir-Regolament huma għal detetturi tal-kważi quċċata. Jekk jintużaw detetturi tal-quċċata għandu jiġi applikat fattur ta' korrezzjoni ta' 20 dB kif definit fis-CISPR 12.

4.3.   Il-kejl għandu jsir b'analizzatur tal-ispettru jew b'riċevitur tal-iskennjar. Il-parametri li għandhom jintużaw huma ddefiniti fit-Tabella 1 u t-Tabella 2.

Tabella 1

Parametri tal-analizzatur tal-ispettru

Medda ta' Frekwenzi

MHz

Detettur tal-quċċata

Detettur tal-kważi-quċċata

Detettur tal-medja

RBW f' – 3 dB

Ħin ta' skennjar

RBW f' – 6 dB

Ħin ta' skennjar

RBW f' – 3 dB

Ħin ta' skennjar

30 sa 1 000

100/120 kHz

100 ms/MHz

120 kHz

20 s/MHz

100/120 kHz

100 ms/MHz

Nota: Jekk jintuża analizzatur tal-ispettru għall-kejl tal-quċċata, il-wisa' tal-banda tal-video għandha tkun tal-anqas tliet darbiet il-wisa' tal-banda ta' riżoluzzjoni (RBW).


Tabella 2

Parametri tar-riċevitur tal-iskennjar

Medda ta' Frekwenzi

MHz

Detettur tal-quċċata

Detettur tal-kważi-quċċata

Detettur tal-medja

BW f'– 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

30 sa 1 000

120 kHz

50 kHz

5 ms

120 kHz

50 kHz

1 s

120 kHz

50 kHz

5 ms

4.4.   Kejl

Is-Servizz Tekniku għandu jwettaq it-test bl-intervalli speċifikati fl-istandard CISPR 12 tul il-medda kollha ta' frekwenzi bejn 30 u 1 000 MHz.

Minflok, jekk il-manifattur jipprovdi d-dejta tal-kejl għall-banda sħiħa ta' frekwenzi minn laboratorju tat-testijiet akkreditat għall-partijiet applikabbli tal-ISO 17025 (it-tieni edizzjoni 2005 u Rettifika: 2006) u rikonoxxut mill-Awtorità tal-Approvazzjoni, tat-tip is-Servizz Tekniku jista' jaqsam il-medda ta' frekwenzi f'14-il banda ta' frekwenzi 30-34, 34-45, 45-60, 60-80, 80-100, 100-130, 130-170, 170-225, 225-300, 300-400, 400-525, 525-700, 700-850 u 850-1 000 MHz u jwettaq it-testijiet bl-14-il frekwenza li jagħtu l-ogħla livelli ta' emissjonijiet f'kull banda biex jikkonferma li l-vettura tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-anness.

Fil-każ li dan il-limitu jinqabeż matul it-test, għandhom isiru investigazzjonijiet biex jiġi żgurat li dan huwa kkawżat minħabba l-vettura u mhux minħabba radjazzjoni fl-isfond.

4.5.   Il-qari

Il-massimu tal-qari relatat mal-limitu (polarizzazzjoni orizzontali u vertikali u l-post tal-antenna fuq in-naħat tax-xellug u tal-lemin tal-vettura) f'kull waħda mill-14-il banda ta' frekwenzi għandu jitqies bħala l-qari karatteristiku fil-frekwenza li fiha jkun twettaq il-kejl.


(1)  Għal disturbi purament tal-broadband, id-daqs massimu tal-intervall tal-frekwenza jista' jiżdied sa valur li ma jaqbiżx il-valur tal-wisa' tal-banda.

Appendiċi

Grafika 1

Wiċċ orizzontali ċar mingħajr riflessjoni elettromanjetika

Delimitazzjoni tal-wiċċ definit minn elissi

Image 17

Il-punt tan-nofs tal-magna jinsab fuq il-linja perpendikolari mpinġija għall-punt tan-nofs tal-antenna

Dijametru żgħir

F = 10,0 ± 0,2 m

(3,00 ± 0,05 m)

VETTURA

Antenna

Dijametru kbir = 2F

Grafika 2

Pożizzjoni tal-antenna b'rabta mal-vettura

Grafika 2a

Antenna dipole f'pożizzjoni biex tkejjel il-komponenti ta' radjazzjoni vertikali

Image 18

Test ta 'immaġni

Grafika 2b

Antenna dipole f'pożizzjoni biex tkejjel il-komponenti ta' radjazzjoni orizzontali

Image 19

Test ta 'immaġni

Grafika 3

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

Eżempji tal-konfigurazzjoni tat-test għal vettura bi plakka li tinsab mal-ġenb tal-vettura (AC mingħajr komunikazzjoni)

Grafika 3a

Image 20

Test ta 'immaġni

Grafika 3b

Image 21

Test ta 'immaġni

Tifsira:

1

Vettura ttestjata

2

Appoġġ bl-iżolazzjoni

3

Cable tal-iċċarġjar

4

Netwerk(s) artifiċjali mqabbdin mal-ert

5

Sokit tal-mains tal-elettriku

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

Eżempji tal-konfigurazzjoni tat-test għal vettura bi plakka li tinsab fuq wara/quddiem tal-vettura (AC mingħajr komunikazzjoni)

Grafika 3c

Image 22

Test ta 'immaġni

Grafika 3d

Image 23

Test ta 'immaġni

Tifsira:

1

Vettura ttestjata

2

Appoġġ bl-iżolazzjoni

3

Cable tal-iċċarġjar

4

Netwerk(s) artifiċjali mqabbdin mal-ert

5

Sokit tal-mains tal-elettriku

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

Eżempji tal-konfigurazzjoni tat-test għal vettura bi plakka li tinsab mal-ġenb tal-vettura (AC jew DC bil-komunikazzjoni)

Grafika 3e

Image 24

Test ta 'immaġni

Grafika 3f

Image 25

Test ta 'immaġni

Tifsira:

1

Vettura ttestjata

2

Appoġġ bl-iżolazzjoni

3

Cable tal-iċċarġjar/komunikazzjoni

4

Netwerk(s) artifiċjali AC jew DC imqabbdin mal-ert

5

Sokit tal-mains tal-elettriku

6

Stabilizzazzjoni(jiet) tal-impedenza mqabbdin mal-ert

7

Stazzjon tal-iċċarġjar

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

Eżempji tal-konfigurazzjoni tat-test għal vettura bi plakka li tinsab fuq wara/quddiem tal-vettura (AC jew DC mingħajr komunikazzjoni)

Grafika 3g

Image 26

Test ta 'immaġni

Grafika 3h

Image 27

Test ta 'immaġni

Tifsira:

1

Vettura ttestjata

2

Appoġġ bl-iżolazzjoni

3

Cable tal-iċċarġjar/komunikazzjoni

4

Netwerk(s) artifiċjali AC jew DC imqabbdin mal-ert

5

Sokit tal-mains tal-elettriku

6

Stabilizzazzjoni(jiet) tal-impedenza mqabbdin mal-ert

7

Stazzjon tal-iċċarġjar


ANNESS 5

METODU TA' KEJL TAL-EMISSJONIJIET ELETTROMANJETIĊI NARROWBAND RADJATI MINN VETTURI

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu ta' test deskritt f'dan l-anness għandu jkun applikat biss għall-vetturi. Dan il-metodu jikkonċerna biss il-konfigurazzjoni tal-vettura għajr “il-modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”.

1.2.   Metodu tal-ittestjar

Dan it-test hu maħsub biex ikejjel l-emissjonijiet elettromanjetiċi narrowband li jistgħu joħorġu minn sistema bbażata fuq mikroproċessur jew minn sors narrowband ieħor.

Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dan l-anness, it-test għandu jitwettaq skont is-CISPR 12 jew CISPR 25.

1.3.   Bħala l-ewwel pass, il-livelli tal-emissjonijiet fil-banda ta' Modulazzjoni tal-Frekwenza (FM) (minn 76 sa 108 MHz) għandhom jitkejlu fl-antenna tar-radju tax-xandir tal-vettura b'detettur tal-medja. Jekk il-livell speċifikat fil-punt 6.3.2.4 ta' dan ir-Regolament ma jinqabiżx, allura l-vettura għandha titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan l-anness fir-rigward ta' dik il-banda ta' frekwenzi u t-test sħiħ ma għandux jitwettaq.

1.4.   Bħala alternattiva għall-vetturi tal-kategorija L il-post tal-kejl jista' jingħażel skont l-Anness 4, il-paragrafi 3.1 u 3.2.

2.   STAT TAL-VETTURA MATUL IT-TESTIJIET

2.1.   Is-swiċċ tal-ignixin għandu jkun mixgħul. Il-magna ma għandhiex tkun qed taħdem.

2.2.   Is-sistemi elettroniċi tal-vettura għandhom kollha jkunu f'kundizzjoni ta' tħaddim normali bil-vettura wieqfa.

2.3.   It-tagħmir kollu li jista' jinxtegħel b'mod permanenti mis-sewwieq jew mill-passiġġier b'oxxillaturi interni > 9 kHz jew sinjali ripetittivi għandu jaħdem b'mod normali.

3.   REKWIŻITI TAT-TEST

3.1.   Il-limiti japplikaw tul il-medda kollha ta' frekwenzi bejn 30 u 1 000 MHz għal kejl li jsir f'kamra semianekoika jew f'sit tat-test ta' barra.

3.2.   Il-kejl għandu jitwettaq b'detettur tal-medja.

3.3.   Il-kejl għandu jsir b'analizzatur tal-ispettru jew b'riċevitur tal-iskennjar. Il-parametri li għandhom jintużaw huma ddefiniti fit-Tabella 1 u t-Tabella 2.

Tabella 1

Parametri tal-analizzatur tal-ispettru

Medda ta' Frekwenzi

MHz

Detettur tal-quċċata

Detettur tal-kważi-quċċata

Detettur tal-medja

RBW f' – 3 dB

Ħin ta' skennjar

RBW f' – 6 dB

Ħin ta' skennjar

RBW f' – 3 dB

Ħin ta' skennjar

30 sa 1 000

100/120 kHz

100 ms/MHz

120 kHz

20 s/MHz

100/120 kHz

100 ms/MHz

Nota: Jekk jintuża analizzatur tal-ispettru għall-kejl tal-quċċata, il-wisa' tal-banda tal-video għandha tkun tal-anqas tliet darbiet il-wisa' tal-banda ta' riżoluzzjoni (RBW).


Tabella 2

Parametri tar-riċevitur tal-iskennjar

Medda ta' Frekwenzi

MHz

Detettur tal-quċċata

Detettur tal-kważi-quċċata

Detettur tal-medja

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

30 sa 1 000

120 kHz

50 kHz

5 ms

120 kHz

50 kHz

1 s

120 kHz

50 kHz

5 ms

3.4.   Kejl

Is-Servizz Tekniku għandu jwettaq it-test bl-intervalli speċifikati fl-istandard CISPR 12 tul il-medda kollha ta' frekwenzi bejn 30 u 1 000 MHz.

Minflok, jekk il-manifattur jipprovdi d-dejta tal-kejl għall-banda sħiħa ta' frekwenzi minn laboratorju tat-testijiet akkreditat għall-partijiet applikabbli tal-ISO 17025 u rikonoxxut mill-Awtorità tal-Approvazzjoni, tat-tip is-Servizz Tekniku jista' jaqsam il-medda ta' frekwenzi f'14-il banda ta' frekwenzi 30-34, 34-45, 45-60, 60-80, 80-100, 100-130, 130-170, 170-225, 225-300, 300-400, 400-525, 525-700, 700-850 u 850-1 000 MHz u jwettaq it-testijiet bl-14-il frekwenza li jagħtu l-ogħla livelli ta' emissjonijiet f'kull banda biex jikkonferma li l-vettura tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-anness.

Fil-każ li l-limitu jinqabeż matul it-test, għandhom isiru investigazzjonijiet biex jiġi żgurat li dan huwa kkawżat minħabba l-vettura u mhux minħabba radjazzjoni fl-isfond, inkluża radjazzjoni broadband minn kwalunkwe ESA.

3.5.   Il-qari

Il-massimu tal-qari relatat mal-limitu (polarizzazzjoni orizzontali u vertikali u l-post tal-antenna fuq in-naħat tax-xellug u tal-lemin tal-vettura) f'kull waħda mill-14-il banda ta' frekwenzi għandu jitqies bħala l-qari karatteristiku fil-frekwenza li fiha jkun twettaq il-kejl.


(1)  Għal disturbi purament tal-broadband, id-daqs massimu tal-intervall tal-frekwenza jista' jiżdied sa valur li ma jaqbiżx il-valur tal-wisa' tal-banda.


ANNESS 6

METODU TA' TTESTJAR GĦALL-IMMUNITÀ TAL-VETTURI GĦAR-RADJAZZJONI ELETTROMANJETIKA

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu ta' test deskritt f'dan l-anness għandu jkun applikat biss għall-vetturi. Dan il-metodu jikkonċerna ż-żewġ konfigurazzjonijiet tal-vettura:

(a)

Għajr il-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”.

(b)

“Il-modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”.

1.2.   Metodu tal-ittestjar

It-test hu maħsub biex juri l-immunità tas-sistemi elettroniċi tal-vettura. Il-vettura għandha tkun suġġetta għal kampijiet elettromanjetiċi kif deskritt f'dan l-anness. Waqt it-testijiet, il-vettura għandha tkun immonitorjata.

Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dan l-anness, it-test għandu jitwettaq skont l-ISO 11451-2-1.

1.3.   Metodi ta' test alternattivi

It-test jista' jitwettaq alternattivament f'sit tat-test ta' barra għall-vetturi kollha. Il-faċilità tat-test għandha tikkonforma mar-rekwiżiti legali (nazzjonali) li għandhom x'jaqsmu mal-emissjoni ta' kampijiet elettromanjetiċi.

Jekk vettura tkun itwal minn 12 m u/jew usa' minn 2,60 m u/jew ogħla minn 4,00 m, jista' jintuża metodu BCI (injezzjoni ta' massa ta' kurrent) skont l-ISO 11451-4 fil-medda ta' frekwenzi bejn 20 u 2 000 MHz b'livelli definiti fil-paragrafu 6.8.2.1 ta' dan ir-Regolament.

2.   STAT TAL-VETTURA MATUL IT-TESTIJIET

2.1.   Vettura fil-konfigurazzjoni għajr “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”.

2.1.1.   Il-vettura għandha tkun f'kundizzjoni mhux mgħobbija ħlief għat-tagħmir neċessarju tat-test.

2.1.1.1.   Il-magna għandha normalment iddawwar ir-roti tas-sewqan b'veloċità kostanti ta' 50 km/h jekk ma jkunx hemm raġuni teknika minħabba l-vettura biex tiġi definita kundizzjoni differenti. Għall-vetturi tal-kategoriji L1 u L2, il-veloċità kostanti għandha tkun issettjata għal 25 km/h. Il-vettura għandha tkun fuq dinamometru mgħobbi kif xieraq jew alternattivament sostnut fuq stands tal-fus iżolati b'għoli minimu mill-art jekk ma jkun hemm l-ebda dinamometru disponibbli. Fejn xieraq, xaftijiet għat-trażmissjoni, ċinturini jew katini jistgħu jiġu skonnettjati (eż trakkijiet, vetturi b'żewġ roti jew bi tlieta).

2.1.1.2.   Kundizzjonijiet bażiċi tal-vettura

Il-paragrafu jiddefinixxi l-kundizzjonijiet minimi tat-test (safejn japplikaw) u l-kriterji ta' falliment għat-testijiet ta' immunità tal-vetturi. Sistemi oħra tal-vettura, li jistgħu jaffettwaw il-funzjonijiet relatati mal-immunità, għandhom jiġu ttestjati b'mod li għandu jiġi stabbilit bi ftehim bejn il-manifattur u s-Servizz Tekniku.

Kundizzjonijiet tat-test tal-vettura għaċ-“ċiklu ta' 50 km/h”

Kriterji ta' falliment

Veloċità tal-vettura ta' 50 km/h (rispettivament 25 km/h għal vetturi L1, L2) ± 20 fil-mija (vettura li tmexxi r-rombli). Jekk il-vettura tkun mgħammra b'sistema ta' cruise control, din għandha titħaddem.

Varjazzjoni tal-veloċità akbar minn 10 fil-mija tal-veloċità nominali. Fil-każ ta' gearbox awtomatika: bdil fil-proporzjon tal-ger li jwassal għal varjazzjoni tal-veloċità akbar minn ± 10 fil-mija tal-veloċità nominali.

Fanali tar-raġġ baxx mixgħula (mod manwali)

Dawl mitfi

Wajper ta' quddiem mixgħula (mod manwali) b'veloċità massima

Waqfien għal kollox tal-wajper ta' quddiem

Indikatur tad-direzzjoni fuq in-naħa tas-sewwieq mixgħul

Bdil fil-frekwenza (aktar baxx minn 0,75 Hz jew akbar minn 2,25 Hz). Bdil taċ-ċiklu ta' funzjonament (aktar baxx minn 25 fil-mija jew akbar minn 75 fil-mija).

Suspenxin aġġustabbli f'pożizzjoni normali

Varjazzjoni sinifikanti mhux prevista

Is-sedil tas-sewwieq u l-istering f'pożizzjoni medja

Varjazzjoni mhux prevista akbar minn 10 fil-mija tal-medda totali

Allarm diżattivat

Attivazzjoni mhux prevista tal-allarm

Ħorn mitfi

Attivazzjoni mhux prevista tal-ħorn

Airbag u sistemi ta' restrizzjoni ta' sikurezza operattivi bl-airbag tal-passiġġier diżattivat jekk din il-funzjoni teżisti

Attivazzjoni mhux prevista

Għeluq awtomatiku tal-bibien

Ftuħ mhux previst

Liver tal-brejk b'reżistenza aġġustabbli fil-pożizzjoni normali

Attivazzjoni mhux prevista


Kundizzjonijiet tat-test tal-vettura għaċ-“ċiklu tal-brejk”

Kriterji ta' falliment

Li jridu jiġu definiti fil-pjan tat-test taċ-ċiklu tal-brejk. Dan għandu jinkludi t-tħaddim tal-pedala tal-brejk (sakemm ma hemmx raġunijiet tekniċi biex ma jsirx dan) iżda mhux neċessarjament azzjoni tas-sistema tal-ibbrejkjar anti-lock.

Dwal ta' waqfien mitfija waqt iċ-ċiklu

Dawl tat-twissija tal-brejk mixgħul b'telf tal-funzjoni.

Attivazzjoni mhux prevista

2.1.1.3.   It-tagħmir kollu li jista' jinxtegħel b'mod permanenti mis-sewwieq jew mill-passiġġier għandu jaħdem b'mod normali.

2.1.1.4.   Is-sistemi l-oħra kollha li jaffettwaw il-kontroll tal-vettura min-naħa tas-sewwieq għandhom ikunu (jaħdmu) bħal waqt it-tħaddim normali tal-vettura.

2.1.2.   Jekk ikun hemm sistemi elettriċi/elettroniċi tal-vettura li jiffurmaw parti integrali mill-kontroll dirett tal-vettura, li ma jaħdmux fil-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2.1, il-manifattur jista' jipprovdi rapport jew evidenza addizzjonali lis-Servizz Tekniku li s-sistema elettrika/elettronika tal-vettura tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Evidenza bħal din għandha tinżamm fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip.

2.1.3.   Waqt il-monitoraġġ tal-vettura għandu jintuża biss tagħmir li ma jġibx perturbazzjoni. Il-parti ta' barra tal-vettura u l-kompartiment tal-passiġġier għandhom ikunu mmonitorjati biex ikun stabbilit jekk ir-rekwiżiti ta' dan l-anness humiex issodisfati (eż. bl-użu ta' vidjokamera(s), mikrofonu, eċċ.).

2.2.   Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

2.2.1.   Il-vettura għandha tkun f'kundizzjoni mhux mgħobbija ħlief għat-tagħmir neċessarju tat-test.

2.2.1.1.   Il-magna għandha tkun immobilizzata, il-magna mitfija u fil-modalità ta' ċċarġjar.

2.2.1.2.   Kundizzjonijiet bażiċi tal-vettura

Il-paragrafu jiddefinixxi l-kundizzjonijiet minimi tat-test (safejn japplikaw) u l-kriterji ta' falliment għat-testijiet ta' immunità tal-vetturi. Sistemi oħra tal-vettura, li jistgħu jaffettwaw il-funzjonijiet relatati mal-immunità, għandhom jiġu ttestjati b'mod li għandu jiġi stabbilit bi ftehim bejn il-manifattur u s-Servizz Tekniku.

Kundizzjonijiet tat-test tal-vettura bil-“modalità ta' ċċarġjar REESS”

Kriterji ta' falliment

L-REESS għandha tkun fil-modalità ta' ċċarġjar. L-istat taċ-ċarġ (SOC) tar-REESS għandu jinżamm bejn 20 u 80 fil-mija tas-SOC massimu matul il-kejl kollu tal-medda ta' frekwenzi (dan jista' jwassal biex il-kejl jinqasam bejn sottobandi differenti fejn ikun meħtieġ li l-batterija tat-trazzjoni tal-vettura tiġi skargata qabel ma jibdew is-sottobandi segwenti). Jekk il-konsum tal-kurrent ikun jista' jiġi aġġustat, il-kurrent għandu jiġi kkonfigurat għal tal-anqas 20 fil-mija tal-valur nominali tiegħu.

Il-vettura tibda tinstaq

2.2.1.3.   It-tagħmir kollu l-ieħor li jista' jinxtegħel b'mod permanenti mis-sewwieq jew mill-passiġġier għandu jkun mitfi.

2.2.2.   Waqt il-monitoraġġ tal-vettura għandu jintuża biss tagħmir li ma jġibx perturbazzjoni. Il-parti ta' barra tal-vettura u l-kompartiment tal-passiġġier għandhom ikunu mmonitorjati biex ikun stabbilit jekk ir-rekwiżiti ta' dan l-anness humiex issodisfati (eż. bl-użu ta' vidjokamera(s), mikrofonu, eċċ.).

2.2.3.   Il-preparazzjoni tat-test għall-konnessjoni tal-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” tidher fil-Grafiki 4a sa 4h (skont jekk il-modalità tal-iċċarġjar tkunx bi provvista AC jew DC, skont fejn tkun tinsab il-plakka tal-iċċarġjar u jekk l-iċċarġjar isirx bil-komunikazzjoni jew mingħajrha) tal-Appendiċi ta' dan l-anness.

2.3.   Stazzjon tal-iċċarġjar/mains tal-elettriku

L-istazzjon tal-iċċarġjar jista' jitqiegħed fil-post tat-test jew barra minnu.

Nota 1: Jekk il-komunikazzjoni bejn il-vettura u l-istazzjon tal-iċċarġjar tista' tkun issimulata, l-istazzjon tal-iċċarġjar jista' jiġi sostitwit permezz ta' provvista mill-mains tal-elettriku.

Fiż-żewġ każijiet, il-mains tal-elettriku u s-sokits tal-linji tal-komunikazzjoni duplikati għandhom jitqiegħdu fil-post tat-test bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-vettura għandha titqiegħed direttament fuq il-pjan tal-massa;

(b)

It-tul tal-faxx tal-wajers bejn il-mains tal-elettriku/is-sokit tal-linji tal-komunikazzjoni u l-AN(s)/IS(s) għandu jinżamm qasir kemm jista' jkun.

(c)

It-tul tal-faxx tal-wajers bejn il-mains tal-elettriku/is-sokit tal-linji tal-komunikazzjoni u l-AN(s)/IS(s) għandu jitqiegħed qrib kemm jista' jkun tal-pjan tal-massa.

Nota 2: Il-mains tal-elettriku u s-sokit(s) tal-linji tal-komunikazzjoni għandhom ikunu ffiltrati.

Jekk l-istazzjon tal-iċċarġjar ikun fil-post tat-test, il-faxx tal-wajers bejn l-istazzjon tal-iċċarġjar u l-mains tal-elettriku/sokit tal-linja tal-komunikazzjoni għandu jitqiegħed b'dan il-mod:

(a)

Il-faxx tal-wajers fuq in-naħa tal-istazzjon tal-iċċarġjar għandu jiddendel 'l isfel vertikalment għall-pjan tal-massa;

(b)

It-tul żejjed għandu jitqiegħed qrib kemm jista' jkun tal-pjan tal-massa u mitwi forma ta' Z jekk meħtieġ.

Nota 3: L-istazzjon tal-iċċarġjar għandu jitqiegħed barra l-wisa' tar-raġġ tal-antenna tat-trażmissjoni.

2.4.   Netwerks artifiċjali

In-netwerks artifiċjali (AN) għandhom jitqiegħdu direttament fuq il-pjan tal-massa. Il-kaxxi tal-AN għandhom ikunu mwaħħla mal-pjan tal-massa.

Il-port tal-kejl ta' kull AN għandu jiġi tterminat b'tagħbija ta' 50 Ω.

L-AN għandu jitqiegħed kif definit fil-Grafiki 4a sa 4h.

2.5.   Stabilizzazzjoni tal-impedenza

Il-linji tal-komunikazzjoni għandhom jiġu mqabbda mal-vettura bl-istabilizzazzjoni tal-impedenza (IS).

L-istabilizzazzjoni tal-impedenza (IS) għandha titqabbad mal-cables tan-netwerk u tal-komunikazzjoni kif definit fis-CISPR 22, paragrafu 9.6.2.

L-IS(s) għandhom jitqiegħdu direttament fuq il-pjan tal-massa. Il-kaxxa tal-IS għandha tkun imwaħħla mal-pjan tal-massa.

Il-port tal-kejl ta' kull IS għandu jiġi tterminat b'tagħbija ta' 50 Ω.

L-IS għandu jitqiegħed kif definit fil-Grafiki 4e sa 4h.

2.6.   Cable tal-iċċarġjar/komunikazzjoni

Il-cable tal-iċċarġjar/komunikazzjoni għandu jitqiegħed f'linja dritta bejn l-AN(s)/IS(s) u l-plakka tal-iċċarġjar tal-vettura. It-tul ta' cable għandu jkun ta' 0,8 m (+ 0,2/– 0 m).

Jekk it-tul tal-cable ikun aktar minn 1m, it-tul ta' barra għandu jkun mitwi forma ta' Z f'wisa' ta' inqas minn 0,5 m.

Il-cable tal-iċċarġjar/komunikazzjoni fil-ġenb tal-vettura għandu jiddendel vertikalment distanza ta' 100 mm (+ 200/– 0 mm) mill-karrozzerija tal-vettura.

Il-cable kollu kemm hu għandu jitqiegħed fuq materjal mhux konduċenti, b'permittività relattiva baxxa (kostant dielettriku) (εr ≤ 1,4), f'distanza ta' 100 mm (± 25 mm) 'il fuq mill-pjan tal-massa.

3.   PUNT TA' REFERENZA

3.1.   Għall-iskopijiet ta' dan l-anness il-punt ta' referenza huwa l-punt li fih għandha tkun stabbilita l-qawwa tal-kamp u għandha tkun definita kif ġej:

3.2.   Għall-vetturi tal-kategorija M, N, O skont l-ISO 11451-2.

3.3.   Għall-vetturi tal-kategorija L:

3.3.1.   Tal-anqas 2 m orizzontalment miċ-ċentru tal-fażi tal-antenna jew tal-anqas 1 m vertikalment mill-elementi ta' radjazzjoni tas-sistema tal-linja ta' trażmissjoni (TLS);

3.3.2.   Fuq il-linja taċ-ċentru tal-vettura (pjan ta' simetrija lonġitudinali);

3.3.3.   F'għoli ta' 1,0 ± 0,05 m 'il fuq mill-pjan li fuqu sserraħ il-vettura jew 2,0 ± 0,05 m jekk l-għoli minimu tas-saqaf ta' kull vettura fil-medda ta' mudelli jaqbeż it-3,0 m,

3.3.4.   Jew b'1,0 ± 0,2 m wara l-linja ċentrali vertikali tar-rota ta' quddiem tal-vettura (il-punt C fil-Grafika 1 tal-Appendiċi ta' dan l-anness) fil-każ ta' vetturi bi tliet roti,

Jew b'0,2 ± 0,2 m wara l-linja ċentrali vertikali tar-rota ta' quddiem tal-vettura (il-punt D fil-Grafika 2 tal-Appendiċi ta' dan l-anness) fil-każ ta' vetturi b'żewġ roti.

3.3.5.   Jekk ikun deċiż li jkun hemm radjazzjoni fuq in-naħa ta' wara tal-vettura, il-punt ta' referenza għandu jkun stabbilit kif hemm fil-paragrafi minn 3.3.1. sa 3.3.4. Imbagħad, il-vettura għandha tkun installata tħares lil hinn mill-antenna u mqiegħda bħallikieku kienet imdawra orizzontalment 180 madwar il-punt taċ-ċentru tagħha, jiġifieri, b'tali mod li d-distanza mill-antenna sal-eqreb parti tan-naħa ta' barra tal-vettura tibqa' l-istess. Dan huwa illustrat fil-Grafika 3 tal-Appendiċi ta' dan l-anness.

4.   REKWIŻITI TAT-TEST

4.1.   Il-medda ta' frekwenzi, il-ħinijiet tad-dwell, il-polarizzazzjoni

Il-vettura għandha tkun esposta għal radjazzjoni elettromanjetika fil-firxiet ta' frekwenza bejn 20 u 2 000 MHz f'polarizzazzjoni vertikali.

Il-modulazzjoni tas-sinjal għat-test għandha tkun:

(a)

AM (modulazzjoni tal-amplitudni), b'modulazzjoni ta' 1 kHz u fond ta' modulazzjoni ta' 80 fil-mija fil-medda ta' frekwenza bejn 20 u 800 MHz, kif ukoll

(b)

PM (modulazzjoni pulsanti), t = 577 μs, perjodu ta' 4 600 μs fil-medda ta' frekwenzi minn 800 sa 2 000 MHz;

Jekk mhux maqbul mod ieħor bejn is-Servizz Tekniku u l-manifattur tal-vettura.

Id-daqs tal-intervalli bejn il-frekwenzi u l-ħin tad-dwell għandhom jintgħażlu skont ISO 11451-1.

4.1.1.   Is-Servizz Tekniku għandu jwettaq it-test bl-intervalli speċifikati fl-ISO 11451-1 tul il-medda kollha ta' frekwenzi bejn 20 u 2 000 MHz.

Minflok, jekk il-manifattur jipprovdi kejl għad-dejta għall-banda sħiħa ta' frekwenza minn laboratorju tat-test akkreditat għall-partijiet applikabbli tal-ISO 17025 (l-ewwel edizzjoni 1999) u rikonoxxut mill-Awtorità tal-Approvazzjoni, is-Servizz Tekniku jista' jagħżel numru inqas ta' frekwenzi karatteristiċi fil-medda, eż. 27, 45, 65, 90, 120, 150, 190, 230, 280, 380, 450, 600, 750, 900, 1 300, u 1 800 MHz biex jikkonferma li l-vettura tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-anness.

Jekk vettura ma tgħaddix mit-test definit f'dan l-anness, din għandha tkun ivverifikata li falliet taħt il-kundizzjonijiet tat-test rilevanti u mhux bħala riżultat tal-ġenerazzjoni ta' kampijiet mhux ikkontrollati.

5.   IL-ĠENERAZZJONI TAL-QAWWA MEĦTIEĠA TAL-KAMP:

5.1.   Metodoloġija tat-test

5.1.1.   Il-metodu ta' sostituzzjoni skont l-ISO 11451-1, għandu jintuża biex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-kamp tat-test.

5.1.2.   Il-kalibrazzjoni

Għat-TLS għandha tintuża sonda tal-kamp fil-punt ta' referenza tal-faċilità.

Għall-antenni, għandhom jintużaw erba' sondi tal-kamp fil-linja ta' referenza tal-faċilità.

5.1.3.   Il-fażi tat-test

Il-vettura għandha titqiegħed bil-linja taċ-ċentru tal-vettura fuq il-punt jew il-linja ta' referenza tal-faċilità. Normalment, il-vettura għandha tħares lejn antenna fissa. Madankollu, meta l-unitajiet ta' kontroll elettroniċi u l-faxx tal-wajers assoċjati jinsabu fil-biċċa l-kbira fuq in-naħa ta' wara tal-vettura, it-test normalment għandu jsir bil-vettura tħares lil hinn mill-antenna. Fil-każ ta' vetturi twal (jiġifieri minbarra l-vetturi tal-kategoriji L, M1 u N1), li għandhom unitajiet ta' kontroll elettroniċi u l-faxx tal-wajers assoċjati fil-biċċa l-kbira lejn in-nofs tal-vettura, jista' jkun stabbilit punt ta' referenza ibbażat fuq il-wiċċ tan-naħa tal-lemin jew il-wiċċ tan-naħa tax-xellug tal-vettura. Dan il-punt ta' referenza għandu jkun il-punt fin-nofs tat-tul tal-vettura jew il-punt man-naħa tal-vettura magħżula mill-manifattur flimkien mal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip wara li tkun ikkunsidrata d-distribuzzjoni tas-sistemi elettroniċi u t-tqassim ta' kwalunkwe faxx tal-wajers.

Testijiet bħal dawn jistgħu jsiru biss jekk il-kostruzzjoni fiżika tal-kompartiment tippermetti dan. Il-post tal-antenna għandu jkun innutat fir-rapport tat-test.

Appendiċi

Grafika 1

Image 28

1,0 ± 0,2 m

Il-punt ta' referenza jinsab f'dan il-pjan

Assi vertikali tar-rota ta' quddiem (punt C)

Grafika 2

Image 29

Assi vertikali tar-rota ta' quddiem (punt D)

Il-punt ta' referenza jinsab f'dan il-pjan

0,2 ± 0,2 m

Grafika 3

Image 30

It-tieni stadju:

Dawwar il-vettura

Quddiem

L-ewwel stadju:

Iddetermina l-punt ta' referenza

Wara

Antenna

Distanza miżmuma bejn il-vettura u l-antenna

Vettura

Wara

Quddiem

Punt ta' referenza

Vettura

Grafika 4

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

Eżempji tal-konfigurazzjoni tat-test għal vettura bi plakka li tinsab mal-ġenb tal-vettura (iċċarġjar b'AC mingħajr komunikazzjoni)

Grafika 4a

Image 31

Test ta 'immaġni

Grafika 4b

Image 32

Test ta 'immaġni

Tifsira:

1

Vettura ttestjata

2

Appoġġ bl-iżolazzjoni

3

Cable tal-iċċarġjar

4

Netwerk(s) artifiċjali mqabbdin mal-ert

5

Sokit tal-mains tal-elettriku

Eżempji tal-konfigurazzjoni tat-test għal vettura bi plakka li tinsab fuq wara/quddiem tal-vettura (Iċċarġjar AC mingħajr komunikazzjoni)

Grafika 4c

Image 33

Test ta 'immaġni

Grafika 4d

Image 34

Test ta 'immaġni

Tifsira:

1

Vettura ttestjata

2

Appoġġ bl-iżolazzjoni

3

Cable tal-iċċarġjar

4

Netwerk(s) artifiċjali mqabbdin mal-ert

5

Sokit tal-mains tal-elettriku

Eżempji tal-konfigurazzjoni tat-test għal vettura bi plakka li tinsab mal-ġenb tal-vettura (Iċċarġjar AC jew DC bil-komunikazzjoni)

Grafika 4e

Image 35

Test ta 'immaġni

Grafika 4f

Image 36

Test ta 'immaġni

Tifsira:

1

Vettura ttestjata

2

Appoġġ bl-iżolazzjoni

3

Cable tal-iċċarġjar/komunikazzjoni

4

Netwerk(s) artifiċjali AC jew DC imqabbdin mal-ert

5

Sokit tal-mains tal-elettriku

6

Stabilizzazzjoni(jiet) tal-impedenza mqabbdin mal-ert

7

Stazzjon tal-iċċarġjar

Eżempji tal-konfigurazzjoni tat-test għal vettura bi plakka li tinsab fuq wara/quddiem tal-vettura (Iċċarġjar AC jew DC bil-komunikazzjoni)

Grafika 4g

Image 37

Test ta 'immaġni

Grafika 4h

Image 38

Test ta 'immaġni

Tifsira:

1

Vettura ttestjata

2

Appoġġ bl-iżolazzjoni

3

Cable tal-iċċarġjar/komunikazzjoni

4

Netwerk(s) artifiċjali AC jew DC imqabbdin mal-ert

5

Sokit tal-mains tal-elettriku

6

Stabilizzazzjoni(jiet) tal-impedenza mqabbdin mal-ert

7

Stazzjon tal-iċċarġjar


ANNESS 7

METODU TA' KEJL TAL-EMISSJONIJIET ELETTROMANJETIĊI BROADBAND RADJATI MINN SUBASSEMBLAĠĠI ELETTRIĊI/ELETTRONIĊI (ESAS)

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu tat-test deskritt f'dan l-anness jista' jkun applikat għall-ESAs, li jistgħu sussegwentement jitwaħħlu ma' vetturi, li jkunu konformi mal-Anness 4.

Dan il-metodu jikkonċerna ż-żewġ tipi ta' ESA:

(a)

ESAs oħra għajr dawk involuti fil-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”.

(b)

ESAs involuti fil-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”.

1.2.   Metodu tal-ittestjar

Dan it-test hu maħsub biex ikejjel emissjonijiet elettromanjetiċi broadband minn ESAs (eż. sistemi tal-ignixin, mutur tal-elettriku, unità tal-iċċarġjar abbord tal-batterija eċċ).

Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dan l-anness, it-test għandu jitwettaq skont is-CISPR 25.

2.   STAT TAL-ESA MATUL IT-TESTIJIET

2.1.   L-ESA li jkun ittestjat għandu jkun f'kundizzjoni ta' tħaddim normali, preferibbilment b'tagħbija massima.

ESAs involuti fil-“modalità tal-iċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” għandhom ikunu fil-modalità tal-iċċarġjar.

L-istat taċ-ċarġ (SOC) tal-batterija tat-trazzjoni għandu jinżamm bejn 20 u 80 fil-mija tas-SOC massimu matul il-kejl kollu tal-medda ta' frekwenzi (dan jista' jwassal biex il-kejl jinqasam bejn sottobandi differenti fejn ikun meħtieġ li l-batterija tat-trazzjoni tal-vettura tiġi skargata qabel ma jibdew is-sottobandi segwenti).

Jekk it-test ma jsirx b'REESS, l-ESA għandu jiġi ttestjat bil-kurrent nominali. Jekk il-konsum tal-kurrent ikun jista' jiġi aġġustat, il-kurrent għandu jiġi kkonfigurat għal tal-anqas 80 fil-mija tal-valur nominali tiegħu.

3.   ARRANĠAMENTI TAT-TEST

3.1.   Għal ESAs oħra għajr dawk involuti fil-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”, it-test għandu jsir skont il-mudell ALSE deskritt fil-paragrafu 6.4 tas-CISPR 25.

3.2.   Għall-ESAs fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” l-arranġament tat-test għandu jkun skont fil-Grafika 2 tal-Appendiċi ta' dan l-anness.

3.2.1.   Il-konfigurazzjoni tal-protezzjoni għandha tkun skont il-konfigurazzjoni tas-serje tal-vettura. Ġeneralment, il-partijiet ta' Vultaġġ Għoli kollha protetti għandhom ikunu mqabbda sewwa b'impedenza baxxa mal-ert (eż. AN, cables, konnetturi eċċ.). L-ESAs u t-tagħbijijiet għandhom ikunu konnessi mal-ert. Il-provvista tal-elettriku esterna HV għandha tkun imqabbda permezz ta' filtrazzjoni mill-feed-through.

3.2.2.   Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor it-tul tal-faxx ta' vultaġġ baxx (LV) u l-faxx ta' vultaġġ għoli HV paralleli max-xifer ta' quddiem tal-pjan tal-massa għandhom ikollhom tul ta' 1 500 mm (± 75 mm). It-tul totali tal-faxx tat-test inkluż il-konnettur għandu jkun ta' 1 700 mm (+ 300/– 0 mm). Id-distanza bejn il-faxx LV u l-faxx HV għandha tkun ta' 100 mm (+ 100/– 0 mm).

3.2.3.   Il-faxxi kollha għandhom jitqiegħdu fuq materjal mhux konduċenti, b'permittività relattiva baxxa (kostant dielettriku) (εr ≤ 1,4), f'distanza ta' 50 mm (± 5 mm) 'il fuq mill-pjan tal-massa.

3.2.4.   Il-linji tal-provvista protetti għall-HV+ u HV– u l-linji trifażi għandhom ikunu cables koassjali jew f'għata protettiva komuni skont is-sistema tal-plakka li tintuża. Inkella jista' jintuża l-faxx oriġinali HV mill-vettura.

3.2.5.   Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-kaxxa tal-ESA għandha titqabbad mal-pjan tal-massa jew direttament inkella permezz ta' impedenza definita.

3.2.6.   Għaċ-ċarġers ta' abbord, il-linji tal-elettriku AC/DC għandhom jitqiegħdu kemm jista' jkun 'il bogħod mill-antenna (wara l-faxx LV u HV). Id-distanza bejn il-linji tal-elettriku AC/DC u l-eqreb faxx (LV jew HV) għandha tkun ta' 100 mm (+ 100/– 0 mm).

3.3.   Post tal-kejl alternattiv

Bħala alternattiva għall-għeluq protett infurrat b'assorbent (ALSE — absorber lined shielded enclosure), jista' jintuża sit tat-test f'żona miftuħa (OATS), li jikkonforma mar-rekwiżiti tas-CISPR 16-1-4 (ara l-Appendiċi ta' dan l-anness).

3.4.   Ambjent

Biex jiġi żgurat li ma hemm l-ebda storbju jew sinjal estranju ta' intensità biżżejjed li jaffettwa materjalment il-kejl, għandu jittieħed kejl qabel u wara t-test prinċipali. F'dan il-kejl, l-istorbju jew is-sinjal estranju għandu jkun tal-anqas 6 dB taħt il-limiti ta' interferenza indikati fil-paragrafu 6.5.2.1 ta' dan ir-Regolament, għajr it-trażmissjonijiet intenzjonati narrowband fl-ambjent.

4.   REKWIŻITI TAT-TEST

4.1.   Il-limiti japplikaw tul il-medda kollha ta' frekwenzi bejn 30 u 1 000 MHz għal kejl li jsir f'kamra semianekoika jew f'sit tat-test ta' barra.

4.2.   Il-kejl jista' jsir b'detetturi tal-quċċata jew kważi-quċċata. Il-limiti mogħtija fil-paragrafi 6.2 u 6.5 ta' dan ir-Regolament huma għal detetturi tal-kważi quċċata. Jekk jintużaw detetturi tal-quċċata għandu jiġi applikat fattur ta' korrezzjoni ta' 20 dB kif definit fis-CISPR 12.

4.3.   Il-kejl għandu jsir b'analizzatur tal-ispettru jew b'riċevitur tal-iskennjar. Il-parametri li għandhom jintużaw huma ddefiniti fit-Tabella 1 u t-Tabella 2.

Tabella 1

Parametri tal-analizzatur tal-ispettru

Medda ta' Frekwenzi

MHz

Detettur tal-quċċata

Detettur tal-kważi-quċċata

Detettur tal-medja

RBW f' – 3 dB

Ħin ta' skennjar

RBW f' – 6 dB

Ħin ta' skennjar

RBW f' – 3 dB

Ħin ta' skennjar

30 sa 1 000

100/120 kHz

100 ms/MHz

120 kHz

20 s/MHz

100/120 kHz

100 ms/MHz

Nota: Jekk jintuża analizzatur tal-ispettru għall-kejl tal-quċċata, il-wisa' tal-banda tal-video għandha tkun tal-anqas tliet darbiet il-wisa' tal-banda ta' riżoluzzjoni (RBW).


Tabella 2

Parametri tar-riċevitur tal-iskennjar

Medda ta' Frekwenzi

MHz

Detettur tal-quċċata

Detettur tal-kważi-quċċata

Detettur tal-medja

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

30 sa 1 000

120 Hz

50 kHz

5 ms

120 Hz

50 kHz

1 s

120 kHz

50 kHz

5 ms

Nota: Għall-emissjonijiet iġġenerati minn muturi b'kommutaturi tal-brushes mingħajr unità tal-kontroll elettroniku, id-daqs tal-intervall massimu jista' jiżdied sa ħames darbiet tal-wisa' tal-banda.

4.4.   Kejl

Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandha tiġi ttestjata l-konfigurazzjoni bil-faxx LV l-eqreb tal-antenna.

Iċ-ċentru tal-fażi tal-antenna għandu jkun allinjat maċ-ċentru tal-parti lonġitudinali tal-faxxi tal-wajers għall-frekwenzi sa 1 000 MHz.

Is-Servizz Tekniku għandu jwettaq it-test bl-intervalli speċifikati fl-istandard CISPR 12 tul il-medda kollha ta' frekwenzi bejn 30 u 1 000 MHz.

Minflok, jekk il-manifattur jipprovdi d-dejta tal-kejl għall-banda sħiħa ta' frekwenza minn laboratorju tat-testijiet akkreditat għall-partijiet applikabbli tal-ISO 17025 u rikonoxxut mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-tip, is-Servizz Tekniku jista' jaqsam il-medda ta' frekwenzi f'14-il banda ta' frekwenzi 30-34, 34-45, 45-60, 60-80, 80-100, 100-130, 130-170, 170-225, 225-300, 300-400, 400-525, 525-700, 700-850 u 850-1 000 MHz u jwettaq it-testijiet bl-14-il frekwenza li jagħtu l-ogħla livelli ta' emissjonijiet f'kull banda biex jikkonferma li l-ESA tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-anness.

Fil-każ li dan il-limitu jinqabeż matul it-test, għandhom isiru investigazzjonijiet biex jiġi żgurat li dan huwa kkawżat minħabba l-ESA u mhux minħabba radjazzjoni fl-isfond.

4.5.   Il-qari

Il-qari massimu rreġistrat relatat mal-limitu (polarizzazzjoni orizzontali/vertikali) f'kull waħda mill-14-il banda ta' frekwenzi għandu jittieħed bħala l-qari karatteristiku fil-frekwenza li fiha jkun sar il-kejl.


(1)  Għal disturbi purament tal-broadband, id-daqs massimu tal-intervall tal-frekwenza jista' jiżdied sa valur li ma jaqbiżx il-valur tal-wisa' tal-banda.

Appendiċi

Grafika 1

Sit tat-test f'żona miftuħa: Limitu tal-erja tat-test ta' subassemblaġġ elettriku/elettroniku

Erja livellata libera bla superfiċji elettromanjetiċi li jirriflettu

Image 39

Kampjun tat-test fuq il-pjan tal-art

Antenna

1 m

Raġġ b'minimu ta'15-il m

Grafika 2

Konfigurazzjoni tat-testjar għall-ESAs involuti f'“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” (eżempju għal antenna bikonika)

Image 40

Test ta 'immaġni

Tifsira:

1

ESA (imqabbad mal-ert lokalment jekk dan ikun meħtieġ fil-pjan tat-test)

13

Materjal assorbenti RF

2

Faxx tat-test LV

14

Sistema ta' stimulazzjoni u monitoraġġ

3

Simulatur tat-tagħbija LV (orjentazzjoni u konnessjoni mal-ert skont is-CISPR 25, paragrafu 6.4.2.5)

15

Faxx HV

4

Provvista tal-elettriku (post fakultattiv)

16

Simulatur tat-tagħbija HV

5

Netwerk artifiċjali LV (AN)

17

HV AN

6

Pjan tal-massa (imwaħħal mal-għeluq protett)

18

Provvista tal-elettriku HV

7

Appoġġ b'permittività relattiva baxxa (εr ≤ 1,4)

19

HV feed-through

8

Antenna bikonika

25

Faxx taċ-ċarġer AC/DC

10

Cable koassjali ta' kwalità għolja eż bi protezzjoni doppja (50 Ω)

26

Simulatur tat-tagħbija AC/DC (eż Kontrollur tal-Loġika Programmabli (PLC))

11

Konnettur tal-bulkhead

27

Netwerk tal-istabilizzazzjoni tal-impedenza tal-linja ta' 50μH (LISN) (AC) jew HVAN (DC)

12

Strument tal-kejl

28

Provvista tal-elettriku AC/DC

 

 

29

Feed-through AC/DC


ANNESS 8

METODU TA' KEJL TAL-EMISSJONIJIET ELETTROMANJETIĊI NARROWBAND RADJATI MINN SUBASSEMBLAĠĠI ELETTRIĊI/ELETTRONIĊI

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu tat-test deskritt f'dan l-anness jista' jkun applikat għall-ESAs, li jistgħu sussegwentement jitwaħħlu ma' vetturi li jikkonformaw mal-Anness 5.

Dan il-metodu jikkonċerna biss ESAs għajr dawk involuti fil-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”.

1.2.   Metodu tal-ittestjar

Dan it-test hu maħsub biex ikejjel l-emissjonijiet elettromanjetiċi narrowband li jistgħu joħorġu minn sistema bbażata fuq mikroproċessur.

Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dan l-anness, it-test għandu jitwettaq skont is-CISPR 25.

2.   STAT TAL-ESA MATUL IT-TESTIJIET

L-ESA li jkun ittestjat għandu jkun f'kundizzjoni ta' tħaddim normali, preferibbilment b'tagħbija massima.

3.   ARRANĠAMENTI TAT-TEST

3.1.   It-test għandu jitwettaq skont il-metodu ALSE deskritt fil-paragrafu 6.4 tas-CISPR 25.

3.2.   Post tal-kejl alternattiv

Bħala alternattiva għall-għeluq protett infurrat b'assorbent (ALSE — absorber lined shielded enclosure), jista' jintuża sit tat-test f'żona miftuħa (OATS), li jikkonforma mar-rekwiżiti tas-CISPR 16-1-4 (ara l-Grafika 1 tal-Appendiċi tal-Anness 7).

3.3.   Ambjent

Biex jiġi żgurat li ma hemm l-ebda storbju estranju jew sinjal ta' intensità biżżejjed li jaffettwa materjalment il-kejl; għandu jittieħed kejl qabel u wara t-test prinċipali. F'dan il-kejl, l-istorbju jew is-sinjal estranju għandu jkun tal-anqas 6 dB taħt il-limiti ta' interferenza indikati fil-paragrafu 6.6.2.1 ta' dan ir-Regolament, għajr it-trażmissjonijiet intenzjonati narrowband fl-ambjent.

4.   REKWIŻITI TAT-TEST

4.1.   Il-limiti japplikaw tul il-medda kollha ta' frekwenzi bejn 30 u 1 000 MHz għal kejl li jsir fi kmamar semianekoiċi jew f'siti tat-test ta' barra.

4.2.   Il-kejl għandu jitwettaq b'detettur tal-medja.

4.3.   Il-kejl għandu jsir b'analizzatur tal-ispettru jew b'riċevitur tal-iskennjar. Il-parametri li għandhom jintużaw huma ddefiniti fit-Tabella 1 u t-Tabella 2.

Tabella 1

Parametri tal-analizzatur tal-ispettru

Medda ta' Frekwenzi

MHz

Detettur tal-quċċata

Detettur tal-kważi-quċċata

Detettur tal-medja

RBW f' – 3 dB

Ħin ta' skennjar

RBW f' – 6 dB

Ħin ta' skennjar

RBW f' – 3 dB

Ħin ta' skennjar

30 sa 1 000

100/120 kHz

100 ms/MHz

120 kHz

20 s/MHz

100/120 kHz

100 ms/MHz

Nota: Jekk jintuża analizzatur tal-ispettru għall-kejl tal-quċċata, il-wisa' tal-banda tal-video għandha tkun tal-anqas tliet darbiet il-wisa' tal-banda ta' riżoluzzjoni (RBW)


Tabella 2

Parametri tar-riċevitur tal-iskennjar

Medda ta' Frekwenzi

MHz

Detettur tal-quċċata

Detettur tal-kważi-quċċata

Detettur tal-medja

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

30 sa 1 000

120 kHz

50 kHz

5 ms

120 kHz

50 kHz

1 s

120 kHz

50 kHz

5 ms

Nota: Għall-emissjonijiet iġġenerati minn muturi b'kommutaturi tal-brushes mingħajr unità tal-kontroll elettroniku, id-daqs tal-intervall massimu jista' jiżdied sa ħames darbiet tal-wisa' tal-banda.

4.4.   Kejl

Is-Servizz Tekniku għandu jwettaq it-test bl-intervalli speċifikati fl-istandard CISPR 12 tul il-medda kollha ta' frekwenzi bejn 30 u 1 000 MHz.

Minflok, jekk il-manifattur jipprovdi d-dejta tal-kejl għall-banda sħiħa ta' frekwenza minn laboratorju tat-testijiet akkreditat għall-partijiet applikabbli tal-ISO 17025 u rikonoxxut mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-tip is-Servizz Tekniku jista' jaqsam il-medda ta' frekwenzi f'14-il banda ta' frekwenzi 30-34, 34-45, 45-60, 60-80, 80-100, 100-130, 130-170, 170-225, 225-300, 300-400, 400-525, 525-700, 700-850 u 850-1 000 MHz u jwettaq it-testijiet bl-14-il frekwenza li jagħtu l-ogħla livelli ta' emissjonijiet f'kull banda biex jikkonferma li l-ESA tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-anness. Fil-każ li l-limitu jinqabeż matul it-test, għandhom isiru investigazzjonijiet biex jiġi żgurat li dan huwa dovut għall-ESA u mhux għar-radjazzjoni fl-isfond, inkluża r-radjazzjoni broadband mill-ESA.

4.5.   Il-qari

Il-qari massimu rreġistrat relatat mal-limitu (polarizzazzjoni orizzontali/vertikali) f'kull waħda mill-14-il banda ta' frekwenzi għandu jittieħed bħala l-qari karatteristiku fil-frekwenza li fiha jsir il-kejl.


(1)  Għal disturbi purament tal-broadband, id-daqs massimu tal-intervall tal-frekwenza jista' jiżdied sa valur li ma jaqbiżx il-valur tal-wisa' tal-banda.


ANNESS 9

METODU(I) TA' TTESTJAR GĦALL-IMMUNITÀ TA' SUBASSEMBLAĠĠI ELETTRIĊI/ELETTRONIĊI GĦAR-RADJAZZJONI ELETTROMANJETIKA

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu jew metodi tat-test deskritti f'dan l-anness japplikaw għall-ESAs.

1.2.   Metodi tat-test

Dan il-metodu jikkonċerna ż-żewġ tipi ta' ESA:

(a)

ESAs oħra għajr dawk involuti fil-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”;

(b)

ESAs involuti fil-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”.

1.2.1.   L-ESAs jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' kull kombinazzjoni tal-metodi tat-test li ġejjin skont id-diskrezzjoni tal-manifattur, sakemm dan iwassal biex tkun koperta l-medda sħiħa ta' frekwenzi speċifikata fil-paragrafu 3.1 ta' dan l-anness:

(a)

Test fil-kamra assorbenti skont l-ISO 11452-2;

(b)

Test taċ-ċellola TEM skont l-ISO 11452-3;

(c)

Testjar bl-injezzjoni ta' massa ta' kurrent skont l-ISO 11452-4;

(d)

Testjar bi stripline skont l-ISO 11452-5;

(e)

Stripline ta' 800 mm skont il-paragrafu 4.5 ta' dan l-anness.

ESAs fil-konfigurazzjoni tal-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kombinazzjoni tal-kamra ta' assorbiment skont l-ISO 11452-2 u l-ittestjar bl-injezzjoni ta' massa ta' kurrent skont ISO 11452-4, skont id-diskrezzjoni tal-manifattur bil-kundizzjoni li dawn ir-riżultati fil-medda sħiħa ta' frekwenzi speċifikata fil-paragrafu 3.1 ta' dan l-Anness ikunu koperti.

(Il-medda ta' frekwenzi u l-kundizzjonijiet ġenerali tat-test għandhom ikunu bbażati fuq l-ISO 11452-1).

2.   STAT TAL-ESA MATUL IT-TESTIJIET

2.1.   Il-kundizzjonijiet tat-test għandhom ikunu skont ISO 11452-1.

2.2.   L-ESA li jkun ittestjat għandu jinxtegħel u jrid jiġi stimulat biex ikun f'kundizzjoni ta' tħaddim normali. Dan għandu jiġi rranġat kif definit f'dan l-anness sakemm il-metodi tat-test individwali ma jindikawx mod ieħor.

ESAs involuti fil-“modalità tal-iċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” għandhom ikunu fil-modalità tal-iċċarġjar.

L-istat taċ-ċarġ (SOC) tal-batterija tat-trazzjoni għandu jinżamm bejn 20 u 80 fil-mija tas-SOC massimu matul il-kejl kollu tal-medda ta' frekwenzi (dan jista' jwassal biex il-kejl jinqasam bejn sottobandi differenti fejn ikun meħtieġ li l-batterija tat-trazzjoni tal-vettura tiġi skargata qabel ma jibdew is-sottobandi segwenti).

Jekk it-test ma jsirx b'REESS, l-ESA għandu jiġi ttestjat bil-kurrent nominali. Jekk il-konsum tal-kurrent ikun jista' jiġi aġġustat, il-kurrent għandu jiġi kkonfigurat għal tal-anqas 20 fil-mija tal-valur nominali tiegħu.

2.3.   Kull tagħmir estranju meħtieġ biex jitħaddem l-ESA li jkun ittestjat għandu jkun f'postu matul il-fażi ta' kalibrazzjoni. Matul il-kalibrazzjoni, l-ebda tagħmir estranju ma għandu jkun eqreb minn 1 m mill-punt ta' referenza.

2.4.   Biex ikun assigurat li jinkisbu riżultati tal-kejl li jistgħu jiġu riprodotti meta t-testijiet u l-kejl ikunu repetuti, it-tagħmir li jiġġenera s-sinjal tat-test u t-tqassim tiegħu għandhom ikunu tal-istess speċifikazzjoni bħal dawk użati waqt il-fażi tal-kalibrar adattata

2.5.   Jekk l-ESA li jkun ittestjat jikkonsisti f'aktar minn unità waħda, il-cables tal-konnessjoni ta' bejniethom għandhom idealment ikunu l-faxxi tal-wajers kif maħsuba għall-użu fil-vettura. Jekk dawn mhumiex disponibbli, it-tul bejn l-unità ta' kontroll elettroniku u l-AN għandu jkun kif definit fl-istandard. Il-cables kollha fil-faxx tal-wajers għandhom jiġu tterminati b'mod kemm jista' jkun realistiku u preferibbilment b'tagħbija u attivaturi reali.

3.   REKWIŻITI ĠENERALI TAT-TEST

3.1.   Firxa ta' frekwenzi, ħinijiet tad-dwell

Il-kejl għandu jsir fil-medda ta' frekwenzi bejn l-20 u l-2 000 MHz b'intervalli ta' frekwenza skont l-ISO 11452-1.

Il-modulazzjoni tas-sinjal għat-test għandha tkun:

(a)

AM (modulazzjoni tal-amplitudni), b'modulazzjoni ta' 1 kHz u fond ta' modulazzjoni ta' 80 fil-mija fil-medda ta' frekwenza bejn 20 u 800 MHz, kif ukoll

(b)

PM (modulazzjoni pulsanti), t =577 μs, perjodu ta' 4 600 μs fil-medda ta' frekwenzi minn 800 sa 2 000 MHz;

Jekk mhux miftiehem mod ieħor bejn is-Servizz Tekniku u l-manifattur tal-ESA.

Id-daqs tal-intervalli bejn il-frekwenzi u l-ħinijiet tad-dwell għandhom jintgħażlu skont ISO 11452-1.

3.2.   Is-Servizz Tekniku għandu jwettaq it-test skont l-intervalli speċifikati f'ISO 11452-1 tul il-medda kollha ta' frekwenzi minn 20 sa 2 000 MHz.

Minflok, jekk il-manifattur jipprovdi kejl għad-dejta għall-banda sħiħa ta' frekwenzi minn laboratorju tat-test akkreditat għall-partijiet applikabbli tal-ISO 17025, l-ewwel edizzjoni 1999 u rikonoxxut mill-Awtorità tal-Approvazzjoni, is-Servizz Tekniku jista' jagħżel numru inqas ta' frekwenzi karatteristiċi fil-medda, eż. 27, 45, 65, 90, 120, 150, 190, 230, 280, 380, 450, 600, 750, 900, 1 300, u 1 800 MHz biex jikkonferma li l-ESA jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-anness.

3.3.   Jekk ESA ma jgħaddix mit-test definit f'dan l-anness, dan għandu jiġi vverifikat li falla taħt il-kundizzjonijiet tat-test rilevanti u mhux bħala riżultat tal-ġenerazzjoni ta' kampijiet mhux ikkontrollati.

4.   REKWIŻITI TAT-TEST SPEĊIFIĊI

4.1.   Test tal-kamra assorbenti

4.1.1.   Metodu tal-ittestjar

Dan it-test jippermetti li jkunu ttestjati s-sistemi elettriċi/elettroniċi tal-vettura billi jesponu l-ESA għal radjazzjoni elettromanjetika ġġenerata minn antenna.

4.1.2.   Metodoloġija tat-test

Il-“metodu ta' sostituzzjoni” għandu jintuża sabiex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-kamp tat-test skont l-ISO 11452-2.

It-test għandu jitwettaq bil-polarizzazzjoni vertikali.

4.1.2.1.   Għall-ESAs fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” l-arranġament tat-test għandu jkun l-Appendiċi 3 ta' dan l-anness.

4.1.2.1.1.   Il-konfigurazzjoni tal-protezzjoni għandha tkun skont il-konfigurazzjoni tas-serje tal-vettura. Ġeneralment, il-partijiet kollha HV protetti għandhom ikunu mqabbda sewwa b'impedenza baxxa mal-ert (eż. AN, cables, konnetturi eċċ.). L-ESAs u t-tagħbijijiet għandhom ikunu konnessi mal-ert. Il-provvista tal-elettriku esterna HV għandha tkun imqabbda permezz ta' filtrazzjoni mill-feed-through.

4.1.2.1.2.   Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor it-tul tal-faxx LV u l-faxx HV paralleli max-xifer ta' quddiem tal-pjan tal-massa għandhom ikollhom tul ta' 1 500 mm (± 75 mm). It-tul totali tal-faxx tat-test inkluż il-konnettur għandu jkun ta' 1 700 mm (+ 300/– 0 mm). Id-distanza bejn il-faxx LV u l-faxx HV għandha tkun ta' 100 mm (+ 100/– 0 mm).

4.1.2.1.3.   Il-faxxi kollha għandhom jitqiegħdu fuq materjal mhux konduċenti, b'permittività relattiva baxxa (kostant dielettriku) (εr ≤ 1,4), f'distanza ta' 50 mm (± 5 mm) 'il fuq mill-pjan tal-massa.

4.1.2.1.4.   Il-linji tal-provvista protetti għall-HV + u HV- u l-linji trifażi għandhom ikunu cables koassjali jew f'għata protettiva komuni skont is-sistema tal-plakka li tintuża. Inkella jista' jintuża l-faxx oriġinali HV mill-vettura.

4.1.2.1.5.   Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-kaxxa tal-ESA għandha titqabbad mal-pjan tal-massa jew direttament inkella permezz ta' impedenza definita.

4.1.2.1.6.   Għaċ-ċarġers ta' abbord, il-linji tal-elettriku AC/DC għandhom jitqiegħdu kemm jista' jkun 'il bogħod mill-antenna (wara l-faxxi LV u HV). Id-distanza bejn il-linji tal-elettriku AC/DC u l-eqreb faxx (LV jew HV) għandha tkun ta' 100 mm (+ 100/– 0 mm).

4.1.2.1.7.   Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandha tiġi ttestjata l-konfigurazzjoni bil-faxx LV l-eqreb tal-antenna.

4.2.   Ittestjar taċ-ċellula TEM (ara l-Appendiċi 2 ta' dan l-anness)

4.2.1.   Metodu tal-ittestjar

Iċ-ċellula TEM (b'mod elettromanjetiku trasversali) tiġġenera kampijiet omoġenji bejn il-konduttur intern (septum) u l-kisi ta' protezzjoni (pjan tal-massa).

4.2.2.   Metodoloġija tat-test

It-test għandu jitwettaq skont l-ISO 11452-3:

Skont l-ESA li għandu jiġi ttestjat, is-Servizz Tekniku għandu jagħżel il-metodu tal-akkoppjar tal-kamp massimu mal-ESA jew mal-faxx tal-wajers ġewwa ċ-ċellula TEM.

4.3.   L-ittestjar ta' injezzjoni ta' massa ta' kurrent:

4.3.1.   Metodu tal-ittestjar

Dan hu metodu ta' kif isiru t-testijiet tal-immunità billi wieħed jinjetta kurrenti direttament fil-faxx tal-wajers bl-użu ta' sonda tal-injezzjoni tal-kurrent.

4.3.2.   Metodoloġija tat-test

It-test għandu jitwettaq skont l-ISO 11452-4 fuq bank tat-test. Bħala alternattiva, l-ESA jista' jiġi ttestjat waqt li jkun installat fil-vettura skont l-ISO 11451-4 bil-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

Is-sonda tal-injezzjoni għandha titqiegħed 150 mm 'il bogħod mill-ESA li qed jiġi ttestjat;

(b)

Il-metodu ta' referenza għandu jintuża biex jikkalkula l-kurrenti injettati mill-potenza diretta;

(c)

Il-medda tal-frekwenzi tal-metodu hija limitata għall-ispeċifikazzjoni tat-tagħmir għall-injezzjoni.

4.3.2.1.   Għall-ESAs fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” l-arranġament tat-test għandu jkun l-Appendiċi 4 ta' dan l-anness.

4.3.2.1.1.   Il-konfigurazzjoni tal-protezzjoni għandha tkun skont il-konfigurazzjoni tas-serje tal-vettura. Ġeneralment, il-partijiet kollha HV protetti għandhom ikunu mqabbda sewwa b'impedenza baxxa mal-ert (eż. AN, cables, konnetturi, eċċ.). L-ESAs u t-tagħbijijiet għandhom ikunu konnessi mal-ert. Il-provvista tal-elettriku esterna HV għandha tkun imqabbda permezz ta' filtrazzjoni mill-feed-through.

4.3.2.1.2.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-distanza bejn il-faxx LV u l-faxx HV għandha tkun ta' 1 700 mm (+ 300/– 0 mm). Id-distanza bejn il-faxx LV u l-faxx HV għandha tkun ta' 100 mm (+ 100/– 0 mm).

4.3.2.1.3.   Il-faxxi kollha għandhom jitqiegħdu fuq materjal mhux konduċenti, b'permittività relattiva baxxa (εr ≤ 1,4), f'distanza ta' 50 mm (± 5 mm) 'il fuq mill-pjan tal-massa.

4.3.2.1.4.   Il-linji tal-provvista protetti għall-HV + u HV- u l-linji trifażi għandhom ikunu cables koassjali jew f'għata protettiva komuni skont is-sistema tal-plakka li tintuża. Inkella jista' jintuża l-faxx oriġinali HV mill-vettura.

4.3.2.1.5.   Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-kaxxa tal-ESA għandha titqabbad mal-pjan tal-massa jew direttament inkella permezz ta' impedenza definita.

4.3.2.1.6.   Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, it-test għandu jsir bis-sonda ta' injezzjoni mqiegħda madwar kull wieħed mill-faxxi li ġejjin:

(a)

Faxx ta' vultaġġ baxx;

(b)

Faxx ta' vultaġġ għoli;

(c)

Linji tal-elettriku AC, jekk applikabbli;

(d)

Linji tal-elettriku DC, jekk applikabbli;

4.4.   Ittestjar bl-istripline

4.4.1.   Metodu tal-ittestjar

Dan it-test jikkonsisti f'li l-faxxi tal-wajers li jikkonnettjaw il-komponenti f'ESA jiġu soġġetti għal qawwiet ta' kamp speċifikati.

4.4.2.   Metodoloġija tat-test

It-test għandu jitwettaq skont l-ISO 11452-5:

4.5.   Ittestjar bi stripline ta' 800 mm

4.5.1.   Metodu tal-ittestjar

L-istripline tikkonsisti f'żewġ pjanċi metalliċi paralleli sseparati bi 800 mm. It-tagħmir li jkun ittestjat jitqiegħed b'mod ċentrali bejn il-pjanċi u jkun suġġett għal kamp elettromanjetiku (ara l-Appendiċi 1 ta' dan l-anness).

Dan il-metodu jista' jittestja sistemi elettroniċi kompluti li jinkludu sensers u attivaturi kif ukoll il-kontrollur u l-faxx tal-wajers. Huwa adattat għal apparat li l-akbar dimensjoni tiegħu hija inqas minn terz tas-separazzjoni tal-pjanċa.

4.5.2.   Metodoloġija tat-test

4.5.2.1.   Il-pożizzjoni tal-istripline

L-istripline għandha tinżamm ġo kamra protetta (biex ma jkunx hemm emissjonijiet esterni) u titqiegħed 2 m 'il bogħod mill-ħitan u minn xi għeluq metalliku biex ma jkunx hemm riflessjonijiet elettromanjetiċi. Jista' jintuża materjal assorbent RF biex jitnaqqsu dawn ir-riflessjonijijet. L-istripline għandha titpoġġa fuq appoġġ mhux konduttiv tal-anqas 0,4 m 'il fuq mill-art.

4.5.2.2.   Kalibrazzjoni tal-istripline

Is-sonda li tkejjel il-kamp għandha titqiegħed fit-terz ċentrali tad-dimensjonijiet lonġitudinali, vertikali u trasversali tal-ispazju bejn il-pjanċi paralleli fin-nuqqas tas-sistema li tkun ittestjata.

It-tagħmir ta' kejl assoċjat għandu jitqiegħed il-barra mill-kamra protetta. F'kull frekwenza tat-test mixtieqa, għandu jkun alimentat livell ta' enerġija fl-istripline biex tkun prodotta l-qawwa tal-kamp meħtieġa fl-antenna. Dan il-livell ta' enerġija diretta, jew parametru ieħor relatat direttament mal-enerġija diretta meħtieġ biex ikun definit il-kamp, għandu jintuża għat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip sakemm ma jkunx hemm bidliet fil-faċilitajiet jew fit-tagħmir, li jitolbu li din il-proċedura tkun ripetuta.

4.5.2.3.   Installazzjoni tal-ESA li jkun ittestjat

L-unità ta' kontroll prinċipali għandha titqiegħed fit-terz ċentrali tad-dimensjonijiet lonġitudinali, vertikali u trasversali tal-ispazju bejn il-pjanċi paralleli. Din għandha sserraħ fuq pedestall magħmul minn materjal mhux konduttiv.

4.5.2.4.   Faxx prinċipali tal-wajers u l-cables tas-senser/tal-attivatur

Il-faxx prinċipjali tal-wajers u kull cable tas-senser/tal-attivatur għandhom jitilgħu vertikalment mill-unità tal-kontroll għall-pjanċa ta' mal-art ta' fuq nett (dan jgħin biex jimmassimizza l-akkoppjar mal-kamp elettromanjetiku). Imbagħad, dawn għandhom isegwu n-naħa ta' taħt tal-pjanċa sa waħda mit-trufijiet liberi tagħha fejn għandhom iduru 'l fuq u jsegwu n-naħa ta' fuq tal-pjanċa ta' mal-art sal-konnessjonijiet ta' alimentazzjoni tal-istripline. il-cables għandhom imbagħad jiġu diretti għat-tagħmir assoċjat, li għandu jinsab f'żona 'l barra mill-influwenza tal-kamp elettromanjetiku, eż.: fuq il-paviment tal-kamra protetta 1 m 'il bogħod b'mod lonġitudinali mill-istripline.

Appendiċi 1

Grafika 1

Ittestjar bi Stripline ta' 800 mm

Image 41

Alimentaz-zjoni tal-konnettur N Type

Bracket tar-ram isfar

Bracket tar-ram isfar

Monitor tal-konnettur N Type

Bracket tar-ram isfar

Bracket tar-ram isfar

470 Ω 2 w

13 x 820 Ω 2 w

470 Ω 2 w

2 x 120 Ω 2 w

270 Ω 2 w

330 Ω 2 w

Dettalji tal-alimentazzjoni tal-istripline

1

=

Pjanċa ta' mal-art

2

=

Faxx prinċipali u l-cables tas-senser/tal-attivatur

3

=

Qafas tal-injam

4

=

Pjanċa konduttriċi

5

=

Iżolatur

6

=

Oġġett ittestjat

Grafika 2

Dimensjonijiet ta' stripline ta' 800 mm

Image 42

Test ta 'immaġni

Appendiċi 2

Dimensjoinijiet tipiċi taċ-ċellula TEM

It-tabella li ġejja turi d-dimensjonijiet għall-kostruzzjoni ta' ċellula b'limiti speċifikati tal-ogħla frekwenza:

Frekwenza ta' fuq

(MHz)

Fattur tal-forma taċ-ċellula

W: b

Fattur tal-forma taċ-ċellula

L/W

Separazzjoni tal-plates

b (cm)

Septum

S (cm)

200

1,69

0,66

56

70

200

1,00

1

60

50

Appendiċi 3

Test tal-kamra assorbenti

Konfigurazzjoni tat-test għal ESAs involuti fil-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”. It-test għandu jitwettaq skont l-ISO 11452-2:

Image 43

Test ta 'immaġni

Tifsira:

1

ESA (imqabbad mal-ert lokalment jekk dan ikun meħtieġ fil-pjan tat-test)

13

Materjal assorbenti RF

2

Faxx tat-test LV

14

Sistema ta' stimulazzjoni u monitoraġġ

3

Simulatur tat-tagħbija LV (orjentazzjoni u konnessjoni mal-ert skont is-CISPR 25, paragrafu 6.4.2.5)

15

Faxx HV

4

Provvista tal-elettriku (post fakultattiv)

16

Simulatur tat-tagħbija HV

5

Netwerk artifiċjali LV (AN)

17

HV AN

6

Pjan tal-massa (imwaħħal mal-għeluq protett)

18

Provvista tal-elettriku HV

7

Appoġġ b'permittività relattiva baxxa (εr ≤ 1.4)

19

HV feed-through

8

Antenna tromba

25

Faxx taċ-ċarġer AC/DC

10

Cable koassjali ta' kwalità għolja eż bi protezzjoni doppja (50 Ω)

26

Simulatur tat-tagħbija AC/DC (eż Kontrollur tal-Loġika Programmabli — PLC)

11

Konnettur tal-bulkhead

27

50μH LISN (AC) jew HVAN (DC)

12

Ġeneratur u amplifikatur tas-sinjal RF

28

Provvista tal-elettriku AC/DC

 

 

29

Feed-through AC/DC

Appendiċi 4

Test BCI

Konfigurazzjoni tat-test għal ESAs involuti fil-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”. It-test għandu jitwettaq skont l-ISO 11452-4:

Image 44

Test ta 'immaġni

Tifsira:

1

ESA (imqabbad mal-ert lokalment jekk dan ikun meħtieġ fil-pjan tat-test)

11

Faxx HV DC

2

Faxx tat-test LV

12

HV AN

3

Provvista LV

13

Tagħbija HV DC

4

LV LISN

14

Feed-through HV DC

5

Simulatur tat-tagħbija LV

15

Simulatur tat-tagħbija HV DC

6

Sistema ta' stimulazzjoni u monitoraġġ

16

Faxx taċ-ċarġer HV AC/DC

7

Appoġġ b'permittività relattiva baxxa

17

50 μH LISN (AC) jew HV AN (DC)

8

pjan tal-massa

18

Provvista tal-elettriku HV AC/DC

9

Sonda ta' injezzjoni

19

Feed-through HV AC/DC

10

Ġeneratur u amplifikatur tas-sinjal RF

20

Simulatur tat-tagħbija HV AC/DC (eż Kontrollur tal-Loġika Programmabli — PLC)


ANNESS 10

METODU JEW METODI TA' TTESTJAR GĦALL-IMMUNITÀ GĦALL-KURRENTI TRANŻITORJI TAS-SUBASSEMBLAĠĠI ELETTRIĊI/ELETTRONIĊI U L-EMISSJONI TAGĦHOM

1.   Ġenerali

Dan il-metodu tat-test għandu jiżgura l-immunità tal-ESAs għall-kurrenti tranżitorji kondotti fuq il-provvista tal-elettriku tal-vettura u jillimita l-kurrenti tranżitorji kondotti mill-ESAs għall-provvista tal-elettriku tal-vettura.

2.   Immunità kontra disturbi tranżitorji fil-kurrent kondotti tul il-linji tal-provvista 12/24V.

Applika l-pulses tat-test 1, 2a, 2b, 3a 3b u 4 skont l-Istandard Internazzjonali ISO 7637-2:2004 għal-linji tal-provvista kif ukoll għal konnessjonijiet oħra tal-ESAs li jistgħu jiġu konnessi b'mod operattiv mal-linji tal-provvista.

3.   L-emissjoni tad-disturbi tranżitorji fil-kurrent iġġenerati mill-ESAs tul il-linji tal-provvista 12/24V.

Il-kejl skont l-Istandard Internazzjonali ISO 7637-2:2004 fuq il-linji ta' provvista kif ukoll konnessjonijiet oħra tal-ESAs li jistgħu jiġu konnessi b'mod operattiv mal-linji ta' provvista.


ANNESS 11

METODU JEW METODI TA' TTESTJAR GĦALL-EMISSJONI ARMONIKA ĠĠENERATA FUQ IL-LINJI AC MINN VETTURA

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu tat-test deskritt f'dan l-anness għandu jiġi applikat għal vetturi fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

1.2.   Metodu tal-ittestjar

It-test hu maħsub biex ikejjel il-livell ta' armoniċi ġġenerati mill-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” permezz tal-linji AC sabiex jassigura l-kompatibbiltà mal-ambjenti residenzjali, kummerċjali u industrijali ħafif.

Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dan l-anness, it-test għandu jitwettaq skont:

(a)

IEC 61000-3-2 għall-kurrent tal-input fil-modalità ta' ċċarġjar ≤ 16 A għal kull fażi għat-tagħmir tal-klassi A;

(b)

IEC 61000-3-12 għall-kurrent tal-input fil-modalità ta' ċċarġjar > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi.

2.   STAT TAL-VETTURA MATUL IT-TESTIJIET

2.1.   Il-vettura għandha tkun fil-konfigurazzjoni ta' “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

L-istat taċ-ċarġ (SOC) tal-batterija tat-trazzjoni għandu jinżamm bejn 20 u 80 fil-mija tas-SOC massimu matul il-ħin kollu tal-kejl (dan jista' jwassal biex il-kejl jinqasam bejn slotts ta' ħin differenti fejn ikun meħtieġ li l-batterija tat-trazzjoni tal-vettura tiġi skargata qabel ma tibda s-slott ta' ħin li jmiss). Jekk il-konsum tal-kurrent ikun jista' jiġi aġġustat, il-kurrent għandu jiġi kkonfigurat għal tal-anqas 80 fil-mija tal-valur nominali tiegħu.

Il-vettura għandha tkun immobilizzata, bil-magna mitfija.

It-tagħmir kollu l-ieħor li jista' jinxtegħel b'mod permanenti mis-sewwieq jew mill-passiġġier għandu jkun mitfi.

3.   ARRANĠAMENTI TAT-TEST

3.1.   Il-ħin ta' osservazzjoni li jrid jintuża għall-kejl għandu jkun bħal dak għat-tagħmir kważi wieqaf kif definit fit-Tabella 4 tal-IEC 61000-3-2.

3.2.   Il-preparazzjoni tat-test għall-vettura monofażi fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” tidher fil-Grafika 1 tal-Appendiċi 1 ta' dan l-anness.

3.3.   Il-preparazzjoni tat-test għall-vettura trifażi fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” tidher fil-Grafika 2 tal-Appendiċi ta' dan l-anness.

4.   REKWIŻITI TAT-TEST

4.1.   Il-kejl tal-kurrenti armoniċi biż-żewġ u bil-fard għandu jitwettaq sal-40 armonika.

4.2.   Il-limiti għall-ESAs monofażi jew trifażi fil-konfigurazzjoni tal-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” bil-kurrent tal-input ≤ 16 A għal kull fażi, huma indikati fit-Tabella 3 tal-paragrafu 7.3.2.1 ta' dan ir-Regolament.

4.3.   Il-limiti għall-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” monofażi b'kurrent tal-input ta' > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi, huma indikati fit-Tabella 4 tal-paragrafu 7.3.2.2 ta' dan ir-Regolament.

4.4.   Il-limiti għall-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” trifażi b'kurrent tal-input ta' > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi, huma indikati fit-Tabella 5 tal-paragrafu 7.3.2.2 ta' dan ir-Regolament.

4.5.   Għall-ESAs trifażi fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” b'kurrent tal-input ta' > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi, meta tiġi ssodisfata mill-inqas waħda mit-tliet kundizzjonijiet (a), (b), (c) deskritti fil-paragrafu 5.2 tal-IEC 61000-3-12 allura jistgħu jiġu applikati l-limiti mogħtija fit-Tabella 6 tal-paragrafu 7.3.2.2 ta' dan ir-Regolament.

Appendiċi

Grafika 1

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” — Il-preparazzjoni ta' test taċ-ċarġer monofażi

Image 45

Provvista tal-enerġija b'impe-denza interna ZS u vultaġġ taċ-ċirkwit miftuħ G

Il-cable għandu jkun mitwi forma ta' Z jekk ikun itwal minn metru 1, 100 ± 25 mm 'il fuq mill-art u mhux inqas minn 100 mm mill-body tal-karozza

Tul massimu 10 m

Apparat tal-kejl b'impedenza tal-input ZM

Grafika 2

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” — Il-preparazzjoni ta' test taċ-ċarġer trifażi

Image 46

Apparat tal-kejl b'impedenza tal-input ZM

Il-cable għandu jkun mitwi forma ta' Z jekk ikun itwal minn metru 1, 100 ± 25 mm 'il fuq mill-art u mhux inqas minn 100 mm mill-body tal-karozza

Tul massimu 10 m

Provvista tal-enerġija b'impedenza interna ZS u vultaġġ taċ-ċirkwit miftuħ G


ANNESS 12

IL-METODU JEW METODI TA' TTESTJAR GĦALL-EMISSJONI TAT-TIBDIL FIL-VULTAĠĠ, FLUTTWAZZJONIJIET FIL-VULTAĠĠ U TNEMNIM FUQ IL-LINJI AC MILL-VETTURA

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu tat-test deskritt f'dan l-anness għandu jiġi applikat għal vetturi fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

1.2.   Metodu tal-ittestjar

It-test hu maħsub biex ikejjel il-livell ta' tibdil fil-vultaġġ, fluttwazzjonijiet fil-vultaġġ u tnemnim iġġenerat mill-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” permezz tal-linji AC sabiex jassigura l-kompatibbiltà mal-ambjenti residenzjali, kummerċjali u industrijali ħafif.

Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dan l-anness, it-test għandu jitwettaq skont:

(a)

IEC 61000-3-3 għall-kurrent nominali fil-“modalità ta' ċċarġjar REESS” ≤ 16 A għal kull fażi u mhux suġġett għall-konnessjoni kondizzjonali;

(b)

IEC 61000-3-11 għall-kurrent nominali fil-“modalità ta' ċċarġjar REESS” > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi u suġġett għall-konnessjoni kondizzjonali.

2.   STAT TAL-VETTURA MATUL IT-TESTIJIET

2.1.   Il-vettura għandha tkun fil-konfigurazzjoni ta' “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

L-istat taċ-ċarġ (SOC) tal-batterija tat-trazzjoni għandu jinżamm bejn 20 u 80 fil-mija tas-SOC massimu matul il-ħin kollu tal-kejl (dan jista' jwassal biex il-kejl jinqasam bejn slotts ta' ħin differenti fejn ikun meħtieġ li l-batterija tat-trazzjoni tal-vettura tiġi skargata qabel ma tibda s-slott ta' ħin li jmiss). Jekk il-konsum tal-kurrent ikun jista' jiġi aġġustat, il-kurrent għandu jiġi kkonfigurat għal tal-anqas 80 fil-mija tal-valur nominali tiegħu.

Il-vettura għandha tkun immobilizzata, bil-magna mitfija.

It-tagħmir kollu l-ieħor li jista' jinxtegħel b'mod permanenti mis-sewwieq jew mill-passiġġier għandu jkun mitfi.

3.   ARRANĠAMENTI TAT-TEST

3.1.   It-testijiet għall-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” bil-kurrent nominali ≤ 16 A għal kull fażi u mhux suġġetta għall-konnessjoni kondizzjonali, għandhom jitwettqu skont il-paragrafu 4 tal-IEC 61000-3-3.

3.2.   It-testijiet għall-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” bil-kurrent nominali > 16A u ≤ 75 A għal kull fażi u mhux suġġetta għall-konnessjoni kondizzjonali, għandhom jitwettqu skont il-paragrafu 6 tal-IEC 61000-3-11.

3.3.   Il-preparazzjoni tat-test għal vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” tidher fil-Grafiki 1a u 1b tal-Appendiċi 1 ta' dan l-anness.

4.   REKWIŻITI TAT-TEST

4.1.   Il-parametri li jridu jiġu determinati fl-ambitu tal-ħin huma l-“valur tat-tnemnim ta' ħin qasir”, “il-valur tat-tnemnim ta' ħin twil” u “varjazzjoni relattiva tal-vultaġġ”.

4.2.   Il-limiti għal vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” bil-kurrent tal-input ≤ 16 A għal kull fażi, u mhux suġġetta għall-konnessjoni kondizzjonali huma indikati fil-paragrafu 7.4.2.1 ta' dan ir-Regolament.

4.3.   Il-limiti għal vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi u suġġetta għall-konnessjoni kondizzjonali huma indikati fil-paragrafu 7.4.2.2 ta' dan ir-Regolament.

Appendiċi

Grafika 1 a

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” — Il-preparazzjoni ta' test monofażi

Image 47

Tul massimu 10 m

Il-cable għandu jkun mitwi forma ta' Z jekk ikun itwal minn metru 1, 100 ± 25 mm 'il fuq mill-art u mhux inqas minn 100 mm mill-karozza

tal-karozza

Provvista tal-enerġija b'vultaġġ taċċirkwit miftuħ G u impedenza (RP + j XP)

Apparat tal-kejl

Grafika 1b

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” — Il-preparazzjoni ta' test trifażi

Image 48

Provvista tal-enerġija b'vultaġġ taċ-ċirkwit miftuħ G u impedenza (RP + j XP)

Apparat tal-kejl

Tul massimu 10 m

Il-cable għandu jkun mitwi forma ta' Z jekk ikun itwal minn metru 1, 100 ± 25 mm 'il fuq mill-art u mhux inqas minn 100 mm mill-body tal-karrozza


ANNESS 13

METODU JEW METODI TA' TTESTJAR GĦALL-EMISSJONI TA' DISTURBI KONDOTTI MILL-FREKWENZI TAR-RADJU FUQ LINJI AC JEW DC MILL-VETTURA

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu tat-test deskritt f'dan l-anness għandu jiġi applikat għal vetturi fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

1.2.   Metodu tal-ittestjar

It-test hu maħsub biex ikejjel il-livell ta' disturbi kondotti mill-frekwenzi tar-radju ġġenerati mill-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” permezz tal-linji AC jew DC sabiex jassigura l-kompatibbiltà mal-ambjent residenzjali, dak kummerċjali u dak industrijali ħafif.

Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dan l-anness, it-test għandu jitwettaq skont l-IEC 16-2-1:

2.   STAT TAL-VETTURA MATUL IT-TESTIJIET

2.1.   Il-vettura għandha tkun fil-konfigurazzjoni ta' “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

L-istat taċ-ċarġ (SOC) tal-batterija tat-trazzjoni għandu jinżamm bejn 20 u 80 fil-mija tas-SOC massimu matul il-kejl kollu tal-medda ta' frekwenzi (dan jista' jwassal biex il-kejl jinqasam bejn sottobandi differenti fejn ikun meħtieġ li l-batterija tat-trazzjoni tal-vettura tiġi skargata qabel ma jibdew is-sottobandi segwenti). Jekk il-konsum tal-kurrent ikun jista' jiġi aġġustat, il-kurrent għandu jiġi kkonfigurat għal tal-anqas 80 fil-mija tal-valur nominali tiegħu.

Il-vettura għandha tkun immobilizzata, bil-magna mitfija.

It-tagħmir kollu l-ieħor li jista' jinxtegħel b'mod permanenti mis-sewwieq jew mill-passiġġier għandu jkun mitfi.

3.   ARRANĠAMENTI TAT-TEST

3.1.   It-test għandu jsir skont il-paragrafu 7.4.1 tas-CISPR 16-2-1 bħala apparat li joqgħod mal-art.

3.2.   In-netwerk artifiċjali tal-mains li jrid jintuża għall-kejl fuq il-vettura huwa definit fil-paragrafu 4.3 tas-CISPR 16-1-2.

Netwerks artifiċjali

In-netwerks artifiċjali (AN) għandhom jitqiegħdu direttament fuq il-pjan tal-massa. Il-kaxxi tal-AN għandhom ikunu mwaħħla mal-pjan tal-massa.

Il-port tal-kejl ta' kull AN għandu jiġi tterminat b'tagħbija ta' 50 Ω.

L-AN għandu jitqiegħed kif definit fil-Grafiki 1a sa 1d tal-Appendiċi ta' dan l-Anness.

3.3.   Il-preparazzjoni tat-test għall-konnessjoni tal-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” tidher fil-Grafika 1 tal-Appendiċi ta' dan l-anness.

3.4.   Il-kejl għandu jsir b'analizzatur tal-ispettru jew b'riċevitur tal-iskennjar. Il-parametri li għandhom jintużaw huma ddefiniti fit-Tabella 1 u t-Tabella 2.

Tabella 1

Parametri tal-analizzatur tal-ispettru

Medda ta' Frekwenzi

MHz

Detettur tal-quċċata

Detettur tal-kważi-quċċata

Detettur tal-medja

RBW f' – 3 dB

Ħin ta' skennjar

RBW f' – 6 dB

Ħin ta' skennjar

RBW f' – 3 dB

Ħin ta' skennjar

0.15 sa 30

9/10 kHz

10 s/MHz

9 kHz

200 s/MHz

9/10 kHz

10 s/MHz

Nota: Jekk jintuża analizzatur tal-ispettru għall-kejl tal-quċċata, il-wisa' tal-banda tal-video għandha tkun tal-anqas tliet darbiet il-wisa' tal-banda ta' riżoluzzjoni (RBW).


Tabella 2

Parametri tar-riċevitur tal-iskennjar

Medda ta' Frekwenzi

MHz

Detettur tal-quċċata

Detettur tal-kważi-quċċata

Detettur tal-medja

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

0,15 sa 30

9 kHz

5 kHz

50 ms

9 kHz

5 kHz

1 s

9 kHz

5 kHz

50 ms

4.   REKWIŻITI TAT-TEST

4.1.   Il-limiti japplikaw tul il-medda kollha ta' frekwenzi bejn 0.15 u 30 MHz għal kejl li jsir f'kamra semianekoika jew f'sit tat-test ta' barra.

4.2.   Il-kejl għandu jsir b'detetturi tal-medja u b'detetturi jew tal-quċċata jew kważi-quċċata. Il-limiti huma indikati fil-paragrafu 7.5 ta' dan ir-Regolament.

It-Tabella 7 għal-linji AC u t-Tabella 8 għal-linji DC. Jekk jintużaw detetturi tal- quċċata għandu jiġi applikat fattur ta' korrezzjoni ta' 20 dB kif definit fis-CISPR 12.


(1)  Għal disturbi purament tal-broadband, id-daqs massimu tal-intervall tal-frekwenza jista' jiżdied sa valur li ma jaqbiżx il-valur tal-wisa' tal-banda.

Appendiċi

Grafika 1

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

Eżempji tal-konfigurazzjoni tat-test għal vettura bi plakka li tinsab mal-ġenb tal-vettura (Provvista AC mingħajr komunikazzjoni)

Grafika 1a

Image 49

Test ta 'immaġni

Grafika1b

Image 50

Test ta 'immaġni

Tifsira:

1

Vettura ttestjata

2

Appoġġ bl-iżolazzjoni

3

Cable tal-iċċarġjar

4

Netwerk(s) artifiċjali mqabbad/imqabbda mal-ert (għal-linji tal-elettriku AC jew DC)

5

Sokit tal-mains tal-elettriku

6

Riċevitur li jkejjel

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

Eżempji tal-konfigurazzjoni tat-test għal vettura bi plakka li tinsab fuq wara/quddiem tal-vettura (AC mingħajr komunikazzjoni)

Grafika 1c

Image 51

Test ta 'immaġni

Grafika 1d

Image 52

Test ta 'immaġni

Tifsira:

1

Vettura ttestjata

2

Appoġġ bl-iżolazzjoni

3

Cable tal-iċċarġjar

4

Netwerk(s) artifiċjali mqabbad/imqabbda mal-ert (għal-linji tal-elettriku AC jew DC)

5

Sokit tal-mains tal-elettriku

6

Riċevitur li jkejjel


ANNESS 14

METODU JEW METODI TA' TTESTJAR GĦALL-EMISSJONI TA' DISTURBI KONDOTTI MILL-FREKWENZI TAR-RADJU FUQ L-AĊĊESS GĦAT-TELEKOMUNIKAZZJONI U N-NETWERK MILL-VETTURA

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu tat-test deskritt f'dan l-anness għandu jiġi applikat għal vetturi fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”.

1.2.   Metodu tal-ittestjar

It-test hu maħsub biex ikejjel il-livell ta' disturbi kondotti mill-frekwenzi tar-radju ġġenerati mill-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” permezz tal-aċċess għat-telekomunikazzjoni u n-netwerk tagħha sabiex jassigura li hi kompatibbli mal-ambjenti residenzjali, kummerċjali u industrijali ħafif.

Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dan l-anness, it-test għandu jitwettaq skont is-CISPR 22.

2.   STAT TAL-VETTURA MATUL IT-TESTIJIET

2.1.   Il-vettura għandha tkun fil-konfigurazzjoni ta' “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” L-istat taċ-ċarġ (SOC) tal-batterija tat-trazzjoni għandu jinżamm bejn 20 u 80 fil-mija tas-SOC massimu matul il-kejl kollu tal-medda ta' frekwenzi (dan jista' jwassal biex il-kejl jinqasam bejn sottobandi differenti fejn ikun meħtieġ li l-batterija tat-trazzjoni tal-vettura tiġi skargata qabel ma jibdew is-sottobandi segwenti). Jekk il-konsum tal-kurrent ikun jista' jiġi aġġustat, il-kurrent għandu jiġi kkonfigurat għal tal-anqas 80 fil-mija tal-valur nominali tiegħu.

Il-vettura għandha tkun immobilizzata, bil-magna mitfija.

It-tagħmir kollu l-ieħor li jista' jinxtegħel b'mod permanenti mis-sewwieq jew mill-passiġġier għandu jkun mitfi.

3.   ARRANĠAMENTI TAT-TEST

3.1.   It-testijiet għandhom isiru skont il-paragrafu 5 tas-CISPR 22 għall-emissjonijiet kondotti.

3.2.   L-istabbilizzazzjoni tal-impedenza li trid tintuża għall-kejl fuq il-vettura hija definita fil-paragrafu 9.6.2 tas-CISPR 22.

Stabilizzazzjoni tal-impedenza

Il-linji tal-komunikazzjoni għandhom jiġu mqabbda mal-vettura bl-istabilizzazzjoni tal-impedenza (IS).

L-IS(s) għandhom jitqiegħdu direttament fuq il-pjan tal-massa. Il-kaxxa tal-IS għandha tkun imwaħħla mal-pjan tal-massa.

Il-port tal-kejl ta' kull IS għandu jiġi tterminat b'tagħbija ta' 50 Ω. L-IS għandu jitqiegħed kif definit fil-Grafiki 1a sa 1d tal-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness.

3.3.   Il-preparazzjoni tat-test għall-konnessjoni tal-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” tidher fil-Grafika 1 tal-Appendiċi ta' dan l-anness.

Jekk ikun impossibbli li l-funzjonalità tal-vettura tkun garantita minħabba l-introduzzjoni ta' IS, għandu jiġi applikat metodu ieħor deskritt fis-CISPR 22 (skont il-Grafiki 2a sa 2d tal-Appendiċi ta' dan l-Anness).

3.4.   Il-kejl għandu jsir b'analizzatur tal-ispettru jew b'riċevitur tal-iskennjar. Il-parametri li għandhom jintużaw huma ddefiniti fit-Tabella 1 u t-Tabella 2.

Tabella 1

Parametri tal-analizzatur tal-ispettru

Medda ta' Frekwenzi

MHz

Detettur tal-quċċata

Detettur tal-kważi-quċċata

Detettur tal-medja

RBW f' – 3 dB

Ħin ta' skennjar

RBW f' – 6 dB

Ħin ta' skennjar

RBW f' – 3 dB

Ħin ta' skennjar

0,15 sa 30

9/10 kHz

10 s/MHz

9 kHz

200 s/MHz

9/10 kHz

10 s/MHz

Nota: Jekk jintuża analizzatur tal-ispettru għall-kejl tal-quċċata, il-wisa' tal-banda tal-video għandha tkun tal-anqas tliet darbiet il-wisa' tal-banda ta' riżoluzzjoni (RBW).


Tabella 2

Parametri tar-riċevitur tal-iskennjar

Medda ta' Frekwenzi

MHz

Detettur tal-quċċata

Detettur tal-kważi-quċċata

Detettur tal-medja

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

0,15 sa 30

9 kHz

5 kHz

50 ms

9 kHz

5 kHz

1 s

9 kHz

5 kHz

50 ms

4.   REKWIŻITI TAT-TEST

4.1.   Il-limiti japplikaw tul il-medda kollha ta' frekwenzi bejn 0.15 u 30 MHz għal kejl li jsir f'kamra semianekoika jew f'sit tat-test ta' barra.

4.2.   Il-kejl għandu jsir b'detetturi tal-medja u jew b'detetturi tal-quċċata jew kważi quċċata. Il-limiti huma indikati fit-Tabella 9 tal-paragrafu 7.6. Jekk jintużaw detetturi tal-quċċata għandu jiġi applikat fattur ta' korrezzjoni ta' 20 dB kif definit fis-CISPR 12.


(1)  Għal disturbi purament tal-broadband, id-daqs massimu tal-intervall tal-frekwenza jista' jiżdied sa valur li ma jaqbiżx il-valur tal-wisa' tal-banda.

Appendiċi

Grafika 1

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

Eżempji tal-konfigurazzjoni tat-test għal vettura bi plakka li tinsab mal-ġenb tal-vettura (AC jew DC bil-komunikazzjoni)

Grafika 1 a

Image 53

Test ta 'immaġni

Grafika 1b

Image 54

Test ta 'immaġni

Tifsira:

1

Vettura ttestjata

5

Sokit tal-mains tal-elettriku

2

Appoġġ bl-iżolazzjoni

6

Stabilizzazzjoni(jiet) tal-impedenzi mqabbda mal-ert (għal-linji tal-komunikazzjoni)

3

Cable tal-iċċarġjar/komunikazzjoni

7

Stazzjon tal-iċċarġjar

4

Netwerk(s) artifiċjali AC/DC imqabbad/imqabbda mal-ert (għal-linji tal-elettriku AC jew DC)

8

Riċevitur li jkejjel

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

Eżempji tal-konfigurazzjoni tat-test għal vettura bi plakka li tinsab fuq wara/quddiem tal-vettura (AC jew DC bil-komunikazzjoni)

Grafika 1c

Image 55

Test ta 'immaġni

Grafika 1d

Image 56

Test ta 'immaġni

Tifsira:

1

Vettura ttestjata

5

Sokit tal-mains tal-elettriku

2

Appoġġ bl-iżolazzjoni

6

Stabilizzazzjoni(jiet) tal-impedenzi mqabbda mal-ert (għal-linji tal-komunikazzjoni)

3

Cable tal-iċċarġjar/komunikazzjoni

7

Stazzjon tal-iċċarġjar

4

Netwerk(s) artifiċjali AC/DC imqabbad/imqabbda mal-ert (għal-linji tal-elettriku AC jew DC)

8

Riċevitur li jkejjel

Grafika 2

Kejl alternattiv għal vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

Eżempji tal-konfigurazzjoni tat-test għal vettura bi plakka li tinsab mal-ġenb tal-vettura (AC jew DC bil-komunikazzjoni)

Grafika 2a

Image 57

Test ta 'immaġni

Grafika 2b

Image 58

Test ta 'immaġni

Tifsira:

1

Vettura ttestjata

7

Stazzjon tal-iċċarġjar

2

Appoġġ bl-iżolazzjoni

8

Sonda tal-kurrent

3

Cable tal-iċċarġjar/komunikazzjoni

9

Linji tal-komunikazzjoni

4

Netwerk(s) artifiċjali AC/DC imqabbad/imqabbda mal-ert (għal-linji tal-elettriku AC jew DC)

10

Riċevitur li jkejjel

5

Sokit tal-mains tal-elettriku

11

Sonda kapaċitattiva tal-vultaġġ

Kejl alternattiv għal vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

Eżempji tal-konfigurazzjoni tat-test għal vettura bi plakka li tinsab fuq wara/quddiem tal-vettura (AC jew DC bil-komunikazzjoni)

Grafika 2c

Image 59

Test ta 'immaġni

Grafika 2d

Image 60

Test ta 'immaġni

Tifsira:

1

Vettura ttestjata

7

Stazzjon tal-iċċarġjar

2

Appoġġ bl-iżolazzjoni

8

Sonda tal-kurrent (jew sonda kapaċitattiva tal-vultaġġ)

3

Cable tal-iċċarġjar/komunikazzjoni

9

Linji tal-komunikazzjoni

4

Netwerk(s) artifiċjali AC/DC imqabbad/imqabbda mal-ert (għal-linji tal-elettriku AC jew DC)

10

Riċevitur li jkejjel

5

Sokit tal-mains tal-elettriku

11

Sonda kapaċitattiva tal-vultaġġ


ANNESS 15

IL-METODU JEW METODI TA' TTESTJAR GĦALL-IMMUNITÀ TAL-VETTURI GĦAD-DISTURBI TRANŻITORJI ELETTRIĊI VELOĊI/BURST KONDOTTI TUL IL-LINJI AC U DC

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu ta' test deskritt f'dan l-anness għandu jkun applikat biss għall-vetturi. Dan il-metodu jikkonċerna biss il-konfigurazzjoni tal-vettura bil-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”.

1.2.   Metodu tal-ittestjar

It-test hu maħsub biex juri l-immunità tas-sistemi elettroniċi tal-vettura. Il-vettura għandha tkun suġġetta għad-disturbi Tranżitorji Elettriċi Veloċi/Burst kondotti tul il-linji AC u DC tal-vettura kif deskritt f'dan l-anness. Waqt it-testijiet, il-vettura għandha tkun immonitorjata.

Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dan l-anness, it-test għandu jitwettaq skont l-IEC 61000-4-4:

2.   L-ISTAT TAL-VETTURA WAQT IT-TESTIJIET FIL-KONFIGURAZZJONI “MODALITÀ TA' ĊĊARĠJAR TAR-REESS IMQABBDA MAL-GRILJA TAL-ELETTRIKU”

2.1.   Il-vettura għandha tkun f'kundizzjoni mhux mgħobbija ħlief għat-tagħmir neċessarju tat-test.

2.1.1.   Il-magna għandha tkun immobilizzata, il-magna mitfija u fil-modalità ta' ċċarġjar.

2.1.2.   Kundizzjonijiet bażiċi tal-vettura

Il-paragrafu jiddefinixxi l-kundizzjonijiet minimi tat-test (safejn japplikaw) u l-kriterji ta' falliment għat-testijiet ta' immunità tal-vetturi. Sistemi oħra tal-vettura, li jistgħu jaffettwaw il-funzjonijiet relatati mal-immunità, għandhom jiġu ttestjati b'mod li għandu jiġi stabbilit bi ftehim bejn il-manifattur u s-Servizz Tekniku.

Kundizzjonijiet tat-test tal-vettura bil-“modalità ta' ċċarġjar REESS”

Kriterji ta' falliment

L-REESS għandha tkun fil-modalità ta' ċċarġjar. L-istat taċ-ċarġ (SOC) tal-batterija tat-trazzjoni għandu jinżamm bejn 20 u 80 fil-mija tas-SOC massimu matul il-ħin kollu tal-kejl (dan jista' jwassal biex il-kejl jinqasam bejn slotts ta' ħin differenti fejn ikun meħtieġ li l-batterija tat-trazzjoni tal-vettura tiġi skargata qabel ma tibda s-slott ta' ħin li jmiss). Jekk il-konsum tal-kurrent ikun jista' jiġi aġġustat, il-kurrent għandu jiġi kkonfigurat għal tal-anqas 20 fil-mija tal-valur nominali tiegħu.

Il-vettura tibda tinstaq

2.1.3.   It-tagħmir kollu l-ieħor li jista' jinxtegħel b'mod permanenti mis-sewwieq jew mill-passiġġier għandu jkun mitfi.

2.2.   Waqt il-monitoraġġ tal-vettura għandu jintuża biss tagħmir li ma jġibx perturbazzjoni. Il-parti ta' barra tal-vettura u l-kompartiment tal-passiġġier għandhom ikunu mmonitorjati biex ikun stabbilit jekk ir-rekwiżiti ta' dan l-anness humiex issodisfati (eż. bl-użu ta' vidjokamera(s), mikrofonu, eċċ.).

3.   TAGĦMIR TAT-TEST

3.1.   It-tagħmir tat-test jikkonsisti fi pjan tal-massa ta' referenza (mhijiex meħtieġa kamra protetta), ġeneratur tat-tranżitorji/tal-bursts, netwerk tal-akkoppjar u d-diżakkoppjar (CDN) u morsa tal-akkoppjar kapaċitattiva.

3.2.   Il-ġeneratur tat-tranżitorji/bursts għandu jissodisfa l-kundizzjoni definita fil-paragrafu 6.1 tal-IEC 61000-4-4:

3.3.   In-netwerk tal-akkoppjar u d-diżakkoppjar għandu jissodisfa l-kundizzjoni definita fil-paragrafu 6.2 tal-IEC 61000-4-4: Meta n-netwerk tal-akkoppjar u d-diżakkoppjar ma jkunx jista' jintuża fuq linji AC u DC, tista' tintuża l-morsa tal-akkoppjar kapaċitattiva definita fil-paragrafu 6.3 tal-IEC 61000-4-4:

4.   ARRANĠAMENT TAT-TEST

4.1.   Il-preparazzjoni tat-test tal-vettura hi msejsa fuq il-preparazzjoni tat-tip tal-laboratorju kif deskritta fil-paragrafu 7.2 tal-IEC 61000-4-4.

4.2.   Il-vettura għandha titqiegħed direttament fuq il-pjan tal-massa.

4.3.   Is-Servizz Tekniku għandu jwettaq it-test kif speċifikat fil-paragrafu 7.7.2.1 ta' dan ir-Regolament.

Minflok, jekk il-manifattur jipprovdi kejl minn laboratorju tat-testijiet akkreditat għall-partijiet applikabbli tal-ISO 17025 u rikonoxxut mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, is-Servizz Tekniku jista' jagħżel li ma jwettaqx it-test biex jikkonferma li l-vettura tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-anness.

5.   ĠENERAZZJONI TAL-LIVELL TAT-TEST MEĦTIEĠ

5.1.   Metodoloġija tat-test

5.1.1.   Il-metodu tat-test skont l-IEC 61000-4-5, għandu jintuża biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-livell tat-test.

5.1.2.   Il-fażi tat-test

Il-vettura għandha titqiegħed fuq il-pjan ta' massa. Il-kurrenti Tranżitorji Elettriċi Veloċi/burst (EFT/B) għandhom jiġu applikati fuq il-vettura fuq il-linji AC u DC f'modalitajiet komuni billi jintuża CDN kif deskritt fl-Appendiċi, il-Grafika 1 ta' dan l-anness.

Għandha tittieħed nota tal-konfigurazzjoni tat-test fir-rapport tat-test.

Appendiċi

Grafika 1

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS” imqabbda mal-grilja tal-elettriku fuq il-linji AC u DC

Image 61

Test ta 'immaġni

ANNESS 16

METODU JEW METODI TA' TTESTJAR GĦALL-IMMUNITÀ TAL-VETTURI GĦAT-TLUGĦ F'DAQQA KONDOTT TUL IL-LINJI AC U DC

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu ta' test deskritt f'dan l-anness għandu jkun applikat biss għall-vetturi. Dan il-metodu jikkonċerna biss il-konfigurazzjoni tal-vettura bil-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”.

1.2.   Metodu tal-ittestjar

It-test hu maħsub biex juri l-immunità tas-sistemi elettroniċi tal-vettura. Il-vettura għandha tkun suġġetta għat-tlugħ f'daqqa kondott tul il-linji AC u DC tal-vettura kif deskritt f'dan l-anness. Waqt it-testijiet, il-vettura għandha tkun immonitorjata.

Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dan l-anness, it-test għandu jitwettaq skont l-IEC 61000-4-5:

2.   L-ISTAT TAL-VETTURA WAQT IT-TESTIJIET FIL-KONFIGURAZZJONI “MODALITÀ TA' ĊĊARĠJAR TAR-REESS IMQABBDA MAL-GRILJA TAL-ELETTRIKU”

2.1.   Il-vettura għandha tkun f'kundizzjoni mhux mgħobbija ħlief għat-tagħmir neċessarju tat-test.

2.1.1.   Il-magna għandha tkun immobilizzata, il-magna mitfija u fil-modalità ta' ċċarġjar.

2.1.2.   Kundizzjonijiet bażiċi tal-vettura

Il-paragrafu jiddefinixxi l-kundizzjonijiet minimi tat-test (safejn japplikaw) u l-kriterji ta' falliment għat-testijiet ta' immunità tal-vetturi. Sistemi oħra tal-vettura, li jistgħu jaffettwaw il-funzjonijiet relatati mal-immunità, għandhom jiġu ttestjati b'mod li għandu jiġi stabbilit bi ftehim bejn il-manifattur u s-Servizz Tekniku.

Kundizzjonijiet tat-test tal-vettura bil-“modalità ta' ċċarġjar REESS”

Kriterji ta' falliment

L-REESS għandha tkun fil-modalità ta' ċċarġjar. L-istat taċ-ċarġ (SOC) tal-batterija tat-trazzjoni għandu jinżamm bejn 20 u 80 fil-mija tas-SOC massimu matul il-ħin kollu tal-kejl (dan jista' jwassal biex il-kejl jinqasam bejn slotts ta' ħin differenti fejn ikun meħtieġ li l-batterija tat-trazzjoni tal-vettura tiġi skargata qabel ma tibda s-slott ta' ħin li jmiss). Jekk il-konsum tal-kurrent ikun jista' jiġi aġġustat, il-kurrent għandu jiġi kkonfigurat għal tal-anqas 20 fil-mija tal-valur nominali tiegħu.

Il-vettura tibda tinstaq

2.1.3.   It-tagħmir kollu l-ieħor li jista' jinxtegħel b'mod permanenti mis-sewwieq jew mill-passiġġier għandu jkun mitfi.

2.2.   Waqt il-monitoraġġ tal-vettura għandu jintuża biss tagħmir li ma jġibx perturbazzjoni. Il-parti ta' barra tal-vettura u l-kompartiment tal-passiġġier għandhom ikunu mmonitorjati biex ikun stabbilit jekk ir-rekwiżiti ta' dan l-anness humiex issodisfati (eż. bl-użu ta' vidjokamera(s), mikrofonu, eċċ.).

3.   TAGĦMIR TAT-TEST

3.1.   It-tagħmir tat-test jikkonsisti fi pjan tal-massa ta' referenza (mhijiex meħtieġa kamra protetta), ġeneratur tat-tlugħ f'daqqa u netwerk tal-akkoppjar/tad-diżakkoppjar (CDN).

3.2.   Il-ġeneratur tat-tlugħ f'daqqa għandu jissodisfa l-kundizzjoni definita fil-paragrafu 6.1 tal-IEC 61000-4-5.

3.3.   In-netwerk tal-akkoppjar u d-diżakkoppjar għandu jissodisfa l-kundizzjoni definita fil-paragrafu 6.3 tal-IEC 61000-4-5.

4.   ARRANĠAMENT TAT-TEST

4.1.   Il-preparazzjoni tat-test tal-vettura hi msejsa fuq il-preparazzjoni deskritta fil-paragrafu 7.2 tal-IEC 61000-4-5.

4.2.   Il-vettura għandha titqiegħed direttament fuq il-pjan tal-massa.

4.3.   Is-Servizz Tekniku għandu jwettaq it-test kif speċifikat fil-paragrafu 7.8.2.1 ta' dan ir-Regolament.

Minflok, jekk il-manifattur jipprovdi kejl minn laboratorju tat-testijiet akkreditat għall-partijiet applikabbli tal-ISO 17025 u rikonoxxut mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, is-Servizz Tekniku jista' jagħżel li ma jwettaqx it-test biex jikkonferma li l-vettura tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-anness.

5.   ĠENERAZZJONI TAL-LIVELL TAT-LEST MEĦTIEĠ

5.1.   Metodoloġija tat-test

5.1.1.   Il-metodu tat-test skont l-IEC 61000-4-5, għandu jintuża biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-livell tat-test.

5.1.2.   Il-fażi tat-test

Il-vettura għandha titqiegħed fuq il-pjan tal-massa. It-turbulenzi tal-elettriku għandhom jiġu applikati fuq il-vettura fuq il-linji AC u DC bejn kull linja u l-ert u bejn il-linji billi jintuża CDN kif deskritt fil-Grafiki 1 sa 4 tal-Appendiċi ta' dan l-anness,

Għandha tittieħed nota tal-konfigurazzjoni tat-test fir-rapport tat-test.

Appendiċi

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

Grafika 1

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” — Agganċjar bejn il-linji għal-linji DC jew AC (monofażi)

Image 62

Test ta 'immaġni

Grafika 2

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” — Agganċjar bejn kull linja u ert u għal-linji AC u DC (fażi waħda)

Image 63

Test ta 'immaġni

Grafika 3

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” — Agganċjar bejn il-linji għal-linji AC (trifażi)

Image 64

Test ta 'immaġni

Grafika 4

Vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” — Agganċjar bejn kull linja u ert għal-linji AC (trifażi)

Image 65

Test ta 'immaġni

ANNESS 17

METODU/I TA' TTESTJAR GĦALL-EMISSJONIJIET TAL-ARMONIĊI ĠĠENERATI FUQ LINJI AC MINN ESA

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu tat-test deskritt f'dan l-anness għandu jiġi applikat għal vetturi fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

1.2.   Metodu tal-ittestjar

It-test hu maħsub biex ikejjel il-livell ta' armoniċi ġġenerati mill-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” permezz tal-linji AC sabiex jassigura l-kompatibbiltà mal-ambjenti residenzjali, kummerċjali u industrijali ħafif.

Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dan l-anness, it-test għandu jitwettaq skont:

(a)

IEC 61000-3-2 għall-kurrent tal-input fil-modalità ta' ċċarġjar ≤ 16 A għal kull fażi għat-tagħmir tal-klassi A;

(b)

IEC 61000-3-12 għall-kurrent tal-input fil-modalità ta' ċċarġjar > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi.

2.   STAT TAL-ESA MATUL IT-TESTIJIET

2.1.   L-ESA għandha tkun fil-konfigurazzjoni ta' “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

L-istat taċ-ċarġ (SOC) tal-batterija tat-trazzjoni għandu jinżamm bejn 20 u 80 fil-mija tas-SOC massimu matul il-ħin kollu tal-kejl (dan jista' jwassal biex il-kejl jinqasam bejn slotts ta' ħin differenti fejn ikun meħtieġ li l-batterija tat-trazzjoni tal-vettura tiġi skargata qabel ma tibda s-slott ta' ħin li jmiss).

Jekk il-konsum tal-kurrent ikun jista' jiġi aġġustat, il-kurrent għandu jiġi kkonfigurat għal tal-anqas 80 fil-mija tal-valur nominali tiegħu.

3.   ARRANĠAMENTI TAT-TEST

3.1.   Il-ħin ta' osservazzjoni li jrid jintuża għall-kejl għandu jkun bħal dak għat-tagħmir kważi wieqaf kif definit fit-Tabella 4 tal-IEC 61000-3-2.

3.2.   Il-preparazzjoni tat-test għall-vettura monofażi fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” tidher fil-Grafika 1 tal-Appendiċi 1 ta' dan l-anness.

3.3.   Il-preparazzjoni tat-test għall-vettura trifażi fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” tidher fil-Grafika 2 tal-Appendiċi ta' dan l-anness.

4.   REKWIŻITI TAT-TEST

4.1.   Il-kejl tal-kurrenti armoniċi biż-żewġ u bil-fard għandu jitwettaq sal-erbgħin armonika.

4.2.   Il-limiti għall-ESAs monofażi jew trifażi fil-konfigurazzjoni tal-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” monofażi jew trifażi bil-kurrent tal-input ≤ 16 A għal kull fażi, huma indikati fit-Tabella 10 tal-paragrafu 7.11.2.1 ta' dan ir-Regolament.

4.3.   Il-limiti għall-ESAs monofażi fil-konfigurazzjoni tal-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” b'kurrent tal-input ta' > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi, huma indikati fit-Tabella 11 tal-paragrafu 7.11.2.2 ta' dan ir-Regolament.

4.4.   Il-limiti għall-ESAs trifażi fil-konfigurazzjoni tal-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” b'kurrent tal-input ta' > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi, huma indikati fit-Tabella 12 tal-paragrafu 7.11.2.2 ta' dan ir-Regolament.

4.5.   Għall-ESAs trifażi fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” b'kurrent tal-input ta' > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi, meta tiġi ssodisfata mill-inqas waħda mit-tliet kundizzjonijiet (a), (b), (c) deskritti fil-paragrafu 5.2 tal-IEC 61000-35.2, allura jistgħu jiġu applikati l-limiti mogħtija fil-paragrafu 7.11.2.2 it-Tabella 6 ta' dan ir-Regolament.

Appendiċi

Grafika 1

ESA fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” — konfigurazzjoni tat-test monofażi

Image 66

Provvista tal-enerġija b'impedenza interna ZS u vultaġġ taċ-ċirkwit miftuħ G

Tul massimu tal-cable 10 m

ESA

Apparat tal-kejl b'impedenza tal-input ZM

Grafika 2

ESA fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” — preparazzjoni tat-test trifażi

Image 67

Provvista tal-enerġija b'impedenza interna ZS u vultaġġ taċ-ċirkwit miftuħ G

ESA

Tul massimu tal-cable 10 m

Apparat tal-kejl b'impedenza tal-input ZM


ANNESS 18

IL-METODU JEW METODI TA' TTESTJAR GĦALL-EMISSJONI TAT-TIBDIL FIL-VULTAĠĠ, FLUTTWAZZJONIJIET FIL-VULTAĠĠ U TNEMNIM FUQ IL-LINJI AC MILL-VETTURA

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu tat-test deskritt f'dan l-anness għandu jiġi applikat għal vetturi fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

1.2.   Metodu tal-ittestjar

It-test hu maħsub biex ikejjel il-livell ta' tibdil fil-vultaġġ, fluttwazzjonijiet fil-vultaġġ u tnemnim iġġenerat mill-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” permezz tal-linji AC sabiex jassigura l-kompatibbiltà mal-ambjenti residenzjali, kummerċjali u industrijali ħafif.

Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dan l-anness, it-test għandu jitwettaq skont:

(a)

IEC 61000-3-3 għall-kurrent nominali fil-“modalità ta' ċċarġjar REESS” ≤ 16 A għal kull fażi u mhux suġġett għall-konnessjoni kondizzjonali;

(b)

IEC 61000-3-11 għall-kurrent nominali fil-“modalità ta' ċċarġjar REESS” > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi u suġġett għall-konnessjoni kondizzjonali.

2.   STAT TAL-ESA MATUL IT-TESTIJIET

2.1.   L-ESA għandha tkun fil-konfigurazzjoni ta' “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

L-istat taċ-ċarġ (SOC) tal-batterija tat-trazzjoni għandu jinżamm bejn 20 u 80 fil-mija tas-SOC massimu matul il-ħin kollu tal-kejl (dan jista' jwassal biex il-kejl jinqasam bejn slotts ta' ħin differenti fejn ikun meħtieġ li l-batterija tat-trazzjoni tal-vettura tiġi skargata qabel ma tibda s-slott ta' ħin li jmiss).

Jekk il-konsum tal-kurrent ikun jista' jiġi aġġustat, il-kurrent għandu jiġi kkonfigurat għal tal-anqas 80 fil-mija tal-valur nominali tiegħu.

3.   ARRANĠAMENTI TAT-TEST

3.1.   It-testijiet għall-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” bil-kurrent nominali ≤ 16 A għal kull fażi u mhux suġġetta għall-konnessjoni kondizzjonali, għandhom jitwettqu skont il-paragrafu 4 tal-IEC 61000-3-3.

3.2.   It-testijiet għall-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” bil-kurrent nominali > 16A u ≤ 75 A għal kull fażi u mhux suġġetta għall-konnessjoni kondizzjonali, għandhom jitwettqu skont il-paragrafu 6 tal-IEC 61000-3-11.

3.3.   Il-preparazzjoni tat-test għall-ESA trifażi fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” tidher fil-Grafiki 1a u 1b tal-Appendiċi ta' dan l-anness.

4.   REKWIŻITI TAT-TEST

4.1.   Il-parametri li jridu jiġu determinati fl-ambitu tal-ħin huma l-“valur tat-tnemnim ta' ħin qasir”, “il-valur tat-tnemnim ta' ħin twil” u “varjazzjoni relattiva tal-vultaġġ”.

4.2.   Il-limiti għall-ESA fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” bil-kurrent tal-input ≤ 16 A għal kull fażi, u mhux suġġetta għall-konnessjoni kondizzjonali huma indikati fil-paragrafu 7.12.2.1 ta' dan ir-Regolament.

4.3.   Il-limiti għall-ESA fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” > 16 A u ≤ 75 A għal kull fażi u suġġetta għall-konnessjoni kondizzjonali huma indikati fil-paragrafu 7.12.2.2 ta' dan ir-Regolament.

Appendiċi

Grafika 1a

ESA fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” — preparazzjoni tat-test monofażi

Image 68

Provvista tal-enerġija b'vultaġġ taċ-ċirkwit miftuħ G u impedenza (RP + j XP)

Apparat tal-kejl

ESA

Grafika 1b

ESA fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” — preparazzjoni tat-test trifażi

Image 69

Provvista tal-enerġija b'vultaġġ taċ-ċirkwit miftuħ G u impedenza (RP + j XP)

ESA

Apparat tal-kejl


ANNESS 19

METODU JEW METODI TA' TTESTJAR GĦALL-EMISSJONI TA' DISTURBI KONDOTTI MILL-FREKWENZI TAR-RADJU FUQ LINJI AC JEW DC MILL-VETTURA

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu tat-test deskritt f'dan l-anness għandu jiġi applikat għal vetturi fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

1.2.   Metodu tal-ittestjar

It-test hu maħsub biex ikejjel il-livell ta' disturbi kondotti mill-frekwenzi tar-radju ġġenerati mill-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” permezz tal-linji AC jew DC sabiex jassigura l-kompatibbiltà mal-ambjenti residenzjali, kummerċjali u industrijali ħafif.

Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dan l-anness, it-test għandu jitwettaq skont l-IEC 16-2-1:

2.   STAT TAL-ESA MATUL IT-TESTIJIET

2.1.   L-ESA għandha tkun fil-konfigurazzjoni ta' “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

L-istat taċ-ċarġ (SOC) tal-batterija tat-trazzjoni għandu jinżamm bejn 20 u 80 fil-mija tas-SOC massimu matul il-kejl kollu tal-medda ta' frekwenzi (dan jista' jwassal biex il-kejl jinqasam bejn sottobandi differenti fejn ikun meħtieġ li l-batterija tat-trazzjoni tal-vettura tiġi skargata qabel ma jibdew is-sottobandi segwenti).

Jekk it-test ma jsirx b'REESS, l-ESA għandu jiġi ttestjat bil-kurrent nominali. Jekk il-konsum tal-kurrent ikun jista' jiġi aġġustat, il-kurrent għandu jiġi kkonfigurat għal tal-anqas 80 fil-mija tal-valur nominali tiegħu.

3.   ARRANĠAMENTI TAT-TEST

3.1.   It-test għandu jsir skont il-paragrafu 7.4.1 tas-CISPR 16-2-1 bħala apparat li joqgħod fuq mejda.

3.2.   In-netwerk artifiċjali tal-mains li jrid jintuża għall-kejl fuq il-komponenti tal-vettura huwa definit fil-paragrafu 4.3 tas-CISPR 16-1-2.

Netwerks artifiċjali

In-netwerks artifiċjali (AN) għandhom jitqiegħdu direttament fuq il-pjan tal-massa. Il-kaxxi tal-AN għandhom ikunu mwaħħla mal-pjan tal-massa.

L-emissjonijiet kondotti fuq linji tal-elettriku AC u DC jitkejlu wara xulxin fuq kull linja tal-elettriku billi r-riċevitur li jkejjel jitqabbad fuq il-port tal-kejl tal-AN relatat, u l-port tal-kejl tal-AN jiddaħħal fil-linji tal-elettriku l-oħra u jintemm b'tagħbija ta' 50 Ω.

L-AN għandu jitqiegħed quddiem, allinjat ma' u fuq l-istess naħa tal-plakka tal-iċċarġjar tal-vettura.

3.3.   Il-preparazzjoni tat-test għall-konnessjoni tal-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” tidher fil-Grafika 1 tal-Appendiċi ta' dan l-anness.

3.4.   Il-kejl għandu jsir b'analizzatur tal-ispettru jew b'riċevitur tal-iskennjar. Il-parametri li għandhom jintużaw huma ddefiniti fit-Tabella 1 u t-Tabella 2.

Tabella 1

Parametri tal-analizzatur tal-ispettru

Medda ta' Frekwenzi

MHz

Detettur tal-quċċata

Detettur tal-kważi-quċċata

Detettur tal-medja

RBW f' – 3 dB

Ħin ta' skennjar

RBW f' – 6 dB

Ħin ta' skennjar

RBW f' – 3 dB

Ħin ta' skennjar

0,15 sa 30

9/10 kHz

10 s/MHz

9 kHz

200 s/MHz

9/10 kHz

10 s/MHz

Nota: Jekk jintuża analizzatur tal-ispettru għall-kejl tal-quċċata, il-wisa' tal-banda tal-video għandha tkun tal-anqas tliet darbiet il-wisa' tal-banda ta' riżoluzzjoni (RBW).


Tabella 2

Parametri tar-riċevitur tal-iskennjar

Medda ta' Frekwenzi

MHz

Detettur tal-quċċata

Detettur tal-kważi-quċċata

Detettur tal-medja

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

0,15 sa 30

9 kHz

5 kHz

50 ms

9 kHz

5 kHz

1 s

9 kHz

5 kHz

50 ms

Nota: Għall-emissjonijiet iġġenerati minn muturi b'kommutaturi tal-brushes mingħajr unità tal-kontroll elettroniku, id-daqs tal-intervall massimu jista' jiżdied sa ħames darbiet tal-wisa' tal-banda.

4.   REKWIŻITI TAT-TEST

4.1   Il-limiti japplikaw tul il-medda kollha ta' frekwenzi bejn 0,15 u 30 MHz għal kejl li jsir f'kamra semianekoika jew f'sit tat-test ta' barra.

4.2   Il-kejl għandu jsir b'detetturi tal-medja u jew b'detetturi tal-quċċata jew tal-kważi-quċċata. Il-limiti jidhru fit-Tabella 14 tal-paragrafu 7.13.2.1 ta' dan ir-Regolament għal-linji AC u fit-Tabella 15 għall-paragrafu 7.13.2.2 ta' dan ir-Regolament għal-linji DC. Jekk jintużaw detetturi tal-quċċata għandu jiġi applikat fattur ta' korrezzjoni ta' 20 dB kif definit fis-CISPR 12.


(1)  Għal disturbi purament tal-broadband, id-daqs massimu tal-intervall tal-frekwenza jista' jiżdied sa valur li ma jaqbiżx il-valur tal-wisa' tal-banda.

Appendiċi

Grafika 1

ESA fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

Image 70

Pjan tal-massa

Il-cable għandu jkun mitwi forma ta' Z jekk ikun itwal minn metru 1, 100 ± 25 mm 'il fuq mill-art u mhux inqas minn 100 mm mill-istruttura tal-ESA

Mains tal-elettriku

Netwerk artifiċjali

0,8 (+0,2/-0) m

ESA

Tifsira:

1

ESA li qiegħed jiġi ttestjat

2

Appoġġ bl-iżolazzjoni

3

Cable tal-iċċarġjar

4

Netwerk(s) artifiċjali AC jew DC imqabbdin mal-ert

5

Sokit tal-mains tal-elettriku

6

Riċevitur li jkejjel


ANNESS 20

METODU JEW METODI TA' TTESTJAR GĦALL-EMISSJONI TA' DISTURBI KONDOTTI MILL-FREKWENZI TAR-RADJU FUQ L-AĊĊESS GĦAT-TELEKOMUNIKAZZJONI U N-NETWERK MILL-VETTURA

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu tat-test deskritt f'dan l-anness għandu jiġi applikat għal vetturi fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

1.2.   Metodu tal-ittestjar

It-test hu maħsub biex ikejjel il-livell ta' disturbi kondotti mill-frekwenzi tar-radju ġġenerati mill-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” permezz tal-aċċess għat-telekomunikazzjoni u n-netwerk tagħha sabiex jassigura li hi kompatibbli mal-ambjenti residenzjali, kummerċjali u industrijali ħafif.

Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dan l-anness, it-test għandu jitwettaq skont is-CISPR 22.

2.   STAT TAL-ESA MATUL IT-TESTIJIET

2.1.   L-ESA għandha tkun fil-konfigurazzjoni ta' “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

L-istat taċ-ċarġ (SOC) tal-batterija tat-trazzjoni għandu jinżamm bejn 20 u 80 fil-mija tas-SOC massimu matul il-kejl kollu tal-medda ta' frekwenzi (dan jista' jwassal biex il-kejl jinqasam bejn sottobandi differenti fejn ikun meħtieġ li l-batterija tat-trazzjoni tal-vettura tiġi skargata qabel ma jibdew is-sottobandi segwenti).

Jekk it-test ma jsirx b'REESS, l-ESA għandu jiġi ttestjat bil-kurrent nominali. Jekk il-konsum tal-kurrent ikun jista' jiġi aġġustat, il-kurrent għandu jiġi kkonfigurat għal tal-anqas 80 fil-mija tal-valur nominali tiegħu.

3.   ARRANĠAMENTI TAT-TEST

3.1.   Il-preparazzjoni tat-test għandha ssir skont il-paragrafi 8 u 9 tas-CISPR 22 għall-emissjonijiet kondotti.

3.2.   Stabilizzazzjoni tal-impedenza

Il-linji tal-komunikazzjoni għandhom jiġu mqabbda mal-ESA bl-Istabilizzazzjoni(jiet) tal-Impedenza (IS).

L-IS għandha titqabbad mal-cables tan-netwerk u tal-komunikazzjoni kif definit fil-paragrafu 9.6.2 tas-CISPR 22.

L-IS(s) għandhom jitqiegħdu direttament fuq il-pjan tal-massa. Il-kaxxa tal-IS għandha tkun imwaħħla mal-pjan tal-massa.

L-emissjonijiet kondotti fuq linji tan-netwerk u tat-telekomunikazzjoni jitkejlu wara xulxin fuq kull linja tal-elettriku billi r-riċevitur li jkejjel jitqabbad fuq il-port tal-kejl tal-IS relatata, u l-port tal-kejl tal-IS jiddaħħal fil-linji l-oħra u jintemm b'tagħbija ta' 50 Ω.

L-IS għandu jitqiegħed quddiem, allinjat ma' u fuq l-istess naħa tal-plakka tal-iċċarġjar tal-vettura.

3.3.   Il-preparazzjoni tat-test għall-konnessjoni tal-vettura fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” tidher fil-Grafika 1 tal-Appendiċi ta' dan l-anness.

3.4.   Il-kejl għandu jsir b'analizzatur tal-ispettru jew b'riċevitur tal-iskennjar. Il-parametri li għandhom jintużaw huma ddefiniti fit-Tabella 1 u t-Tabella 2.

Tabella 1

Parametri tal-analizzatur tal-ispettru

Medda ta' Frekwenzi

MHz

Detettur tal-quċċata

Detettur tal-kważi-quċċata

Detettur tal-medja

RBW f' – 3 dB

Ħin ta' skennjar

RBW f' – 6 dB

Ħin ta' skennjar

RBW f' – 3 dB

Ħin ta' skennjar

0,15 sa 30

9/10 kHz

10 s/MHz

9 kHz

200 s/MHz

9/10 kHz

10 s/MHz

Nota: Jekk jintuża analizzatur tal-ispettru għall-kejl tal-quċċata, il-wisa' tal-banda tal-video għandha tkun tal-anqas tliet darbiet il-wisa' tal-banda ta' riżoluzzjoni (RBW).


Tabella 2

Parametri tar-riċevitur tal-iskennjar

Medda ta' Frekwenzi

MHz

Detettur tal-quċċata

Detettur tal-kważi-quċċata

Detettur tal-medja

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

BW f' – 6 dB

Daqs tal-intervall (1)

Dwell time

0,15 sa 30

9 kHz

5 kHz

50 ms

9 kHz

5 kHz

1 s

9 kHz

5 kHz

50 ms

4.   REKWIŻITI TAT-TEST

4.1.   Il-limiti japplikaw tul il-medda kollha ta' frekwenzi bejn 0.15 u 30 MHz għal kejl li jsir f'kamra semianekoika jew f'sit tat-test ta' barra.

4.2.   Il-kejl għandu jsir b'detetturi tal-medja u jew b'detetturi tal-quċċata jew kważi quċċata. Il-limiti huma indikati fit-Tabella 16 tal-paragrafu 7.14.2.1 ta' dan ir-Regolament. Jekk jintużaw detetturi tal-quċċata għandu jiġi applikat fattur ta' korrezzjoni ta' 20 dB kif definit fis-CISPR 12.


(1)  Għal disturbi purament tal-broadband, id-daqs massimu tal-intervall tal-frekwenza jista' jiżdied sa valur li ma jaqbiżx il-valur tal-wisa' tal-banda.

Appendiċi

Grafika 1

ESA fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

Image 71

0,5 m max

Pjan tal-massa

0,8 (+0,2/-0) m

Il-cable għandu jkun mitwi forma ta' Z jekk ikun itwal minn metru 1, 100 ± 25 mm 'il fuq mill-art u mhux inqas minn 100 mm mill-istruttura tal-ESA

Dehra minn fuq

ESA

Tifsira:

1

ESA li qiegħed jiġi ttestjat

2

Appoġġ bl-iżolazzjoni

3

Cable tal-iċċarġjar/komunikazzjoni

4

Netwerk(s) artifiċjali AC jew DC imqabbdin mal-ert

5

Sokit tal-mains tal-elettriku

6

Stabilizzazzjoni(jiet) tal-impedenza mqabbdin mal-ert

7

Stazzjon tal-iċċarġjar

8.

Riċevitur li jkejjel


ANNESS 21

METODU/I TA' TTESTJAR GĦALL-IMMUNITÀ TA' ESA GĦAD-DISTURBI TRANŻITORJI ELETTRIĊI VELOĊI/BURST KONDOTTI TUL IL-LINJI AC U DC

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu tat-test deskritt f'dan l-anness għandu jkun applikat biss għall-vetturi. Dan il-metodu japplika biss għall-ESA fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”.

1.2.   Metodu tal-ittestjar

It-test hu maħsub biex juri l-immunità tal-ESA. L-ESA għandu jkun suġġett għad-disturbi Tranżitorji Elettriċi Veloċi/Burst kondotti tul il-linji AC u DC tal-ESA kif deskritt f'dan l-anness. Waqt it-testijiet, l-ESA għandu jkun immonitorjat.

Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dan l-anness, it-test għandu jitwettaq skont l-IEC 61000-4-4:

2.   L-ISTAT TAL-ESA WAQT IT-TESTIJIET FIL-KONFIGURAZZJONI “MODALITÀ TA' ĊĊARĠJAR TAR-REESS IMQABBDA MAL-GRILJA TAL-ELETTRIKU”

2.1.   Kundizzjonijiet bażiċi tal-ESA

Il-paragrafu jiddefinixxi l-kundizzjonijiet minimi tat-test (safejn japplikaw) u l-kriterji ta' falliment għat-testijiet ta' immunità tal-vetturi.

Kundizzjonijiet tat-test tal-ESA bil-“modalità ta' ċċarġjar tar-REESS”

Kriterji ta' falliment

L-ESA għandu jkun fil-konfigurazzjoni ta' “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

L-istat taċ-ċarġ (SOC) tal-batterija tat-trazzjoni għandu jinżamm bejn 20 u 80 fil-mija tas-SOC massimu matul il-ħin kollu tal-kejl (dan jista' jwassal biex il-kejl jinqasam bejn slotts ta' ħin differenti fejn ikun meħtieġ li l-batterija tat-trazzjoni tal-vettura tiġi skargata qabel ma tibda s-slott ta' ħin li jmiss).

Jekk il-konsum tal-kurrent ikun jista' jiġi aġġustat, il-kurrent għandu jiġi kkonfigurat għal tal-anqas 20 fil-mija tal-valur nominali tiegħu.

Kundizzjoni ta' ċċarġjar mhux korretta

(e.ż. sovrakurrent, sovravultaġġ)

2.2.   Waqt il-monitoraġġ tal-ESA għandu jintuża biss tagħmir li ma jġibx perturbazzjoni. L-ESA għandu jkun immonitorjat biex jiġi stabbilit jekk ir-rekwiżiti ta' dan l-anness humiex issodisfati (eż. bl-użu ta' vidjokamera(s), mikrofonu, eċċ.).

3.   TAGĦMIR TAT-TEST

3.1.   It-tagħmir tat-test jikkonsisti fi pjan tal-massa ta' referenza (mhijiex meħtieġa kamra protetta), ġeneratur tat-tranżitorji/bursts, netwerk tal-akkoppjar u d-diżakkoppjar (CDN) u morsa tal-akkoppjar kapaċitattiva.

3.2.   Il-ġeneratur tat-tranżitorji/bursts għandu jissodisfa l-kundizzjoni definita fil-paragrafu 6.1 tal-IEC 61000-4-4:

3.3.   In-netwerk tal-akkoppjar u d-diżakkoppjar għandu jissodisfa l-kundizzjoni definita fil-paragrafu 6.2 tal-IEC 61000-4-4: Meta n-netwerk tal-akkoppjar u d-diżakkoppjar ma jkunx jista' jintuża fuq linji AC u DC, tista' tintuża l-morsa tal-akkoppjar kapaċitattiva definita fil-paragrafu 6.3 tal-IEC 61000-4-4:

4.   L-APPARAT TAT-TEST

4.1.   Il-preparazzjoni tat-test tal-vettura hi msejsa fuq il-preparazzjoni tat-tip tal-laboratorju kif deskritta fil-paragrafu 7.2 tal-IEC 61000-4-4:

4.2.   L-ESA għandu jitqiegħed direttament fuq il-pjan tal-massa.

4.3.   Is-Servizz Tekniku għandu jwettaq it-test kif speċifikat fil-paragrafu 7.15.2.1 ta' dan ir-Regolament.

Minflok, jekk il-manifattur jipprovdi kejl minn laboratorju tat-testijiet akkreditat għall-partijiet applikabbli tal-ISO 17025 u rikonoxxut mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, is-Servizz Tekniku jista' jagħżel li ma jwettaqx it-test biex jikkonferma li l-ESA jtissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-anness.

5.   ĠENERAZZJONI TAL-LIVELL TAT-TEST MEĦTIEĠ

5.1.   Metodoloġija tat-test

5.1.1.   Il-metodu tat-test skont l-IEC 61000-4-4, għandu jintuża biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-livell tat-test.

5.1.2.   Il-fażi tat-test

L-ESA għandu jitqiegħed fuq il-pjan tal-massa. Id-disturbi Tranżitorji Elettriċi Veloċi/Burst (EFT/B) għandhom jiġu applikati fuq l-ESA fuq il-linji AC/DC f'modalitajiet komuni billi jintuża CDN kif deskritt fil-Grafika 1 tal-Appendiċi ta' dan l-anness.

Għandha tittieħed nota tal-konfigurazzjoni tat-test fir-rapport tat-test.

Appendiċi

Grafika 1

ESA fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

Image 72

Il-cable għandu jkun mitwi forma ta' Z jekk ikun itwal minn metru 1, 100 ± 25 mm 'il fuq mill-art u mhux inqas minn 100 mm mill-istruttura tal-ESA

Filters

Ġeneratur EFT / B

0,5 ± 0,05 m

Mains tal-elettriku

CDN

ESA


ANNESS 22

METODU/I TA' TTESTJAR GĦALL-IMMUNITÀ TAL-ESAS GĦAT-TLUGĦ F'DAQQA KONDOTT TUL IL-LINJI AC U DC

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-metodu tat-test deskritt f'dan l-anness għandu jkun applikat biss għall-vetturi. Dan il-metodu japplika biss għall-ESAs fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”.

1.2.   Metodu tal-ittestjar

It-test hu maħsub biex juri l-immunità tal-ESA. L-ESA għandu jkun soġġett għat-tlugħ f'daqqa kondott tul il-linji AC u DC tal-ESA kif deskritt f'dan l-anness. Waqt it-testijiet, l-ESA għandu jkun immonitorjat.

Jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dan l-anness, it-test għandu jitwettaq skont l-IEC 61000-4-5.

2.   L-ISTAT TAL-ESA WAQT IT-TESTIJIET FIL-KONFIGURAZZJONI “MODALITÀ TA' ĊĊARĠJAR TAR-REESS IMQABBDA MAL-GRILJA TAL-ELETTRIKU”

2.1.   L-RESS għandha tkun fil-modalità ta' ċċarġjar.

2.1.2.   Kundizzjonijiet bażiċi tal-ESA

Il-paragrafu jiddefinixxi l-kundizzjonijiet minimi tat-test (safejn japplikaw) u l-kriterji ta' falliment għat-testijiet ta' immunità tal-vetturi.

Kundizzjonijiet tat-test tal-ESA bil-“modalità ta' ċċarġjar REESS”

Kriterji ta' falliment

L-ESA għandu jkun fil-konfigurazzjoni ta' “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

L-istat taċ-ċarġ (SOC) tal-batterija tat-trazzjoni għandu jinżamm bejn 20 u 80 fil-mija tas-SOC massimu matul il-kejl kollu tal-medda ta' frekwenzi (dan jista' jwassal biex il-kejl jinqasam bejn sottobandi differenti fejn ikun meħtieġ li l-batterija tat-trazzjoni tal-vettura tiġi skargata qabel ma jibdew is-sottobandi segwenti).

Jekk it-test ma jsirx b'REESS, l-ESA għandu jiġi ttestjat bil-kurrent nominali. Jekk il-konsum tal-kurrent ikun jista' jiġi aġġustat, il-kurrent għandu jiġi kkonfigurat għal tal-anqas 20 fil-mija tal-valur nominali tiegħu.

Kundizzjoni ta' ċċarġjar mhux korretta

(e.ż. sovrakurrent, sovravultaġġ)

2.2.   Waqt il-monitoraġġ tal-ESA għandu jintuża biss tagħmir li ma jġibx perturbazzjoni. L-ESA għandu jkun immonitorjat biex jiġi stabbilit jekk ir-rekwiżiti ta' dan l-anness humiex issodisfati (eż. bl-użu ta' vidjokamera(s), mikrofonu, eċċ.).

3.   TAGĦMIR TAT-TEST

3.1.   It-tagħmir tat-test jikkonsisti fi pjan tal-massa ta' referenza (mhijiex meħtieġa kamra protetta), ġeneratur tat-tlugħ f'daqqa u netwerk tal-akkoppjar/tad-diżakkoppjar (CDN).

3.2.   Il-ġeneratur tat-tlugħ f'daqqa għandu jissodisfa l-kundizzjoni definita fil-paragrafu 6.1 tal-IEC 61000-4-5:

3.3.   In-netwerk tal-akkoppjar u d-diżakkoppjar għandu jissodisfa l-kundizzjoni definita fil-paragrafu 6.3 tal-IEC 61000-4-5:

4.   L-APPARAT TAT-TEST

4.1.   Il-preparazzjoni tat-test tal-ESA hi msejsa fuq il-preparazzjoni deskritta fil-paragrafu 7.2 tal-IEC 61000-4-5:

4.2.   L-ESA għandu jitqiegħed direttament fuq il-pjan tal-massa.

4.3.   Is-Servizz Tekniku għandu jwettaq it-test kif speċifikat fil-paragrafu 7.16.2.1 ta' dan ir-Regolament.

Minflok, jekk il-manifattur jipprovdi kejl minn laboratorju tat-testijiet akkreditat għall-partijiet applikabbli tal-ISO 17025 u rikonoxxut mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, is-Servizz Tekniku jista' jagħżel li ma jwettaqx it-test biex jikkonferma li l-ESA jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-anness.

5.   ĠENERAZZJONI TAL-LIVELL TAT-TEST MEĦTIEĠ

5.1.   Metodoloġija tat-test

5.1.1.   Il-metodu tat-test skont l-IEC 61000-4-5, għandu jintuża biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-livell tat-test.

5.1.2.   Il-fażi tat-test

L-ESA għandu jitqiegħed fuq il-pjan tal-massa. It-tlugħ f'daqqa tal-elettriku għandu jiġi applikat fuq l-ESA tul il-linji tal-elettriku AC/DC bejn kull linja u l-ert u bejn il-linji billi jintuża CDN kif deskritt fil-Grafiki 1 sa 4 tal-Appendiċi ta' dan l-anness,

Għandha tittieħed nota tal-konfigurazzjoni tat-test fir-rapport tat-test.

Appendiċi

ESA fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku”

Grafika 1

ESA fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” — Agganċjar bejn il-linji għal-linji AC jew DC (monofażi)

Image 73

Ġeneratur tat-tlugħ f'daqqa

ESA

Cable (għandu jitqassar kif xieraq), 100 ± 25 mm 'il fuq mill-art u mill-inqas 10 cm mill-istruttura tal-ESA

Tul massimu 2 m

CDN

Ert ta' referenza

mains AC/DC

Grafika 2

ESA fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” — Agganċjar bejn kull linja u ert u għal-linji AC u DC (monofażi)

Image 74

Ġeneratur tat-tlugħ f'daqqa

ESA

Tul massimu 2 m

Ert ta' referenza

CDN

mains AC/DC

Cable (għandu jitqassar kif xieraq), 100 ± 25 mm 'il fuq mill-art u mill-inqas 10 cm mill-istruttura tal-ESA

Grafika 3

ESA fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” — Agganċjar bejn il-linji għal-linji AC (trifażi)

Image 75

CDN

Ġeneratur tat-tlugħ f'daqqa

Cable (għandu jitqassar kif xieraq), 100 ± 25 mm 'il fuq mill-art u mill-inqas 10 cm mill-istruttura tal-ESA

Tul massimu 2 m

ESA

Ert ta' referenza

mains AC

Grafika 4

ESA fil-konfigurazzjoni “modalità ta' ċċarġjar tar-REESS imqabbda mal-grilja tal-elettriku” — Agganċjar bejn kull linja u ert għal-linji AC (trifażi)

Image 76

Ġeneratur tat-tlugħ f'daqqa

CDN

ESA

Tul massimu 2 m

Cable (għandu jitqassar kif xieraq), 100 ± 25 mm 'il fuq mill-art u mill-inqas 10 cm mill-istruttura tal-ESA

Ert ta' referenza

mains AC